Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004R0282-20191017

    Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/2004 tat-18 ta' Frar 2004 li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni, u kontroll veterinarju, fuq annimali minn pajjiżi terzi li deħlin fil-Komunità (Test b'relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/282/2019-10-17

    02004R0282 — MT — 17.10.2019 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 282/2004

    tat-18 ta' Frar 2004

    li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni, u kontroll veterinarju, fuq annimali minn pajjiżi terzi li deħlin fil-Komunità

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 049 19.2.2004, p. 11)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 585/2004 tas-26 ta' Marzu 2004

      L 91

    17

    30.3.2004

    ►M2

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1714 tat-30 ta’ Settembru 2019

      L 261

    1

    14.10.2019




    ▼B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 282/2004

    tat-18 ta' Frar 2004

    li jintroduċi dokument għad-dikjarazzjoni, u kontroll veterinarju, fuq annimali minn pajjiżi terzi li deħlin fil-Komunità

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Avviż tal-wasla ta' annimali permezz ta' dokument veterinarju ta' dħul komuni.

    ▼M2

    1.  Meta xi annimal imsemmi fid-Direttiva 91/496/KEE jidħol fil-Komunità minn pajjiż terz, il-persuna responsabbli mit-tagħbija fit-tifsira tal-Artikolu 2(2)(e) tad-Direttiva 97/78/KE għandha tinnotifika dan id-dħul mill-inqas jum tax-xogħol wieħed qabel il-wasla mistennija tal-annimal(i) fit-territorju tal-Komunità. Din in-notifika għandha ssir lill-persunal tal-ispezzjoni tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera permezz ta’ dokument imfassal skont waħda mill-mudelli tad-dokument veterinarju komuni tad-dħul (CVED) stabbiliti fl-Anness I u fil-Parti 2 tal-Anness III.

    ▼B

    2.  Il-CVED jinħareġ skond ir-regoli ġenerali ta' kif jingħata ċ-ċertifikat kif imniżżla fil-leġislazzjoni relevanti tal-Komunità.

    3.  Il-CVED se jikkonsisti f'oriġinal u fil-kopji kollha li jkunu meħtieġa mill-awtorità kompetenti biex iħarsu dan ir-Regolament. Il-persuna responsabbli mit-tagħbija se timla n-numru meħtieġ ta' kopji ta' parti 1 ta' CVED u jwassalhom lill-uffiċjal veterinarju responsabbli mill-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera.

    4.  Mingħajr preġudizzju għal paragrafi 1 u 3, l-informazzjoni fid-dokument tista', bi ftehim ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri involuti fil-konsinja, tkun is-suġġett ta' avviż minn qabel permezz ta' sistemi ta' telekomunikazzjonijiet jew ta' sistemi oħra ta' trażmissjoni tad-data. Meta dan huwa l-każ, l-informazzjoni mwassla b'mezzi elettroniċi għandha tkun eżatta bl-istess mod li titlob parti 1 tal-mudell CVED.

    Artikolu 2

    Kontrolli veterinarji

    Kontrolli veterinarji u analiżi fil-laboratorji għandhom jsiru skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/794/KE ( 1 ).

    Artikolu 3

    Proċeduri li għandhom jittieħdu wara li l-kontrolli veterinarji jkunu tlestew.

    1.  Wara jitlestew il-kontrolli veterinarji kollha kif speċifikat fl-Artikolu 4 tad-Direttivi 91/496/KEE, il-parti 2 tal-CVED għandha tintela' taħt ir-responsabbiltà ta' l-uffiċjal veterinarju responsabbli fil-postijiet għall-ispezzjonijiet fil-fruntiera u jkun iffirmat minnu/ha jew minn xi uffiċjal veterinarju li jopera taħt l-awtorità tiegħu/tagħha.

    Fejn l-importazzjoni tkun rifjutata, l-kaxxa “dettalji ta' konsenja mibgħuta lura” fil-parti 3 tas-CVED tkun kompluta bl-informazzjoni relevanti hekk kif l-informazzjoni tkun magħrufa. Dik l-informazzjoni tkun imniżżla fis-sistema ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE ( 2 ).

    2.  L-oriġinal tas-CVED jkun jikkonsisti minn partijiet 1 u 2, komplut u ffirmat kif suppost.

    3.  L-uffiċjal veterinarju, l-importatur jew il-persuna responsabbli mit-tagħbija għandhom javżaw lill-awtoritajiet tad-dwana għall-ispezzjoni fil-postijiet fil-fruntieri bid-deċiżjoni meħuda mill-veterinarju fuq il-konsinja, billi jippreżentaw l-oriġinal tas-CVED jew billi tintbgħat b'mod elettroniku.

    4.  Meta d-deċiżjoni veterinarja tkun favorevoli u l-awtoritajiet tad-dwana jilħqu ftehim, l-oriġinali tas-CVED jakkumpanja lill-annimali għad-destinazzjoni indikata fid-dokument.

