This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02004L0025-20240109
Directive 2004/25/EC of the european parliament and of the council of 21 April 2004 on takeover bids (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02004L0025 — MT — 09.01.2024 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DIRETTIVA 2004/25/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ April 2004 fuq offerti ta’ xiri (ĠU L 142 30.4.2004, p. 12) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009 |
L 87 |
109 |
31.3.2009 |
|
DIRETTIVA 2014/59/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Mejju 2014 |
L 173 |
190 |
12.6.2014 |
|
REGOLAMENT (UE) 2021/23 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Diċembru 2020 |
L 22 |
1 |
22.1.2021 |
|
DIRETTIVA (UE) 2023/2864 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Diċembru 2023 |
L |
1 |
20.12.2023 |
ID-DIRETTIVA 2004/25/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ April 2004
fuq offerti ta’ xiri
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Prospettiva
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:
“offerta ta’ xiri” jew “offerta” għandhom ifissru offerta pubblika (minbarra mill-kumpannija li qed tirċievi l-offerta innifisha) magħmula lid-detenturi tas-sigurtajiet ta’ kumpannija għax-xiri ta’ parti jew is-sigurtajiet kollha msemmija, kemm jekk obbligatorja kif ukoll jekk volontarja, liema offerta ssir wara jew ikollha bħala l-għan tagħha x-xiri tal-kontroll tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta skond il-liġi nazzjonali;
“kumpannija li qed tirċievi l-offerta” għandha tfisser kumpannija li s-sigurtajiet tagħha ikunu suġġetti għall-offerta;
“min qed jagħmel l-offerta” għandha tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali regolata mil-liġi pubblika jew privata li qed tagħmel l-offerta;
“persuni li qed jaħdmu flimkien” għandha tfisser persuni naturali jew legali li jikkoperaw ma’ min qed jagħmel l-offerta jew mal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta, fuq bażi ta’ ftehim li jsir b’mod espliċitu jew taċitu, jew b’mod verbali jew miktub, li jkun immirat kemm għax-xiri tal-kontroll tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u kemm għat-tfixkil mis-suċċess ta’ offerta;
“sigurtajiet” għandha tfisser sigurtajiet trasferibbli bi drittijiet tal-vot f’kumpannija;
“partijiet għall-offerta” għandha tfisser dak li qed jagħmel l-offerta, il-membri tal-bord ta’ min qed jagħmel l-offerta jekk min qed jagħmel l-offerta tkun kumpannija, il-kumpannija li tirċievi l-offerta, id-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u l-membri tal-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u l-persuni li jaħdmu flimkien ma’ partijiet bħal dawn;
“sigurtajiet b’voti multipli” għandha tfisser sigurtajiet inklużi fi klassi distinta u separata li jkollhom aktar minn vot kull wieħed.
Artikolu 3
Prinċipji ġenerali
Għall-iskop li tiġi implimentata din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-prinċipji li ġejjin jiġu mħarsa:
id-detenturi kollha tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta ta’ l-istess klassi għandhom jiġu trattati b’mod ugwali; aktar minn hekk jekk persuna tikseb il-kontroll ta’ kumpannija, id-detenturi l-oħra tas-sigurtajiet għadhom jiġu protetti;
id-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandu jkollhom żmien u informazzjoni biżżejjed biex ikunu kapaċi jieħdu deċiżjoni li tkun informata tajjeb fuq l-offerta; fejn jagħtu pariri lid-detenturi tas-sigurtajiet, il-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandu jagħti l-opinjonijiet tiegħu fuq l-effetti ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-offerta fuq ix-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-postijiet ta’ negozju tal-kumpannija;
il-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandu jaħdem fl-interessi tal-kumpannija fl-intier tagħha u m’għandux iċaħħad lid-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija milli jkollhom l-opportunità jiddeċiedu fuq il-merti ta’ din l-offerta;
m’għandhomx jinħolqu swieq foloz fis-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta, tal-kumpannija li qed tagħmel l-offerta jew ta’ kwalunkwe kumpannija milquta mill-offerta fejn żieda jew roħs tal-prezzijiet tas-sigurtajiet isiru foloz u l-funzjonijiet normali tas-swieq jiġu mfixkla;
min qed jagħmel l-offerta għandu jiddikjara l-offerta tiegħu biss wara li jkun aċċertat li hu jkun jista’ jaderixxi bis-sħiħ kwalunkwe konsiderazzjoni ta’ flus kontanti, jekk din tiġi offruta, u wara li jittieħdu l-miżuri kollha raġonevoli biex tiġi aċċertata l-implimentazzjoni ta’ kull tip ieħor ta’ konsiderazzjoni;
kumpannija li qed tirċievi l-offerta m’għandiex tiġi mfixkla minn offerta fit-twettieq tax-xogħolijiet tagħha għal żmien itwal milli jkun raġonevoli.
