Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003R0001-20090701

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta'Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1/2009-07-01

02003R0001 — MT — 01.07.2009 — 003.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1/2003

tas-16 ta'Diċembru 2002

fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 001 4.1.2003, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 411/2004 tas-26 ta' Frar 2004

  L 68

1

6.3.2004

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1419/2006 tal-25 ta’ Settembru 2006

  L 269

1

28.9.2006

►M3

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 169/2009 tas-26 ta' Frar 2009

  L 61

1

5.3.2009

►M4

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 246/2009 tas-26 ta' Frar 2009

  L 79

1

25.3.2009

►M5

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 487/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009

  L 148

1

11.6.2009




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1/2003

tas-16 ta'Diċembru 2002

fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

PRINĊIPJI

Artikolu 1

Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat

1.  Ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma maqbudin mil-Artikolu 81(1) tat-Trattat li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat ħa jiġu pprojbiti, l-ebda deċiżjoni għal dan l-effett mhux bżjonjuża.

2.  Ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma maqbudin mil-Artikolu 81(1) tat-Trattat li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat ħa jiġu pprojbiti, l-ebda deċiżjoni għal dan l-effett mhux bżjonjuża.

3.  L-abbuż tal-posizzjoni dominanti riferuta fl-Artikolu 82 tat-Trattat ħa jiġi pprjobit, l-ebda deċiżjoni għal dan l-effett ma hi bżonjuża min qabel.

Artikolu 2

L-oneru tal-Prova

F’kwalunkwe proċedura nazzjonali jew tal-Komunità għal-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, il-piż tal-prova ta’ ksur ta’ l-Artikolu 81(1) jew ta’ l-Artikolu 82 tat-Trattat ħa jpoġġi fuq il-parti jew l-awtorità li qed tallega xi ksur. L-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża li tapplika għall-benefiċċji ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat ħa jġorr il-piż tal-prova li il-kondizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu huma mwettqa.

Artikolu 3

Ir-Relazzjoni bejn l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat u liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni

1.  Fejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri u qrati nazzjonali japplikaw liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għal ftehim, deċiżjonijiet min assoċjazzjonijiet tal-impriża jew prattiċi miftiehma fis-sens ta’ l-Artikolu 81(1) tat-Trattat li jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens ta’ din id-disposizzjoni, dawn ħa japplikaw ukoll l-Artikolu 81 tat-Trattat għal ftehim bħal dawn, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma. Fejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’l-Istati Membri jew qrati nazzjonali japplikaw liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għal xi kwalunkwe abbuż projbit mil-Artikolu 82 tat-Trattat, dawn ħa japplikaw ukoll l-Artikolu 82 tat-Trattat.

2.  L-applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni ma tistax twassal għal projbizzjoni ta’ ftehim, deċiżjonijiet min assoċjazzjonijiet ta’ l-impriża jew prattiċi miftiehma li jista jaffetwa il-kummerċ bejn l-Istati Membri imma ma jirrestrinġix il-kompetizzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 81(1) tat-Trattat, jew ma jilħaqx il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat jew li huma kopruti min xi Regolament għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat. Stati Membri mhux taħt dan ir-Regolament jiġu preklużi milli jadottaw u japplikaw fuq it-territorju tagħhom liġijiet nazzjonali aktar stretti li jipprojbixxu jew jissanzjonaw kondotta unilaterali imqabdin biex jaħdmu min xi impriża.

3.  Mingħajr preġudizzju għal Prinċipji ġenerali u disposizzjonijiet oħra tal-liġijiet tal-Komunità, paragrafu 1 u 2 ma japplikawx meta l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-qrati tal-Istati Membri japplikaw il-liġijiet tal-kontrol tal-għaqda u lanqas l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jsegwu b’mod predominanti għan differenti min dak segwut mil-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat.



KAPITOLU II

POTERI

Artikolu 4

Poteri tal-Kummissjoni

Għal għan li jiġu applikati l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha ikollha s-setgħa prevista min dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Il-poteri ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri

L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri għandhom ikollhom is-setgħa li japplikaw l-Artikolu 81u 82 tat-Trattat f’każijiet individwali. Għal dan il-għan, jaggixxu fuq l-inizjattiva proprja tagħha jew fuq xi ilment, dawn jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet li ġejjin:

 jirrikjedu li xi ksur jiġi mitmum,

 jordnaw miżuri ntermedjarji,

 jaċċettaw rbit,

 jimponu multi, perjodu ta’ pagamenti penali jew xi pieni oħra previsti mil-liġijiet nazzjonali tagħhom.