    5.  Kopja tal-CVED tinżamm mill-uffiċjal veterinarju fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera.

    6.  Kopja tal-CVED u, fejn ikun hemm bżonn skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 91/496/KEE, kopja taċ-ċertifikat veterinarju ta' l-importazzjoni, jingħata lill-importatur jew persuna responsabbli mit-tagħbija.

    7.  L-uffiċjal veterinarju jżomm iċ-ċertifikat oriġinali tal-veterinarju li jakkumpanja lill-annimali kif ukoll kopja tas-CVED, għal mill-inqas tliet snin. Madankollu, għall-annimali li għadhom fil-vjaġġ jew li qed ikunu trasportati, li d-destinazzjoni finali tagħhom hija barra l-Komunità, id-dokument veterinarju oriġinali li jakkumpanja lill-annimali mal-wasla, jivvjaġġa magħhom u l-kopji biss jinżammu fil-postijiet ta' ispezzjonijiet fil-fruntiera.

    Artikolu 4

    Proċeduri li għandhom ikunu eżegwiti fuq l-annimali fil-kontroll tad-dwana jew suġġetti għal attenzjoni aktar mill-qrib.

    Għal annimali deħlin fil-Komunità li huma eżenti milll-obbligazzjonijiet li jgħaddu minn kontrolli ta' identità jew fiżiċi skond l-Artikolu 4(3) jew l-Artikolu 8(A)(I)(b)(ii) tad-Direttiva 91/496/KEE, fejn il-kontroll dokumentat huwa sodisfaċenti, l-uffiċjal veterinarju fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera għad-dħul fil-Komunità javża lill-uffiċjal veterinarju fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera tal-post ta' destinazzjoni. Dan l-avviż isir permezz ta' sistemi ta' skambji ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 tad-direttiva 90/425/KEE. L-uffiċjal veterinarju fil-post ta' ispezzjoni fil-fruntiera tad-destinazzjoni joħroġ CVED li jinkludi d-deċiżjoni finali veterinarja meta l-annimali jkunu aċċettati. Meta konsenja tonqos milli tasal jew ikun hemm differenza fil-kwantità jew fil-kwalità, l-awtorità kompetenti responsabbli fil-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera tad-destinazzjoni tkun kompluta parti 3 tas-CVED.

    Fil-każ ta' transitu l-persuna responsabbli mit-tagħbija tippreżenta l-kunsinja lill-uffiċjal veterinarju fil-ħruġ tal-post ta' l-ispezzjoni fil-fruntiera. Uffiċjali veterinarji fil-postijiet ta' ispezzjoni fil-fruntiera avżati bit-transitu ta' l-annimali li jkunu qed jivvjaġġaw lejn destinazzjonijiet f'pajjiż terz waqt li ħerġin mill-Komunità għandhom jimlew parti 3 tas-CVED. Huma għandhom jinfurmaw lill-uffiċjal veterinarju fil-post ta' ispezzjoni tal-fruntiera minn fejn l-annimali li jkunu fi transitu għaddew fil-Komunità permezz tas-CVED.

    Veterinarji uffiċjali ta' l-awtorità kompetenti fil-post ta' destinazzjoni jkun notifikat bil-wasla ta' l-annimali li jkunu mibgħuta lejn biċċerija, stazzjon ta' kwarantina approvat fl-ispirtu tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE ( 3 ) jew korp, istitut jew ċentru approvat uffiċjalment fl-ambitu tad-definizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE ( 4 ).

    Artikolu 5

    Kordinazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-iċċekkjar.

    Biex ikun żgurat li l-annimali li jidħlu fil-Komunità jkunu suġġetti għall-iċċekkjar, l-awtoritajiet kompetenti u l-veterinarji uffiċjali ta' kull Stat Membru se jaħdem f'kordinazzjoni ma' servizzi ta' ispezzjoni oħra biex flimkien jiġbru f'daqqa l-informazzjoni kollha relevanti għall-importazzjoni ta' l-annimali. Dan għandu jinkludi b'mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:

    (a) informazzjoni għad-disposizzjoni tas-servizzi tad-dwana;

    (b) informazzjoni fil-manifesti tal-vapuri, ferroviji u ajruplani;

    (ċ) għejun ta' informazzjoni oħra aċċessibbli lill-operaturi tat-toroq, linji ta' ferroviji, portijiet u ajruporti.

    Artikolu 6

    Aċċess għal databases u parteċipazzjoni f'sistemi ta' informazzjoni.

    Biex jintlaħaq l-għan imniżżel fl-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri u s-servizzi tad-dwana se jorganizzaw l-iskambju bejn iż-żewġ naħat tad-data li hemm fid-databases rispettivi. Is-sistemi tat-teknoloġija ta' l-informatika użati mill-awtoritajiet kompetenti, sa fejn hu possibbli u suġġett għas-sigurtà xierqa tad-data, se jkunu kordinati ma' dawk tas-servizzi tad-dwana, u ma' dawk ta' operaturi kummerċjali, biex b'hekk l-informazzjoni tkun trasferita malajr.

