Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02004D0277-20100907

    Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Diċembru 2003 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom li tistabilixxi mekkaniżmu Komunitarju li jiffaċilita l-koperazzjoni rrinfurzata fl-interventi ta' assistenza fil-protezzjoni ċivili (notifikata bid-dokument numru K(2003) 5185) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2004/277/KE, Euratom)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/277/2010-09-07

    2004D0277 — MT — 07.09.2010 — 002.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta' Diċembru 2003

    li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom li tistabilixxi mekkaniżmu Komunitarju li jiffaċilita l-koperazzjoni rrinfurzata fl-interventi ta' assistenza fil-protezzjoni ċivili

    (notifikata bid-dokument numru K(2003) 5185)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2004/277/KE, Euratom)

    (ĠU L 087, 25.3.2004, p.20)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

      L 20

    23

    24.1.2008

    ►M2

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-29 ta’ Lulju 2010

      L 236

    5

    7.9.2010




    ▼B

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-29 ta' Diċembru 2003

    li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom li tistabilixxi mekkaniżmu Komunitarju li jiffaċilita l-koperazzjoni rrinfurzata fl-interventi ta' assistenza fil-protezzjoni ċivili

    (notifikata bid-dokument numru K(2003) 5185)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2004/277/KE, Euratom)



    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/792/KE, Euratom tat-23 ta' Ottubru 2001 li tistabilixxi mekkaniżmu Komunitarju li jiffaċilita l-koperazzjoni rrinfurzata fl-interventi ta' assistenza fil-protezzjoni ċivili ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2)(a) sa (e) u (g) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-mekkaniżmu tal-Komunità stabbilit mid-Deċiżjoni 2001/792/KE, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ “il-mekkaniżmu”, għandu skop li jipprovdi appoġġ fil-każ ta' emerġenza kbira li jkollha bżonn azzjoni b'rispons urġenti, inklużi emerġenzi li jiġru fil-kuntest ta' amministrazzjoni ta' kriżi msemmija fit-Titolu V tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea. Fl-eventwalità ta' dan ta' l-aħħar ser jittieħed kont tad-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Kunsill u l-Kummissjoni fuq l-użu tal-mekkaniżmu f'amministrazzjoni ta' kriżi fil-protezzjoni ċivili tal-Komunità msejħa fit-Titolu V tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Il-mekkaniżmu huwa intiż li jgħin biex jiżgura protezzjoni aħjar l-ewwel lin-nies, imma wkoll lill-ambjent u propjetà, fl-eventwalità ta' emerġenza kbira, inkluż tniġġis aċċidentali tal-baħar, kif previst fid-Deċiżjoni Nru 2850/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2000 li jwaqqaf l-istruttura tal-Komunità għall-koperazzjoni fil-qasam tat-tniġġis tal-baħar aċċidentali jew deliberat ( 2 ).

    (3)

    Il-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu tal-Komunità hi miftuħa għall-Istati Membri, imma għandha wkoll tkun miftuħa għan-Norveġja, Islanda u Liechtenstein fid-dawl tad-Deċiżjoni Nru tal-Kumitat Konġunt tal-KEE Nru 135/2002 tas-27 ta' Settembru 2002 li jemenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim tal-KEE fuq il-koperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' privileġġi ( 3 ). B'rigward għall-pajjiżi kandidati, il-parteċipazzjoni għandha tkun miftuħa għal dawk il-pajjiżi li ffirmaw memorandum għal ftehim mal-Kummissjoni.

    (4)

    Proċedura għall-proviżjoni ta' informazzjoni aġġornata fuq ir-riżorsi disponibbli fl-Istati li qed jipparteċipaw fil-mekkaniżmu għal diversi tipi ta' interventi għandhom jiġu stabbiliti sabiex jiffaċilitaw, fl-eventwalità ta' emerġenza, iċ-ċaqliq ta' skwadri ta' intervent, esperti u riżorsi oħra u li jiżguraw użu aħjar ta' dawk ir-riżorsi.

    (5)

    Ċentru ta' monitoraġġ u informazzjoni għandu jiġi stabbilit li jkun aċċessibli u kapaċi jirrispondi mmedjatament 24 siegħa kuljum sabiex iservi lill-Istati li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu u l-Kummissjoni.

    (6)

    Iċ-ċentru ta' monitoraġġ w informazzjoni huwa element essenzali tal-mekkaniżmu għaliex jiżgura rapporti mhux interrotti mal-punti ta' kuntatti tal-protezzjoni ċivili ta' l-Istati li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu. Iċ-ċentru ta' monitoraġġ w informazzjoni għandu, fil-kas ta' emerġenza, jipprovdi aċċess immedjat għal informazzjoni essenzali dwar esperti, skwadri ta' intervent w appoġġ ta' interventi oħra disponibbli.

    (7)

    Sistema komuni ta' komunikazzjoni w informazzjoni f'emerġenza (CECIS) għandha tiġi stabbilita' biex tiffaċilita l-komunikazzjoni u t-tixrid ta' informazzjoni bejn iċ-ċentru ta' monitoraġġ w informazzjoni u l-punti ta' kuntatt nominati.

    (8)

    Iċ-CECIS huwa element essenzali tal-mekkaniżmu għaliex għandu jiggarantixxi l-awtentiċità, l-integrita' u l-kunfidenzalità ta' l-informazzjoni skambjata bejn l-Istati parteċipanti fil-mekkaniżmu taħt ċirkostanzi ta' rutina kif ukoll f'emerġenzi.

    (9)

    Iċ-CECIS għandu jiġi mwaqqaf fuq il-bażi ta' pjan ta' implimentazzjoni globali (GIP) bħala parti mill-proġett PROCIV-NET immexxi w iffinanzjat fil-kuntest ta' programm għall-iskambju ta' data bejn l-amministrazzjonijiet, magħruf bħala il-programm IDA kif stabbilit fid-Deċiżjoni Nru 1719/1999/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1999 fuq serje ta' linji gwida, inkluż l-identifikazzjoni ta' proġetti ta' nteress komuni, fin-network trans-Ewropew għall-iskambju elettroniku ta' data bejn amministrazzjonijiet (IDA) ( 4 ), kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni Nru 2046/2002/KE ( 5 ), u Deċiżjoni Nru 1720/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1999 li jaddottaw serje ta' azzjonijiet u miżuri sabiex jiżguraw interoperazzjoni ta' w adeżjoni tan-network trans-Ewropew għall-iskambju elettroniku tad-data bejn amministrazzjonijiet (IDA) ( 6 ), kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2045/2002/KE ( 7 ).

    (10)

    Id-disponibbilta' ta' esperti kapaċi jorganizzaw u jikordinaw skwadri ta' intervent li jirrappreżentaw element importanti tal-mekkaniżmu tal-Komunità. Sabiex jiżguraw selezzjoni effiċjenti ta' esperti li hemm bżonn, huwa essenzali li jiftiehmu dwar kriterji komuni ta' selezzjoni

    (11)

    Il-kompiti ta' l-esperti għandhom jiġu definiti u l-proċedura biex jiġu trasmessi għandhom imbagħad jiġu determinati.

    (12)

    Programm ta' taħrig għandu jiġi mwaqqaf, bil-għan li tittejjeb il-kordinazzjoni ta' l-interventi ta' għajnuna tal-protezzjoni ċivili billi jiżguraw kompatibbilta' u kumplimentarita' bejn l-iskwadri ta' intervent u billi tissaħħaħ il-kompetenza ta' l-esperti. Il-programm għandu jinkludi korsijiet u eżerċizzi konġunti u sistema ta' skambju, kkombinat ma' lezzjonijiet, studju ta' każi individwali, gruppi ta' taħriġ, simulazzjonijiet, u eżerċizzi prattiċi u addattati għall-kontentut ta' kull azzjoni. It-twaqqif ta' dan il-programm ta' taħriġ jaqbel mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill 2002/K 43/01 tat-28 ta' Jannar dwar ir-rinfurzar tal-koperazzjoni fil-qasam tat-taħriġ tal-protezzjoni ċivili ( 8 ).

    (13)

    Fl-istruttura tal-mekkaniżmu tal-Komunità, id-definizzjoni ta' regolamenti ċari ta' intervent hija mportanti biex jiżguraw għajnuna effiċjenti f'każ ta' emerġenza.

    (14)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/847/KE ( 9 ),

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



    KAPITOLU I

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Din id-Deċiżjoni tistabilixxi regoli li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2001/792/KE, Euratom, fir-rigward ta' li ġej:

    1. informazzjoni dwar ir-riżorsi relevanti disponibbli għal intervent ta' għajnuna fil-protezzjoni ċivili;

    2. l-istabbiliment ta' ċentru ta' monitoraġġ w informazzjoni;

    3. l-istabbiliment ta' sistema komuni ta' komunikazzjoni u informazzjoni f'emerġenza, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejħa “CECIS”;

    4. skwadri ta' stima u/jew kordinazzjoni, inklużi kriterji għall-għażla ta' esperti;

    5. l-istabbiliment ta' program ta' taħriġ;

    6. interventi ġewwa u barra l-Komunità.

    Artikolu 2

    Għall-għan ta' din id-Deċiżjoni d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

    (a) “Stati parteċipanti” tfisser l-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati li ffirmaw memorandum għal ftehim mal-Kummissjoni, u n-Norveġja, Islanda u Liechtenstein;

    (b) “pajjiżi terzi” tfisser pajjiżi li mhux qed jipparteċipaw fil-mekkaniżmu;

    ▼M1

    (ċ) “skwadri ta’ intervent” tfisser ir-riżorsi umani u materjali inkluż il-moduli ta’ protezzjoni ċivili (kif imsemmi fl-Artikoli 3a, 3b u 3ċ) stabbiliti mill-Istati Membri għall-interventi ta’ protezzjoni ċivili;

    (d) “skwadri ta’ appoġġ għall-assistenza teknika” tfisser ir-riżorsi umani u materjali stabbiliti mill-Istati Membri biex iwettqu kompiti ta’ appoġġ.