Bl-iskop li tiġi aċċertata l-konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:
għandhom jassiguraw li l-ħtiġiet minimi kif stabbiliti f’din id-Direttiva jiġu osservati;
jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet addizzjonali u disposizzjonijiet aktar stretti minn dawk ta’ din id-Direttiva għall-kontroll ta’ l-offerti.
Artikolu 4
Awtorità superviżorja u l-liġi applikabbli
L-awtorità kompetenti biex tissorvelja l-offerta għandha tkun dik ta’ l-Istat Membru fejn il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jkollha l-uffiċċju tagħha irreġistrat, jekk is-sigurtajiet ta’ dik il-kumpannija jkunu aċċettati għall-kummerċ fis-suq regolat f’dak l-Istat Membru.
Jekk is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta ma jkunux aċċettati għall-kummerċ fis-suq regolat fl-Istat Membru fejn il-kumpannija jkollha l-uffiċċju irreġistrat, l-awtorità kompetenti għas-superviżjoni ta’ l-offerta għandha tkun dik ta’ l-Istat Membru fejn is-sigurtajiet tal-kumpannija jkunu aċċettati għall-kummerċ.
Jekk is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jiġu aċċettati għall-kummerċ fl-iswieq regolati f’aktar minn Stat Membru wieħed, l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-offerta għandha tkun dik ta’ l-Istat Membru fejn is-sigurtajiet kienu l-ewwel aċċettati għall-kummerċ fis-suq regolat.
Jekk is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta kienu aċċettati għall-ewwel darba għall-kummerċ fis-swieq regolati f’aktar minn Stat Membru wieħed fl-istess ħin, il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandha tiddeċiedi liema mill-awtoritajiet superviżorji ta’ dawk l-Istati Membri għandha tkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-offerta billi tavża lil dawk is-swieq regolati u lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom fl-ewwel ġurnata tal-kummerċ.
Jekk is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta ikunu diġà ġew aċċettati għall-kummerċ fis-swieq regolati f’aktar minn Stat Membru wieħed fid-data stabbilita fl-Artikolu 21(1) u kienu aċċettati fl-istess żmien, l-awtoritajiet superviżorji ta’ dawk l-Istati Membri għandhom jiftehmu liem minnhom għandha tkun l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-offerta f’perjodu ta’ erba’ ġimgħat mid-data stabbilita fl-Artikolu 21(1). Jekk dan ma jkunx il-każ, il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta għandha tiddeċiedi liem minn dawk l-awtoritajiet għandha tkun l-awtorità kompetenti fl-ewwel ġurnata tal-kummerċ wara dak il-perjodu ta’ erba’ ġimgħat.
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-deċiżjonijiet imsemmija f’(ċ) isiru pubbliċi.
