EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003R0527-20070101

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 527/2003 tas-17 ta’ Marzu 2003 li jawtorizza l-offerta u l-konsenja għal konsum dirett uman ta’ ċerti nbejjed importati mill-Arġentina li setgħu li kienu għaddew minn proċess oenoloġiku li ma hemmx provvediment dwaru fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/527/2007-01-01

2003R0527 — MT — 01.01.2007 — 004.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (EC) Nru 527/2003

tas-17 ta’ Marzu 2003

li jawtorizza l-offerta u l-konsenja għal konsum dirett uman ta’ ċerti nbejjed importati mill-Arġentina li setgħu li kienu għaddew minn proċess oenoloġiku li ma hemmx provvediment dwaru fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999

(ĠU L 078, 25.3.2003, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1776/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003

  L 260

1

11.10.2003

 M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2067/2004 tat-22 ta' Novembru 2004

  L 358

1

3.12.2004

 M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1912/2005 tat-23 ta’ Novembru 2005

  L 307

1

25.11.2005

►M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 519/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007

  L 123

1

12.5.2007


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 051M, 24.2.2009, p. 75  (2067/04)




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (EC) Nru 527/2003

tas-17 ta’ Marzu 2003

li jawtorizza l-offerta u l-konsenja għal konsum dirett uman ta’ ċerti nbejjed importati mill-Arġentina li setgħu li kienu għaddew minn proċess oenoloġiku li ma hemmx provvediment dwaru fir-Regolament (KE) Nru 1493/1999



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 1493/1999 tas-17 Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid ( 1 ) u partikolarment l-Artikolu 45(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 joffri l-possibbiltà ta’ l-adozzjoni ta’ derogi għal prodotti mportati li jkunu għaddew minn prattiċi oenoloġiċi li ma humhiex awtorizzati bir-regoli tal-Komunità.

(2)

Inbejjed prodotti fit-territorju ta’ l-Arġentina jistgħu jkunu suġġetti għal aċidifikazzjoni bl-aċidu maliku, prattika oenoloġika li ma hix awtorizzata bir-regoli tal-Komunità.

(3)

Bħal issa għaddejin negozjati bejn il-Komunità, irrapreżentata mill-Kummissjoni, u l-Arġentina, dwar ftehim fuq il-kummerċ fl-inbid. Dawn jinvolvu partikolarment il-proċessi eonoloġiċi rispettivi taż-żewġ Partijiet u l-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(4)

Bil-għan li jkun assigurat il-progress bla xkiel ta’ dan in-negozjati, deroga li tippermetti ż-żieda ta’ l-aċidu maliku ma nbejjed prodotti fit-territorju ta’ l-Arġentina w importati fil-Komunità għandhom ikunu awtorizzati fuq bażi transizzjonali sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li jirriżulta min-negozjati msemmija hawn fuq, imma mhux aktar mit-30 ta’ Settembru 2003.

(5)

La darba l-inbid ta’ l-Arġentina li fih l-aċidu maliku diġa jinsab fit-territorju tal-Komunità, l-applikazzjoni ta’ deroga għal dawn l-inbejjed għandha tkun estiża,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Bħala deroga mill-Artikolu 45(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, prodotti li jidħlu taħt il-kodiċi NM 2204 10, 2204 21, 2204 29 u 2204 30 10 u derivati minn għeneb maħsud u vvinifikat fit-territorju ta’ l-Arġentina li miegħu l-aċidu maliku jkun ġie miżjud matul l-operazzjonijiet tal-manifattura b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Arġentina jistgħu jkunu offruti jew ikkonsenjati għal konsum dirett uman fil-Komunità.

▼M1

Madankollu, din l-awtorità għandha tkun valida biss sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim li ntlaħaq fit-taħditiet ma’ l-Arġentina rigward ftehim fil-kummerċ ta’ l-inbid li jinvolvi metodi oenoloġiċi partikolari u l-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi, u mhux aktar tard mit- ►M4  31 ta’ Diċembru 2008 ◄ .

▼B

Din l-awtorizzazzjoni għandha wkoll tkopri l-inbejjed ta’ l-Arġenta referuti f’dan il-paragrafu li huma mportati fil-Komunità sa mill-1 ta’ Jannar 2001.

2.  L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu li joffru jew li jikkonsenjaw għal konsum dirett uman l-inbid derivat mill-għeneb maħsud u vvinifikat fit-territorju ta’ l-Arġentina b’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ f’dak il-pajjiż fuq il-bażi li l-aċidu maliku jista jkun ġie miżjud miegħu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2585/2001 (ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 10).

Top