    ▼B



    KAPITOLU II

    RIŻORSI DISPONIBBLI

    Artikolu 3

    1.  L-Istati li jipparteċipaw għandhom jipprovdu l-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja fuq riżorsi disponibbli għall-interventi ta' għajnuna tal-protezzjoni ċivili:

    (a) l-iskwadri ta' intervent identifikati skond l-Artikolu 3(a) tad-Deċiżjoni Nru 2001/792/KE, Euratom, u b'mod partikolari

    (i) id-daqs ta'l-iskwadri u ż-żmien ta' immobilizzar previst,

    (ii) id-disponibbilta' tagħhom għall-interventi fl-Istati parteċipanti u fil-pajjiżi terzi,

    (iii) id-disponibbilta' tagħhom f'missjonijiet fi żmien qasir, medju u fit-tul,

    (iv) il-mezzi ta' transport tagħhom, u kemm huma kapaċi jsostnu lilhom infushom,

    (v) kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra;

    (b) l-esperti magħżula skond l-Artikolu 3(b) tad-Deċiżjoni Nru 2001/792/KE/Euratom.

    2.  L-informazzjoni msejħa f'paragrafu 1 għandha tiġi aġġornata regolarment.

    3.  Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni, stabbilit skond l-Artikolu 4, għandu jiġbor l-informazzjoni msejħa f'paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u jagħmilha disponibbli permezz taċ-CECIS stabbilit skond l-Artikolu 7.

    4.  L-informazzjoni riferuta f'paragrafu 1 hi bbażata fuq approċċ ta' xenarju ta' missjoni għal ġewwa l-Istati parteċipanti u barra minn dawn l-Istati.

    ▼M1

    Artikolu 3a

    1.  Suġġett għall-iżvilupp ta’ moduli addizzjonali, il-moduli tal-protezzjoni ċivili għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti elenkati fl-Anness II.

    2.  L-iskwadri ta’ appoġġ għall-assistenza teknika għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ġenerali elenkati fl-Anness III.

    3.  Moduli tal-protezzjoni ċivili kif ukoll skwadri ta’ appoġġ għall-assistenza teknika jistħgu jkunu magħmula minn riżorsi pprovduti minn Stat Membru wieħed jew aktar.

    4.  Meta modulu tal-protezzjoni ċivili jew skwadra ta’ appoġġ għall-assistenza teknika tkun komposta minn aktar minn element wieħed, l-użu ta’ dak il-modulu tal-protezzjoni ċivili jew skwadra ta’ appoġġ għall-assistenza teknika f’intervent tista’ tkun limitata għall-elementi neċessarji għal dak l-intervent.

    Artikolu 3b

    1.  L-elementi li ġejjin ta’ awtosuffiċjeza għandhom japplikaw għall-moduli individwali ta’ protezzjoni ċivili kif speċifikat fl-Anness II:

    (a) kenn xieraq mit-temp prevalenti;

    (b) ġenerazzjoni ta’ enerġija u dawl li jkopri l-konsum tal-bażi ta’ l-operazzjoni u tat-tagħmir meħtieġ biex titwettaq il-missjoni;

    (ċ) faċilitajiet sanitarji u ta’ iġjene għall-użu mill-persunal tal-modulu;

    (d) disponibbiltà ta’ ikel u ilma għall-persunal tal-modulu;

    (e) persunal, faċilitajiet u provvisti mediċi jew para mediċi għall-persunal tal-modulu;

    (f) ħażna u manutenzjoni tat-tagħmir tal-modulu;

    (ġ) tagħmir għall-komunikazzjoni mas-sieħba rilevanti, notevolment dawk responsabbli mill-koordinazzjoni fil-post;

    (h) trasport lokali;

    (i) loġistika, tagħmir u persunal li jippermettu l-istabbiliment ta’ bażi ta’ operazzjonijiet u l-bidu tal-missjoni mingħajr dewmien mal-wasla fuq il-post.

    2.  Konformità mar-rekwiżiti ta’ awtosuffiċjenza għandhom jiġu ggarantiti mill-Istat Membru li qed joffri, permezz ta’ kwalunkwe minn dan li ġej:

    (a) l-inklużjoni tal-persunal, tagħmir u l-konsumabbli neċessarji fil-modulu tal-protezzjoni ċivili;

    (b) isiru l-arranġamenti neċessarji fil-post ta’ l-operazzjonijiet;

    (ċ) isiru l-prearranġamenti neċessarji biex jiġu kkombinati skwadra ta’ intervent mhux awtosuffiċjenti ma’ skwadra ta’ appoġġ għall-assistenza teknika biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3ċ qabel il-provviżjon ta’ l-informazzjoni dwar il-modulu tal-protezzjoni ċivili kkonċernat skond l-Artikolu 3(1).

    3.  Il-perjodu li għalih l-awtosuffiċjenza trid tkun iggarantita mill-bidu tal-missjoni ma jistax ikun iqsar minn wieħed milli ġej:

    (a) 96 siegħa;

    (b) il-perjodi stipulati fl-Anness II għall-moduli speċifiċi tal-protezzjoni ċivili.

    Artikolu 3ċ

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li r-rekwiżiti li ġejjin jintlaħqu:

    (a) il-moduli tal-protezzjoni ċivili għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw ma’ moduli oħra ta’ protezzjoni ċivili;

    (b) l-iskwadri ta’ appoġġ għall-assistenza teknika għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw ma’ skwadri ta’ appoġġ għall-assistenza teknika u b’moduli ta’ protezzjoni ċivili oħra;

    (ċ) l-elementi ta’ modulu tal-protezzjoni ċivili għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw flimkien bħala modulu ta’ protezzjoni ċivili wieħed;

    (d) l-elementi ta’ skwadra ta’ appoġġ għall-assistenza teknika għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw flimkien bħala skwadra ta’ appoġġ għall-assistenza teknika waħda;

    (e) il-moduli ta’ protezzjoni ċivili u l-iskwadri ta’ appoġġ għall-assistenza teknika, meta użati barra l-UE, għandhom il-kapaċità li jiffunzjonaw ma’ kapaċitajiet internazzjonali ta’ rispons għad-diżastri b’appoġġ għall-Istat milqut;

    (f) kapijiet ta’ l-iskwadri, viċi kapijiet ta’ l-iskwadri u uffiċjali ta’ kooperazzjoni ta’ moduli tal-protezzjoni ċivili u skwadri ta’ appoġġ għall-assistenza teknika jieħdu korsijiet u eżerċizzji xierqa ta’ taħriġ organizzati mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 5(5) tad-Deċiżjoni 2007/779/KE, Euratom.

    ▼B



    KAPITOLU III

    ĊENTRU TA' MONITORAĠĠ U INFORMAZZJONI

    Artikolu 4

    Ċentru ta' monitoraġġ w informazzjoni aċċessibli u kapaci jirreagixxi immedjatament 24 siegħa kuljum huwa hawnhekk stabbilit u allokat fil-bini tal-Kummissjoni.

    Artikolu 5

    Id-dmirijiet ta' kuljum tac-ċentru ta' Monitoraġġ u Informazzjoni għandhom jinkludu, b'mod partikolari,

    1. aġġornar regolari ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati parteċipanti fuq skwadri ta' intervent u esperti identifikati u magħżula skond l-Artikolu 3(a) u (b) tad-Deċiżjoni Nru 2001/792/EC, Euratom, kif ukoll appoġġ u riżorsi mediċi li jkunu disponibbli għal interventi;

    2. ġbir ta' informazzjoni disponibbli fuq il-kapaċità ta' l-Istati li qed jipparteċipaw sabiex imantnu produzzjoni ta' serums u tilqim jew riżorsi mediċi neċessarji oħra u l-ħażniet disponibbli għal intervent fil-każ ta' emerġenza kbira u jiġbru din l-informazzjoni fis-sistema ta' informazzjoni assigurata f'livell adegwat;

    3. aġġornament regolari tal-proċeduri ta' xogħol u ta' emerġenza tiegħu;

    4. żamma ta' kuntatt mal-punti ta' kuntatt fl-Istati parteċipanti bil-għan li jippreparaw, jekk hemm bżonn, rapport fuq emerġenzi kbar;

    5. parteċipazzjoni fil-programm ta' “lezzjonijiet li tgħallimna” u tixrid tar-riżultati tiegħu;

    6. involviment fil-preparazzjoni, organizzazzjoni u kontinwazzjoni tal-korsijiet ta' taħriġ;

    7. involviment fil-preparazzjoni, organizzazzjoni u kontinwazzjoni eżerċizzi madwar il-mejda jew fuq il-post.

    Artikolu 6

    Fl-eventwalità ta'emerġenza kbira, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ u Informazzjoni għandu jitħaddem skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu VII.



    KAPITOLU IV

    SISTEMA KOMUNI TA' KOMUNIKAZZJONI U INFORMAZZJONI F'EMERĠENZA

    Artikolu 7

    Sistema komuni ta' komunikazzjoni u informazzjoni f'emerġenza (CECIS) hi hawnhekk stabbilità.