Fil-każi msemmija f’(b) u (ċ), il-materji li għandhom x’jaqsmu mal-konsiderazzjoni offruta f’każ ta’ offerta, b’mod partikolari il-prezz, u l-materji relatati mal-proċedura ta’ l-offerta, b’mod partikolari l-informazzjoni dwar id-deċiżjoni ta’ min qed jagħmel l-offerta biex jagħmel l-offerta, il-kontenut tad-dokument ta’ l-offerta u l-iżvelar ta’ l-offerta, għandhom jiġu trattati skond ir-regoli ta’ l-Istati Membri ta’ l-awtorità kompetenti. F’materji relatati ma’ l-informazzjoni li għandha tiġi ipprovduta lill-impjegati tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u f’materji relatati mal-liġi tal-kumpannija, b’mod partikolari il-persentaġġ tad-drittijiet tal-vot li jagħti l-kontroll u kwalunkwe deroga mill-obbligu li tinħareġ offerta, kif ukoll il-kondizzjonijiet skond liema l-bord tal-kumpannija li qed tagħmel l-offerta jista’ jieħu azzjoni li tista’ tirriżulta fil-frustrazzjoni ta’ l-offerta, ir-regoli applikabbli u l-awtorità kompetenti għandhom ikunu dawk ta’ l-Istat Membru fejn il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jkollha l-uffiċċju tagħha irreġistrat.
Waqt li jkun ipprovdut li l-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ikunu rispettati, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu fir-regoli li huma jagħmlu jew jintroduċu skond din id-Direttiva għad-derogi minn dawk ir-regoli:
billi jinkludu derogi ta’ dan it-tip fir-regoli nazzjonali tagħhom, sabiex jieħdu kont taċ-ċirkostanzi stabbiliti fuq livell nazzjonali
u/jew
billi jagħtu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom, fejn dawn ikunu kompetenti, il-poteri li jinjoraw regoli nazzjonali bħal dawn, biex jieħdu kont taċ-ċirkostanzi msemmija f’(i) jew f’ċirkostanzi speċifiċi oħra fejn deċiżjoni raġonevoli tkun meħtieġa.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva ma japplikax f’każ ta’ applikazzjoni ta’ għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) jew fit-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).
Artikolu 5
Il-protezzjoni ta’ l-azzjonisti f’minoranza, l-offerta obbligatorja u l-prezz raġonevoli
Jekk jiġu rispettati l-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom biex jemendaw il-prezz imsemmi fl-ewwel subparagrafu fiċ-ċirkostanzi u skond il-kriterji li huma determinati b’mod ċar. Għal dak il-għan, huma jistgħu jagħmlu lista taċ-ċirkostanzi li fihom l-għola prezz jista’ jiġi rranġat -il fuq jew ‘l isfel, per eżempju fejn l-għola prezz ikun stabbilit permezz ta’ ftehim bejn dak li jbiegħ u dak li jixtri, fejn il-prezzijiet tas-suq tas-sigurtajiet imsemmija jiġu manipulati, fejn il-prezzijiet tas-suq in ġenerali jew ċerti prezzijiet tas-suq ikunu partikolarment milquta minn ċirkostanzi eċċezzjonali jew biex tiġi mgħejjuna ditta li tkun f’diffikultà. Huma jistgħu jiddeterminaw ukoll il-kriterji li jiġu applikati f’dawn il-każi, per eżempju il-medja tal-valur tas-suq f’perjodu partikolari, il-valur maqsum ta’ kumpannija jew kriterji oħra ta’ valutazzjoni li ġeneralment jintużaw fl-analiżi finanzjarja.
Kull deċiżjoni ta’ awtorità superviżorja għall-irranġar tal-prezz raġonevoli għandha tiġi verifikata u mressqa għall-pubbliku.
Madankollu, fejn il-konsiderazzjoni offruta minn min qed jagħmel l-offerta ma tkunx tikkonsisti f’sigurtajiet likwidi li jkunu aċċettati għall-kummerċ f’suq regolat, għandha tiġi inkluża alternattiva ta’ flus kontanti.
