Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003R0147-20230125

    Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/147/2023-01-25

    02003R0147 — MT — 25.01.2023 — 012.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 147/2003

    tas-27 ta' Jannar 2003

    dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

    (ĠU L 024 29.1.2003, p. 2)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 631/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007

      L 146

    1

    8.6.2007

    ►M2

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1137/2010 tas-7 ta’ Diċembru 2010

      L 322

    2

    8.12.2010

    ►M3

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 642/2012 tal-16 ta’ Lulju 2012

      L 187

    8

    17.7.2012

     M4

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 941/2012 tal-15 ta’ Ottubru 2012

      L 282

    1

    16.10.2012

     M5

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 431/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

      L 129

    12

    14.5.2013

     M6

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013

      L 158

    1

    10.6.2013

     M7

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1153/2013 tal-15 ta’ Novembru 2013

      L 306

    1

    16.11.2013

     M8

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 478/2014 tat-12 ta' Mejju 2014

      L 138

    1

    13.5.2014

     M9

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1163 tal-5 ta' Lulju 2019

      L 182

    33

    8.7.2019

    ►M10

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/169 tas-6 ta’ Frar 2020

      L 36

    1

    7.2.2020

    ►M11

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/48 tat-22 ta’ Jannar 2021

      L 23

    1

    25.1.2021

    ►M12

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/595 tal-11 ta’ April 2022

      L 114

    60

    12.4.2022

    ►M13

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/154 tat-23 ta’ Jannar 2023

      L 22

    1

    24.1.2023




    ▼B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 147/2003

    tas-27 ta' Jannar 2003

    dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja



    ▼M11

    Artikolu 1

    1.  

    Huma pprojbiti:

    (a) 

    il-forniment ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari, għal kwalunkwe bejgħ, provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija inklużi fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 1 ), direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja,

    (b) 

    il-forniment ta’ assistenza teknika relatati ma’ attivitajiet militari, fir-rigward ta’ oġġetti u teknoloġija inklużi fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea, direttament jew indirettament, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja.

    ▼M11

    Artikolu 1a

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    “assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura, muntaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u jista’ jieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trażmissjoni ta’ tagħrif prattiku jew ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza; inklużi forom verbali ta’ assistenza;

    (b) 

    “finanzjament jew assistenza finanzjarja” tfisser kwalunkwe azzjoni, irrispettivament mill-mezzi partikolari magħżula, li biha l-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernati, kondizzjonalment jew inkondizzjonalment, jiżborżaw jew jimpenjaw ruħhom li jiżborżaw fondi jew riżorsi ekonomiċi tagħhom stess, inklużi, iżda mhux limitatament għal, għotjiet, self, garanziji, rahan, bonds, ittri ta’ kreditu, krediti tal-fornitur, krediti tax-xerrej, avvanzi fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni u t-tipi kollha ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni, inkluża assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni. Il-ħlas kif ukoll it-termini u l-kondizzjonijiet tal-ħlas tal-prezz miftiehem għal oġġett jew servizz, li jsiru skont il-prattika normali tan-negozju, ma jikkostitwux finanzjament jew assistenza finanzjarja;

    (c) 

    “Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li ġie stabbilit skont il-paragrafu 11 tal-UNSCR 751 (1992);

    (d) 

    “territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

    ▼B

    Artikolu 2

    Il-parteċipazzjoni, bl-għarfien u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu, direttament jew indirettament, biex jippromovu l-operazzjonijiet imsejħa fl-Artikolu 1 għandha tkun projbita.

    ▼M13 —————

    ▼M13

    Artikolu 3

    1.  

    L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-għoti ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja jew assistenza teknika relatata ma’ attivitajiet militari fir-rigward ta’ oġġetti u teknoloġija inklużi fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea maħsuba biss għal:

    (a) 

    l-appoġġ għall-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti jew għall-użu minnhom, inkluż il-Missjoni ta’ Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti fis-Somalja (UNSOM);

    (b) 

    l-appoġġ għall-Missjoni ta’ Tranżizzjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (ATMIS) u s-sħab strateġiċi tagħha, jew l-użu minnhom, meta joperaw biss skont l-aħħar Kunċett Strateġiku tal-Operazzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, u f’kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-ATMIS;

