This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02004D0842-20170401
Commission Decision of 1 December 2004 concerning implementing rules whereby Member States may authorise the placing on the market of seed belonging to varieties for which an application for entry in the national catalogue of varieties of agricultural plant species or vegetable species has been submitted (notified under document number C(2004) 4493) (Text with EEA relevance) (2004/842/EC)
Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 1 ta' Diċembru 2004 rigward l-implimentar ta' regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli jew speċi veġetali. (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4493) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2004/842/KE)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 1 ta' Diċembru 2004 rigward l-implimentar ta' regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli jew speċi veġetali. (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4493) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2004/842/KE)
02004D0842 — MT — 01.04.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-1 ta' Diċembru 2004 rigward l-implimentar ta' regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli jew speċi veġetali. (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4493) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 362 9.12.2004, p. 21) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 60 |
88 |
5.3.2016 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-1 ta' Diċembru 2004
rigward l-implimentar ta' regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli jew speċi veġetali.
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 4493)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2004/842/KE)
KAPITOLU 1
Proviżjoni ġenerali
Artikolu 1
Kontenut tas-suġġett
Ir-raġuni ta' din id-Deċiżjoni hija sabiex jiġu speċifikati r-regoli li bihom l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu l-awtorizzazzjoni biex jitqiegħdu fis-suq:
a) żrieragħ ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli, li għalihom applikazzjoni għall- inklużjoni fil-katalogu nazzjonali, kif imniżżel f'Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2002/53/KE ġiet sottomessa lill-Istati Membri in kwestjoni, suġġett għall-qbil ma' Kapitolu II ta' din id-Deċiżjoni, jew
b) żrieragħ ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti veġetali, li għalihom applikazzjoni għall-inklużjoni fil-katalogu nazzjonali, kif imniżżel f'Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2002/55/KE ġiet sottomessa għall-anqas fi Stat Membru wieħed u li għalihom kien hemm sottomissjoni ta' informazzjoni teknika speċifika, soġġetta għall-qbil ma' Kapitolu III ta' din id-Deċiżjoni.
KAPITOLU II
Speċi ta' Pjanti Agrikoli
Artikolu 2
Awtorizzazzjoni
1. Għal speċi ta' pjanti agrikoli li jaqgħu taħt id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE, l-Stati Membri jistgħu jawtorizzaw produtturi stabbiliti fit-territorju tagħhom biex iqiegħdu fis-suq żrieragħ ta' varjetà li għalihom diġà ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet agrikoli ta' speċi ta' pjanti (“il- katalogu nazzjonali”) lill-Istati Membri in kwestjoni, suġġett għal qbil ma' Artikoli 3 sa 18 ta' din id-Deċiżjoni.
2. L-Istati Membri jridu jaċċertaw li meta awtorizzazzjoni tkun ingħatat skond din id- Deċiżjoni, il-persuna awtorizzata trid toqgħod għal kull kundizzjoni jew restrizzjoni assoċjata ma' tali awtorizzazzjoni.
Artikolu 3
Applikazzjoni
1. L-awtorizzazzjoni tista' tiġi rikjesta minn dik il-persuna li sottomettiet applikazzjoni għad-dħul tal-varjetajiet in kwestjoni fil-katalogu ta' l-Istat Membru in kwestjoni (li jissejjaħ minn hawn ‘il quddiem “l-applikant”, li tinkludi rappreżentant ta' tali persuna, dejjem jekk tali persuna ġiet appuntata uffiċjalment).
2. L-applikant għandu jissottometti din l-informazzjoni:
a) testijiet u provi previsti;
b) l-isem jew ismijiet ta' l-Istat(i) Membru(i) fejn dawk il-provi u testijiet ser isiru;
c) deskrizzjoni tal-varjetà;
d) il-manutenzjoni tal-varjetà.
Artikolu 4
Raġun
Awtorizzazzjonijiet ser jingħataw biss għal testijiet u provi li jsiru f'industriji agrikoli li l- għan tagħhom huwa li jiġbru informazzjoni dwar koltivazzjoni jew użu ta' dik il- varjetà.