F’kull każ min qed jagħmel l-offerta għandu joffri konsiderazzjoni ta’ flus kontanti ta’ l-inqas bħala alternattiva fejn huwa/hija jew persuni li jaħdmu flimkien miegħu/magħha, f’perjodu li jibda fl-istess żmien tal-perjodu stabbilit mill-Istati Membri skond il-paragrafu 4 u li jispiċċa meta l-offerta tagħlaq għall-aċċettazzjoni, ikunu xtraw għas-sigurtajiet ta’ flus li jġorru 5 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li konsiderazzjoni ta’ flus kontanti tiġi offruta fil-każi kollha mill-inqas bħala alternattiva.
Artikolu 6
Informazzjoni dwar l-offerti
Fejn id-dokument ta’ l-offerta msemmi fl-ewwel subparagrafu ikun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel ta’ l-awtorità superviżorja u jkun ġie approvat, huwa għandu jiġi rikonoxxut, suġġett għal kwalunkwe traduzzjoni meħtieġa, f’kull Stat Membru ieħor fis-suq fejn is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jkunu aċċettati għall-kummerċ, mingħajr ma tkun meħtieġa l-approvazzjoni ta’ l-awtoritajiet superviżorji ta’ dak l-Istat Membru. Dawk l-awtoritajiet jistgħu jinħtieġu l-inklużjoni ta’ informazzjoni addizzjonali fid-dokument ta’ l-offerta biss jekk din l-informazzjoni tkun speċifika għas-suq ta’ l-Istat Membru jew l-Istati Membri fejn is-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jkunu aċċettati għall-kummerċ u tkun tirrelata mal-formalitajiet li jkunu jridu jiġu segwiti biex l-offerta tiġi aċċettata u tirċievi l-konsiderazzjoni xierqa fl-għeluq ta’ l-offerta kif ukoll għall-arranġamenti tat-taxxa li tkun suġġetta għalihom il-konsiderazzjoni offruta lid-detenturi tas-sigurtajiet.
Id-dokument ta’ l-offerta msemmi fil-paragrafu 2 għandu jinkludi ta’ l-inqas:
it-termini ta’ l-offerta;
l-identità ta’ min qed jagħmel l-offerta u, fejn min qed jagħmel l-offerta ikun kumpannija, it-tip, l-isem u l-uffiċċju ta’ reġistrazzjoni ta’ dik il-kumpannija;
is-sigurtajiet jew, fejn xieraq, il-klassi jew il-klassijiet tas-sigurtajiet li għalihom saret l-offerta;
il-konsiderazzjoni offruta għal kull sigurtà jew klassi ta’ sigurtajiet u, f’każ ta’ offerta obbligatorja, il-metodu użat biex din ġiet determinata, bid-dettalji tal-mod kif dik il-konsiderazzjoni għandha titħallas;
il-kumpens offrut għad-drittijiet li jistgħu jintilfu bħala riżultat tar-regola innovattiva kif stabbilita fl-Artikolu 11(4), bid-dettalji kollha tal-metodi kif il-kumpens għandu jitħallas u l-metodu li ntuża biex dan ġie stabbilit;
l-akbar u l-inqas persentaġġi jew kwantitajiet ta’ sigurtajiet li dak li qed jagħmel l-offerta jintrabat li jakkwista;
id-dettalji ta’ kwalunkwe assi eżistenti ta’ dak li qed jagħmel l-offerta, u tal-persuni li qed jaħdmu flimkien miegħu/magħha, fil-kumpannija ta’ dak li qed jirċievi l-offerta;
il-kondizzjonijiet kollha li l-offerta hija suġġetta għalihom;