    (c) 

    l-appoġġ għal, u l-użu minn: l-attivitajiet ta’ taħriġ u appoġġ tal-Unjoni Ewropea, it-Turkija, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Istati Uniti tal-Amerka, kif ukoll kwalunkwe forza oħra tal-Istat li jew qed topera fi ħdan il-Pjan ta’ Tranżizzjoni tas-Somalja, jew li għandha ftehim dwar l-istatus tal-forzi jew memorandum ta’ qbil mal-Gvern Federali tas-Somalja jew l-użu minnhom, biex jaqdu l-finijiet tar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2662 (2022) dment li jinfurmaw lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar il-konklużjoni ta’ tali ftehimiet;

    (d) 

    l-iżvilupp tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà u tal-pulizija tas-Somalja, fil-livell lokali u nazzjonali, biex jipprovdu sigurtà għall-poplu Somalu.

    2.  

    B’deroga mill-paragrafu 1, il-punt (d), l-għoti ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja jew assistenza teknika relatati ma’ attivitajiet militari għall-iżvilupp tal-istituzzjonijiet tas-sigurtà u tal-pulizija tas-Somalja għandhom ikunu soġġetti għal:

    (a) 

    fir-rigward ta’ oġġetti u teknoloġija inklużi fl-Anness IV, in-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-Kumitat jirċievi notifika mingħand is-Somalja jew mingħand Stat Membru jew mingħand l-organizzazzjoni internazzjonali, reġjonali jew subreġjonali li tagħti l-assistenza;

    (b) 

    fir-rigward ta’ oġġetti u teknoloġija inklużi fl-Anness V, notifika minn qabel lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għal fini ta’ informazzjoni ppreżentata ħamest ijiem tax-xogħol bil-quddiem mis-Somalja, mill-Istati Membri jew mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali li jagħtu l-assistenza.

    3.  

    In-notifiki mingħand l-Unjoni Ewropea jew mingħand l-Istati Membri skont il-paragrafu 2, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu:

    (a) 

    id-dettalji tal-manifattur u l-fornitur tal-armi u t-tagħmir militari, inkluż in-numri tas-serje;

    (b) 

    deskrizzjoni tal-armi u l-munizzjon inkluż it-tip, il-kalibru u l-kwantità;

    (c) 

    id-data proposta u l-post tal-konsenja; u

    (d) 

    l-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna l-unità intenzjonata għad-destinazzjoni, jew il-post intenzjonat għall-ħażna.

    4.  
    L-Unjoni Ewropea jew l-Istat Membru fornitur li tagħti l-assistenza fil-forma ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja jew assistenza teknika fir-rigward ta’ oġġetti u teknoloġija inklużi fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea għandhom, mhux aktar tard minn 30 jum wara l-konsenja ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, jippreżentaw notifika ta’ wara l-konsenja lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fil-forma ta’ konferma bil-miktub tat-tlestija ta’ kwalunkwe konsenja, inkluż in-numri tas-serje għall-armi u l-materjal relatat ikkonsenjat, l-informazzjoni dwar it-trasport, il-polza ta’ kargu, il-manifesti tal-merkanzija jew il-listi tal-imballaġġ, u l-post speċifiku tal-ħżin.
    5.  

    L-Artikolu 1 ma għandux japplika:

    (a) 

    għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ lbies protettiv, inkluż ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn is-Somalja mill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, ir-rappreżentanti tal-media u ħaddiema u persunal assoċjat fl-ambitu umanitarju u fil-qasam tal-iżvilupp għall-użu personali tagħhom biss;

    (b) 

    għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari mhux letali minn Stati Membri, jew organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali jew subreġjonali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv.

    ▼M2

    Artikolu 3a

    1.  
    Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni stretta tal-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja ( 2 ), l-oġġetti kollha li jiddaħħlu jew li joħorġu mit-territorju doganali tal-Unjoni lejn u mis-Somalja għandhom ikunu soġġetti għall-provvista ta’ informazzjoni ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq li għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

    ▼M10

    2.  
    Ir-regoli li jirregolaw l-obbligu li tkun ipprovduta informazzjoni ta’ qabel il-wasla jew ta’ qabel it-tluq, b’mod partikolari rigward il-persuna li tipprovdi dik l-informazzjoni, il-limiti ta’ żmien li għandhom ikunu rrispettati u d-data meħtieġa, għandhom ikunu kif determinati fid-dispożizzjonijiet rilevanti dwar id-dikjarazzjonijiet sommarji tad-dħul u l-ħruġ kif ukoll dikjarazzjonijiet doganali fil-leġislazzjoni doganali. ( 3 )