Artikolu 5
Kundizzjonijiet tekniċi
1. Żrieragħ ta' għalf jridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi I u II mid-Direttiva 66/401/KEE għal:
a) żrieragħ iċċertfikati (l-ispeċi kollha ħlief Pisum sativum u Vicia faba); jew
b) “żrieragħ iċċertfikati bħala tieni ġenerazzjoni” (Pisum sativum , Vicia faba).
2. Żrieragħ ta' qmugħ iridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi I u II tad-Direttiva 66/402/KEE għal:
a) żrieragħ iċċertifikati (Phalaris canariensis, ħlief ibridi tagħhom, Secale cereale, Sorgħum bicolor, Sorgħum sudanense, Zea mays u ibridi ta' Avena sativa, Hordeum vulgare, Oryza sativa, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta u x Triticosecale ħlief varjetajiet li jraxxu lilhom infushom bil-polline); jew
b) “żrieragħ ċċertfikati bħala tat-tieni ġenerazzjoni” (Avena sativa, Hordeum vulgare, Oryza sativa, Triticum aestivum, Triticum durum, Triticum spelta u varjetajiet ta' x Triticosecale ħlief ibridi f'kull każ)
3. Żrieragħ ta' pitravi jridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi I tad-Direttiva 2002/54/KE għaż-żrieragħ iċċertifikati:
4. Żrieragħ ta' patata jridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi I u II tad- Direttiva 2002/56/KE għaż-żrieragħ iċċertifikati ta' patata:
5. Żrieragħ ta' pjanti ta' żjut u fibra jridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi I u II tad- Direttiva 2002/57/KE għal:
a) żrieragħ iċċertifikati (speċi kollha ħlief Linum usitatissimum);
b) “żrieragħ iċċertifikati, bħala tat-tieni u tat-tielet ġenerazzjoni” (Linum usitatissimum).
Artikolu 6
Eżaminazzjoni
1. Qbil mal-kundizzjonijiet referuti f'Artikolu 5 ser jiġu assessjati:
a) fil-każ ta' żrieragħ tal-patata, permezz ta' eżami uffiċjali;
b) fil-każ l-ieħor, permeżż ta' eżami uffiċjali jew eżami taħt superviżjoni uffiċjali.
2. Għall-finijiet ta' qbil ma' kundizzjonijiet dwar identità u purezza tal-varjetajiet, id- deskrizzjoni tal-varjetà kif mogħtija mill-applikant, jew fejn tapplika d-deskrizzjoni proviżorja tal-varjetà bbażata fuq riżultati ta' l-eżami uffiċjali ta' distinzjoni, stabbiltà u uniformità tal-varjetà, kif imniżżel skond Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/53/KE, ser tkun użata.
3. L-eżaminazzjoni ser issir skond il-metodi internazzjonali kurrenti, dejjem jekk jeżistu tali metodi.
4. Fl-eżaminazzjoni, kampjuni ser jittieħdu uffiċjalment jew taħt superviżjoni jew, fil-każ ta' żrieragħ ta' patata, uffiċjalment skond metodoloġija approprjata.
5. Kampjuni ser jittieħdu minn lottijiet omoġeneji.
6. Il-piż massimu ta' lott u l-piż minimu ta' kampjun huma mniżżla fi:
a) Pjanti ta' Għalf: Anness III lil Direttiva 66/401/KEE
b) Qmugħijiet: Anness III lil Direttiva 66/402/KEE
c) Pitravi: Anness II lil Direttiva 2002/54/KE
d) Pjanti ta' żjut u fibra: Anness III lil Direttiva 2002/57/KE
Artikolu 7
Kwantitajiet
Il-kwantitajiet awtorizzati għal kull varjetà ma jridux ikunu iktar mill-perċentwali ta' żrieragħ ta' l-istess speċi utilizzata f'sena fl-Istat(i) Membru(i) destinatarju(i) għaż-żrieragħ:
a) fil-każ ta' qamħ durum, 0,05 %;
b) fil-każ ta' piżelli, fażola, ħafur, xgħir u qamħ, 0,3 %;
c) fil-każijiet kollha l-oħra, 0,1 %.