l-intenzjonijiet ta’ min qed jagħmel l-offerta dwar in-negozju ġejjieni tal-kumpannija ta’ min qed jirċievi l-offerta u, sakemm tkun milquta mill-offerta, il-kumpannija ta’ min jagħmel l-offerta u rigward il-protezzjoni ta’ l-impiegi ta’ l-impjegati u tal-ħaddiema amministrattivi tagħhom, inkluż kwalunkwe bidla materjali fil-kondizzjonijiet ta’ l-impieg, u b’mod partikolari il-pjani strateġiċi għaż-żewġ kumpanniji ta’ dak li qed jagħmel l-offerta u r-riperkussjonijiet fuq l-impieg li jistgħu jseħħu u l-postijiet tan-negozju tal-kumpanniji;
il-ħin permess għall-aċċettazzjoni ta’ l-offerta;
fejn il-konsiderazzjoni offruta minn għand min jagħmel l-offerta tinkludi xi tip ta’ sigurtajiet, l-informazzjoni li tikkonċerna dawk is-sigurtajiet;
informazzjoni rigward il-finanzjament ta’ l-offerta;
l-identità tal-persuni li jaġixxu flimkien ma’ min qed jagħmel l-offerta u mal-kumpannija ta’ min qed jirċievi l-offerta u, fil-każ ta’ kumpanniji, it-tipi, l-ismijiet, l-uffiċċji tar-reġistrazzjoni u r-relazzjonijiet tagħhom ma’ dak li qed jagħmel l-offerta u, fejn possibli, mal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta;
il-liġi nazzjonali li tkun ser tirregola l-kuntratti konklużi bejn dak li qed jagħmel l-offerta u d-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija ta’ min qed jirċievi l-offerta bħala riżultat ta’ l-offerta u l-qrati kompetenti.
Artikolu 7
Żmien permess għall-aċċettazzjoni
Artikolu 8
L-Iżvelar
Artikolu 9
Obbligi tal-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta
Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun obbligatorja mill-inqas miż-żmien meta l-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jirċievi l-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 6(1) li tikkonċerna l-offerta u sakemm ir-riżultat ta’ l-offerta jsir pubbliku jew l-offerta tiskadi. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li din l-awtorizzazzjoni tinkiseb fi stadju aktar kmieni, per eżempju hekk kif il-bord tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta jsir jaf li l-offerta hija imminenti.
Artikolu 10
Informazzjoni fuq kumpanniji msemmija fl-Artikolu 1(1)
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kumpanniji kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) jippubblikaw informazzjoni dettaljata fuq li ġej:
l-istruttura tal-kapital tagħhom, inklużi s-sigurtajiet li mhumiex aċċettati għall-kummerċ f’suq regolat fi Stat Membru, u fejn xieraq b’indikazzjoni tal-klassijiet differenti ta’ l-ishma u, għal kull klassi ta’ l-ishma, id-drittijiet u l-obbligi relatati magħhom u l-persentaġġ tal-kapital totali mill-ishma li jirrapreżenta;
kwalunkwe restrizzjonijiet fuq it-trasferiment ta’ sigurtajiet, bħal limitazzjonijiet fuq id-detenzjoni ta’ sigurtajiet jew il-bżonn li tinkiseb l-approvazzjoni tal-kumpannija jew ta’ detenturi oħrajn tas-sigurtajiet, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46 tad-Direttiva 2001/34/KE;
pussess ta’ ishma diretti jew indiretti sinnifikanti (inkluż il-pussess ta’ ishma indiretti permezz ta’ strutturi piramidali u pussess ta’ ishma maqsuma) fis-sens ta’ l-Artikolu 85 tad-Direttiva 2001/34/KE;
id-detenturi ta’ kwalunkwe sigurtajiet bi drittijiet speċjail ta’ kontroll u d-deskrizzjoni ta’ dawn id-drittijiet;