    ▼M2

    3.  
    Barra minn dan, il-persuna li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, għandha tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 4 ) u, jekk l-esportazzjoni tagħhom hija soġġetta għal eżenzjoni, tispeċifika l-partikolaritajiet tal-liċenzja tal-esportazzjoni mogħtija.
    4.  
    Sal-31 ta’ Diċembru 2010 d-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ u l-elementi addizzjonali meħtieġa kif imsemmi f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu ppreżentati bil-miktub bl-użu ta’ dokumentazzjoni kummerċjali, portwali jew ta’ trasport, sakemm dawn ikun fihom id-dettalji neċessarji.
    5.  
    Mill-1 ta’ Jannar 2011 l-elementi addizzjonali meħtieġa, kif imsemmi fil-paragrafu 3, għandhom jiġu ppreżentati jew bil-miktub jew bl-użu ta’ dikjarazzjoni tad-dwana kif adatt.

    ▼M3

    Artikolu 3b

    1.  

    Ikunu ipprojbiti:

    (a) 

    l-importazzjoni tal-faħam tal-kannol fl-Unjoni jekk:

    (i) 

    ikun joriġina mis-Somalja; jew

    (ii) 

    ikun ġie esportat mis-Somalja;

    (b) 

    ix-xiri tal-faħam tal-kannol li jkun jinsab jew li jkun joriġina mis-Somalja;

    (c) 

    it-trasport tal-faħam tal-kannol jekk ikun joriġina mis-Somalja, jew jekk ikun qiegħed jiġi esportat mis-Somalja lejn kwalunkwe pajjiż ieħor;

    (d) 

    il-provvista, diretta jew indiretta, ta’ finanzjament jew assistenza finanzjarja, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni, it-trasport jew ix-xiri tal-faħam tal-kannol imsemmija fil-punti (a), (b) u (c); u

    (e) 

    il-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonali, f’attivitajiet li l-għan jew effett tagħhom huwa, direttament jew indirettament, li jevitaw il-projbizzjoni fil-punti (a), (b), (c) u (d).

    2.  
    Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “faħam tal-kannol” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness II.
    3.  
    Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma japplikawx għax-xiri jew it-trasport tal-faħam tal-kannol li kien ġie esportat mis-Somalja qabel it-22 ta’ Frar 2012.

    ▼M10

    Artikolu 3c

    1.  
    Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, l-esportazzjoni, il-provvista jew it-trasferiment, direttament jew indirettament, ta’ komponenti ta’ apparat splussiv improvviżat kif elenkati fl-Anness III lis-Somalja mit-territorji tal-Istati Membri jew minn ċittadini tal-Istati Membri barra mit-territorji tal-Istati Membri, jew permezz ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, kif identifikat fuq is-siti web elenkati fl-Anness I, ma tkunx tat awtoritazzjoni minn qabel.
    2.  
    L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri m’għandhom jagħtu l-ebda awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 jekk ikun hemm biżżejjed evidenza li turi li l-oġġett(i) ser jintużaw, jew ikun hemm riskju sinifikanti li jistgħu jintużaw, fil-manifattura ta’ apparat splussiv improvviżat fis-Somalja.

    ▼B

    Artikolu 4

    Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u obligazzjonijiet ta' l-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissjoni għandha żżomm il-kuntatti neċessarji kollha mal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà msemmi fl-Artikolu 3(1) għall-iskop ta' implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 5

    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin immedjatament fuq il-mizuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin b'informazzjoni relevanti għad-disposizzjoni tagħhom dwar dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar il-vjolazzjoni u problemi ta' infurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jgħodd minkejja kull drittijiet mogħtija jew obligazzjonijiet imponuti minn kwalunkwe ftehim internazzjonali ffirmat jew kuntratt magħmul jew liċenzja jew permess li ingħata qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    ▼M1

    Artikolu 6a

    Il-Kummissjoni għandha temenda ►M3  l-Anness I ◄ abbażi ta’ l-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri.

    ▼B

    Artikolu 7

    1.  
    Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi s-sanzjonijiet biex ikunu imposti fejn id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma miksura. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    Sa l-adozzjoni, fejn neċessarju, ta' kwalunkwe leġislazzjoni għal dan l-iskop, is-sanzjonijiet li jkunu imponuti fejn id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma miksura għandhom, fejn japplikaw, ikunu dawk determinati mill-Istati Membri sabiex jattwaw l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1318/2002 tat-22 ta' Lulju 2002 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tal-Liberja ( 5 ).