    Artikolu 7

    Użu ta' ċertifkikazzjoni elettronika.

    Il-Produzzjoni, użu, trażmissjoni, u ħażna ta' CVEDs tista' ssir b'mod elettroniku bi ftehim ma' l-awtoritajiet kompetenti.

    Informazzjoni se tkun trażmessa bejn awtoritajiet kompetenti permezz ta' sistema ta' skambji ta' informazzjoni msejħa fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE.

    ▼M2

    Artikolu 7a

    Rekwiżiti għall-mili tad-dokument veterinarju komuni tad-dħul elettroniku

    1.  Meta jintuża dokument veterinarju komuni tad-dħul elettroniku, dan għandu jimtela fis-sistema TRACES u jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

    (a) jikkonforma mal-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness III;

    (b) ikun iffirmat bil-firma elettronika tal-operatur responsabbli mit-tagħbija;

    (c) ikun iffirmat bil-firma elettronika avvanzata jew kwalifikata tal-veterinarju uffiċjali tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera jew ta’ veterinarju uffiċjali ieħor li jkun qed jaħdem taħt is-superviżjoni tiegħu/tagħha;

    (d) ikollu fuqu s-siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tal-awtorità kompetenti li ħarġitu, li jagħmel parti minnha l-veterinarju uffiċjali fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera jew veterinarju uffiċjali ieħor li jkun qed jaħdem/taħdem taħt is-superviżjoni tiegħu/tagħha;

    (e) ikun issiġillat b’siġill avvanzat jew kwalifikat mis-sistema Traces.

    2.  Kull waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ittimbrata b’timbru temporali kwalifikat.

    ▼M1

    Artikolu 8

    Sa l-1 ta' Mejju 2004 dan ir-Regolament ma għandux jgħodd għall-postijiet ta' kontroll fil-fruntieri mniżżla fl-Anness II li huma mistennija jiġu aboliti ma' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Ungerija, tal-Polonja, ta' l-Islovenja u ta' l-Islovakkja.

    ▼B

    Artikolu 9

    Tħassir

    Id-Deċiżjoni 92/527/KEE hija b'dan imħassra.

    Referenza għad-Deċiżjoni mħassra tkun imfissra bħala referenza għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 10

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta' Marzu 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    image

    image

    ▼B

    image

    image

    image

    image




    ANNESS II



    País: Alemania — Land: Tyskland — Land: Deutschland — Χώρα: Γερμανία — Pajjiż: il-Ġermanja — Pays: Allemagne — Paese: Germania — Land: Duitsland — País: Alemanha — Maa: Saksa — Land: Tyskland

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Dresden Friedrichstadt

    0153499

    F

     

    HC, NHC

     

    Forst

    0150399

    R

     

    HC, NHC-NT

    U, E, O

    Frankfurt/Oder

    0150499

    F

     

    HC, NHC

     

    Frankfurt/Oder

    0150499

    R

     

    HC, NHC

    U, E, O

    Furth im Wald-Schafberg

    0149399

    R

     

    HC, NHC

    U, E, O

    Ludwigsdorf Autobahn

    0152399

    R

     

    HC, NHC

    U, E, O

    Pomellen

    0151299

    R

     

    HC, NHC-T(FR), NHC-NT

    U, E, O

    Schirnding-Landstraße

    0149799

    R

     

    HC, NHC

    O

    Waidhaus

    0150099

    R

     

    HC, NHC

    U, E, O

    Zinnwald

    0152599

    R

     

    HC, NHC

    U, E, O



    País: Italia — Land: Italien — Land: Italien — Χώρα: Ιταλία — Pajjiż: l-Italja — Pays: Italie — Paese: Italia — Land: Italië — País: Itália — Maa: Italia — Land: Italien

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Gorizia

    0301199

    R

     

    HC, NHC

    U, E, O

    Prosecco-Fernetti

    0302399

    R

    Prodotti HC

    HC

     

     

    Prodotti NHC

    NHC

     

     

    Altri Annimali

     

    O

     

    Tomaso Prioglio Spa

     

    U, E



    País: Austria — Land: Østrig — Land: Österreich — Χώρα: Αυστρία — Pajjiż: l-Awstrija — Pays: Autriche — Paese: Austria — Land: Oostenrijk — País: Áustria — Maa: Itävalta — Land: Österrike

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    Berg

    1300199

    R

     

    HC, NHC

    U, E, O

    Deutschkreutz

    1300399

    R

     

    HC(2), NHC-NT

    E, O, U(13)

    Drasenhofen

    1300499

    R

     

    HC, NHC

    U, E, O

    Heiligenkreuz

    1300299

    R

     

    HC(2), NHC, (18)

     

    Hohenau

    1300799

    F

     

     

    U

    Karawankentunnel

    1300899

    R

     

    HC(2), NHC-NT

    E, O, U(13)

    Nickelsdorf

    1301099

    R

     

    HC, NHC

    U, E, O

    Sopron

    1301199

    F

     