is-sistema ta’ kontroll ta’ kull skema ta’ ishma għall-impjegati fejn id-drittijiet tal-kontroll ma jkunux eżerċitati direttament mill-impjegati;
kwalunkwe restrizzjoni fuq id-drittijiet tal-vot, bħal limitazzjonijiet fuq id-drittijiet tal-vot ta’ persentaġġ magħruf jew numru ta’ voti għad-detenturi, fuq termini perentorji għall-eserċitar ta’ drittijiet tal-vot, jew fuq sistemi li permezz tagħhom, bil-koperazzjoni tal-kumpannija, id-drittijiet finanzjarji relatati mas-sigurtajiet ikunu separati mid-detenzjoni tas-sigurtajiet;
il-ftehim kollu bejn l-azzjonisti li l-kumpannija tkun mgħarrfa bihom u li jistgħu jirriżultaw f’restrizzjonijiet għat-trasferiment ta’ sigurtajiet u/jew drittijiet ta’ votazzjoni fis-sens tad-Direttiva 2001/34/KE;
ir-regoli li jirregolaw il-ħatra u t-tibdil ta’ membri tal-bord u l-emendi ta’ l-artikoli ta’ assoċjazzjoni;
il-poteri tal-membri tal-bord, u b’mod partikolari il-poter li joħorġu jew jerġgħu jixtru l-ishma;
kwalunkwe ftehim sinnifikanti li l-kumpannija tkun parti minnhom u li jidħlu fis-seħħ, jinbidlu jew jintemmu hekk kif isseħħ il-bidla fil-kontroll wara l-offerta ta’ xiri, u l-effetti tagħhom, ħlief f’każi fejn l-iżvelar tal-ftehim jista’ jippreġudika lill-kumpannija; din l-eċċezzjoni m’għandiex tapplika meta l-kumpannija tkun speċifikament obbligata tiżvela din l-informazzjoni fuq bażi ta’ ħtiġiet oħra legali;
kwalunkwe ftehim bejn il-kumpannija u l-membri tal-bord jew l-impjegati li jipprovdu għall-kumpens jekk huma jirriżenjaw jew jekk jispiċċaw bla xogħol mingħajr raġuni valida jew jekk l-impieg tagħhom jintemm minħabba offerta ta’ xiri.
Artikolu 11
Innovazzjoni
Ir-restrizzjonijiet kollha fuq it-trasferiment ta’ sigurtajiet li huma msemmija fil-ftehim kuntrattwali bejn il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u d-detenturi tas-sigurtajiet tagħha, jew fil-ftehim kuntrattwali bejn id-detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta li daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, m’għandhomx japplikaw għal min qed jagħmel l-offerta waqt iż-żmien allokat għall-aċċettazzjoni ta’ l-offerta stabbilita fl-Artikolu 7(1).
Restrizzjonijiet fuq id-drittijiet msemmija fil-ftehim kuntrattwali bejn il-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u d-detenturi ta’ sigurtajiet, jew fil-ftehim kuntrattwali bejn detenturi tas-sigurtajiet tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta li daħlu fis-seħħ wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, m’għandhomx ikollhom effett fuq il-laqgħa ġenerali ta’ l-azzjonisti li tiddeċiedi fuq kwalunkwe miżura difensiva skond l-Artikolu 9.
Sigurtajiet b’voti multipli għandu jkollhom vot wieħed biss kull wieħed fil-laqgħa ġenerali ta’ l-azzjonisti li tiddeċiedi fuq kwalunkwe miżura difensiva skond l-Artikolu 9.
Għal dak il-għan, min qed jagħmel l-offerta għandu jkollu d-dritt li jsejjaħ fi żmien qasir laqgħa ġenerali għall-azzjonisti, sakemm il-laqgħa ma ssirx f’perjodu ta’ inqas minn ġimgħatejn wara n-notifika.