    Artikolu 8

    Iċ-CECIS għandha tikkonsisti minn dawn it-tlett komponenti li ġejjin:

    (a) sezzjoni ta' networks, li tikkonsisti minn network fiżiku li jgħaqqad l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt fl-Istati li jipparteċipaw u c-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni;

    (b) is-sezzjoni ta' applikazzjoni, li tikkonsisti minn databases u sistemi ta' informazzjoni oħra neċessarji għall-funzjoni ta' l-interventi ta' assistenza tal-protezzjoni ċivili u b'mod partikolari dawk meħtieġa:

    (i) biex jikkomunikaw notifikazzjonijiet,

    (ii) biex jiżguraw komunikazzjoni u tixrid ta' informazzjoni bejn iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni u l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt,

    (iii) biex jiġbru informazzjoni fuq serums u tilqim jew riżorsi oħra mediċi u fuq ħażniet,

    (iv) għat-tixrid ta' lezzjonijiet li tgħallmu mill-interventi;

    (ċ) sezzjoni ta' sigurta, li jikkonsisti minn sett ta' sistemi, regoli u proċeduri necessarji biex jiżguraw il-kunfidenzalità tad-data merfugħa u skambjata permezz taċ-CECIS.

    Artikolu 9

    1.  Iċ-CECIS għandu jiġi mwaqqaf u mħaddem skond id-Deċiżjoni Nru 1719/1999/KE u d-Deċiżjoni Nru 1720/1999/KE.

    2.  Is-sezzjoni ta' networks għandha tiġi mħaddma permezz tas-servizzi trans-Ewropej għat-telematematika bejn l-amministrazzjonijiet (TESTA), servizz ġeneriku IDA kif imwaqqaf fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1720/1999/KE.

    3.  Is-sezzjoni ta' applikazzjoni ser tkun database b'lingwi differenti fuq l -Internet, aċċessibli permezz tat-TESTA u mħaddma flimkien ma' l-użu ma' programm normali ta' l-e-mail permezz ta' SMTP.

    4.  Is-sezzjoni ta' sigurtà ser tkun ibbażata fuq l-użu ta' infrastruttura pubblika mportanti għal gruppi ristretti ta' utenti (IDA PKI-CUG), servizz ġeneriku IDA kif imwaqqaf fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1720/1999/KE.

    Artikolu 10

    Il-ħarsien ta' dokumenti, databases, u sistemi ta' informazzjoni klassifikati sa “RISTRETTI GĦALL-EU” fiċ-CECIS għandu jikkonforma mad-disposizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE ( 10 ) u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom ( 11 ).

    Dokumenti w informazzjoni klassifikata bħala “EU KUNFIDENZALI” jew ogħla, għandha tiġi trasmessa skond arranġamenti speċjali bejn l-oriġinatur u r-reċipjent(i).

    Il-klassifikazzjoni tas-sigurtà taċ- CECIS għandha tiġi aġġornata kif xieraq.

    Artikolu 11

    1.  L-Istati parteċipanti għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni xierqa billi jużaw il-“formola tal-pajjiż” kif imnizzla fl- ►M1  Anness I ◄ .

    2.  L-Istati li jipparteċipaw għandhom jipprovdu informazzjoni lill-punti ta' kuntatt fil-kuntest ta' protezzjoni ċivili u, meta approprjat, ta' servizzi oħra li għandhom x'jaqsmu ma' inċidenti naturali, teknoloġiċi, radjoloġiċi u ambjentali, inkluż tniġġis aċċidentali tal-baħar.

    3.  L-Istati parteċipanti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni immedjatament dwar xi kambjament fl-informazzjoni msejħa fil-paragrafi 1 u 2.

    Artikolu 12

    Grupp ta' utenti li jikkonsisti minn rappreżentanti nominati mill-Istati parteċipanti ser jiġi stabbilit. Dan għandu jgħin lill-Kummissjoni fil-validazzjoni u ttestjar taċ-CECIS.

    Artikolu 13

    1.  Pjan ta' implimentazzjoni globali (GIP) għall-implimentazzjoni taċ- CECIS hu hawnhekk stabbilit. Skond il-GIP il-Kummissjoni għandha:

    (a) tistabbilixxi ftehim speċifiku fil-kuntest ta' appalti ta' strutturi IDA rispettivi għall-implimentazzjoni tan-networks u sezzjonijiet ta' sigurtà;

    (b) fuq il-bażi ta' sejħa għal dawk li jagħmlu l-offerti, tisstabbilixxi ftehim għall-iżvilupp u validazzjoni ta' l-applikazzjoni kif ukoll studju ta' kemm huma vijabbli;

    (ċ) tiżgura li l-persuni kollha nvoluti fil-fazijiet ta' żvilupp u validazzjoni kif ukoll l-istudju ta' vijabbiltà ta' wara huma mogħtija permess xieraq biex jgħaddu informazzjoni klassifikata “UE KUNFIDENZALI” skond id-Deċiżjoni 2001/264/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom;

    (d) tiżgura li l-amministrazzjoni tal-proġett fid-dawl ta' l-installazzjoni finali taċ-CECIS. F'dan ir-rispett, il-Kummissjoni għandha tipprovdi u taġġorna pjan ġenerali u għandha tikkordina l-fażijiet ta' żvilupp, validazzjoni w implimentazzjoni ma' l-Istati parteċipanti, u l-kuntrattur(i) magħżula. Il-Kummissjoni għandha wkoll iżżomm kont tal-bżonnijiet ta' l-Istati parteċipanti;

    (e)  follow up, validazzjoni u ttestjar tas-sezzjonijiet separati u ċ-CECIS komplut bl-għajnuna tal-grupp ta' l-utent;

    (f) tiżgura t-taħriġ ta' min iħarreġ u li l-Istati parteċipanti huma nfurmati regolarment bl-avvanz tal-proġett;

    (g) tiżgura' s-sigurtà tal-proġett l-iktar billi ma tippermettix it-tixrid mhux awtorizzat ta' informazzjoni sensittiva;

    (h) tiżgura, permezz taċ-ċentru ta' Data tal-Kummissjoni, li s-server huwa mqabbad b'mod xieraq ma' TESTA u li hu disponibbli fuq ta' l-anqas l-istess servizz bħall-bqija tan-network;

    (i) tiżgura l-implimentazzjoni tal-PKI permezz taċ-ċentru tat-Telekomunikazzjonijiet;

    (j) tipprovdi l-appoġġ kollu neċessarju għall-fazi ta' implimentazzjoni tal-proġett u tiżgura l-manteniment w appoġġ neċessarju minn hemm 'il quddiem.

    2.  L-Istati parteċipanti għandhom jiżguraw it-twettiq ta' l-impriżi li saru fil-kuntest tal-card template tal-pajjiż, bħal konnessjoni ma' TESTA II network, il-faċilità ta' web browsers konformi u klijenti bl-e-mail u implimentazzjoni ta' proċeduri PKI, skond l-ippjanar approvat.



    KAPITOLU V

    STIMA U/JEW SKWADRI TA' KORDINAZZJONI, INKLUZ KRITERJI GHALL-GHAZLA TA' ESPERTI

    Artikolu 14

    L-Istati parteċipanti għandhom jipprovdu u jaġġornaw regolarment l-informazzjoni tagħhom fuq l-esperti magħżula skond l-Artikolu 3(b) tad-Deċiżjoni Nru 2001/792/KE, Euratom.

    Artikolu 15

    L-esperti għandhom jiġu klassifikati fil-kategoriji li ġejjin:

    (a) esperti tekniċi;

    (b) esperti li jagħmlu stima;

    (ċ) membri ta' skwadra ta' kordinazzjoni;

    (d) kap kordinatur.

    Artikolu 16

    1.  L-esperti tekniċi għandhom ikollhom il-ħila li jagħtu parir fuq affarijiet speċifiċi u ta' teknika għolja u fuq ir-riskji nvoluti u jkunu disponibbli għal missjonijiet.

    2.  L-esperti li jagħmlu stima għandhom ikunu kapaci li jipprovdu stima tas-sitwazzjoni u jagħtu parir fuq l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed u jkunu disponibbli għal missjonijiet.

    3.  Il-membri ta' l-iskwadra ta' kordinazzjoni jistgħu jinkludu deputat kap kordinatur, persuni responsabbli għall-loġistika w kommunikazzjoni u persunal ieħor neċessarju. Jekk ikun hemm talba, l-esperti tekniċi u li jagħtu stima jistgħu jiġu nkorporati fl-iskwadra ta' kordinazzjoni sabiex jassistu l-kap kordinatur matul il-missjoni.

    4.  Il-kap kordinatur għandu jkun risponsabbli għat-tmexxija ta' l-iskwadri li jagħmlu stima w kordinazzjoni matul intervent. Hi/hu għandha/u t/jagħmel kuntatti xierqa ma' l-awtoritajiet tal-pajjiż affetwat, mac-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, u fil-każ ta' x'interventi ta' għajnuna ta' protezzjoni ċivili barra l-Istati parteċipanti, ukoll ma' l-Istat Membru li għandu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jew ir-rappresentant tiegħu u mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni ta' dak il-pajjiż u ma' l-uffiċċju jew rappreżentant uffiċjali ta' l-Uffiċju ta' l-Għajnuna Umanitarja tal-Komunità Ewropea (ECHO) f'dak il-pajjiż.

    Artikolu 17

    L-informazzjoni fuq l-esperti għandha tinġabar mill-Kummissjoni f'database kompetenti u li tkun disponibbli permezz taċ-CECIS.

    Artikolu 18

    L-esperti għandhom, fejn neċessarju, jagħmlu program ta' taħrig stabbilit skond l-Artikolu 21.

    Artikolu 19

    Fl-eventwalita' ta' talba għall-għajnuna, l-Istati li jipparteċipaw għandhom ikunu responsabbli biex jattivaw l-esperti disponibbli u jpoġġuhom f'kuntatt maċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni.

    Artikolu 20

    1.  Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jkun kapaċi li jimmobilizza u jibgħat l-esperti appuntati fi żmien qasir wara li l-esperti jiġu attivati mill-Istati parteċipanti.