Iżda, jekk dawn il-kwantitajiet m'humiex biżżejjed biex jinżergħu 10 ettari għal kull Stat Membru destinatarji taż-żrieragħ, il-kwantitajiet li hemm bżonn għal tali firxa ta' art jistgħu jiġu awtorizzati.
Artikolu 8
Ippakkjar u ssiġillar
Żrieragħ jistgħu jiġu mibjugħa f'kontenituri magħluqin li jistgħu jiġu ssiġillati. L-ippakkjar ta' żrieragħ u kontenituri jridu jkunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt superviżjoni uffiċjali b'mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma jitkisser is-siġill jew mingħajr ma titħalla evidenza ta' tbabis tat-tiketta uffiċjali msemmija f'Artikolu 9 jew fuq il-pakkett. Sabiex is-siġill ikun effettiv, il-mod ta' kif isir irid jinkludi t-tikketta uffiċjali jew jitwaħħal siġill uffiċjali miegħu.
Fil-każ ta' żrieragħ ta' patata, il-pakketti iridu jkunu ġodda u l-kontenitur irid ikun nadif.
Artikolu 9
Twaħħil ta' tikketti
1. L-Ippakkjar ta' żrieragħ irid ikollu tikketta uffiċjali b'lingwa uffiċjali tal-Komunità.
2. It-tikketta skond kif speċifikat f'paragrafu 1 jrid ikollha:
a) l-awtorità ċertifikanti u l-Istat Membru jew abbrevjazzjonijiet ċari tagħhom;
(aa) in-numru tas-serje assenjat uffiċjalment;
b) in-numru li jirreferi għal-lott ta' minn fejn ittieħdu;
c) xahar u sena tas-siġill;
d) speċi;
e) denominazzjoni tal-varjetà li jinbigħu taħtha ż-żrieragħ in kwestjoni skond kif ser jiġu mibjugħha (numru ta' referenza tal-persuna li rabbietha, denominazzjoni proposta jew denominazzjoni approvata) u in-numru ta' l-applikazzjoni uffiċjali għall-inklużjoni tal-varjetà, jekk applikabbli;
f) indikazzjoni “varjetà li għadha mhux elenkata uffiċjalment”;
g) indikazzjoni “għall-provi u testijiet biss”;
h) fejn applikabbli, il-kliem “varjetà modifikata ġenetikament”;
i) qisien (żrieragħ ta' patata biss);
j) piż nett jew gross dikjarat jew dikjarar ta' numru ta' żrieragħ safja jew, fejn applikabli, gozzijiet;
k) fejn hemm indikazzjoni tal-piż u pestiċidi granulari, sustanzi li jgħaqqdu jew adittivi solidi miżjuda jiġu użati, in-natura ta' dawn l-adittivi u kif ukoll il-proporzjon approssimattiv bejn piż ta' żrieragħ jew, fejn applikabbli, gozzijiet u piż totali.
3. It-tikketta skond paragrafu 1 trid ikun ta' lewn oranċjo.
Artikolu 10
Kimiku
Kull trattament kimiku irid jiġi mniżżel jew fuq it-tikkett uffiċjali skond Artikolu 9, jew fuq tikketta tal-fornitur u fuq il-pakkett, jew ġewwa, jew fuq il-kontenitur.
Artikolu 11
Perjodu ta' żmien
Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 13 u 14, awtorizzazzjonijiet mogħtija skond il-proviżjoni ta' din id-Deċiżjoni ser jibqgħu validi għal perjodu ta' mhux iktar minn sena u jistgħu jiġġeddu skond m'hemm f'Artikolu 12
Artikolu 12
Tiġdid ta'awtorizzazzjonijiet
1. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 13 u 14, awtorizzazzjonijiet imsemmija f'Artikolu 2 ser jiġu mġeddin għal żmien ta' mhux iktar minn sena kull wieħed.