    HC(2), NHC-NT

     

    Spielfeld

    1301299

    R

     

    HC, NHC

    U, E, O

    Villach-Süd

    1301499

    F

     

    HC-NT, NHC-NT

     

    Wien-ZB-Kledering

    1300599

    F

     

    HC(2), NHC-NT

     

    Wullowitz

    1301699

    F

     

    NHC-NT(6)

     

    Wullowitz

    1301699

    R

     

    HC, NHC-NT

    E, O, U(13)

    Berg

    1300199

    R

     

    HC, NHC

    U, E, O

    ▼M2




    ANNESS III

    PARTI 1

    Noti ta’ gwida dwar id-dokument veterinarju komuni tad-dħul għall-annimali - il-mudell 2 (CVED-A2)

    Ġenerali

    L-entrati speċifikati fil-Parti I jikkostitwixxu d-dizzjunarji tad-data għall-verżjoni elettronika tas-CVED-A2.

    Il-kopji fuq il-karta ta’ CVED-A2 elettroniku jeħtieġ li jkollhom tikketta unika ottika li tinqara mill-magni u li twassal għall-verżjoni elettronika permezz ta’ iperlink.

    Trid tagħżel kaxxa waħda fost il-Kaxxi I.20 sa I.26 u l-Kaxxi II.9 sa II.16; f’kull kaxxa trid tagħżel alternattiva waħda.

    Meta kaxxa tippermettilek tagħżel aktar minn alternattiva waħda, l-alternattivi li tagħżel biss ikunu jidhru fil-verżjoni elettronika tas-CVED-A2.

    Meta kaxxa ma tridx timtela bilfors, il-kontenut tagħha jiġi jidher bħala tipa ingassata.

    Is-sekwenzi, id-daqs u l-forma tal-kaxxi fil-mudell tas-CVED-A2 huma indikattivi.

    Meta jkun meħtieġ timbru, l-ekwivalent elettroniku tiegħu huwa siġill elettroniku.



    PARTI I – DESKRIZZJONI TAL-KONSENJA

    Kaxxa

    Deskrizzjoni

    I.1.

    Konsenjatur/Esportatur

     

    Indika l-organizzazzjoni kummerċjali li qed tibgħat il-konsenja (fil-pajjiż terz).

    I.2

    Referenza tas-CVED

     

    Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mit-TRACES (imtenni fil-Kaxxi II.2 u III.2).

    I.3

    Referenza lokali

     

    Agħti l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mill-awtorità kompetenti.

    I.4

    Post ta’ spezzjoni fil-fruntiera

     

    Agħżel isem il-Post ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera (BIP).

    I.5

    Il-kodiċi tal-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera

     

    Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mit-TRACES lill-BIP (ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali).

    I.6

    Destinatarju/Importatur

     

    Agħti l-indirizz tal-persuna jew tal-organizzazzjoni kummerċjali li jidher fuq iċ-ċertifikat tal-pajjiż terz. Dawn id-dettalji kollha huma obbligatorji.

    I.7

    Post tad-destinazzjoni

     

    Post fejn jittieħdu l-annimali għall-ħatt finali (mingħajr ma jingħaddu l-postijiet ta’ kontroll) u fejn se jinżammu f’konformità mar-regoli attwali.

    Agħti l-isem, il-pajjiż, l-indirizz u l-kodiċi postali.

    Il-post tad-destinazzjoni jista’ jkun l-istess fejn jinsab id-destinatarju.

    I.8

    Operatur responsabbli mill-konsenja

     

    Din hija l-persuna (magħrufa wkoll bħala l-aġent jew id-dikjarant) li hija inkarigata mill-konsenja meta din titressaq fil-post ta’ spezzjoni fil-fruntiera, u li tagħmel id-dikjarazzjonijiet meħtieġa lill-awtoritajiet kompetenti f’isem l-importatur: agħti l-isem u l-indirizz.

    Din il-persuna hija meħtieġa tavża lill-BIP f’konformità mal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 91/496/KEE.

    Il-persuna responsabbli mill-konsenja u d-destinatarju jistgħu jkunu l-istess persuna.

    I.9

    Dokumenti ta’ akkumpanjament

     

    Numru: agħti n-numru uffiċjali uniku taċ-ċertifikat.

    Data tal-ħruġ: din hija d-data li fiha ċ-ċertifikat/id-dokument ġie ffirmat mill-veterinarju uffiċjali jew mill-awtorità kompetenti.

    Dokumenti ta’ akkumpanjament: dan jikkonċerna b’mod prinċipali ċerti tipi ta’ żwiemel (il-passaport taż-żwiemel), dokumenti żootekniċi jew permessi tas-CITES.

    Referenza tad-dokument kummerċjali: in-numru tal-polza tal-vjeġġ bl-ajru, in-numru tal-polza tal-kargu jew in-numru kummerċjali tal-ferrovija jew tal-vettura tat-triq.

    I.10

    Avviż minn qabel

     

    Agħti d-data u l-ħin ta’ meta huma mistennija li jaslu l-konsenji fil-BIP.