    2.  Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni ser jimxi mal-proċedura ta' trasmissjoni li ġejja, bbażata fuq il-konfermazzjoni tal-missjoni wżata mill-Kummissjoni għall-issekondar ta' l-esperti f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, li tkopri l-elementi li gejjin:

    (a) konfermazzjoni bil-miktub tal-missjoni;

    (b) l-għanijiet tal-missjoni;

    (ċ) kemm il-missjoni hi ppjanata li ddum;

    (d) l-informazzjoni dwar il-persuna li hi l-kuntatt lokali;

    (e) il-kondizzjoni ta' kemm tkopri l-assigurazzjoni;

    (f) il-kumpens bi ħlas ta' kuljum biex ikopri għall-ispejjeż;

    (g) il-kondizzjonijiet speċifiċi ta' ħlas;

    (h) linji gwida għal esperti tekniċi, l-esperti li jagħmlu stima, esperti li jikordinaw u kapijiet.



    KAPITOLU VI

    PROGRAMM TA' TAĦRIĠ

    Artikolu 21

    1.  Programm ta' taħriġ għandu jiġi stabbilit li jkopri l-interventi ta' għajnuna ta' protezzjoni ċivili. Il-programm għandu jinkludi korsijiet ġenerali u speċifiċi, eserċizzji u sistema ta' skambju ta' esperti. Il-programm għandu jkun immirat għall-gruppi apposta msemmija fl-Artikolu 22.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tkun risponsabbli għall-kordinazzjoni u l-organizzazzjoni ta' program ta' taħriġ u biex ifisser il-kontenut u l-iskeda tal-programm ta' taħriġ.

    Artikolu 22

    Il-gruppi li għalihom il-programm ta' taħriġ ser ikun immirat ser ikunu:

    (a) skwadri ta' intervent ta' l-Istati li qed jipparteċipaw;

    (b) kapijiet ta' skwadri ta' intervent ta' l-Istati parteċipanti, id-deputati tagħhom u l-uffiċjali ta' koperazzjoni;

    (ċ) esperti ta' l-Istati li jipparteċipaw kif imniżżla fl-Artikolu 15;

    (d) ħaddiema li huma l-punt ta' kuntatt nazzjonali;

    (e) uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità.

    Artikolu 23

    Il-korsijiet ġenerali u speċifiċi ser ikunu mmirati lejn gruppi differenti kif imniżżel fl-Artikolu 22(b) sa (e).

    Artikolu 24

    L-eżerċizzi għandhom, b'mod partikolari fir-rigward ta' gruppi speċifiċi kif imniżżla fl-Artikolu 22(a), jimmiraw li:

    (a) itejbu il-kapaċità tar-rispons u jipprovdu l-prattika neċessarja ta' l-iskwadri biex jilħqu l-kriterji għal parteċipazzjoni fl-interventi ta' għajnuna tal-protezzjoni ċivili;

    (b) itejbu u jivverifikaw il-proċeduri u jistabilixxu lingwa komuni għal kordinazzjoni ta' interventi ta' għajnuna tal-protezzjoni ċivili u jnaqqsu l-ħin ghar-rispons f'emerġenzi kbar;

    (ċ) ikabbru l-koperazzjoni operazzjonali bejn is-servizzi tal-protezzjoni ċivili bejn l-Istati parteċipanti;

    (d) jitgħallmu mill-esperjenza ta' xulxin;

    ▼M1

    (e) titjib ta’ l-interoperabbiltà tal-moduli tal-protezzjoni ċivili.

    ▼B

    Artikolu 25

    Is-sistema ta' skambju għandha tinkludi l-iskambju ta' esperti bejn l-Istati parteċipanti u/jew il-Kummissjoni, bil-ghan li jghinu lill-esperti biex:

    1. jiggwadanjaw esperjenza f'oqsma oħra;

    2. isiru familjari ma' tekniċi oħra u proċeduri operazzjonali wżati;

    3. jistudjaw approċi meħuda minn servizzi ta' emerġenza parteċipanti w istituzzjonijiet oħra.

    Artikolu 26

    Meta approprjat, opportunitajiet oħra ta' taħrig għandhom jiġu pprovduti sabiex jilħqu bżonnijiet identifikati għall-operat bla problemi w effiċjenti ta' l-interventi ta' għajnuna tal-protezzjoni ċivili.

    Artikolu 27

    1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura koerenza tal-livell ta' taahrig u l-kontenut tiegħu.

    2.  L-Istati parteċipanti u l-Kummissjoni għandha tinnomina lill min jitħarreg f'kull sezzjoni ta' taħriġ.

    3.  Il-Kummissjoni għandha torganizza sistema xierqa ta' evalwazzjoni għat-taħriġ organizzat.



    KAPITOLU VII

    INTERVENTI ĠEWWA U BARRA MILL-KOMMUNITÀ

    Artikolu 28

    Fażi ta' alert

    1.  Fil-kas ta' emerġenza kbira fl-Istati parteċipant jew theddida imminenti, li tikkawża jew tista' tikkawża effetti transkonfinali jew li tista' tirriżulta għal sejħa għall-għajnuna permezz taċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni minn pajjiż wieħed jew iktar, l-awtorità kompetenti u/jew punti ta' kuntatt ta' l-Istat fejn l-emerġenza hi imminenti jew diġà ġrat, għandha tinforma bla telf ta' żmien liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni permezz tal-kanali ta' komunikazzjoni stabbiliti.

    2.  Jekk il-Kummissjoni ġiet infurmata b'emerġenza kbira f'pajjiż terz,li jista' jkollu bżonn l-għajnuna tal-protezzjoni ċivili, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jagħmel kuntatt ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li għandu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u s-servizzi oħra relevanti tal-Kummissjoni sabiex jinfurmawhom bis-sitwazzjoni.

    3.  Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jiġbor l-informazzjoni essenzali mall-ewwel twissijiet u jittrasmettiha permezz tal-kanali ta' komunikazzjoni u n-networks stabbiliti lill-awtoritajiet kompetenti tal-protezzjoni ċivili ta' l-Istati parteċipanti u/jew il-punti ta' kuntatt tagħhom.

    4.  Stat parteċipanti affetwat minn emerġenza kbira għandu jżomm liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni nfurmat bl-iżvolġiment tas-sitwazzjoni jekk xi riskji għal konsegwenzi transkonfinali jistgħu jidhru. Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu mbagħad jinforma lill-Istati parteċipanti oħra u s-servizzi relevanti tal-Kummissjoni u jaġġornaw regolarment l-informazzjoni tagħhom ta' kwalunkwe żvilupp tas-sitwazzjoni.

    Artikolu 29

    Talbiet għall-għajnuna

    1.  Stat parteċipanti jew pajjiż terz affetwat minn emerġenza kbira għandu, jekk hemm bżonn l-għajnuna permezz tal-mekkaniżmu tal-Komunità, jindirizzaw talba formali għall-għajnuna mill-protezzjoni ċivili liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni.

    2.  Fil-kas ta' emerġenza kbira li sseħħ f'pajjiż terz, li jista' jeħtieġ għajnuna mill-protezzjoni ċivili, il-Kummissjoni tista tiddeċiedi fuq inizjattiva proprja li tinforma lill-pajjiż terz b'għajnuna potenzali mill-Komunità jekk tkun meħtieġa. Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jżomm lill-Istat Membru li għandu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea infurmat regolarment bi kwalunkwe żvilupp.

    3.  L-Istat li qed jagħmel it-talba għandu jipprovdi liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni b'kull informazzjoni relevanti li tikkonċerna s-sitwazzjoni, u b'mod partikolari, bżonnijiet speċjali, l-appoġġ mitlub u l-lokalita'.

    Jekk l-għajnuna tkun mitluba f'forma ta' esperti u/jew skwadri ta' intervent jew mezzi, l-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandu jinforma liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni fuq iż-żmien u l-lokalità tal-wasla ta' l-għajnuna, u l-punt ta' kuntatt fuq il-post li jkun qed imexxi l-emerġenza.

    4.  Wara l-kordinazzjoni bejn iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni u l-Istat li jkun qed jagħmel it-talba, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jgħaddi t-talba għall-għajnuna lill-Istati parteċipanti u, meta approprjat jikkonsulta mad-database ta' riżorsi u jinforma lis-servizzi relevanti tal-Kummissjoni. Kwalunkwe tibdil fit-talba għall-għajnuna inizjali mill-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandha tiġi mwassla immedjatament lill-Istati parteċipanti kollha.

    5.  Wara li ssir it-talba formali, l-Istati parteċipanti għandhom jinfurmaw immedjatament liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni dwar il-kapaċità kurrenti tagħhom sabiex jagħtu l-għajnuna, jindikaw l-iskopijiet tagħhom u t-termini.

    6.  L-informazzjoni mniżżla fil-paragrafu 5 għandha tinġabar u tintbagħat immedjatament miċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni lill-Istat li jkun qed jagħmel it-talba u lill-Istati l-oħra parteċipanti.

    7.  L-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandu jinforma liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni dwar liema skwadri ta' intervent u mezzi ntagħżlu.

    8.  Fir-rigward tat-talbiet għall-iskwadri ta' intervent u mezzi, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jinforma lill-Istati parteċipanti bl-għazla ta' l-Istat li jkun qed jagħmel it-talba. L-Istati parteċipanti li jagħtu l-għajnuna għandhom iżommu liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni regolarment infurmat dwar l-iskwadri ta' intervent u l-mezzi mibgħuta.