Fejn fuq bażi ta’ l-informazzjoni li għandhom fil-pussess tagħhom il-kondizzjonijiet għal projbizzjoni m’humiex milħuqa huma għandhom jiddeċiedu li ma hemmx każ li jkun hemm azzjoni mil-parti tagħhom.

Artikolu 6

Poteri tal-qrati nazzjonali

Qrati nazzjonali ħa jkollhom is-setgħa li japplikaw l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat.



KAPITOLU III

DEĊIŻJONIJIET TAL-KUMMISSJONI

Artikolu 7

Is-sejba u t-temm tal-ksur

1.  Fejn il-Kummissjoni, taggixxi fuq ilment jew fuq l-inizjattiva proprja tagħha, issib li hemm ksur ta’ l-Artikolu 81 jew ta’ l-Artikolu 82 tat-Trattat, tista’ b’deċiżjoni tirrikjedi l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża konċernata li itemm dan il-ksur. Għal dan il-għan, tista’ timponi fuqhom kwalunkwe rimedju komportamentali jew strutturali li huma proporzjonali għall-ksur kommess u neċessarju biex iġib fit-temm dan il-ksur. Rimedji strutturali jistgħu jiġu imposti biss jekk ma jkunx hemm rimedju ta’ komportamentali li hu effettiv ugwalment jew jekk ir-rimedju komportamentali li hu effettiv ugwalment ikun ta’ aktar piż għal l-impriża kunċernata min rimedju strutturali. Jekk il-Kummissjoni għandha interessi legitimi li tagħmel hekk, hi tista issib li kien hemm xi ksur li sar fil-passat.

2.  Dawk intitolati li iqiegħdu xi ilment għall-għan ta’ paragrafu 1 huma persuni naturali jew legali li jistgħu juru interess leġitimu u l-Istati Membri.

Artikolu 8

Miżuri Intermedjarji

1.  F’każijiet urġenti dovuti għar-riskju serju u rriparabli li jsiru danni lil kompetizzjoni, il-Kummissjoni, tagixxi fuq l-inizjattiva tagħha tista b’deċiżjoni, fuq bażi ta’ sejba ta’ ksur prima facie, tordna miżuri intermedjarji.

2.  Deċiżjoni taħt paragrafu 1 għandha tgħodd għal perjodu speċifiku ta’ ħin u tista tiġi imġedda kif neċessarja u xieraqa.

Artikolu 9

Rabta

1.  Fejn il-Kummissjoni qed taħseb li tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li ksur jinġieb fit-temm u l-impriża konċernata toffri rabta li tilħaq il-konċerni espressi lilhom mil-Kummissjoni fl-istima preliminari, il-Kummissjoni tista b’deċiżjoni tagħmel dak l-rbit vinkolanti fuq l-impriża. Deċiżjoni bħal din tista tiġi adottata għal perjodu speċifiku u ħa tikkonkludi li ma hemmx aktar raġuni għall-azzjoni mil-Kummissjoni.

2.  Il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba jew l-inizjattiva tagħha, terġa tiftaħ il-proċeduri:

(a) fejn hemm bidla materjali f’kwalunkwe min dawn il-fatti li fuqhom ġiet ibbażata d-deċiżjoni;

(b) fejn l-impriża konċernata tagixxi għal kontrarju tal-irbit tagħhom; jew

(ċ) fejn id-deċiżjoni ġiet ibbażata fuq informazzjoni inkompluta, inkorreta jew qarrieqa previsti mil-partijiet.

Artikolu 10

Sejba ta’ inapplikabilità

Fejn l-interess pubbliku tal-Komunità b’relazzjoni għal applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat jirrikjedi hekk, il-Kummissjoni, tagixxi fuq l-iniżjattiva tagħha, tista’ b’deċiżjoni issib lill-Artikolu 81 tat-Trattat mhux applikabli għal xi ftehim, deċiżjoni minn assoċjazzjoni ta’ l-impriża jew prattiċi miftiehma, sew għax il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(1) tat-Trattat mhux imwettqa, jew għax il-kondizzjonijiet ta’ l-Artiklu 81(3) tat-Trattat mhux sodisfatt.

Il-Kummissjoni tista’ fl-istess ħin tagħmel xi sejba b’referenza għall-Artikolu 82 tat-Trattat.



KAPITOLU IV

KOPERAZZJONI

Artikolu 11

Koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri

1.  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità f’koperazzjoni qariba.