2. L-applikazzjoni trid tiġi akkumpanjata b'dawn id-dokumenti:
a) Referenza għall-awtorizzazzjoni oriġinali,
b) Informazzjoni ulterjuri li titqiegħed ma' l-informazzjoni diġà pprovduta dwar id-deskrizzjoni, manutenzjoni u/jew koltivazzjoni jew użu tal-varjetà, soġġetta għall-awtorizzazzjoni oriġinali
c) evidenza li evalwazzjoni għad-dħul fil-katalogu tal-varjetà kkonċernata għadha għaddejja, jekk mhux b'mod ieħor aċċessibli għall-Istat Membru.
Artikolu 13
Skadenza ta' validità
L-awtorizzazzjonijiet ser jieqfu jkunu validi jekk l-applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali tiġi irtirata jew irrifjutata, jew il-varjetà tiddaħħal fil-katalogu.
Artikolu 14
Sigurtà
Minkejja awtorizzazzjoni mogħtija skond Artikolu 2, Stat Membru jista' jwaqqaf użu tal-varjetà f'parti jew biċċa mit-territorju tiegħu, jew jimponi kundizzjonijiet għall-koltivazzjoni tal- varjetà skond, fil-każijiet kif imniżżla f'subparagrafu (c), bil-kundizzjonijiet għall-użu tal- prodotti riżultanti minn tali koltivazzjoni :
a) fejn jiġi stabbilit li l-koltivazzjoni ta' tali varjetà tista' tkun ta' ħsara għas-saħħa ta' pjanti u għall-koltivazzjoni ta' varjetajiet u speċi oħra; jew
b) fejn provi ta' tkabbir uffiċjali minn Stati Membri juru li l-varjetà ma tagħtix riżultati li jaqblu ma' dawk miksuba minn varjetà komparabbli u aċċettata fit-territorju ta' dak l-Istat Membru fi kwalunkwe parti mit-territorju tagħha jew, fejn hu magħruf li l-varjetà mhix tajba għall-kultivazzjoni fi kwalunkwe parti tat-territorju minħabba t-tip ta' klassi ta' maturità; jew
c) fejn hemm raġunijiet validi għall-kunsiderazzjoni li l-varjetà tippreżenta riskji għas- saħħa jew għall-ambjent.
Artikolu 15
Obbligi ta' rapporti
1. Segwenti l- għotja ta' awtorizzazzjoni, l-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni jista' jirrikjedi li l- persuna awtorizzata tirraporta:
a) ir-riżultati ta' testijiet jew provi li jsiru f'industriji agrikoli li l-għan tagħhom huwa li jiġbru informazzjoni għall-koltivazzjoni jew użu ta' dik il-varjetà,
b) il-kwantitajiet ta' żrieragħ mqiegħda fis-suq waqt iż-żmien ta' awtorizzazzjoni u l-isem ta' l-Istat Membru destinatarju taż-żrieragħ.
2. Informazzjoni stipolata f'punt (b) ta' paragrafu 1 ser tkun kunfidenzjali.
Artikolu 16
Kontrolli ta' manutenzjoni
L-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni jista' jivverifika l-manutenzjoni tal-varjetà.
Fejn il-manutenzjoni ssir fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru ta' l-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin amministrattivament dwar kontrolli neċessarji.
Stat membru jista' jaċċetta manutenzjoni f'pajjiż ieħor, basta li d-deċiżjoni tittieħed skond Artikolu 22(1)(b) ta' Direttiva 2002/53/KE li l-kontrolli fuq prattika għall-manutenzjoni huma ta' l-istess assigurazzjoni kwalitattiva ta' dawk li jsiru fl-Istati Membri.
Artikolu 17
Notifikazzjoni
L-Istati Membri għandhom javżaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar:
a) kull applikazzjoni, kif din tasal, jew rifjut ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni; u
b) għotja, tiġdid, revoka jew irtirar ta' awtorizzazzjoni.