    9.  Fir-rigward tat-talba għall-esperti, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu:

    (a) jikkuntatja lill-Istati parteċipanti, billi juża d- “database ta' l-esperti” mwaqqfa skond l-Artikolu 17, u jsaqsi dwar kemm hemm esperti lesti li jitilqu, fejn hu neċessarju, fi żmien tliet siegħat mill-ħatra tagħhom;

    (b) wara konsultazzjoni ma' l-Istat li jkun qed jagħmel it-talba, jagħżel minn qalb l-esperti disponibbli u jinfurmaw lill-Istati parteċipanti;

    (ċ) immedjatament jagħmlu kuntatt ma' l-esperti u jibdew jibgħatuhom skond il-proċedura kif imniżżla fl-Artikolu 20(2);

    (d) fuq il-bażi ta' rapport aġġornat stabbilit mill-Istat li jagħmel it-talba, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jipprepara laqgha ta' informazzjoni għall-esperti u kapijiet ta' skwadri ta' intervent qabel ma jiġu mibgħuta.

    10.  Fil-kas ta' emerġenza kbira li sseħħ f'pajjiż terz, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jaħdem b'konsultazzjoni ma' l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u servizzi relevanti tal-Kummissjoni.

    11.  L-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandu jagħmel l-arrangamenti tiegħu sabiex jippermetti kordinazzjoni bejn l-għajnuna mibgħuta fuq livell nazzjonali u reġjonali. L-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandu jiffaċilita l-qsim tal-fruntieri għall-interventi u jiżgura appoġġ loġistiku.

    Artikolu 30

    Direzzjoni ta' l-interventi

    1.  Fil-każ ta' emerġenza kbira li sseħħ ġewwa l-Komunità, l-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandu jidderieġi l-interventi ta' għajnuna skond l-Artikolu 5(3) u (4) tad-Deċiżjoni Nru 2001/792/KE, Euratom.

    2.  Fil-każ ta' emerġenza kbira li sseħħ barra mill-Komunità, l-iskwadri ta' stima u kordinazzjoni għandhom jagħmlu l-kompiti tagħhom skond l-Artikolu 16. Il-kordinazzjoni hi żgurata mill-Istat Membru li għandu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jew ir-rappreżentant maħtur.

    Artikolu 31

    Interventi f'pajjiżi terzi

    F'pajjiżi terzi, l-intervent ta' għajnuna tal-Komunità jista' jew jitmexxa bħala operazzjoni awtonoma bejn il-pajjiż terz affetwat u ċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni u r-rappreżentant ta' l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, jew bħala kontribut għal intervent immexxi minn organizzazzjoni internazzjonali.

    Artikolu 32

    Missjonijiet ta' l-esperti

    1.  L-esperti mibgħuta għandhom jagħmlu l-kompiti mniżżla fl-Artikolu 16. Huma għandhom jirrappurtaw regolarment lill-awtoritajiet ta' l-Istat li jkun qed jagħmel it-talba u ċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni.

    2.  Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jżomm infurmati lill-Istati parteċipanti dwar il-progress tal-missjoni ta' l-esperti.

    3.  Fir-rigward tal-progress tal-missjoniiet ta' l-esperti fil-pajjiżi terzi, iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jżomm infurmati lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-pajjiż konċernat u r-rappresentant ta' l-Istat Membru li għandu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll is-servizzi relevant ital-Kummissjoni.

    4.  L-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandu jinforma liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni fuq bażi regolari dwar l-izvilupp ta' l-attivitajiet li jkunu ghaddejin fuq is-sit ta' l-emerġenza.

    5.  Fil-kas ta' interventi f'pajjiżi terzi, il-kap kordinatur għandu jinforma liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni fuq bażi regolari dwar l-izvilupp ta' l-attivitajiet li jkunu ghaddejin fuq is-sit ta' l-emerġenza.

    6.  Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jikompila l-informazzjoni kollha li jkun irċieva u jqassamha lill-punti ta' kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati parteċipanti.

    Artikolu 33

    Pjan operazzjonali ta' disingaġġ

    1.  L-Istat li jkun qed jagħmel it-talba jew kwalunkwe Stat partiċipant li jagħti l-għajnuna għandu jinforma liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni u l-esperti mibgħuta tal-Komunità u l-iskwadri ta' intervent ta' għajnuna meta l-għajnuna tagħhom ma tibqax rikjesta jew ma tkunx tista' tibqa tiġi pprovduta. Id-disingaġġ effettiv għandu jiġi organizzat b'mod xieraq mill-Istat li jkun ed jagħmel it-talba u l-Istati parteċipanti; iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandhom jibqu mizmuma nfurmati.

    2.  F'pajjiżi terzi, il-kap kordinatur għandu jirrapporta liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni meta l-assistenza ma tibqax rikjesta jew ma tkunx tibqa' tiġi pprovduta. Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jgħaddi din l-informazzjoni lid-delegazzjoni tal-Kummissjoni f'dak il-pajjiż u r-rappreżentant ta' l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll is-servizzi relevant ital-Kummissjoni. Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni b'kordinazzjoni ma' l-Istati Membri li għandhom il-Presidenza tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istat li qed jagħmel it-talba għandhom jiżguraw disingaġġ effettiv.

    Artikolu 34

    Rappurtaġġ u tagħlimiet mogħtija

    1.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat li jkun qed jagħmel it-talba u l-Istati parteċipanti li jkunu taw l-għajnuna, kif ukoll l-esperti mibgħuta mill-Kommunita, għandhom jippreżentaw il-konklużjonijet tagħhom fuq kull aspett ta' l-intervent liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni. Rapport fil-qasir għandu mbagħad jiġi ppreparat miċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni dwar l-għajnuna pprovduta.

    2.  Iċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni għandu jxerred it-tagħlimiet mogħtija sabiex jevalwaw u jtejbu l-interventi ta' għajnuna mill-protezzjoni ċivili.

    Artikolu 35

    Spejjeż

    1.  Jekk ma jkunx miftiehem mod ieħor, l-Istat li li jkun qed jitlob l-għajnuna għandu jħallas għall-assistenza mogħtija mill-Istati parteċipanti.

    2.  L-Istat parteċipant li jagħti l-għajnuna jista', waqt li jżomm f'moħħu n-natura ta' l-emerġenza u l-ammont ta' dannu, jista' joffri l-għajnuna kompletament jew parzjalment mingħajr ħlas. Dak l-Istat jista' wkoll jirrinunzja kollox jew parti mill-ħlas ta' l-ispejjeż tiegħu fi kwalunkwe ħin.

    3.  Jekk mhux miftiehem mod ieħor, għal matul l-intervent, l-Istat li qed jagħmel it-talba għandu jalloġja u jitma lill-iskwadri mill-Istati parteċipanti li qed jagħtu l-għajnuna, u jekk il-provvista u d-disposizzjonijiet tagħhom jispiċċaw, għandhom jerġgħu jintlew bi spiża proprja. Madanakollu, l-iskwadri li jagħtu l-għajnuna għall-ewwel għandhom ikunu loġistikament indipendenti u suffiċjenti għalihom infushom għal perjodu raġonevoli, skond l-assi wżati u għandhom jinfurmaw liċ-ċentru ta' Monitoraġġ w Informazzjoni.

    4.  Spejjeż sabiex jintbagħtu esperti tal-Komunità għandhom jiġu trattati skond l-Artikolu 20. Il-Kummissjoni għandha tħallas dawn l-ispejjeż.

    Artikolu 36

    Kumpens għad-danni

    1.  L-Istat li jkun qed jagħmel it-talba għandu joqgħod lura milli jitlob għal kumpens mill-Istati li jipparteċipaw għad-danni kkawżati għall-propjeta tiegħu jew lill-ħaddiema li jagħtu servizz fejn dan id-dannu hu b'konsegwenza ta' l-intervent ta' l-għajnuna prevista b'din id-Deċiżjoni, kemm-il darba ma jiġix muri bi prova li hu b'riżultat ta' frodi jew kondotta ħażina serja.

    2.  Fl-eventwalità li d- danni mġarrba minn partijiet terzi b'riżultat ta' intervent ta' għajnuna, l-Istat li għamel it-talba u l-Istat li pparteċipa u pprovda l-għajnuna għandhom jikkoperaw biex jiffaċilitaw il-kumpens ta' dawn id-danni.

    Artikolu 37

    Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




    ▼M1

    ANNESS I

    image

    image

    image

    ▼M2




    ANNESS II

    Kundizzjonijiet ġenerali għall-moduli Ewropej tal-protezzjoni ċivili ( 12 )



    1.  Ippumpjar b’kapaċità qawwija

    Kompiti

    — Forniment ta’ ppumpjar:

    — 

    — f’żoni mgħarrqa,

    — biex jiġi assistit it-tifi tan-nar bit-twassil tal-ilma.

    Kapaċitajiet

    — Forniment ta’ ppumpjar b’mezz mobbli u pompi b’kapaċità qawwija:

    — 

    — b’kapaċità totali tal-anqas 1 000 m3/siegħa u;

    — b’kapaċità mnaqqsa ta’ ppumpjar għal differenza ta’ 40 metru fl-għoli.

    — Ħila biex:

    — 

    — jiffunzjona f’żoni u art li mhumiex faċilment aċċessibbli,

    — jippompja ilma bit-tajn, li fih mhux aktar minn 5 fil-mija ta’ elementi solidi li l-qies tal-biċċiet taghom ikun sa 40 mm,

    — jippompja ilma sa 40 grad °C għal operazzjonijiet itwal,

    — iwassal l-ilma fuq distanza ta’ 1 000 metru.

    Elementi prinċipali

    — Pompi b’kapaċità medja u qawwija.

    — Manek u rbit tal-pajpijiet kompatibbli ma’ standards differenti, inkluż l-istandard Storz.

    — Biżżejjed persunal biex jaqdi l-kompitu, fejn meħtieġ, fuq bażi kontinwa.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq f’massimu ta’ 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Ħila li jintuża għal perjodu ta’ 21 jum.