2.  Il-Kummissjoni ħa tittrażmetti lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri kopji tad-dokumenti l-aktar importanti miġbura bl-għan li japplikaw l-Artikoli 7, 8, 9, 10 u l-Artikoli 29(1). Mat-talba ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri, il-Kummissjoni tipprovdiha b’kopji ta’ dokumenti eżistenti u neċessarji oħra għall-istima tal-każ.

3.  L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri ħa ikollhom, meta jagixxu taħt l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat, tinforma il-Kummissjoni bil-kitba qabel u mingħajr l-ebda telf ta’ ħin wara il-bidu ta’ l-ewwel miżuri formali investigattivi. Din l-informazzjoni tista tiġi mqegħda għad-disposizzjoni ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ Stati Membri oħra.

4.  Mhux aktar tard min 30 ġurnata qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tirrikjedi li ksur jinġab fit-temm, aċċetazzjoni ta’ rbit jew irtirar tal-benefiċju ta’ l-eżenzjoni ġenerali tar-Regolament, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri ħa tinforma il-Kummissjoni. Għal dak il-għan, ħa jipprovdu l-Kummissjoni b’summarju fuq il-każ, id-deċiżjoni maħsuba jew, fl-assenza ta’ dan, kwalunkwe dokumenti oħra li jindikaw x’azzjoni ħa tiġi meħuda. Din l-informazzjoni tista’ tiġi mqegħda għad-disposizzjoni ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ Stati Membri oħra. Mat-talba tal-Kummissjoni, l-awtorità tal-kompetizzjoni li qed taggixxi ħa tqiegħed għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni dokumenti oħra li huma neċessarji għall-istima tal-każ. L-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni tista’ tiġi mqegħda għad-disposizzjoni ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra. Awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali jistgħu ukoll jiskambjaw informazzjoni neċessarja bejniethom għall-istima ta’ każ li qed jinnegozjawħ taħt l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat.

5.  L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw lil Kummissjoni fuq xi każ li jinvolvi l-applikazzjoni tal-liġi tal-Komunità.

6.  L-inizjazzjoni mil-Kummissjoni tal-proċeduri għall-adottazzjoni ta’ deċiżjoni taħt Kapitolu III jirrileva l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri tal-kompetenzi tgħhom li japplikaw l-Artikoli 81u 82 tat-Trattat. Jekk l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru qed tagixxi diġa fuq il-każ, il-Kummissjoni għandha tibda proċeduri wara li tikkonsulta lil dik l-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali.

Artikolu 12

Skambju ta’ informazzjoni

1.  Bil-għan li jiġu applikati l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri ħa jkollhom s-setgħa li jipprovdu lil xulxin u jużaw bħala evidenza kwalunkwe fatt jew liġi, incluż informazzjoni konfidenzali.

2.  L-informazzjoni skambjata ħa tintuża biss bħala evidenza għall-għan li jiġi applikat ta’ l-Artikolu 81 u l-Artikolu 82 tat-Trattat u b’rispett għas-suġġett li għalih inġabar mil-awtorità trasmettenti. Madankollu, fejn liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni hi applikata fl-istess każ u paralel mal-liġi tal-kompetizzjoni Komunità u ma twassalx għar-riżultat differenti, informazzjoni skambjata taħt dan l-Artikolu jista jiġi intużat għall-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni.

3.  Informazzjoni skambjata skond paragrafu 1 tista’ tiġi intużata biss bħala evidenza biex jiġu imposti sanzjonijiet fuq persuni naturali fejn:

 il-liġi ta’ l-awtorità trasmettenti tipprevedi sanzjonijijet ta’ tip simili f’relazzjoni għal ksur ta’ l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat jew, fl-assenza tiegħu,

 l-informazzjoni ġiet miġbura b’mod li tirrispetta l-istess livell ta’ protezzjoni tad-dritt għad-difiża tal-persuni naturali kif prevista taħt ir-regoli nazzjonali ta’ l-awtorità riċevitriċi. Madankollu, f’dan il-każ, l-informazzjoni skambjata ma tistax tiġi użata mil-awtorità riċevitriċi biex timponi sanzjonijiet kustodjali.

Artikolu 13

Suspensjoni jew it-tmiem tal-proċeduri

1.  Fejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ tnejn jew aktar min Stati Membri irċievew ilment jew qed jaggixxu fuq l-iniżjattiva tagħhom taħt l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat kontra l-istess ftehim, deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni jew prattika, il-fatt li awtorità waħda qed tieħu ħsieb tal-każ ikun ta’ bażi suffiċjenti għal oħrajn biex jissuspendu il-proċeduri qabelhom jew jirriġetta ilment. Il-Kummissjoni tista’ bl-istess mod jirriġetta xi ilment fuq bażi li awtorità tal-kompetizzjoni ta’ xi Stat Membru qed tieħu ħsieb il-każ.