    2.  
    Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jibdew proċeduri kontra kull persuna naturali jew legali, entità jew korp taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, fil-każijiet ta' vjolazzjoni ta' xi projbizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament minn l-istess persuna, entità jew korp.

    ▼M1

    Artikolu 7a

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmijin f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fi, jew permezz ta’, websites elenkati ►M3  fl-Anness I ◄ .
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti.

    ▼B

    Artikolu 8

    Dan ir-Regolament għandu jgħodd

    — 
    fit-territorju tal-Komunità, inkluż l-atmosfera,
    — 
    abbord kwalunkwe inġenju ta' l-ajru jew bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru,
    — 
    għal kull persuna xi mkien ieħor li hu ċittadin ta' Stat Membru, u
    — 
    għal kull persuna legali, entità jew korp li hu inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta' l-Istati Membri.

    Artikolu 9

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    ▼M3




    ANNESS I

    Websajts li jipprovdu tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

    ▼M12

    IL-BELĠJU

    https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions

    IL-BULGARIJA

    https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions

    IĊ-ĊEKJA

    www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html

    ID-DANIMARKA

    http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/

    IL-ĠERMANJA

    https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html

    L-ESTONJA

    https://vm.ee/et/rahvusvahelised-sanktsioonid

    L-IRLANDA

    https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/

    IL-GREĊJA

    http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

    SPANJA

    https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

    FRANZA

    http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

    IL-KROAZJA

    https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955

    L-ITALJA

    https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/

    ĊIPRU

    https://mfa.gov.cy/themes/

    IL-LATVJA

    http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

    IL-LITWANJA

    http://www.urm.lt/sanctions

    IL-LUSSEMBURGU

    https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html

    L-UNGERIJA

    https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato

    MALTA

    https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx

    IN-NETHERLANDS

    https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

    L-AWSTRIJA

    https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/

    IL-POLONJA

    https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe

    https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions

    IL-PORTUGALL

    https://www.portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas

    IR-RUMANIJA

    http://www.mae.ro/node/1548

    IS-SLOVENJA

    http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

    IS-SLOVAKKJA

    https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

    IL-FINLANDJA

    https://um.fi/pakotteet

    L-IŻVEZJA

    https://www.regeringen.se/sanktioner

    Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)

    Rue de Spa 2

    B-1049 Brussell, il-Belġju

    Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu

    ▼M3




    ANNESS II



    Prodotti inklużi fit-tifsira tal-kliem “faħam tal-kannol”

    Kodiċi tas-SA

    Isem tal-merkanzija

    4402

    Faħam tal-kannol tal-injam (inkluż faħam tal-kannol tal-qoxra jew tal-ġewża), magħqud jew le

    ▼M10




    ANNESS III

    Lista ta’ punti msemmija fl-artikolu 3c

    1. Tagħmir u apparat, mhux speċifikat fil-punt 2 fl-Anness IV għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/231/PESK ( 6 ), iddiżinjat apposta biex jinizja splussivi b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, (pereżempju, settijiet tal-isparar, detonaturi, tagħmir tat-tqabbid, ħabel detonanti).

    2. “Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“produzzjoni” jew l-“użu” tal-oġġetti elenkati fil-paragrafu 1. (Id-definizzjonijiet tat-termini “teknoloġija”, “meħtieġa”, “produzzjoni” u “użu” huma fil- Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 7 )).

    ▼M11

    3. Materjali splussivi, kif ġej, u taħlitiet li jkollhom waħda jew aktar minn dawn:



    L-isem tas-sustanza

    Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN)

    Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) (1)

    Żejt Kombustibbli tan-Nitrat tal-Ammonju (ANFO)

    6484-52-2 (nitrat tal-ammonju)

    3102 30 90

    3102 40

    Nitroċellulożju (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu skont il-piż)

    9004-70-0

    ex 3912 20

    Nitrogliċerina (ħlief meta ppakkjata/ippreparata f’dożi mediċinali individwali) sakemm ma tkunx komposta jew imħallta mal-“materjal enerġetiku” speċifikat minn ML8.a. jew ma’ metalli f’forma ta’ trab speċifikati minn ML8.c. tal-Lista Militari Komuni tal-UE

    55-63-0

    ex 2920 90 70

    Nitroglikol

    628-96-6

    ex 2920 90 70

    Tetranitrat tal-pentaeritritol (PETN)

    78-11-5

    ex 2920 90 70

    Klorur tal-pikril

    88-88-0

    ex 2904 99 00

    2,4,6-Trinitrotoluwen (TNT)

    118-96-7

    2904 20 00

    (1)   

    Il-kodiċijiet tan-nomenklatura jittieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1) u kif stipulat fl-Anness I tiegħu, li huma validi fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, mutatis mutandis, kif emendati mil-leġiżlazzjoni sussegwenti.

