Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004R0214-20040520

    Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2004 tas-6 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi l-istandard għat-tqegħid fis-suq taċ-ċirasa

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/214/2004-05-20

    2004R0214 — MT — 20.05.2004 — 001.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 214/2004

    tas-6 ta’ Frar 2004

    li jistabbilixxi l-istandard għat-tqegħid fis-suq taċ-ċirasa

    (ĠU L 036, 7.2.2004, p.6)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 907/2004 tad-29 ta' April, 2004

      L 163

    50

    30.4.2004




    ▼B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 214/2004

    tas-6 ta’ Frar 2004

    li jistabbilixxi l-istandard għat-tqegħid fis-suq taċ-ċirasa



    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organiżżazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix ta’ l-ikel ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Iċ-ċirasa hija fost il-prodotti mniżżlin f’L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2200/96 li għalihom iridu jiġu adottati l-istandards. Fl-interess tal-kjarezza, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 899/87 tat-30 Marzu 1987 li jistabbilixxi l-istandards tal-kwalità’ għaċ-ċirasa ( 2 ), li ġie emendat diversi drabi, għandu jiġi mħassar u mibdul b’regolament ġdid. Għal dak il-għan, u fl-interess li tkun ippriservata t-trasparenza fis-suq dinji, għandu jiġi kkunsidrat l-istandard FFV-13 tal-Kummissjoni Ekonomika tal-Ġnus Magħquda għall-Ewropa (UN/ECE) li jikkonċerna l-kontroll fuq it-tqegħid fis-suq u l-kwalità’ taċ-ċirasa rrakkomandat mill-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istandardizzazzjoni tal-Prodotti li jitħassru malajr u ta’ l-Iżvilupp tal-Kwalità’ tal-Kummissjoni Ekonomika tal-Ġnus Magħquda għall-Ewropa (UN/ECE).

    (2)

    L-applikazzjoni ta’ dawn l-istandards ġodda għandha twassal biex jirwarrbu minn fuq is-suq prodotti ta’ kwalità’ mhux sodisfaċenti, iġġib il-produzzjoni tikkonformi mal-ħtiġijiet tal-konsumatur u tiffaċilita l-kummerċ ibbażat fuq kompetizzjoni ġusta, u b’hekk tgħin biex jitjieb il-qligħ.

    (3)

    L-istandards huma applikabbli fl-istadji kollha tat-tqegħid fis-suq. Trasport fit-tul, il-ħażna għal ċertu perjodu u d-diversi proċessi li l-prodotti jgħaddu minnhom jistgħu jikkawżaw ċertu ammont ta’ deterjorament minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti u n-natura tagħhom li jitħassru malajr. Dan id-deterjorament għandu jiġi kkunsidrat meta jiġi applikat l-istandard fl-istadju tat-tqegħid fis-suq wara d-dispaċċ.

    (4)

    Billi l-prodotti tal-klassi “Extra” jridu jiġu magħżulin u ppakkjati b’attenzjoni partikolari, fil-każ tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati biss in-nuqqasijiet li jikkonċernaw kemm il-prodott ikun frisk u l-istat ta’ nefħa tiegħu.

    (5)

    Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Frott u l-Ħaxix ta’ l-Ikel,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    L-istandard tat-tqegħid fis-suq taċ-ċirasa li taqa’ taħt il-kodiċi ĊN 0809 20 għandu jkun kif stipulat fl-Anness.

    L-istandards għandhom jgħoddu fl-istadji kollha tat-tqegħid fis-suq taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2200/96.

    Madankollu, fi stadji wara d-dispaċċ, il-prodotti jistgħu juru, b’relazzjoni għall-ħtiġijiet ta’ l-istandard, nuqqas żgħir ta’ freskezza u stat ta’ nefħa; Prodotti kklassifikati mhux taħt il-klassi “Extra” jistgħu juru wkoll deterjorament kawżat mill-Iżvilupp tagħhom u t-tendenza tagħhom li jitħassru.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (KEE) Nru 899/87 jiġi mħassar

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    L-ANNESS

    STANDARD ĠĦAĊ-CIRASA

    I.   DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

    Dan l-istandard jgħodd għaċ-ċirasa, ta’ varjetajiet mnissla bil-kultivazzjoni tal-Prunus avium L., Prunus cerasus L., jew ibridi tagħhom, li jiġu fornuti friski lill-konsumatur, ċirasa biex tkun ipproċessata għall-industrija hija eskluża.

    II.   DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-KWALITÀ’

    L-għan ta’ dan l-istandard huwa li jkunu definiti il-ħtiġijiet tal-kwalità’, wara l-preprazzjoni u l-ippakkjar.