2.  Fejn l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru jew il-Kummissjoni irċeviet xi ilment kontra xi ftehim, deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni jew prattika li diġa ħadet ħsieba awtorità tal-kompetizzjoni oħra, hi tista tirriġettha.

Artikolu 14

Kumitat ta’ Konsulenza

1.  Il-Kummissjoni ħa tikkonsulta lil Kumitat ta’ Konsulenza fuq Prattiċi Restrittivi u Posizjonijiet Dominanti qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni taħt l-Artikoli 7, 8, 9, 10, 23, l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 29(1).

2.  Għad-diskusjonijiet ta’ kazijiet individwali, il-Kumitat ta’ Konsulenza ħa jiġi kompost min rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet tal-Kompetizzjoni ta’ Stati Membri. Għall-laqgħat fejn kwistjonijiet oħra u mhux kazijiet individwali qed jiġu meqjusa, rappreżentant addizzjonali ta’ Stat Membru kompetenti fil-materja tal-kompetizzjoni jistgħu jiġu maħtura. Rappreżentanti jistgħu, jekk ma humiex kapaċi jattendu, jiġu mibdula ma rappreżentanti oħra.

3.  Il-konsultazzjoni tista isseħħ waqt laqgħa konvenuta u preseduta mil-Kummissjoni, miżuma mhux qabel min 14 il-ġurnata wara it-trasmessjoni tan-notizzja li ġiet konvenuta, flimkien ma summarju tal-każ, indikazzjoni ta’ l-aktar dokumenti importanti u l-abbozz preliminari tad-deċiżjoni. B’rispett ta’ deċiżjonijiet skond l-Artikolu 8, il-laqgħa tista tiġi miżuma seba’ ġranet wara it-trasmessjoni tal-parti operattiva tad-deċiżjoni abbozzata. Fejn il-Kummissjoni titrasmetti notizja li tikkonveni laqgħa fejn tagħti perjodu iqsar ta’avviż min dawk speċifikati fuq, il-laqgħa tista isseħħ fuq id-data proposta fl-assenza ta’ oġġezzjoni min xi Stat Membru. Il-Kumitat ta’ Konsulenza ħa jwassal l-opinjoni bil-miktub fuq l-abbozz preliminari tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Hi tista twassal l-opinjoni anki jekk xi membri huma neqsin u ma humiex rappreżentanti. Mat-talba ta’ wieħed jew iktar membri, il-posizzjoni msemmija fl-opinjoni ħa tiġi raġunata.

4.  Konsultazzjoni tista’ jseħħ permezz ta’ proċedura bil-miktub. Madankollu, jekk xi Stat Membru jitlob hekk, il-Kummissjoni ikollha tikkonveni laqgħa. F’każ ta’ proċedura bil-miktub, il-Kummissjoni tistabilixxi limitu ta’ ħin ta’ mhux anqas min 14 il-ġurnata qabel li fihom l-Istati Membri gġandhom ipoġġu l-osservazzjonijiet tagħhom fiċ-ċirkulazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. F’każ li deċiżjoni għandha tiġi meħuda skond l-Artikolu 8, il-limitu ta’ ħin ta’ 14 il-ġurnata jiġi mibdul f’seba’ tjiem. Fejn il-Kummissjoni tistabilixxi limitu ta’ ħin għal proċedura bil-miktub li tkun iqsar min dawk speċifikati fuq, il-limitu ta’ ħin propost jiġi applikabli fl-assenza ta’ oġezzjonijiet min kwalunkwe Stat Membru.

5.  Il-Kummissjoni ħa tieħu l-akbar ħsieb tal-opinjoni mwassla mil-Kumitat Konsultativ. Hi tinforma lil Kumitat tal-manjiera li bija l-opinjoni ġiet meqjusa.

6.  Fejn il-Kumitat Konsultattiv twassal opinjoni bil-miktub, din l-opinjoni ħa tiġi annessa mad-deċiżjoni abbozzata. Jekk il-Kumitat Konsultativ tirrekomanda il-publikazzjoni ta’ l-opinjoni, il-Kummissjoni ħa tagħmel din il-publikazzjoni tagħti każ ta’ l-interessi leġitimi tal-impriża fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

7.  Mat-talba ta’ l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni ħa tinkludi fuq l-aġenda tal-Kumitat Konsultattiv każijiet li qed jiġu negozjati mil-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru taħt l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat. Il-Kummissjoni tista ukoll tagħmel hekk fuq l-iniżjattiva propja tagħha. F’kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ħa tinforma l-awtorità tal-kompetizzjoni konċernata.