    ▼M10

    4. Prekursuri ta’ splussivi:



    L-isem tas-sustanza

    Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN)

    Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM)

    Nitrat tal-ammonju

    6484-52-2

    3102 30

    Nitrat tal-potassju

    7757-79-1

    2834 21 00

    Klorat tas-sodju

    7775-09-9

    2829 11 00

    Aċidu nitriku

    7697-37-2

    ex 2808

    Aċidu sulfuriku

    7664-93-9

    ex 2807

    ▼M13




    ANNESS IV

    LISTA TA’ OĠĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(2), IL-PUNT (a)

    1. Missili mill-art għas-sema, inklużi s-Sistemi Portabbli ta’ Difiża Antiajru (MANPADS).

    2. Armi b’kalibru akbar minn 14,7 mm, u komponenti ddisinjati apposta għalihom, u munizzjon assoċjat. (Dan ma jinkludix tagħmir li jispara r-rokits antitank minn fuq l-ispallejn bħall-RPGs jew l-LAWs, granati tal-azzarini, jew lanċaturi tal-granati.)

    3. Kanuni tat-tip mortar b’kalibru akbar minn 82 mm u munizzjon assoċjat.

    4. Armi ggwidati antitank, inklużi Missili Ggwidati Antitank (ATGMs) u munizzjon u komponenti speċjali ddisinjati għal dawn l-oġġetti.

    5. Kargi u tagħmir ddisinjati jew immodifikati speċifikament għall-użu militari; mini u materjal relatat.

    6. Apparati ta’ mira b’kapaċità ta’ viżjoni fid-dlam akbar mill-ġenerazzjoni 2.

    7. Inġenji tal-ajru bi ġwienaħ fissi, ġwienaħ b’ġeometrija varjabbli, rotor li jista’ jinklina jew ġwienaħ li jinklinaw iddisinjati jew immodifikati għall-użu militari.

    8. “Bastimenti” u vetturi amfibji ddisinjati jew immodifikati speċifikament għall-użu militari. (“Bastiment” tinkludi kwalunkwe vapur, vettura b’effett tal-wiċċ, bastiment ta’ żona ta’ pjan tal-ilma żgħir jew aliskaf u l-buq jew parti tal-buq ta’ bastiment.)

    9. Vetturi tal-ajru għall-ġlied mingħajr ekwipaġġ (elenkati bħala Kategorija IV fir-Reġistru tan-NU ta’ Armi Konvenzjonali).




    ANNESS V

    LISTA TA’ OĠĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(2), IL-PUNT (b)

    1. Kull tip ta’ arma b’kalibru ta’ sa 14,7 mm, u l-munizzjon assoċjat.

    2. RPG-7 u azzarini mingħajr imbuttatura wara l-isparatura, u l-munizzjon assoċjat.

    3. Apparati ta’ mira b’kapaċità ta’ viżjoni fid-dlam tal-ġenerazzjoni 2 jew inqas.

    4. Ġwienaħ li jduru jew ħelikopters iddisinjati jew immodifikati speċifikament għall-użu militari.

    5. Korazzi iebsa tal-ġisem li jipprovdu protezzjoni ballistika sal-livell III jew aktar (NIJ 0101.06, Lulju 2008) jew l-ekwivalenti nazzjonali.

    6. Vetturi tal-art iddisinjati jew immodifikati speċifikament għall-użu militari.

    7. Tagħmir ta’ komunikazzjoni ddisinjat jew immodifikat speċifikament għall-użu militari.



    ( 1 ) ĠU C 98, 15.3.2018, p. 1.

    ( 2 ) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17.

    ( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1): ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

    ( 4 ) ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.

    ( 5 ) ĠU L 194, tat-23.7.2002, p. 1.

    ( 6 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2009/138/PESK (ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17).

    ( 7 ) ĠU C 98, 15.3.2018, p. 1.

    Top