    A.   Ħtiġijiet minimi

    Fil-klassijiet kollha, soġġett għad-dispożizzjonijiet speċjali għall-kull klassi u t-tolleranzi konċessi, iċ-ċirasa trid tkun:

     bla mittiefsa,

     friska fid-dehra,

     b’saħħitha; il-prodott affettwat mit-tinwir jew mid-deterjorazzjoni hekk li jagħmlu mhux tajjeb għall-konsum jiġi mwarrab,

     ditta (skond il-varjeta’),

     nadif, prattikament ħieles għal kollox minn kull materjal barrani li jidher,

     prattikment ħieles mid-dud u l-insetti qerrieda,

     prattikament ħieles mill-ħsara kawżata mid-dud u l-insetti qerrieda,

     ħieles minn umdita fuq barra mhux tas-soltu,

     ħieles minn kull riħa u/jew togħma barranija,

     biz-zokk ewlieni magħha ( 3 ).

    Iċ-ċirasa trid tinqatgħa b’attenzjoni.

    Irid ikun żviluppat biżżejjed u juri sajran sodisfaċenti. L-Iżvilupp u l-kondizzjoni jridu jkunu li jippermettulha:

     tiflaħ għat-trasport u t-tqandil u

     tasal f’kondizzjoni sodisfaċenti fil-post tad-destinazzjoni.

    B.   Klassifika

    Iċ-ċirasa hija kklassifikata fi tliet klassijiet, kif jidher hawn taħt:

    (i)  Klassi “Extra”

    Iċ-ċirasa f’din il-klassi trid tkun ta’ kwalità’ suprejuri. Trid tkun żviluppata tajjeb u jkollha l-karatteristiċi kollha u l-kulur tipiku tal-varjeta’

    Trid tkun ħielsa mid-difetti ħlief għal difetti fil-qoxra li jkunu żgħar ħafna u superfiċjali, bil-kondizzjoni li dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità’, iż-żamma tal-kwalità’ u l-preżentazzjoni fil-pakkett.

    (ii)  Għall-Klassi I

    Iċ-ċirasa f’din il-klassi trid tkun ta’ kwalità tajba. Trid tkun karatteristika tal-varjeta’

    Id-difetti ħfief li ġejjin jistgħu, madankollu, jitħallew basta iżda illi dawn ma jaffettwawx id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

     difett żgħir fil-forma tagħom,

     difett żgħir fil-kulur.

    Ma jridx ikun fihom ħarqiet, xquq, brix jew difetti kawżati mis-silġ.

    (iii)  Għall-Klassi II

    Din il-klassi tinkludi ċirasa li ma tikkwalifikax biex tkun inkluża mal-klassijiet aktar għola, imma li tissodisfa l-ħtiġijiet minimi indikati hawn fuq.

    Id-difetti li ġejjin jistgħu jitħallew bil-kondizzjoni li ċ-ċirasa zzomm il-karatteristiċi essenzali tagħha fir-rigward tal-kwalità’, iż-żamma tal-kwalità’ u l-preżentazzjoni fil-pakkett:

     difetti fil-forma u l-kulur, bil-kondizzjoni li jżommu l-karatteristiċi tal-varjeta’,

     ċikatriċi fuq il-wiċċ li jkunu żgħar u mfejqa, u li mhux probabbli li jgħarrqu l-apparenza jew iż-żamma tal-kwalità’ tal-frott.

    III.   DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-GĦOTI TAD-DAQS

    Id-daqs jiġi stabbilit skond id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali. Iċ-ċirasa għandu jkollha l-qisien minimi li ġejjin:

     Klassi “Extra”: 20 mm,

     Klassi I u II: 17 mm.

    IV.   DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IT-TOLLERANZI

    Jistgħu jiġu permessi tolleranzi rigward il-kwalità f’kull pakkett tal-prodott li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi indikata,

    A.   Tolleranzi għall-kwalità

    (i)   Klassi “Extra”

    5 % tan-numru jew piż taċ-ċirasa li ma tissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi immi li tissodisfa dawk ta’ Klass I, jew b’mod eċċezzjonali, li tinżamm fit-tolleranzi ta’ dik il-klassi, bl-eċċezzjoni ta’ frott misjur iżżejjed.

    (ii)   Għall-Klassi I

    10 % tan-numru jew piż taċ-ċirasa li ma tissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi imma li tissodisfa dawk ta’ Klass II, jew b’mod eċċezzjonali, li tinżamm fit-tolleranzi ta’ dik il-klassi, F’din it-tolleranza, mhux aktar minn 4 % għandu jikkonsisti fi frott maqsum u/jew li jkun għamel għalih id-dud.

    Barra dan, 10 % taċ-ċirasa mingħajr iż-zokk ewlieni huma permessi bil-kondizzjoni li l-qoxra m’hijiex imħassra u li m’hemmx telf serju tal-meraq

    (iii)   Għall-Klassi II

    10 % tan-numru jew piż taċ-ċirasa li ma tissodisfax la l-ħtiġijiet tal-klassi u lanqas il-ħtiġijiet minimi, bl-eċċezzjoni ta’ prodott affettwat mit-taħsir jew xi deterjorament ieħor li jagħmilha mhux tajba għall-ikel. F’din id-tolleranza, mhux aktar minn 4 % b’kollox għandu jikkonsisti minn frott li jkun misjur iżżejjed u/jew maqsum u/jew li jkun għamel għalih id-dud. Mhux aktar minn 2 % b’kollox għandu jikkonsisti minn frott li jkun misjur iżżejjed.