Artikolu 12
Arranġamenti mhux obbligatorji
Id-deċiżjoni tal-kumpannija għandha tittieħed mill-laqgħa ġenerali ta’ l-azzjonisti, skond il-liġi ta’ l-Istat Membru fejn il-kumpannija jkollha l-uffiċċju ta’ reġistrazzjoni skond ir-regoli li jkunu applikabbli għall-emenda ta’ l-artikoli ta’ assoċjazzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi ikkomunikata lill-awtorità superviżorja ta’ l-Istat Membru fejn il-kumpannija jkollha l-uffiċċju ta’ reġistrazzjoni tagħha u lill-awtoritajiet kollha ta’ superviżjoni ta’ l-Istati Membri fejn is-sigurtajiet tagħha jkunu aċċettati għall-kummerċ fis-swieq regolati jew fejn din l-aċċettazzjoni tkun ġiet mitluba.
Artikolu 13
Regoli oħra applikabbli fl-immaniġġjar ta’ offerti
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll regoli li jirregolaw l-immaniġġjar ta’ l-offerti, mill-inqas f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dan li ġej:
l-iskadenza ta’ l-offerti;
ir-reviżjoni ta’ l-offerti;
offerti f’kompetizzjoni;
l-iżvelar tar-riżultati ta’ l-offerti;
l-irrevokabbilità ta’ l-offerti u l-kondizzjonijiet permessi.
Artikolu 14
Informazzjoni għal u l-konsultazzjoni tar-rappreżentanti ta’ l-impjegati
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tar-rappreżentanti u, jekk l-Istati Membri jippermettu, għad-determinazzjoni konġunta ma’ l-impjegati ta’ min qed jagħmel l-offerta u l-kumpannija li qed tirċievi l-offerta regolata permezz tad-disposizzjonijiet nazzjonali relevanti, u b’mod partikolari dawk adottati skond id-Direttivi 94/45/KE, 98/59/KE, 2001/86/KE u 2002/14/KE.
Artikolu 15
Id-dritt ta’ l-irtirar
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li min jagħmel l-offerta ikun jista’ jirrikjedi lid-detenturi tal-bqija tas-sigurtajiet biex dawn ibiegħu dawk is-sigurtajiet bi prezz raġonevoli. L-Istati Membri għandhom jintroduċu dan id-dritt f’kull waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
fejn min jagħmel l-offerta jkollu sigurtajiet li jirrapreżentaw mhux inqas minn 90 % tal-kapital bi drittijiet tal-vot u 90 % tad-drittijiet tal-vot fil-kumpannija li qed tirċievi l-offerta,
jew
fejn, wara l-aċċettazzjoni ta’ l-offerta, hu/hi jkunu akkwistaw jew ikunu għamlu kuntratt biex jakkwistaw sigurtajiet li jirrapreżentaw mhux inqas minn 90 % tal-kapital bi drittijiet tal-vot tal-kumpannija li qed tirċievi l-offerta u 90 % tad-drittijiet tal-vot inklużi fl-offerta.
Fil-każ msemmi f’(a), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu massimu aktar għoli li, iżda, ma jistax ikun aktar għoli minn 95 % tal-kapital bi drittijiet tal-vot u 95 % tad-drittijiet tal-vot.
Fejn kumpannija li qed tirċievi offerta tkun ħarġet aktar minn klassi waħda ta’ sigurtajiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-dritt ta’ l-irtirar jiġi eżerċitat biss fil-klassi fejn il-limitu massimu stabbilit fil-paragrafu 2 ikun intlaħaq.
Wara li ssir offerta volontarja, fiż-żewġ każi msemmija fil-paragrafu 2(a) u (b), il-konsiderazzjoni offruta fl-offerta għandha titqies bħala raġonevoli fejn, permezz ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-offerta, dak li jagħmel l-offerta ikun akkwista sigurtajiet li jirrapreżentaw mhux inqas minn 90 % tal-kapital bi drittijiet tal-vot inkluż fl-offerta.
Wara li ssir offerta obbligatorja, il-konsiderazzjoni offruta fl-offerta għandha titqies bħala raġonevoli.