Talba partikolari tista tiġi magħmula min awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru b’rispett ta’ każ fejn il-Kummissjoni taħseb li tiniżja proċeduri fl-effett ta’ l-Artikolu 11(6).

Il-Kumitat Konsultattiv mhux ser jagħti opinjoni fuq każijiet negozjati mil-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ Stati Membri. Il-Kumitat Konsultattiv jista jidiskuti ukoll kwistjonijiet ġenerali tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità.

Artikolu 15

Koperazzjoni bejn qrati nazzjonali

1.  Fil-proċeduri għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat, qrati ta’ Stati Membri jistgħu jistaqsu lil Kummissjoni biex tittrasmettilhom l-informazzjoni fil-pussess tagħha jew l-opinjoni tagħha fuq id-domandi li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità.

2.  Stati Membri ħa jresqu lill-Kummissjoni kopja bil-miktub tal-ġudizzju tal-qrati nazzjonali fuq id-deċiżjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat. Din il-kopja għandha tintbgħat mingħajr dewmien wara li l-ġudizzju bil-miktub ġie notifikat lil partijiet l-oħra.

3.  L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri, jaggixxu fuq l-inizjativa proprju tagħhom, jistgħu jagħtu l-osservazzjonijiet bil-miktub lil qrati nazzjonali ta’ l-Istat Membru tagħhom fuq kwistjonijiet li jirrelataw ma l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat. Bil-permess tal-qorti partikolari, jistgħu jagħtu ukoll l-osservazzjonijiet b’mod orali lil qrati nazzjonali ta’ l-Istat Membru. Fejn l-applikazzjoni koerenti ta’ l-Artikolu 81 u l-Artikolu 82 tat-Trattat jirrikjedi hekk, il-Kummissjoni, tagixxi fuq l-iniżjattiva proprja tagħha, tista tagħti osservazzjonijiet bil-miktub lil qrati ta’ Stati Membri. Bil-permess tal-qorti partikolari, hi tista’ tagħmel ukoll osservazzjonijiet orali.

Bil-għan ta’ preparazzjoni ta’ l-osservazzjonijiet tagħhom biss, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri u il-Kummissjoni tista’ titlob lil qorti rilevanti ta’ l-Istat Membru biex titrasmetti jew tiżgura it-trasmissjoni lilhom ta’ kwalunkwe dokumenti neċessarji għall-istima tal-każ.

4.  Dan l-Artikolu hu mingħajr preġudizzju għall-poteri aktar wiesgħin li jisiru l-osservazzjonijiet quddiem il-qrati konferuti fuq l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru tagħhom.

Artikolu 16

L-applikazzjoni uniformi tal-Liġi tal-Kompetizzjoni tal-Komunità

1.  Meta il-qrati nazzjonali jideċiedu fuq ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi taħt l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat li huma diġa suġġetti għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, huma ma jieħdux id-deċiżjonijiet li jmorru kontra id-deċiżjoni adottata mil-Kummissjoni. Huma jridu jevitaw li jieħdu deċiżjonijiet li huma f’kunflitt ma deċiżjoni kontemplata mil-Kummissjoni fil-proċeduri li jniżjat. Għal dak l-effet, il-qrati nazzjonali jistgħu jagħmlu stima jekk huwiex neċessarju li jpoġġu dawn il-proċeduri. Dan l-obligu hu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obligazzjonijiet taħt l-Artikolu 234 tat-Trattat.

2.  Meta l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri jideċiedu fuq ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi taħt l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat li huma diġa suġġetti għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, huma ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra għad-deċiżjoni adottata mil-Kummissjoni.



KAPITOLU V

POTERI TA’ L-INVESTIGAZZJONI

Artikolu 17

Investigazzjonijiet f’setturi ta’ l-ekonomija u f’tipi ta’ ftehim

1.  Fejn it-tendenza tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, ir-riġiditità tal-prezzijiet jew ta’ ċirkostanzi oħra jissuġġerixxu li il-kompetizzjoni tista’ tkun restretta jew distorta fi ħdan is-suq komuni, il-Kummissjoni tista’ tmexxi l-inkjesta fis-settur partikolari tal-ekonomija jew f’tip partikolari ta’ ftehim madwar setturi varji. F’kors ta’ din l-inkjesta, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża kunċernata biex tipprovdi l-infromazzjoni neċessarja biex tagħti effet lill-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat u tista’ tagħmel l-ispezzjonijiet neċessarja tagħha għal dak il-għan.