    2.  Purifikazzjoni tal-ilma

    Kompiti

    — Forniment ta’ ilma għax-xorb, minn sorsi ta’ ilma tal-wiċċ, skont l-istandards applikabbli u tal-anqas skont il-livell tal-istandards tal-WHO.

    — Jitwettaq kontroll tal-kwalità tal-ilma mill-punt tas-sors tat-tagħmir tal-purifikazzjoni.

    Kapaċitajiet

    — Purifikazzjoni ta’ 225 000 litru ilma kuljum.

    — Kapaċità ta’ ħżin ekwivalenti għall-produzzjoni ta’nofs jum.

    Elementi prinċipali

    — Faċilità mobbli tal-purifikazzjoni tal-ilma.

    — Faċilità mobbli tal-ħżin tal-ilma.

    — Laboratorju mobbli tal-post.

    — Irbit tal-pajpijiet kompatibbli ma’ standards differenti, inkluż l-istandard Storz.

    — Biżżejjed persunal biex iwettaq il-kompitu, fejn meħtieġ, fuq bażi kontinwa.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq f’massimu ta’ 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Ħila li jintuża għal perjodu ta’ 12-il ġimgħa.



    3.  Tiftix u salvataġġ medji urbani

    Kompiti

    — Tiftix, lokalizzar u salvataġġ tal-vittmi (1) lokalizzati taħt it-terrapien (bħal bini mġarraf u inċidenti tat-trasport).

    — Forniment tal-ewwel għajnuna ta’ salvataġġ tal-ħajja, sakemm isir it-trasferiment għal aktar kura.

    Kapaċitajiet

    — Il-modulu għandu jkollu l-ħila jwettaq li ġej, filwaqt li jqis il-linji gwida rikonoxxuti internazzjonali, bħal-linji gwida tal-Grupp Internazzjonali għall-Pariri dwar it-Tiftix u s-Salvataġġ (INSARAG):

    — 

    — tiftix bil-klieb tat-tiftix u/jew tagħmir tekniku tat-tfittix,

    — salvataġġ, inkluż irfigħ,

    — qtugħ ta’ konkos,

    — irbit tekniku bil-ħbula,

    — irfid bażiku,

    — detezzjoni u iżolament ta’ hazmat (2),

    — għajnuna avvanzata ta’ salvataġġ tal-ħajja (3).

    — Ħila li jiffunzjona fuq sit wieħed 24 siegħa kull jum għal 7 ijiem.

    Elementi prinċipali

    — Ġestjoni (kmand, kooperazzjoni/koordinazzjoni, ippjanar, midja/rappurtaġġ, valutazzjoni/analiżi, sikurezza/sigurtà).

    — Tiftix (tiftix tekniku u/jew tiftix bil-klieb, detezzjoni ta’ hazmat, iżolament ta’ hazmat).

    — Salvataġġ (tkissir u ksur, qtugħ, irfigħ u ċaqliq, irfid, irbit tekniku bil-ħbula).

    — Mediku, inkluż kura tal-pazjienti u tal-persunal tal-iskwadra u l-klieb tat-tfittxija.

    Awtosuffiċjenza

    — Tal-anqas 7 ijiem ta’ operazzjonijiet.

    — Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Operattiv fi żmien 32 siegħa fil-pajjiż milqut.

    (1)   Vittmi ħajjin.

    (2)   Kapaċità bażika, kapaċitajiet aktar estensivi inklużu fil-modulu “tad-detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari”.

    (3)   Kura tal-pazjenti (l-ewwel għajnuna u stabbilizzazzjoni medika) mid-dħul sat-trasferiment tal-vittma.



    4.  Tiftix u salvataġġ urban intensiv

    Kompiti

    — Tiftix, lokalizzar u salvataġġ tal-vittmi (1) lokalizzati taħt it-terrapien (bħal bini mġarraf u inċidenti tat-trasport).

    — Forniment tal-ewwel għajnuna ta’ salvataġġ tal-ħajja, sakemm isir it-trasferiment għal aktar kura.

    Kapaċitajiet

    — Il-modulu għandu jkollu l-ħila jwettaq li ġej, filwaqt li jqis il-linji gwida rikonoxxuti internazzjonali, bħal-linji gwida INSARAG:

    — 

    — tiftix bil-klieb tat-tiftix u tagħmir tekniku tat-tfittix,

    — salvataġġ, inkluż irfigħ tqil,

    — qtugħ tal-konkos rinfurzat u strutturi tal-ħadid,

    — irbit tekniku bil-ħbula,

    — irfid avvanzat,

    — detezzjoni u iżolament ta’ hazmat (2),

    — għajnuna avvanzata ta’ salvataġġ tal-ħajja (3).

    — Ħila li jiffunzjona fuq aktar minn sit wieħed 24 siegħa kuljum għal 10 ijiem.

    Elementi prinċipali

    — Ġestjoni (kmand, kooperazzjoni/koordinazzjoni, ippjanar, midja/rappurtaġġ, valutazzjoni/analiżi, sikurezza/sigurtà).

    — Tiftix (tiftix tekniku, tiftix bil-klieb, detezzjoni ta’ hazmat, iżolament ta’ hazmat).

    — Salvataġġ (tkissir u ksur, qtugħ, irfigħ u ċaqliq, irfid, irbit tekniku bil-ħbula).

    — Mediku, inkluż kura tal-pazjienti u tal-persunal tal-iskwadra u l-klieb tat-tfittxija. (4).

    Awtosuffiċjenza

    — Tal-anqas 10 ijiem ta’ operazzjoni.

    — Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Operattiv fi żmien 48 siegħa fil-pajjiż milqut.

    (1)   Vittmi ħajjin.

    (2)   Kapaċità bażika, kapaċitajiet aktar estensivi inklużu fil-modulu “tad-detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari”.

    (3)   Kura tal-pazjenti (l-ewwel għajnuna u stabbilizzazzjoni medika) mid-dħul sat-trasferiment tal-vittma.

    (4)   Suġġett għat-termini ta’ liċenzja medika u veterinarja.



    5.  Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu ta’ ħelikopters

    Kompiti

    — Jgħin fit-tifi ta’ nirien kbar f’foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta’ tifi tan-nar mill-ajru.

    Kapaċitajiet

    — Tliet ħelikopters b’kapaċità ta’ 1 000 litru kull wieħed.

    — Ħila biex jitwettqu operazzjonijiet kontinwi.

    Elementi prinċipali

    — Tliet ħelikopters bl-ekwipaġġ, biex jiġi ggarantit li tal-anqas żewġ ħelikopters huma operattivi fi kwalunkwe ħin.

    — Persunal tekniku.

    — 4 bramel tal-ilma jew 3 kits tar-rilaxx.

    — Sett tal-manutenzjoni.

    — Sett ta’ spare parts.

    — Żewġ winċijiet għas-salvataġġ.

    — Tagħmir tal-komunikazzjoni:

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (f) u (g) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq f’massimu ta’ 3 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.



    6.  Modulu tat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru bl-użu tal-ajruplani

    Kompiti

    — Jgħin fit-tifi ta’ nirien kbar f’foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta’ tifi tan-nar mill-ajru.

    Kapaċitajiet

    — Żewġ ajruplani b’kapaċità ta’ 3 000 litru kull wieħed.

    — Ħila biex jitwettqu operazzjonijiet kontinwi.

    Elementi prinċipali

    — Żewġ ajruplani.

    — Minimu ta’ erba’ gruppi ta’ persunal.

    — Persunal tekniku.

    — Apparat għall-manutenzjoni fuq il-post.

    — Tagħmir tal-komunikazzjoni.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (f) u (g) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq f’massimu ta’ 3 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.



    7.  Kariga medika avvanzata

    Kompiti

    — Jagħmel il-profil (bil-livell tal-gravità tal-ġrieħi) tal-pazjenti fuq is-sit tad-diżastru.

    — Jistabbilizza l-kundizzjoni tal-pazjent u jħejjih għat-trasport lejn l-aktar faċilità tas-saħħa adegwata għat-trattament aħħari.

    Kapaċitajiet

    — Iwettaq analiżi tal-gravità tal-ġrieħi għal tal-anqas 20 pazjent fis-siegħa.

    — Skwadra medika kapaċi tistabbilizza 50 pazjent kull 24 siegħa ta’ attività, li topera fuq żewġ xiftijiet.

    — Disponibbiltà ta’ provvisti għat-trattament ta’ 100 pazjent bi ġrieħi minuri kull 24 siegħa.

    Elementi prinċipali

    — Skwadra medika kull xift ta’ 12-il siegħa:

    — 

    — analiżi tal-gravità tal-ġrieħi: infermier u/jew tabib,

    — kura intensiva: tabib u infermier,

    — ġrieħi gravi, imma mhux periklu tal-mewt: tabib u 2 infermiera,

    — evakwazzjoni: infermier,

    — persunal speċjalizzat ta’ appoġġ: 4.

    — Tined:

    — 

    — tinda/tined b’żoni interkonnessi għall-analiżi tal-gravità tal-ġrieħi, il-kura medika u l-evakwazzjoni,

    — tinda/tined għall-persunal.

    — Post ta’ kontroll.

    — Depożitu ta’ provvista loġistika u medika.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq f’massimu ta’ 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Operattiv siegħa wara l-wasla fuq il-post.



    8.  Kariga medika avvanzata bil-kirurġija

    Kompiti

    — Jagħmel il-profil (bil-livell tal-gravità tal-ġrieħi) tal-pazjenti fuq is-sit tad-diżastru.

    — Iwettaq kirurġija biex jikkontrolla d-dannu.