Artikolu 18
Skambju ta' informazzjoni
Stati Membri ser jagħmlu użu minn sistemi kompjuterizzati ta' komunikazzjoni sabiex jiffaċilitaw skambju ta' informazzjoni rigward il-konnessjoni ma' l-applikazzjoni għad-dħul ta' varjetajiet fil-katalgi nazzjonali u l-awtorizzazzjoni għall-varjetajiet ta' żrieragħ li għadhom mhux elenkati.
Artikolu 19
Pubblikazzjoni ta' lista ta' varjetajiet
Il-Kummissjoni tista', skond informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, tippubblika lista ta' varjetajiet li ġew awtorizzati.
KAPITOLU III
Speċi veġetali
Artikolu 20
Awtorizzazzjoni
1. Għal speċi veġetali li jaqgħu taħt id-Direttiva 2002/55/KE, Stati Membri jistgħu jawtorizzaw produtturi stabbiliti fit-territorji tagħhom sabiex iqiegħdu fis-suq żrieragħ li huma ta' varjetà li għaliha applikazzjoni għall-inklużjoni fil-katalogu nazzjonali tal-varjetajiet ta' speċi veġetali (“il-katalogu nazzjonali”) kienet ġiet sottomessa f'mhux inqas minn Stat Membru wieħed u li informazzjoni speċifika dwarha ġiet sottomessa fl-Istat Membru(i) in kwestjoni, suġgett għall-konformità ma' Artikoli 21 sa 37 ta' din id- Deċiżjoni.
2. L-Istati Membri jridu jaċċertaw li meta awtorizzazzjoni tingħata skond din id- Deċiżjoni, il-persuna awtorizzata trid toqgħod għal kull kundizzjoni jew restrizzjoni assoċjata ma' tali awtorizzazzjoni.
Artikolu 21
Applikazzjoni
1. L-awtoriżżazjoni tista' tiġi rikjesta minn dik il-persuna li sottomettiet applikazzjoni għad-dħul tal-varjetajiet in kwestjoni fil-katalogu ta' l-Istat Membru in kwestjoni (li jissejjaħ minn hawn ‘il quddiem “l-applikant”, li tinkludi rappreżentant ta' tali persuna, dejjem jekk tali persuna ġiet appuntata uffiċjalment).
2. L-applikant għandu jissottometti din l-informazzjoni:
a) deskrizzjoni tal-varjetà,
b) il-manutenzjoni tal-varjetà.
Artikolu 22
Raġuni
L-awtorizzazzjoni ser tingħata għall-fini ta' ksib ta' tagħrif minn esperjenza prattika waqt it-koltivazzjoni.
Artikolu 23
Kundizzjonijiet tekniċi
Żrieragħ veġetali jridu jkunu konformi ma' kundizzjonijiet meħudin minn Annessi II tad-Direttiva 2002/55/KE.
Artikolu 24
Eżaminazzjoni
1. Għall-finijiet ta' qbil ma' kundizzjonijiet dwar identità u purezza tal-varjetajiet, id-deskrizzjoni tal-varjetà kif mogħtija mill-applikant, jew fejn tapplika d-deskrizzjoni proviżorja tal-varjetà bbażata fuq riżultati ta' l-eżami uffiċjali ta' distinzjoni, stabbilta' u uniformità tal-varjetà, kif imniżżel skond Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/55/KE, ser tkun inforzata.
2. Kampjuni ser jittieħdu minn lottijiet omoġeneji.
3. Il-piż massimu ta' lott u l-piż minimu ta' kampjun huma mniżżla f'Anness III tad- Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE.
Artikolu 25
Varjetajiet modifikati ġenetikament
Fil-Każijiet ta' varjetajiet modifikati ġenetikament, l-awtorizzazzjoni tingħata biss jekk miżuri xierqa ttieħdu biex jiġu evitati ħsarat lis-saħħa tal-bniedem u ‘l-ambjent. Il-materjal modifikat ġenetikament, irid jiġi awtorizzat skond id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 rigward it-tixrid fl-ambjent ta' organiżmi modifikati u u r-revokar ta' Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, jew ikunu awtorizzati taħt Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf ta' bhejjem modifikati ġenetikament.