Il-Kummissjoni tista’ b’mod partikolari titlob lill-impriża jew l-assoċjazzjoni tal-impriża kunċernata biex tikomunikalha l-ftehim, id-deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma kollha.

Il-Kummissjoni tista’ tippublika rapport fuq ir-riżultati tal-inkjesta f’setturi partikolari ta’ l-ekonomija jew tipi partikolari ta’ ftehim madwar setturi varji u tistieden kummenti mil-partijiet interessati.

2.  L-Artikoli 14, 18, 19, 20, 22, 23 and 24 għandhom jgħoddu mutatis mutandis.

Artikolu 18

Talba għall-informazzjoni

1.  Sabiex tagħmel id-doveri assenjati lilha min dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew ta’ deċiżjoni, tirrikjedi l-impriża u l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża li tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja.

2.  Meta tintbagħat talba sempliċi għall-informazzjoni li xi impriża jew assoċjazzjoni ta’ l-impriża, il-Kummissjoni ħa ssemmi il-bażi legali u ir-raġuni għat-talba, tispeċifika liema informazzjoni hi rikjesta u twaħħal limitu ta’ ħin li fih l-informazzjoni għandha tiġi provduta, u il-pieni previsti mil-Artikolu 23 għal-fornitura inkorretta jew informazzjoni qarrieqa.

3.  Fejn il-Kummissjoni tirrikjedi l-impriża u l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża biex tiffornixxi informazzjoni b’deċiżjoni, hi ħa tiddikjara il-bażi legali u ir-raguni għat-talba, tispeċifika liema inofrmazzjoni hi rikjesta u twaħħal il-limitu ta’ ħin li fiħ irrid jiġi provduta. Hi ħa tindika ukoll il-pieni previsti mil-Artikolu 23 u tindika jew timponi il-pieni previsti mil-Artikolu 24. Hi ħa tindika ukoll id-dritt ta’ reviżjoni tad-deċiżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja.

4.  Is-sidien tal-impriża jew ir-rappreżentanti tagħhom u, f’każ ta’ persuni legali, kumpanniji jew ditta, jew assoċjazzjoni li ma għandha l-ebda personalità legali, il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentawhom bil-liġi jew konstizjunalment ħa jiffornixxu l-informazzjoni mitluba f’isem l-impriża jew l-assoċjazzjoni tal-impriża kunċernata. L-avukati awtorizzati li jagixxu jistgħu jiffornixxu l-informazzjoni f’isem il-klienti tagħhom. Dan ta’ l-aħħar ħa jibqgħu reponsabbli bis-sħieħ jekk l-informazzjoni mogħtija tkun inkompluta, inkorretta jew qarrieqa.

5.  Il-Kummissjoni tista’ twassal mingħajr dewmien kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni lill-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tpoġġi l-impriża jew l-assoċjazzjoni tal-impriża li fih tkun sitwata u l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ġie affetwat.

6.  Mat-talba tal-Kummissjoni il-gvernijiet u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri ħa jipprovdu lil Kummissjoni bl-informazzjoni kollha neċessarja biex jagħmlu d-doveri assenjati lilha min dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Poter li jiġu meħuda stqarrijiet

1.  Sabiex tagħmel id-doveri assenjati lilha min dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tintervista kwalunkwe persuna naturali jew legali li jagħti l-kunsens li jiġi intervistat għall-għan li jinġabar informazzjoni relata mas-suġġett ta’ l-investigazzjoni.

2.  Fejn l-intervista skond paragrafu 1 tiġi kondotta fuq is-sit ta’ xi impriża, il-Kummissjoni ħa tinforma l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru li fit-territorju tiegħu saret l-intervista. Jekk ikun hekk mitlub mil-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru, l-uffiċjali tagħha jistgħu jassistu l-uffiċjali u persuni oħra li qed jakkompanjawhom awtorizzati mil-Kummissjoni biex tagħmel l-intervista.

Artikolu 20

Is-setgħa ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni

1.  Sabiex tagħmel id-doveri assenjati lilha min dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tagħmel l-ispezzjonijiet neċessarji ta’ l-impriża u assoċjazzjoni ta’ l-impriża.