    — Jistabbilizza l-kundizzjoni tal-pazjenti u jħejjihom għat-trasport lejn l-aktar faċilità tas-saħħa adegwata għat-trattament aħħari.

    Kapaċitajiet

    — Iwettaq analiżi tal-gravità tal-ġrieħi għal tal-anqas 20 pazjent fis-siegħa.

    — Skwadra medika kapaċi tistabbilizza 50 pazjent kull 24 siegħa ta’ attività, li topera fuq żewġ xiftijiet.

    — Skwadra kirurġika kapaċi twettaq kirurġija għall-kontroll tal-ħsara fuq 12-il pazjent kull 24 siegħa ta’ attività, li topera fuq żewġ xiftijiet.

    — Disponibbiltà ta’ provvisti għat-trattament ta’ 100 pazjent bi ġrieħi minuri kull 24 siegħa.

    Elementi prinċipali

    — Skwadra medika kull xift ta’ 12-il siegħa:

    — 

    — analiżi tal-gravità tal-ġrieħi: infermier u/jew tabib,

    — kura intensiva: tabib u infermier,

    — kirurġija: 3 kirurgi, 2 infermiera għall-operazzjonijiet, anestetista, infermier anestetista,

    — ġrieħi gravi, imma mhux periklu tal-mewt: tabib u 2 infermiera,

    — evakwazzjoni: infermier,

    — persunal speċjalizzat ta’ appoġġ: 4.

    — Tined:

    — 

    — tinda/tined b’żoni interkonnessi għall-analiżi tal-gravità tal-ġrieħi, il-kura medika u l-evakwazzjoni,

    — tinda/tined għall-persunal,

    — tinda/tined għall-persunal.

    — Post ta’ kontroll.

    — Depożitu ta’ provvista loġistika u medika.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq f’massimu fi 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Operattiv siegħa wara l-wasla fuq il-post.



    9.  Sptar fil-post

    Kompiti

    — Forniment ta’ kura, inizjali u/jew ta’ segwiment, medika u għat-trawma, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida internazzjonali rikonoxxuti għall-użu ta’ sptar fil-post, bħal-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jew tar-Red Cross.

    Kapaċitajiet

    — 10 sodod għall-pazjenti bi trawma qawwija, bil-possibbiltà li titkabbar il-kapaċità.

    Elementi prinċipali

    — Skwadra medika għal:

    — 

    — analiżi tal-gravità tal-ġrieħi,

    — kura intensiva,

    — kirurġija,

    — ġrieħi gravi, imma mhux fil-periklu tal-mewt,

    — evakwazzjoni,

    — persunal speċjalizzat ta’ appoġġ,

    — u tal-anqas tkopri li ġej: ġeneralista, tobba tal-emerġenza, ortopedista, pedjatra, anestetista, spiżjar, ostetriku, uffiċjal tas-saħħa, tekniku tal-laboratorju, tekniku tar-raġġi X.

    — Tined:

    — 

    — tined xierqa għall-attivitajiet mediċi,

    — tined għall-persunal.

    — Post ta’ kontroll.

    — Depożitu ta’ provvista loġistika u medika.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq f’massimu ta’ 7 ijiem wara t-talba.

    — Operattiv fuq is-sit 12-il siegħa mill-wasla fis-sit.

    — Operattiv tal-anqas għal 15-il jum.



    10.  Evakwazzjoni medika mill-ajru tal-vittmi tad-diżastru

    Kompiti

    — Trasport tal-vittmi tad-diżastru lejn faċilitajiet tas-saħħa għall-kura medika.

    Kapaċitajiet

    — Kapaċità ta’ trasport ta’ 50 pazjent kull 24 siegħa.

    — Kapaċità ta’ titjiriet lejl u nhar.

    Elementi prinċipali

    — Ħelikopters/ajruplani bi streċers.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (f) u (g) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq f’massimu fi 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.



    11.  Kenn temporanju ta’ emerġenza

    Kompiti

    — Forniment ta’ kenn temporanju ta’ emerġenza, inkluż is-servizzi essenzjali, prinċipalment fil-fażijiet inizjali ta’ diżastru b’koordinazzjoni mal-istrutturi eżistenti, l-awtoritajiet lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali, sakemm l-inkarigu jiġi ttrasferit lill-awtoritajiet lokali jew organizzazzjonijiet umanitarji, fejn il-kapaċità tibqa’ tkun neċessarja għal perjodi itwal.

    — Meta jsir it-trasferiment, jitħarreġ il-persunal rilevanti (lokali u/jew internazzjonali) qabel ma jitlaq dan il-modulu.

    Kapaċitajiet

    — Kamp tat-tinda mgħammar għal 250 persuna.

    Elementi prinċipali

    — Jitqiesu l-linji gwida internazzjonali rikonoxxuti, bħal-linji gwida SPHERE:

    — 

    — tined bit-tisħin (għall-kundizzjonijiet xitwin) u sodod tal-kampjiet b’borża tal-irqad u/jew kutra,

    — ġeneraturi tal-enerġija u tagħmir għat-tidwil,

    — faċilitajiet sanitarji u ta’ iġjene,

    — distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb, skont l-istandards tal-WHO,

    — kenn għal attivitajiet soċjali bażiċi (posibbiltà ta’ armar).

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq f’massimu fi 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Ġeneralment, il-missjoni għandha ddum l-aktar 4 ġimgħat, jew meta meħtieġ ikun inbeda proċess ta’ trasferiment tal-inkarigu.



    12.  Detezzjoni u kampjunar kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (CBRN)

    Kompiti

    — Twettiq/konferma tal-valutazzjoni inizjali, inkluż:

    — 

    — id-deskrizzjoni tal-perikli jew ir-riskji,

    — id-determinazzjoni taż-żona kontaminata,

    — il-valutazzjoni jew konferma tal-miżuri protettivi diġà meħuda.

    — Twettiq ta’ kampjunar kwalifikat.

    — Immarkar taż-żona kontaminata.

    — Previżjoni tas-sitwazzjoni, monitoraġġ, valutazzjoni dinamika tar-riskji, inkluż rakkomandazzjonijiet għal twissija u miżuri oħra.

    — Forniment ta’ appoġġ għal tnaqqis immedjat tar-riskju.

    Kapaċitajiet

    — L-identifikazzjoni u detezzjoni ta’ perikli kimiċi u radjoloġiċi permezz ta’ kombinazzjoni ta’ tagħmir li jinżamm fl-idejn, mobbli jew ibbażat fil-laboratorji:

    — 

    — kapaċità ta’ detezzjoni ta’ radjazzjoni alfa, beta u gamma u ta’ identifikazzjoni ta’ iżotopi komuni,

    — kapaċità ta’ identifikazzjoni, u fejn possibbli, ta’ twettiq ta’ analiżi semikwantitattiva ta’ kimiċi komuni industrijali tossiċi u aġenti rikonoxxuti użati għall-gwerer.

    — Kapaċità tal-ġbir, ipproċessar u tħejjija ta’ kampjuni bijoloġiċi, kimiċi u radjoloġiċi għal aktar analiżi fi bnadi oħra (1).

    — Kapaċità li jiġu applikati mudelli xjentifiċi xierqa għall-previżjoni tal-perikli u li jiġu kkonfermati mudelli permezz ta’ monitoraġġ kontinwu.

    — Forniment ta’ appoġġ għal tnaqqis immedjat tar-riskju:

    — 

    — limitar tal-periklu,

    — newtralizzar tal-periklu,

    — forniment ta’ appoġġ tekniku lil skwadri jew moduli oħra.

    Elementi prinċipali

    — Laboratorju kimiku u radjoloġiku, mobbli fuq il-post.

    — Tagħmir ta’ detezzjoni li jinżamm fl-idejn jew mobbli.

    — Tagħmir għall-kampjunar fuq il-post.

    — Sistemi ta’ mmudellar għat-tifrix.

    — Stazzjon mobbli meteoroloġiku.

    — Materjal għall-immarkar.

    — Dokumentazzjoni ta’ referenza u aċċess għal sorsi desinjati ta’ għarfien espert xjentifiku.

    — Trażżin sikur għall-kampjuni u l-iskart.

    — Faċilitajiet ta’ dikontaminazzjoni għall-persunal.

    — Persunal u tagħmir protettiv adegwat għas-sostenn ta’ operazzjoni f’ambjent kontaminat u/jew nieqes mill-ossiġenu, inkluż tuti xierqa li jissiġillaw kontra l-gass.

    — Provvista ta’ tagħmir tekniku għat-trażżin u n-newtralizzazzjoni ta’ periklu.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq massimu fi 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    (1)   Dan il-proċess għandu, fejn possibli, iqis ir-rekwiżiti evidenzjarji tal-istat li jagħmel it-talba.



    13.  Tiftix u salvataġġ f’kundizzjonijiet CBRN

    Kompiti

    — Tiftix u salvataġġ speċjali bl-użu ta’ ilbies protettiv.

    Kapaċitajiet

    — Tiftix u salvataġġ speċjali bl-użu ta’ tuti protettivi, skont ir-rekwiżiti tal-moduli ta’ tiftix u salvataġġ urban medju u qawwi kif xieraq.

    — Tliet persuni li jaħdmu simultanjament f’żona ta’ periklu.

    — Intervent kontinwu għal 24 siegħa.

    Elementi prinċipali

    — Materjal għall-immarkar.

    — Trażżin sigur u sikur għall-iskart.

    — Faċilitajiet ta’ dekontaminazzjoni għall-persunal u għall-vittmi salvati.

    — Persunal u tagħmir protettiv adegwat għas-sostenn ta’ operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ f’ambjent ikkontaminat, skont ir-rekwiżiti tal-moduli ta’ tiftix u salvataġġ urban medju u qawwi kif xieraq.