    L-importaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom huma meħtieġa (skont l-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 91/496/KEE) li jibagħtu avviż jum tax-xogħol wieħed qabel ma jaslu l-annimali, li jispeċifika l-għadd, in-natura u l-ħin tal-wasla mistenni, lill-persunal veterinarju tal-BIP fejn se jiġu ppreżentati l-annimali.

    I.11

    Pajjiż tal-oriġini

     

    Dan ifisser il-pajjiż fejn l-annimali kienu għaż-żmien meħtieġ (tliet xhur fil-każ tal-annimali bovini, tal-ħnieżer, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-ekwidi maħsubin għall-iskarnar; u fil-każ tal-ekwidi reġistrati u l-ekwidi u l-pollam tat-tnissil, tat-tismin, u miżmuma għall-produzzjoni; sitt xhur fil-każ tal-bovini u l-ħnieżer tat-tnissil u miżmuma għall-produzzjoni; u fil-każ tan-nagħaġ u l-mogħoż tat-tnissil, tat-tismin u miżmuma għall-produzzjoni).

    Għaż-żwiemel li jidħlu mill-ġdid, dan ifisser l-aħħar pajjiż li ntbagħtu minnu

    I.12

    Reġjun tal-oriġini

     

    Ir-reġjun li fih l-annimali damu l-istess perjodu bħal dak speċifikat għall-pajjiż: dan huwa rekwiżit għal dawk il-pajjiżi biss li huma maqsumin f’reġjuni u li minnhom l-importazzjonijiet huma awtorizzati biss minn parti waħda jew minn xi partijiet tal-pajjiż ikkonċernat. Il-kodiċijiet reġjonali ngħataw fir-regoli rilevanti.

    I.13

    Mezz tat-trasport

     

    Agħti d-dettalji tal-mezz tat-trasport lejn il-BIP:

    Il-mod tat-trasport (bl-ajru, bil-baħar, bil-ferrovija jew bit-triq).

    L-identifikazzjoni tal-mezz tat-trasport: għat-trasport bl-ajru, in-numru tat-titjira; għat-trasport bil-baħar, isem il-bastiment; għat-trasport bil-ferrovija, in-numru tat-tren u tal-vagun, u għat-trasport bit-triq, in-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura u n-numru tat-trejler jekk jintuża wieħed.

    I.14

    Ma japplikax

    I.15

    Stabbiliment ta’ oriġini

     

    Din il-kaxxa tista’ tintuża biex jiddaħħlu l-isem u l-indirizz (it-triq, il-belt u r-reġjun/il-provinċja/l-istat, skont ir-rilevanza), il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż fejn jinsab(u) l-istabbiliment(i) tal-oriġini.

    Meta japplika, agħti n-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-approvazzjoni.

    I.16

    Ma japplikax

    I.17

    Nru tal-kontejner/tas-siġill

     

    Agħti n-numri tal-identifikazzjoni tas-siġilli u tal-kontejners kollha meta rilevanti.

    Għas-siġill uffiċjali, agħti n-numru uffiċjali tas-siġill kif indikat fiċ-ċertifikat uffiċjali u mmarka “siġill uffiċjali” jew indika xi siġill ieħor skont dak li hemm imsemmi fid-dokumenti ta’ akkumpanjament.

    I.18

    Iċċertifikat bħala jew għal

     

    Agħti l-informazzjoni kif indikat fiċ-ċertifikat skont ir-regoli stipulati.

    “Korp approvat skont id-Direttiva 92/65/KEE” ifisser korp, istitut jew ċentru rikonoxxut uffiċjalment. “Kwarantina” tirreferi għar-Regolament (UE) Nru 139/2013 (1) għal ċerti għasafar u għad-Direttiva 92/65/KE għall-għasafar, għall-qtates u għall-klieb. “Ripożizzjoni” tapplika għall-molluski. “Oħrajn” tfisser għal użi li mhumiex elenkati xi mkien ieħor f’din il-klassifikazzjoni.

    I.19

    Ma japplikax

    I.20

    Għat-trasbord

     

    Uża din il-kaxxa f’konformità mal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 91/496/KEE, meta konsenja ma tkunx se tiġi importata minn dan il-BIP u l-annimali jkunu se jkomplu l-vjaġġ tagħhom bil-baħar jew bl-ajru fl-istess bastiment jew ajruplan, lejn BIP ieħor għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Indika n-numru tal-unità assenjat mit-TRACES – ara l-Kaxxa I.5.

    Din il-kaxxa tista’ tintuża wkoll meta l-annimali jaslu fl-UE jew fiż-ŻEE minn pajjiż terz fi triqthom lejn pajjiż terz ieħor abbord l-istess ajruplan jew bastiment.

    I.21

    Ma japplikax

    I.22

    Għat-tranżitu lejn

     

    Dan ifisser tranżitu mill-UE/ŻEE ta’ annimali minn pajjiż terz li jkunu ddestinati għal pajjiż terz ieħor f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 91/496/KEE. Agħti l-kodiċi ISO tal-pajjiż terz ta’ destinazzjoni.