2.  L-uffiċjali u persuni oħra li jakkompanjawhom awtorizzati mil-Kummissjoni jagħmlu spezzjoni għandhom is-setgħa li:

(a) li jidħlu f’kwalunkwe siti, art u metodi tat-trasport ta’ l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża;

(b) li jeżaminaw il-kotba u rekords oħra relatati mal-kummerċ, irrespettivament tal-mod kif innhu maħżun;

(ċ) li jieħu jew jikseb f’kwalunkwe forma: kopji ta’ jew estratti min dawn il-kotba jew rekords:

(d) li jagħlqu kwalunkwe post tal-kummerċ u l-kotba jew rekords għal dak il-perjodu u sal-punt neċessarju biex issir l-ispezzjoni;

(e) li tistaqsi lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tas-staff ta’ l-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża għal l-ispjegazzjoni fuq il-fatti jew dokumenti relati mas-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni biex tirrekordja r-risposti.

3.  L-uffiċjali u l-persuni l-oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni biex jagħmlu l-ispezzjoni ħa jeserċitaw il-poteri tagħhom malli jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li jispeċiefikaw is-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni u l-pieni previsti mil-Artikolu 23 f’każ li jipproduċu l-kotba rikjesti u rekords oħra relatati mal-kummerċ jkun inkomplut jew fejn hemm risposti għad-domandi mistoqsija taħt paragrafu 2 tal-preżent Artikolu jkun inkorret jew qarrieqi. F’ħin tajjeb qabel l-ispezzjoni, il-Kummissjoni ħa tagħti notifikazzjoni ta’ l-ispezzjoni lill-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu qed isseħħ.

4.  Impriżi jew assoċjazzjonijiet tal-impriża huma rikjesti li jissottomettu għall-ispezzjonijiet ordnati b’deċiżjoni mil-Kummissjoni. Id-deċiżjoni ħa tispeċifika s-suġġet u l-għan tal-ispezzjoni, taħtar id-data li fiha għandha tibda u tindika l-pieni previsti mil-Artikoli 23 u 24 u d-dritt li tar-reviżjoni tad-deċiżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Kummissjoni ħa tieħu deċiżjoni wara li tikkonsulta l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha isseħħ l-ispezzjoni.

5.  Uffiċjali ta’ kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura mil-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha sseħħ l-ispezzjoni ħa, mat-talba ta’ din l-awtorità jew tal-Kummissjoni, tassisti b’mod attiv lil uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mil-Kummissjoni. Għal dan il-għan, huma ħa jgawdu min poteri speċifikati min paragrafu 2.

6.  Fejn l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mil-Kummissjoni jsibu li l-impriża topponi xi speżjoni ordnata skond dan l-Artiklu, l-Istat Membru konċernat jtihom l-assistenza neċessarja, titlob fejn hu approprjat l-assistenza tal-puliżija jew ta’ l-awtorità infurzatura oħra ekwivalenti, Sabiex tħallihom jikkonduċu l-ispezzjoni tagħhom.

7.  Jekk l-assistenza prevista min paragrafu 6 tirrikjedi l-awtorizzazzjoni ta’ xi awtorità ġudizzjarja bi qbil mar-regoli nazzjonali, awtorizzazzjoni bħal din trid tapplika għaliha. Awtorizzazzjoni bħal din tista’ ukoll tapplika għaliha bħala miżura ta’ prekawzjoni.

8.  Fejn l-awtorizzazzjoni kif msejħa fil-paragrafu 7 hi applikat għaliha, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ħa tikkontrolla li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun awtentika u li l-miżuri ta’ sfurzar maħsuba huma la ta’ arbitraġġ u lanqas eċċessivi wara li kkunsidraw is-suġġett ta’ l-ispezzjoni. Fil-kontrol tal-proporzjonalità tal-miżuri ta’ sfurzar, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ tistaqsi lill-Kummissjoni, direttament jew permezz ta’ l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru, għal spjegazzjonijiet dettaljati b’mod partikolari fuq il-bażi li l-Kummissjoni għandha għal ksur sospett ta’ l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, kif ukoll għas-serjetà tal-ksur sospettat u fuq in-natura ta’ involviment ta’ l-impriża konċernata. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ ma tistaqsix in-neċessità ta’ l-ispezzjoni u lanqas tordna li tkun provduta bl-informazzjoni fil-file tal-Kummissjoni. Il-dritt legali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ħa tkun soġetta għar-reviżjoni biss mil-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 21

L-ispezzjoni ta’ siti oħra

1.  Jekk suspett raġunevoli jeżisti li l-kotba u rekords relatati mal-kummerċ u mas-suġġett tal-ispezzjoni, li jistgħu ikunu ta’ rilevanza li juru vjolazzjoni serja ta’ l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat, ikunu qed jinżammu f’siti oħra, art jew meżi tat-trasport, inkluż id-djar tad-diretturi, managers u membri oħra tal-istaff ta’ l-impriża u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriża konċernati, il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni tordna li ssir spezzjoni f’premises oħra, art jew meżi tat-trasport.