Artikolu 16
Id-dritt għall-bejgħ
Artikolu 16a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3) tar-Regolament (UE) 2023/2859, jew fejn meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
l-ismijiet kollha tal-kumpanija li magħha hija relatata l-informazzjoni;
l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-kumpanija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2023/2859;
id-daqs tal-kumpanija skont il-kategorija kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
is-settur(i) industrijali tal-attivitajiet ekonomiċi tal-kumpanija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (e) ta’ dak ir-Regolament;
it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
l-ismijiet kollha tal-kumpanija li magħha hija relatata l-informazzjoni;
fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-kumpanija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati biex tispeċifika dan li ġej:
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;
l-istrutturar tad-data fl-informazzjoni;
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.
L-ESMA għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 17
Sanzjonijiet
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu s-sanzjonijiet li jiġu imposti għall-ksur tal-miżuri nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-passi meħtieġa kollha biex jaċċertaw li dawn jidħlu fis-seħħ. Is-sanzjonijiet provduti b’dan il-mod għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u tat-tip li jipperswadu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawn il-miżuri mhux aktar tard mid-data stabbilita fl-Artikolu 21(1) u b’kwalunkwe bidliet relatati li jsiru wara mill-aktar fis possibli.
Artikolu 18
Il-proċedura tal-Kumitat
▼M1 —————
Artikolu 19
Kumitat ta’ kuntatt
Għandu jitwaqqaf kumitat ta’ kuntatt li jkollu bħala l-funzjonijiet tiegħu:
li jiffaċilita, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 226 u 227 tat-Trattat, l-applikazzjoni armonizzata ta’ din id-Direttiva permezz ta’ laqgħat regolari li jkunu jitrattaw il-problemi prattiċi li jinħolqu fl-applikazzjoni tagħha;
biex fejn meħtieġ javża lill-Kummissjoni fuq żidiet jew emendi għal din id-Direttiva.
Artikolu 20
Reviżjoni
Ħames snin wara d-data stabbilita fl-Artikolu 21(1), il-Kummissjoni għandha tanaliżża din id-Direttiva fid-dawl ta’ l-esperjenza li tkun inkisbet fl-applikazzjoni tagħha u, fejn meħtieġ, tipproponi li tiġi riveduta. Din l-analiżi għandha tinkludi studju ta’ l-istrutturi tal-kontroll u l-ostakoli għall-offerti ta’ xiri li ma jkunux koperti b’din id-Direttiva.
Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom kull sena jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni fuq l-offerti ta’ xiri li jkunu nħarġu kontra kumpanniji li s-sigurtajiet tagħhom ikunu aċċettati fis-swieq regolati tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tinkludi in-nazzjonalità tal-kumpanniji involuti, ir-riżultati ta’ l-offerti u kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti li twassal biex wieħed jifhem kif joperaw fil-prattika l-offerti ta’ xiri.
Artikolu 21
Transposizzjoni
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu din ir-referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara d-data tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 23
Destinatarji
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
( 1 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE: ta’ l-10 ta’ Mejju 1993 dwar is-servizzi ta’ l-investiment fil-qasam tas-sigurtajiet (ĠU L 141, tal-11.6.1993, p. 27). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, tal-11.2.2003, p. 1).
( 2 ) Id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 fuq l-aċċettazzjoni ta’ sigurtajiet fuq il-lista uffiċjali tal-borża u fuq l-informazzjoni li għandha tiġi ippubblikata fuq dawk is-sigurtajiet (ĠU L 184, tas-6.7.2001, p. 1). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 345, tal-31.12.2003, p. 64).
( 3 ) Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 022, 22.1.2021, p. 1).
( 5 ) Ir-Raba’ Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE: tal-25 ta’ Lulju 1978 fuq il-kontijiet annwali ta’ ċertu tipi ta’ kumpanniji (ĠU L 222, ta’ l-14.8.1978, p. 11). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16).
( 6 ) Is-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE: tat-13 ta’ Ġunju 1983 fuq il-kontijiet konsolidati (ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 2003/51/KE.
( 7 ) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għal informazzjoni disponibbli pubblikament ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).