Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003R2345-20130604

    Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2345/2003 tat-23 ta’ Diċembru 2003 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2345/2013-06-04

    02003R2345 — MT — 04.06.2013 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2345/2003

    tat-23 ta’ Diċembru 2003

    dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

    (ĠU L 346 31.12.2003, p. 41)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 441/2013 tas-7 ta’ Mejju 2013

      L 130

    1

    15.5.2013




    ▼B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2345/2003

    tat-23 ta’ Diċembru 2003

    dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda



    Artikolu 1

    Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2.

    Artikolu 2

    Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità li jirrelataw mas-sistema ta’ kontroll doppju u għas-sorveljanzi komunitarji preventivi u retrospettivi tal-prodotti ta’ tessut għall-importazzjoni fil-Komunità, l-informazzjoni obbligatorja dwar tariffi maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri li mhiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perijodu ta’ 60 ġurnata, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS



    Deskrizzjoni

    Klassifikazzjoni Kodiċi NM

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    Ilbies inkaxxat mingħajr ħjata, li jkopri l-ġisem kollu mill-ispalla sa’ l-għaksa li jgħatti kull sieq separatament. Bi kmien twal. Bil-keffa fit-tarf tal-kmien u fit-tarf tal-qliezi. B’apertura parz- jali fuq wara li tasal sal-qadd u li tinqafel b’żipp. B’għonq dejjaq, li jinqafel fuq wara b’biċċa velkro.

    Il-biċċa ħwejjeġ hi magħmula minn diversi versi, meħjuta flimkien.

    Il-biċċa l-kbira tal-ħwejjeġ hi magħmula minn biċċiet ta’ gomma ċellulari koperta fuq iż-żewġ naħat b’kisja ta’ drapp minsuġ immaljat b’kulur wieħed (fibri sintentiċi). Huma biss versa żgħira fuq quddiem, tnejn mill-erba’ versi ta’ wara u l-versi tal-kmiem ta’ isfel li huma magħmulin minn gomma ċellulari ntaljata koperti biss fuq naħa waħda (fuq ġewwa tal- ħwejjeġ) b’saff ta’ drapp minsuġ immaljat b’kulur wieħed.

    (Ibies ta’ l-għaddasa/għal surf)

    (ara r-ritratti Nri. 631 A u 631 B) (*1)

    6113 00 10

    Il-klassifikazzjoni hi determinata mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda (GIR), bin- ►M1  nota 7(f) ◄ għat-Taqsima XI, bin-noti 2(a) għall-Kapitolu 40, 4 għall-Kapitolu 59, 1 għall-Kapitolu 61, u 1(e) għall-Kapitolu 95, kif ukoll il-kliem tal-kodiċi NM 6113  u 6113 00 10 .

    L-oġġett tal-ħwejjeġ hu magħmul fis-sens tan- ►M1  nota 7(f) ◄ għat-Taqsima XI u jikkonsisti prinċipalment fversa tal-gomma ċellulari koperta fuq iż-żewġ uċuħ b’saff ta’ drapp tat-tessut. Dawn il-versi ta’ materjali konġunti jagħtu n-natura essenzjali tal-biċċa tal-ħwejjeġ (GIR 3b).

    Peress li l-gomma ċellulari hi koperta fuq iż-żewġ uċuħ b’saff ta’ drapp minsuġ, dan ta’ l-aħħar hu meqjus bħala li għandu funzjoni aktar minn dik ta’ rinfurzar biss, peress li jagħti n-natura essenzali ta’ drapp lill-materjal. Għalhekk, id-drapp minsuġ li hu preżenti mhux biss għall-iskopijiet ta’ rinfurzar fis-sens tal-Kapitolu nota 4, l-aħħar paragrafu, għall-Kapitolu 59, hu kkunsidrat li hu l-materjal kostitwenti ta’ l-oġġett ta’ lbies. (Ara wkoll in-Noti ta’ Spjega SA għal intestatura 4008 , it-tielet paragrafu, u r-raba’ paragrafu, (A)).

    Għalhekk, l-oġġett ta’ lbies hu biċċa ħwejjeġ magħmul minn drapp immaljat ta’ l-intestatura 5906  u, skond in-nota 1 għall- Kapitolu 61, hu klassifikat fis-sottointestatura 6113 00 10 .

    Klassifikazzjoni fl-intestatura 4015 hi eskluża fis-sens ta’ GIR 3b peress li parti żgħira biss tal-ħwejjeġ hi magħmula minn folja ta’ gomma ċellulari koperta biss minn naħa waħda b’drapp minsuġ li qiegħed hemm biss għal skopijiet ta’ rinfurzar (intestatura 4008 ).

    (*1)   Ir-ritratti huma biss għal informazzjoni.

    image

    image

    Top