    Barra dan, 20 % taċ-ċirasa mingħajr iz-zokk ewlieni huma permessi bil-kondizzjoni li l-qoxra ma tkunx mħassra u ma jkunx hemm telf serju tal-meraq.

    B.   Tolleranzi għad-daqs

    Għall-klassijiet kollha: 10 % tan-numru jew piż taċ-ċirasa li ma tkunx konformi mad-daqs minimu speċifikat, bil kondizzjoni, madankollu, li d-dijametru ma jkunx inqas minn:

     17 mm fil-Klass “Extra”

     15 mm fil-Klassijiet I u II.

    V.   DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW IL-PREŻENTAZZJONI

    A.   L-uniformita’

    Il-kontenut ta’ kull pakkett għandu jkun uniformi u jkun fih biss ċirasa ta’ l-istess oriġini, varjeta’ u kwalità’. Il-frott għandu jkun ta’ daqs uniformi.

    Barra dan, iċ-ċirasa tal-Klassi “Extra” għandha tkun ta’ kulur u sajran uniformi.

    Il-parti li tidher tal-kontenut tal-pakkett trid tkun rappreżentattiva tal-kontenut kollu.

    Minkejja d-dispożizzjonijiet preċedenti f’dan il-punt, prodotti koperti b’dan ir-Regolament jitħalltu, f’pakketti tal-bejgħ ta’ piż nett ta’ tliet kilogrammi jew inqas, ma’ tipi differenti ta’ frott frisk u ħxejjex taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 48/2003 ( 4 ).

    B.   L-ippakkjar

    Iċ-ċirasa għandha tkun ippakkjata b’mod li l-prodott ikun protett kif inhu xieraq.

    Il-materjali wżati ġewwa l-pakkett iridu jkunu ġodda, nodfa u ta’ kwalità’ hekk li jevitaw milli jikkawżaw kull ħsara fuq barra u fuq ġewwa tal-prodott. -L-użu ta’ materjal u b’mod partikolari karta jew timbri li jkollhom fuqhom dettalji kummerċjali huwa permissibbli bil-kondizzjoni li l-istampar u l-ittikkettjar ikun sar bl-użu ta’ linka jew kolla li m’humiex tossiċi.

    Il-pakketti jridu jkunu ħielsa minn kull materja barranija.

    ▼M1

    Tikketti li jitwaħħlu individwalment fuq il-prodott għandhom ikunu hekk li meta jitneħħew ma jħallux warajhom traċċi ta' kolla li jidhru u li dawn ma jwasslux għal difetti fil-ġilda.

    ▼B

    VI.   DISPOSIZZJONIJIET LI JIRRIGWARDAW L-ITTIKKETTJAR

    Kull-pakkett irid iġorr il-partikolaritajiet li ġejjin, f’ittri miġjuba fi gruppi fuq l-istess naħa, markati leġibbilment u li ma jitħassrux, u li jidhru minn fuq barra:

    A.   L-identifikazzjoni

    Min jippakkja u jew min jiddispaċċja: isem u indirizz jew marka tal-kodiċi maħruġa jew aċċettata uffiċjalment. Madankollu, f’każ fejn tintuża marka tal-kodiċi, ir-referenza “min jippakkja u jew min jiddispaċċja” (jew taqsiriet ekwivalenti) trid tiġi indikata b’konnessjoni mill-qrib mal-marka tal-kodiċi.

    B.   In-natura tal-prodott

     “Ċirasa”, fejn il-kontenut ma jkunx jidher minn barra,

     “Ċirasa qarsa”, meta approprjat,

     “Picota” jew l-isem tat-tip meta approprjat,

     l-isem tal-varjeta (fuq għażla).

    C.   L-orġini tal-prodott

    Il-pajjiż ta’ l-oriġini u, bil-għażla, d-distrett fejn imkabbar jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew lokali tal-post.

    D.   L-ispeċifikazzjonijiet kummerċjali

    Il-Klassi.

    E.   Il-marka uffiċjali tal-kontroll (b’għażla)



    ( 1 ) ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 64).

    ( 2 ) ĠU L 200, 21.07.87, p. 18. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 46/2003 (ĠU L 7, 11.01.03, p. 61).

    ( 3 ) Nuqqas ta’ zkuk ewlenin huwa permess bil-kondizzjoni li l-qoxra ma tkunx imħassra u ma jkunx hemm telf serju tal-meraq fil-każ ta’ ċirasa qarsa u ċirasa tat-tip “Picota” jew tipi ekwivalenti, li normalment iwaqqgħu iz-zokk fiż-żmien tal-ħsad.

    ( 4 ) ĠU L 7, 11.01.03, p. 65.

    Top