    BIP tal-ħruġ: isem il-BIP li minnu l-annimali se jitilqu mill-UE.

    I.23

    Għas-suq intern

     

    Immarka din il-kaxxa meta l-konsenji jkunu maħsubin għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni.

    I.24

    Ma japplikax

    I.25

    Għad-dħul mill-ġdid

     

    Id-dħul mill-ġdid japplika biss għaż-żwiemel reġistrati għat-tiġrijiet, għall-kompetizzjonijiet u għall-avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja (ir-Regolament (UE) 2018/659 (2)).

    I.26

    Għad-dħul temporanju

     

    Id-dħul temporanju japplika biss għaż-żwiemel irreġistrati. Indika l-punt tal-ħruġ u d-data tal-ħruġ (din trid tkun inqas minn 90 jum wara d-dħul).

    I.27

    Mezz tat-trasport wara l-BIP

     

    Semmi l-mod ta’ trasportazzjoni li se jintuża wara li l-konsenja tkun għaddiet mill-BIP u agħti d-dettalji (ara n-nota ta’ gwida fil-Kaxxa I.13).

    “Oħrajn” tfisser mezzi tat-trasport li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 1/2005 (3) dwar it-trattament xieraq tal-annimali fit-trasportazzjoni.

    I.28

    Trasportatur

     

    F’konformità mar-regoli dwar it-trattament xieraq tal-annimali, agħti n-numru tal-approvazzjoni tat-trasportatur, u fil-każ tat-trasportazzjoni bl-ajru jekk jogħġbok ħu ħsieb taċċerta li l-kumpanija hija membru tal-IATA.

    I.29

    Data tat-tluq

     

    Din il-kaxxa tista’ tintuża biex tindika d-data u l-ħin tat-tluq stmati mill-BIP.

    I.30

    Reġistru tal-Vjaġġ

     

    Meta jkun hemm pjan tar-rotta ppreżentat biex jakkompanja lill-annimali skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, semmih.

    I.31

    Deskrizzjoni tal-konsenja

     

    Speċi: semmi l-ispeċi tal-annimal billi tagħti l-isem komuni u r-razza fejn rilevanti.

    Għall-animali mhux domestiċi (b’mod partikolari dawk iddestinati għaż-żoos għall-eżibizzjonijiet jew għall-istituti tar-riċerka) agħti l-isem xjentifiku.

    I.32

    Għadd totali ta’ pakketti

     

    Agħti l-għadd ta’ kaxxi, gaġeġ jew stalel li fihom qed jiġu ttrasportati l-annimali.

    I.33

    Kwantità totali

     

    Agħti l-għadd jew il-piż f’kilogrammi kif iddikjarat fiċ-ċertifikat veterinarju jew fid-dokumenti l-oħrajn

    I.34

    Piż nett totali/piż gross totali (f’kg)

     

    Din il-kaxxa tista’ tintuża biex:

    Tindika l-piż nett totali (jiġifieri l-massa tal-annimali waħedhom, mingħajr il-kontenituri immedjati jew xi imballaġġi oħra tagħhom);

    Indika l-piż gross totali (jiġifieri l-massa aggregata u l-kontenituri immedjati u l-imballaġġi kollha tagħhom, iżda mingħajr il-kontejners tat-trasport u tagħmir ieħor tat-trasport).

    I.35

    Dikjarazzjoni

     

    Jiena, il-persuna sottoskritta responsabbli mill-konsenja li d-dettalji tagħha ngħataw hawn fuq, niċċertifika li fl-aħjar għarfien u twemmin tiegħi, id-dikjarazzjonijiet li saru fil-Parti I ta’ dan id-dokument huma veri u sħaħ, u naċċetta li nikkonforma mar-rekwiżiti legali tad-Direttiva 91/496/KEE, inkluż li nħallas il-verifiki veterinarji, u nħallas biex il-konsenji jintbagħtu lura, inħallas għall-kwarantina jew l-iżolament tal-annimali, jew inħallas l-ispejjeż tal-ewtanażja u tad-disponiment jekk ikun hemm bżonn.

    Din tikkommetti lill-firmatarju li jaċċetta li jieħu lura l-konsenji li jkunu fit-tranżitu u li jirrifjuta li jdaħħalhom pajjiż terz.

    (1)   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 139/2013 tas-7 ta’ Jannar 2013 li tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fl-Unjoni u l-kondizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 1).

    (2)   Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/659 tat-12 ta’ April 2018 dwar il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-Unjoni ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom (ĠU L 110, 30.4.2018, p. 1).

    (3)   Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1).



    PARTI II – KONTROLLI

    Kaxxa

    Deskrizzjoni

    II.1.

    CVED preċedenti

     

    Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku allokat mit-TRACES lis-CVED meta konsenja tkun maqsuma jew fil-każ tat-trasbord (meta jsiru l-kontrolli uffiċjali), tas-sostituzzjoni jew tal-kanċellazzjoni.

