This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02004D0003-20210101
Commission Decision of 19 December 2003 authorising, in respect of the marketing of seed potatoes in all or part of the territory of certain Member States, more stringent measures against certain diseases than are provided for in Annexes I and II to Council Directive 2002/56/EC (notified under document number C(2003) 4833) (Text with EEA relevance) (2004/3/EC)Text with EEA relevance
Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2003 li tawtorizza, fir-rigward tal-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti ta’ ċerti Stati Membri, miżuri aktar iebsa kontra ċerti mard barra minn dawk previsti f’Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE (notifikata bid-dokument numru K(2003) 4833) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2004/3/KE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2003 li tawtorizza, fir-rigward tal-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti ta’ ċerti Stati Membri, miżuri aktar iebsa kontra ċerti mard barra minn dawk previsti f’Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE (notifikata bid-dokument numru K(2003) 4833) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2004/3/KE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02004D0003 — MT — 01.01.2021 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-19 ta’ Diċembru 2003 li tawtorizza, fir-rigward tal-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti ta’ ċerti Stati Membri, miżuri aktar iebsa kontra ċerti mard barra minn dawk previsti f’Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE (notifikata bid-dokument numru K(2003) 4833) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 002 6.1.2004, p. 47) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI tal-24 ta’ Frar 2014 |
L 56 |
16 |
26.2.2014 |
|
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2113 tas-16 ta’ Diċembru 2020 |
L 427 |
21 |
17.12.2020 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Diċembru 2003
li tawtorizza, fir-rigward tal-bejgħ ta’ patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti ta’ ċerti Stati Membri, miżuri aktar iebsa kontra ċerti mard barra minn dawk previsti f’Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE
(notifikata bid-dokument numru K(2003) 4833)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2004/3/KE)
Artikolu 1
L-Istati Membri elenkati fil-kolonna 1 tal-Anness I huma awtorizzati, rigward il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa fir-reġjuni elenkati ħdejn isimhom fil-kolonna 2 tal-Anness I, li jirrestrinġu s-suq tal-patata taż-żerriegħa għal patata taż-żerriegħa bażika kif ġej:
fir-rigward tal-produzzjoni tal-patata taż-żerriegħa, bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
il-patata taż-żerriegħa bażika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-“grad S tal-Unjoni” stabbiliti fil-punt 1(a)(ii)-(v) u fil-punt 1(b)(i)-(iv) tal-Anness I mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/20/UE ( 1 ), jew
il-patata taż-żerriegħa bażika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-“grad SE tal-Unjoni” stabbiliti fil-punt 2(a)(ii)-(v) u l-punt 2(b)(i)-(iv) tal-Anness I mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/20/UE;
fir-rigward tal-produzzjoni tal-patata taż-żerriegħa, bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
il-patata taż-żerriegħa bażika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-“grad S tal-Unjoni” stabbiliti fil-punt 1(a)(ii)-(v) u l-punt 1(b)(i)-(iv) tal-Anness I mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/20/UE,
il-patata taż-żerriegħa bażika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-“grad SE tal-Unjoni” stabbiliti fil-punt 2(a)(ii)-(v) u l-punt 2(b)(i)-(iv) tal-Anness I mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/20/UE, jew
il-patata taż-żerriegħa bażika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-“grad E tal-Unjoni” stabbiliti fil-punt 3(a)(ii)-(v) u l-punt 3(b)(i)-(iv) tal-Anness I mad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/20/UE.
L-Artikolu 2
L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu sistema permanenti ta’ stħarriġ regolari mfassla biex tkun assigurata konformità konsistenti mal-kondizzjonijiet li jirregolaw awtorizzazzjoni u għandhom jippreparaw rapporti. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja dik is-sistema.
Artikolu 3
L-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 1 għandha tkun irtirata hekk kif ikun stabbilit li l-kondizzjonijiet miġjuba fiha ma jibqgħux aktar osservati.
Artikolu 4
Deċiżjoni Nru 93/231/KEE ġiet sostitwita.
Ir-referenzi magħmulha għad-deċiżjoni mħassra in-kwistjoni għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu moqrija b’konformi mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Stat Membru (1) |
Reġjun |
Il-Ġermanja |
— Bundesland Mecklenburg-Vorpommern — Gemeinde Groß Lüsewitz — Ortsteile Lindenhof und Pentz der Gemeinde Metschow — Gemeinden Böhlendorf, Breesen, Langsdorf sowie Ortsteil Grammow der Gemeinde Grammow — Gemeinden Hohenbrünzow, Hohenmocker, Ortsteil Ganschendorf der Gemeinde Sarow sowie Ortsteil Leistenow der Gemeinde Utzedel — Gemeinden Ranzin, Lüssow und Gribow — Gemeinde Pelsin |
L-Irlanda |
It-territorju kollu |
Il-Portugall |
Azores (iż-żoni b’altitudni ta’ iktar minn 300 m) |
Il-Finlandja |
Il-muniċipalitajiet ta’ Liminka u Tyrnävä |
Ir-Renju Unit (1) |
L-Irlanda ta’ Fuq |
(1)
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. |
L-ANNESS II
Deċiżjoni abrogata u l-emendi suċċessivi tagħha
Deċiżjoni Nru 93/231/KEE |
ĠU L 106, tat-30.4.1993, p. 11 |
Deċiżjoni Nru 95/21/KE |
ĠU L 28, tas-7.2.1995, p. 13 |
Deċiżjoni Nru 95/76/KE |
ĠU L 60, tat-18.3.1995, p. 31 |
Deċiżjoni Nru 96/332/KE |
ĠU L 127, tal-25.5.1996, p. 31 |
Deċiżjoni Nru 2003/242/KE |
ĠU L 89, tal-5.4.2003, p. 24 |
L-ANNESS III
Tabella ta’ korrelazzjoni
Deċiżjoni Nru 93/231/KEE |
Din id-Deċiżjoni |
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 1 |
L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 2 |
L-Artikolu 3 |
L-Artikolu 3 |
L-Artikolu 4 |
— |
— |
L-Artikolu 4 |
L-Artikolu 5 |
L-Artikolu 5 |
L-Anness |
L-Anness I |
— |
L-Anness II |
— |
L-Anness III |
( 1 ) Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/20/UE tas-6 ta’ Frar 2014 li tistabbilixxi l-klassijiet tal-Unjoni għal patata taż-żrigħ bażika u ċċertifikata, u l-kundizzjonijiet u l-marki applikabbli għal dawn il-klassijiet (ĠU L 38, 7.2.2014, p. 32).