    — Provvista ta’ tagħmir tekniku għat-trażżin u n-newtralizzazzjoni ta’ periklu.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq massimu fi 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.



    14.  Tifi tan-nar fil-foresti mill-art

    Kompiti

    — Jikkontribwixxi fit-tifi ta’ nirien kbar f’foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta’ mezzi mill-art.

    Kapaċitajiet

    — Riżorsi umani suffiċjenti għal operazzjoni kontinwa matul 7 ijiem.

    — Kapaċità li jopera f’żoni b’aċċess ristrett.

    — Kapaċità li jintramaw linji twal ta’ pajpijiet bil-pompi, minimu 2 km, u/jew jagħmlu linji ta’ difiża kontinwament.

    Elementi prinċipali

    — Persunal tat-tifi tan-nar imħarreġ biex iwettaq il-ħidmiet imsemmija hawn fuq u b’taħriġ addizzjonali fis-sigurtà u s-sikurezza li jieħu kont tat-tipi differenti ta’ nirien li l-modulu jista’ jissejjaħ għalih.

    — Għodda manwali biex isiru l-linji ta’ difiża.

    — Pajpijiet, tankijiet portabbli u pompi biex tiġi stabbilita l-linja.

    — Adaptors biex jiġu mqabbda l-pajpijiet inkluż l-istandard Storz.

    — Tankijiet tal-ilma li jinġarru fuq id-dahar.

    — Tagħmir li jista’ jintrabat jew jiġi mniżżel minn ħelikopter.

    — Proċeduri ta’ evakwazzjoni għall-persunal tat-tifi tan-nar iridu jiġu miftiehma mal-istat li jirċevihom.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq massimu f’6 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Kapaċità li jaħdmu kontinwament matul 7 ijiem.



    15.  Tifi tan-nar fil-foresti mill-art bl-użu tal-vetturi

    Kompiti

    — Jikkontribwixxi fit-tifi ta’ nirien kbar f’foresti jew veġetazzjonijiet permezz ta’ vetturi.

    Kapaċitajiet

    — Riżorsi umani u vetturi suffiċjenti għal operazzjonijiet kontinwi b’minimu ta’ 20 persunal tat-tifi tan-nar f’kull ħin.

    Elementi prinċipali

    — Persunal tat-tifi tan-nar imħarreġ fil-ħidmiet imsemmija hawn fuq.

    — 4 vetturi b’kapaċità ta’ off-road.

    — Tankijiet ta’ kull vettura li jesgħu mill-anqas 2 000 litru.

    — Adaptors biex jiġu mqabbda l-pajpijiet inkluż l-istandard Storz.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq massimu f’6 sigħat wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Kapaċità li jaħdmu kontinwament matul 7 ijiem.

    — Jitwasslu bl-art jew bil-baħar. Jistgħu jitwasslu biss bl-ajru jekk il-każ ikun ġustifikat.



    16.  Trażżin ta’ għargħar

    Kompiti

    — Rinfurzar ta’ strutturi eżistenti u bini ta’ barrieri ġodda biex jiġi evitat aktar għargħar mix-xmajjar, baċiri u kanali b’livell tal-ilma li jkun qed jiżdied.

    Kapaċitajiet

    — Kapaċità li l-ilma jitwaqqaf permezz ta’ barrieri b’għoli minimu ta’ 0.8 metru bl-użu ta’:

    — 

    — materjali li jippermettu l-bini ta’ barriera twila 1 000 metru,

    — aktar materjali jsiru disponibbli fis-sit.

    — Kapaċità ta’ rinfurzar ta’ barrieri eżistenti.

    — Kapaċità li jopera f’minimu ta’ 3 postijiet fl-istess ħin f’żona aċċessibbli mit-trakkijiet.

    — Operattiv 24/7.

    — Superviżjoni u manutenzjoni ta’ barrieri u digi.

    — Kapaċità li jaħdem mal-persunal lokali.

    Elementi prinċipali

    — Materjal biex jinbnew barrieri li minnhom ma jgħaddix l-ilma għal distanza totali ta’ 1 000 metru (ir-ramel għandu jsir disponibbli mill-awtoritajiet lokali).

    — Biċċiet tal-fojl/plastik (jekk meħtieġa sabiex l-ilma ma jgħaddix minn barriera eżistenti, jiddependi mill-kostruzzjoni tal-barriera).

    — Magna li timla l-ixkejjer tar-ramel.

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq massimu fi 12 il-siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Jitwasslu bl-art jew bil-baħar. Jistgħu jitwasslu biss bl-ajru jekk il-każ ikun ġustifikat.

    — Kapaċità li jkun operattiv tal-anqas għal 10 ijiem.



    17.  Salvataġġ mill-għargħar bl-użu tad-dgħajjes

    Kompiti

    — Tiftix u salvataġġ mill-ilma u assistenza lil persuni maqbuda fl-għargħar bl-użu ta’ dgħajjes.

    — Għoti tal-ewwel għajnuna u twassil tal-ewwel neċessitajiet kif meħtieġ.

    Kapaċitajiet

    — Kapaċità ta’ tiftix ta’ persuni f’żoni urbani u rurali.

    — Kapaċità ta’ salvataġġ ta’ persuni f’żoni mgħarrqa inkluża kura medika fil-livell tal-ewwel rispons.

    — Kapaċità li jaħdmu flimkien f’tiftix mill-ajru (ħelikopters u ajruplani).

    — Kapaċità li jwasslu l-ewwel neċessitajiet tal-ħajja f’żoni mgħarrqa:

    — 

    — trasport ta’ tobba, mediċini eċċ.,

    — ikel u ilma.

    — Il-modulu jrid ikollu mill-anqas 5 dgħajjes u l-kapaċità li jġorr 50 persuna b’total, eskluż il-persunal tal-Modulu.

    — Id-dgħajjes iridu jkunu mfassla għall-użu f’kundizzjonijiet ta’ klima kiesħa u jridu jkunu kapaċi jimxu kontra l-kurrent bi fluss ta’ mill-anqas 10 knots.

    — Operattiv 24/7.

    Elementi prinċipali

    — Id-dgħajjes iridu jkunu mfassla għal:

    — 

    — kundizzjonijiet ta’ ilma baxx (> 0,5 m),

    — użu f’kundizzjonijiet ta’ riħ qawwi,

    — użu bi nhar u bil-lejl,

    — għandhom ikunu mgħammra skont l-istandards ta’ sigurtà internazzjonali inklużi ġkieket tas-salvataġġ għall-passiġġieri.

    — Persunal imħarreġ għal salvataġġ mgħaġġel mill-ilma. (M’hemmx bżonn ta’ għaddasa, salvataġġ mill-wiċċ biss).

    Awtosuffiċjenza

    — Japplikaw l-elementi (a) sa (i) tal-Artikolu 3b(1).

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq massimu fi 12-il siegħa wara l-aċċettazzjoni tal-offerta.

    — Jitwasslu bl-art jew bil-baħar. Jistgħu biss jitwasslu bl-ajru jekk il-każ ikun ġustifikat.

    — Kapaċità li jkun operattiv tal-anqas għal 10 ijiem.

    ▼M1




    ANNESS III



    Rekwiżiti minimi għal Skwadri ta’ Appoġġ għall-Assistenza Teknika

    Kompiti

    — Jiġi pprovdut jew isiru arranġamenti għal

    — 

    — riżorsi ta’ l-uffiċċju;

    — riżorsi tat-telekomunikazzjoni;

    — riżorsi ta’ sussistenza;

    — riżorsi tat-trasport fil-post.

    Kapaċitajiet

    — Kapaċità ta’ appoġġ lil skwadra tal-valutazzjoni u/jew tal-koordinazzjoni, ċentru fuq il-post għall-koordinazzjoni ta’ l-operazzjonijiet, jew li tkun kkombinata ma’ modulu tal-protezzjoni ċivili kif imsemmi fl-Artikolu 3b.2(ċ).

    Elementi prinċipali

    — L-elementi ta’ appoġġ li ġejjin, li jippermettu li jintlaħqu l-funzjonijiet kollha ta’ ċentru fuq il-post għall-koordinazzjoni ta’ l-operazzjonijiet, filwaqt li jqisu l-linji gwida rikonoxxuti internazzjonali bħal-linji gwida tan-NU:

    — 

    — riżorsi ta’ l-uffiċċju;

    — tagħmir għall-appoġġ bit-telekomunikazzjoni;

    — tagħmir għall-appoġġ b’sussistenza;

    — riżorsi tat-trasport fil-post.

    Użu

    — Disponibbiltà għat-tluq f’massimu ta’ 12-il siegħa wara t-talba.



    ( 1 ) ĠU L 297, tal-15.11.2001, p. 7.

    ( 2 ) ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 1.

    ( 3 ) ĠU L 336, tat-12.12.2002, p. 36.

    ( 4 ) ĠU L 203, tat-03.08.1999, p. 1.

    ( 5 ) ĠU L 316, ta' l-20.11.2002, p. 4.

    ( 6 ) ĠU L 203, tat-03.08.1999, p. 9.

    ( 7 ) ĠU L 316, ta' l-20.11.2002, p. 1.

    ( 8 ) ĠU Ċ 43, tas-16.02.2002, p. 1.

    ( 9 ) ĠU L 327, tal-21.12.1999, p. 53.

    ( 10 ) ĠU L 101, tal-11.04.2001, p. 1.

    ( 11 ) ĠU L 317, tat-03.12.2001, p. 1.

    ( 12 ) Il-lista ta’ moduli ta’ protezzjoni ċivili u r-rekwiżiti relatati stabbiliti f’din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu emendati biex jinkludu tipi oħra ta’ moduli ta’ protezzjoni ċivili li jikkunsidraw l-esperjenza miksuba mill-Mekkaniżmu.

    Top