    II.2

    Referenza tas-CVED

     

    Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-Kaxxa I.2.

    II.3

    Verifika tad-dokumenti

     

    Trid timtela għall-konsenji kollha. Dawn jinkludu wkoll verifika tal-konformità mar-rekwiżiti nazzjonali tkun xi tkun id-destinazzjoni finali. Id-dokumenti meħtieġa għal din il-verifika jingħataw mill-importatur jew mir-rappreżentant tal-importatur.

    II.4

    Verifika tal-identità

     

    Qabbel maċ-ċertifikati u mad-dokumenti oriġinali.

    Deroga: immarka din il-kaxxa meta l-annimali jkunu qegħdin jiġu trasbordati minn post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal ieħor, u ma jkunux għaddew minn kontroll tal-identità skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 91/496/KEE.

    II.5

    Verifika fiżika

     

    Din tinkludi l-eżitu tal-eżaminazzjoni klinika, u l-mortalità u l-morbidità tal-annimali.

    Deroga: immarka din il-kaxxa meta l-annimali jkunu qed jiġu ttrasbordati minn post ta’ spezzjoni fil-fruntiera għal ieħor u ma jkunux għaddew minn verifika fiżika skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 91/496/KEE. Din il-kaxxa trid tintuża wkoll għall-ispeċijiet ta’ annimali li mhumiex elenkati fl-Anness A tad-Direttiva 90/425/KEE li jiġu importati f’BIP ta’ Stat Membru li ma jkunx id-destinazzjoni finali u li l-verifiki fiżiċi tagħhom ikunu jridu jsiru fil-post tad-destinazzjoni finali f’konformità mal-Artikolu 8(A)(1)(b)(ii) tad-Direttiva 91/496/KEE.

    II.6

    Test tal-laboratorju

     

    It-testijiet saru għal: semmi l-kategorija tas-sustanza jew tal-patoġenu li twettqet il-proċedura investigattiva minħabba fiha/fih.

    “Fuq bażi aleatorja” tindika kampjunar ta’ kull xahar skont id-Deċiżjoni 97/794/KE.

    “Abbażi ta’ suspetti” tinkludi każijiet meta jkun hemm suspett li l-annimali jkollhom xi marda jew juru sinjali ta’ mard jew jiġu ttestjati skont id-dispożizzjonijiet ta’ salvagwardja fis-seħħ.

    Pendenti: immarka jekk l-annimali ma ntbagħtux sakemm jaslu r-riżultati

    II.7

    Kontroll tat-trattament xieraq

     

    Iddeskrivi l-kundizzjonijiet tat-trasport u l-istat ta’ benessri tal-annimali mal-wasla.

    Deroga: immarka din il-kaxxa meta l-annimali jkunu qegħdin jiġu trasbordati minn BIP għal ieħor, u ma jkunux għaddew minn kontroll tat-trattament xieraq tal-annimali.

    II.8

    Impatt tat-trasportazzjoni fuq l-annimali

     

    Semmi kemm mietu annimali, kemm hemm annimali li mhumiex fi stat li jivvjaġġaw u kemm kien hemm annimali nisa li weldu jew li korrew waqt it-trasportazzjoni. Fil-każ ta’ annimali li jintbagħtu għadd kbir minnhom (flieles ta’ ġurnata, ħut, molluski, eċċ.) agħti stima tal-għadd ta’ annimali mejtin jew mhux f’sikithom kif rilevanti.

    II.9

    Aċċettabbli għat-trasbord

     

    Imla fejn rilevanti biex tindika l-aċċettabbiltà għat-trasbord kif iddefinit fil-kaxxa. I.20.

    II.10

    Ma japplikax

    II.11

    Aċċettabbli għat-tranżitu

     

    Imla billi tindika l-Istati Membri ta’ tranżitu skont il-pjan tar-rotta fejn hu rilevanti

    II.12

    Aċċettabbli għas-suq intern

     

    Imla kif jixraq jekk l-annimali qed jintbagħtu lejn destinazzjoni kkontrollata (biċċerija, korp jew kwarantina uffiċjalment approvati kif iddefinit fil-Kaxxa I.18) awtorizzati għall-importazzjoni b’kundizzjonijiet speċjali.

    II.13

    Ma japplikax

    II.14

    Ma japplikax

    II.15

    Aċċettabbli għad-dħul temporanju

     

    Din il-kaxxa tapplika biss għaż-żwiemel reġistrati. Dawn huma awtorizzati li jibqgħu fit-territorju tal-UE/taż-ŻEE biss sad-data speċifikata fil-Kaxxa I.26, u dan il-perjodu ma jistax ikun itwal minn 90 jum.

    II.16

    Mhux aċċettabbli

     

    Uża din il-kaxxa għall-konsenji li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-UE jew li jkunu suspetti.