Artikolu 26
Fornitur
Il-persuni responsabbli għat-twaħħil jew stampar jew notifiki stampati ta' avviż fuq l-ippakkjar jridu:
a) jinformaw lill-Istati Membri dwar meta kien il-bidu u t- tmiem ta' dawn l-attivitajiet;
b) jinżammu arkivji tal-lott ta' żrieragħ u jkunu aċċessibbli għall-Istati Membri għal mhux inqas minn tliet snin.
c) jittieħdu kampjuni minn kull lott li ser ikunu aċċessibbli għall-Istati Membri għal mhux inqas minn sentejn.
Il- proċeduri skond punti (b) u (c) ser jkunu soġġetti għal kontrolli uffiċjali ta' bla ħsieb.
Artikolu 27
Ippakkjar u ssiġillar
Żrieragħ jistgħu jiġu mibjugħa f'kontenituri magħluqin li jistgħu jkunu ssiġillati; Żrieragħ ippakkjati u kontenituri tagħhom iridu jkunu ssiġillati uffiċjalment jew taħt superviżjoni uffiċjali b'mod li ma jistgħux jinfetħu mingħajr ma jitkisser is-siġill jew mingħajr ma titħalla evidenza ta' tbabis tat- tikketta uffiċjali msemmija f'Artkolu 28 jew fuq il- pakkett.
Artikolu 28
Twaħħil ta' Tikketti
1. L-ippakkjar ta' żrieragħ irid ikollu tikketta tal-fornitur stampata b'lingwa uffiċjali tal-Komunità.
2. It-tikketta skond paragrafu 1 irid ikollha:
a) in-numru li jirreferi għall-lott ta' minn fejn ittieħdu;
b) xahar u sena tas-siġill;
c) speċi;
d) denominazzjoni tal-varjetà li taqa' taħtha ż-żerriegħa skond kif ser tiġi mibjugħa (numru ta' referenza tal-persuna li rabbietha, denominazzjoni proposta jew denominazzjoni approvata) u n-numru ta' l-applikazzjoni uffiċjali għall-inklużjoni tal-varjetà, jekk applikabbli;
e) indikazzjoni “varjetà mhux elenkata uffiċjalment”;
f) fejn applikabbli, il-kliem “varjetà modifikata ġenetikament”,
g) piż nett jew gross dikjarat jew dikjarar ta' numru ta' żrieragħ puri jew, fejn applikabbli, gozzijiet,
h) fejn hemm indikazzjoni tal-piż u ta' pestiċidi granulari, sustanzi li jgħaqqdu jew affarijiet solidi miżjuda użati, in-natura ta' dawn l-adittivi u kif ukoll il-proporzjon approssimativ bejn piż ta' żrieragħ jew, fejn applikabbli, gozzijiet u piż totali.
3. It-tikketta skond paragrafu 1 trid ikun ta' lewn oranċjo.
Artikolu 29
Trattament Kimiku
Kull trattament kimiku jrid jiġi mniżżel jew fuq it-tikketta uffiċjali skond Artikolu 9, jew fuq tikketta tas-supplent u fuq il-pakkett, jew ġewwa.
Artikolu 30
Perjodu ta' żmien
Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 32 u 33, awtorizzazzjonijiet mogħtija skond il-proviżjoni ta' din id-Deċiżjoni ser tibqa' valida għal perjodu ta' mhux iktar minn sena u tiġi imġedda skond m'hemm f'Artikolu 31.
Artikolu 31
Tiġdid ta'awtorizzazzjonijiet
1. Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 32 u 33, awtorizzazzjonijiet imsemmija f'Artikolu 20 ser jiġu imġeddin, l-iktar għal darbtejn, għal żmien ta' mhux iktar minn sena kull wieħed.