    Fejn tkun rifjutata l-importazzjoni, indika b’mod ċar il-proċedura li trid tiġi segwita. “Skarnar” tfisser li l-laħam tal-annimali jista’ jmur għall-konsum mill-bniedem jekk jgħaddi mill-ispezzjoni. “Ewtanażja” tfisser il-qerda jew l-eliminazzjoni tal-annimali u li l-laħam tagħhom ma jistax imur għall-konsum mill-bniedem.

    II.17

    Raġuni għar-rifjut

     

    Imla kif xieraq biex iżżid l-informazzjoni rilevanti. Immarka l-kaxxa rilevanti.

    “Nuqqas ta’ ċertifikat/ċertifikat mhux validu” tirreferi għal-liċenzji tal-importazzjoni jew għad-dokumenti ta’ tranżitu meħtieġa minn pajjiżi terzi jew minn Stati Membri.

    II.18

    Dettalji tad-destinazzjonijiet tal-kontroll

     

    Agħti n-numru tal-approvazzjoni u l-indirizz, inkluż il-kodiċi postali għad-destinazzjonijiet fejn hi meħtieġa verifika veterinarja addizzjonali. Dan japplika għall-Kaxxi II.9, II.11, II.12 u II.15. Għall-Kaxxa II.15 agħti biss l-indirizz tal-ewwel stabbiliment. Għall-korpi sensittivi li jeħtieġ li jibqgħu anonimi, agħti n-numru assenjat tagħhom iżda tagħtix l-indirizz.

    II.19

    Konsenja ssiġillata mill-ġdid

     

    Uża din il-kaxxa meta s-siġill oriġinali rreġistrat fuq konsenja jkun tħassar mal-ftuħ tal-kontejner. Trid tinżamm lista kkonsolidata tas-siġilli kollha li jkunu ntużaw għal dan l-iskop.

    II.20

    Identifikazzjoni tal-BIP

     

    It-timbru uffiċjali tal-BIP jew tal-awtorità kompetenti

    II.21

    Uffiċjal li jiċċertifika

     

    L-isem u l-firma tal-veterinarju uffiċjali, u d-data

    II.22

    Miżati tal-ispezzjoni

     

    Għall-użu intern.

    II.23

    Referenza tad-dokument tad-dwana

     

    Għall-użu mis-servizzi doganali biex iżidu xi informazzjoni rilevanti (eż. in-numru taċ-ċertifikat doganali T1 jew T5) meta l-konsenji jibqgħu taħt il-kontrolli doganali għal xi żmien. Din l-informazzjoni normalment tinżied wara l-firma tal-veterinarju.

    II.24

    CVED sussegwenti

     

    Indika l-kodiċi alfanumeriku ta’ CVED sussegwenti wieħed jew iżjed.



    PARTI III – SEGWITU

    Kaxxa

    Deskrizzjoni

    III.1

    CVED preċedenti

    Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-Kaxxa II.1.

    III.2

    Referenza tas-CVED

    Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku indikat fil-Kaxxa I.2.

    III.3

    CVED sussegwenti

    Indika l-kodiċi alfanumeriku ta’ CVED wieħed jew iżjed indikati fil-Kaxxa II.24.

    III.4

    Dettalji dwar l-ispedizzjoni lura

    Indika l-mezz tat-trasport l-intuża u l-identifikazzjoni tiegħu, il-pajjiż u l-kodiċi ISO tal-pajjiż.

    Indika d-data tal-ispedizzjoni lura u l-isem tal-BIP tal-ħruġ, malli din l-informazzjoni tkun magħrufa.

    III.5

    Segwitu mwettaq minn

    Indika l-awtorità inkarigata biex tiċċertifika l-wasla u l-konformità tal-konsenja kkonċernata fis-CVED: il-BIP tal-ħruġ, il-BIP tad-destinazzjoni finali jew l-unità ta’ kontroll.

    Indika d-destinazzjoni ulterjuri u/jew ir-raġunijiet tan-nuqqas ta’ konformità jew għat-tibdil tal-istatus tal-annimali (eż. destinazzjoni mhux valida, ċertifikat nieqes jew mhux validu, nuqqas ta’ qbil bejn l-informazzjoni fid-dokumenti u l-annimali, identifikazzjoni nieqsa jew mhux valida, testijiet mhux sodisfaċenti, annimali suspettati, annimali mejtin, annimali mitlufin jew konverżjoni għal dħul permanenti).

    III.6

    Uffiċjal li jiċċertifika

    Dan jirreferi għall-firma tal-uffiċjal tal-awtorità kompetenti li jiċċertifika fil-każ tal-ispedizzjoni lura u s-segwitu tal-konsenji.

    PARTI 2

    Mudell tas-CVED-A2

    image

    image

    image

    image

    image



    ( 1 ) ĠU L 323, tas-26.11.1997, pġ. 31.

    ( 2 ) ĠU L 224, tat-18.08.1990, pġ. 29.

    ( 3 ) ĠU L 278, tal-31.10.2000, pġ. 26.

    ( 4 ) ĠU L 268, ta’ l-14.09.1992, pġ. 54.

    Top