2. L-applikazzjoni trid tinkludi dawn id-dokumenti:
a) referenza għall-awtorizzazzjoni oriġinali;
b) Informazzjoni ulterjuri li titqiegħed ma' l-informazzjoni diġà pprovduta dwar id-deskrizzjoni, manutenzjoni u/jew koltivazzjoni jew użu tal-varjetà, soġġetta għall-awtorizzazzjoni oriġinali;
ċ) evidenza li evalwazzjoni għad-dħul fil-katalogu tal-varjetà kkonċernata għadha għaddejja.
Artikolu 32
Tmiem ta' validità
L-awtorizzazzjoni ser tieqaf tkun valida jekk l-applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali tiġi rtirata jew irrifjutata, jew il-varjetà tiddaħħal fil-katalogu.
Artikolu 33
Sigurtà
Minkejja awtorizzazzjoni mogħtija skond Artikolu 20, Stat Membru jista' jwaqqaf użu tal- varjetà f'parti jew biċċa mit-territorju tiegħu, jew jimponi kundizzjonijiet għall-koltivazzjoni tal-varjetà skond, fil-każijiet kif imniżżla f'subparagrafu (b), bil-kundizzjonijiet għall-użu tal- prodotti li jirriżultaw minn tali koltivazzjoni:
a) fejn jiġi stabbilit li koltivazzjoni ta' tali varjetà tista' tkun ta' ħsara għas-saħħa ta' pjanti u għall-koltivazzjoni ta' varjetajiet u speċi; jew
b) fejn hemm raġunijiet validi għall-kunsidrazzjoni li l- varjetà tippreżenta riskji għas- saħħa jew riskji ambjentali.
Artikolu 34
Obbligi ta' rapporti
1. Segwenti għall-għotja ta' awtorizzazzjoni, l-Istat membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni jirrikjedi li l-persuna awtorizzata tirraporta:
a) l- informazzjoni akkwistata minn esperjenza prattika waqt il-koltivazzjoni,
b) il-kwantitajiet ta' żrieragħ mqiegħda fis-suq waqt iż-żmien ta' awtorizzazzjoni u l-isem ta' l-Istat Membru destinatarju taż-żrieragħ.
2. Informazzjoni stipolata f' punt (b) ta' paragrafu 1 ser tkun kunfidenzjali.
Artikolu 35
Kontrolli ta' manutenzjoni
L-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni jista' jivverifika l-manutenzjoni tal-varjetà.
Fejn il-manutenzjoni ssir fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru li ħareġ l-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin amministrattivament dwar kontrolli neċessarji.
Stat Membru jista' jaċċetta manutenzjoni f'pajjiż ieħor, basta li d-deċiżjoni tittieħed skond Artikolu 37(1)(b) ta' Direttiva 2002/55/KE li l-kontrolli fuq prattika għall-manutenzjoni huma ta' l-istess assigurazzjoni kwalitattiva ta' dawk li jsiru fl-Istati Membri.
Artikolu 36
Notifikazzjoni
L- Istati Membri għandhom javżaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar:
a) kull applikazzjoni, kif din tasal, jew rifjut ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni; u
b) għotja, tiġdid, revoka jew irtirar ta' awtorizzazzjoni.
Artikolu 37
Skambju ta' informazzjoni
Stati Membri ser jagħmlu użu minn sistemi kompjuterizzati ta' komunikazzjoni sabiex jiffaċilitaw skambju ta' informazzjoni rigward il-konnessjoni ma' l-applikazzjoni għad-dħul ta' varjetajiet fil-katalgi nazzjonali u l-awtorizzazzjoni għall-varjetajiet ta' żrieragħ li għadhom mhux elenkati.
Artikolu 38
Pubblikazzjoni ta' lista ta' varjetajiet
Il-Kummissjoni tista', skond informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, tippubblika lista ta' varjetajiet li gew awtorizzati.
KAPITOLU IV
Artikolu 39
Indirizzazzjoni
Id- Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.