2.  Id-deċiżjoni ħa tispeċifika is-suġġet u l-għan tal-ispezzjoni, taħtar id-data li fiha tibda u tindika d-dritt li jkollha reviżjoni tad-deċiżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja. Id-deċiżjoni b’mod partikolari ssemmi r-raġunijiet li mexxew lill-Kummissjoni li tikkonkludi li suspett f’sens ta’ paragrafu 1 jeżisti. Il-Kummissjoni ħa tieħu deċiżjonijiet wara lil jikkonsultaw lil awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ħa ssir l-ispezzjoni.

3.  Deċiżjoni adottata skond paragrafu 1 ma tistax tiġi maħruġa qabel ma jkun hemm awtorizzazzjoni mil-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ta’ l-Istat Membru kunċernat. L-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ħa tikkontrolla li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun awtentikà u li l-miżuri ta’ infurzar maħsuba la huma arbitrarji u lanqas ikunu eċċessivi wara li kkunsidraw b’mod partikolari għas-serjetà tal-ksur suspettat, għall-importanza tal-provi mfitxjia, għal-involviment ta’ l-impriża kunċernata u probabilta’ raġunevoli li l-kotba tal-kummerċ u rekords relatati mar-raġuni ta’ l-ispezzjoni jinżammu fuq il-post li għalih inġabet l-awtorizzazzjoni mitluba. L-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ tistaqsi lill-Kummissjoni, direttament jew mill-awtorita’ tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru, għall-ispjegazzjonijiet dettaljati fuq dawk l-elementi li huma neċessarji biex iħallu l-kontrol tal-proporzjonalità tal-miżuri ta’ infurzar maħsuba.

Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ ma tistaqsix in-neċessità ta’ l-ispezzjoni u lanqas tiddemanda li tiġi provduta bl-informazzjoni tal-file tal-Kummissjoni. Id-dritt legali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ħa tkun suġġetta għar-reviżjoni biss mil-Qorti tal-Ġustizzja.

4.  L-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizati mil-Kummissjoni biex jagħmlu spezzjoni ordnata skond paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ħa jkollhom il-poteri maħruġa mil-Artikolu 20(2)(a), (b) u (ċ). l-Artikolu 20(5) u (6) għandhom jgħoddu mutatis mutandis.

Artikolu 22

Investigazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ L-Istati Membri

1.  L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’l-Istati Membri tista’ fit-territorju proprju tagħha tagħmel spezzjonijiet jew miżuri oħra biex jinġabru l-fatti taħt il-liġi nazzjonali f’isem l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru ieħor Sabiex jistabbilixxi jekk kienx hemm xi ksur ta’ l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat. Kwalunkwe skambju u użu ta’ informazzjoni miġbura ħa tiġi maħruġa skond l-Artikolu 12.

2.  Mat-talba tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri ħa timpriża l-ispezzjonijiet li l-Kummissjoni tikkonsidra neċessarji taħt l-Artikolu 20(1) jew li ordnat bid-deċiżjoni skond l-Artikolu 20(4). L-uffiċjali ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri li huma responsabli li jagħmlu dawn l-ispezzjonijiet kif ukoll dawk awtorizati jew maħtura minnhom ħa jeżerċitaw il-poteri tagħhom skond il-liġi nazzjonali tagħhom.

Jekk ikun mitlub hekk mil-Kummissjoni jew mil-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom l-ispezzjoni għandha ssir, uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizati mil-Kummissjoni tista’ tassisti lill-uffiċjali ta’ l-awtorità kunċernata.



KAPITOLU VI

PIENI

Artikolu 23

Multi

1.  Il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni timponi fuq l-impriża u l-assoċjazzjonijiet tal-impriża multi li ma jeċċedux aktar mil-1 % tal-valur totali tal-bejgħ fis-sena kummerċjali preċedenti fejn, intenzjonalment jew b’mod negligenti:

(a) jiffornixxu informazzjoni inkorretta jew qarrieqa f’risposta għat-talba magħmula skond l-Artikolu 17 jew l-Artikolu 18(2);

(b) b’riposta għat-talba magħmula b’deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 17 jew l-Artikolu 18(3), jiffornixxu informazzjoni inkorretta, inkompluta jew qarrieqa jew ma jipprovdux l-informazzjoni fil-limitu ta’ ħin speċifikat;

(ċ) jipproduċu l-kotba u r-rekords rikjesti relatati mal-kummerċ f’forma inkompluta matul l-ispezzjonijiet taħt l-Artikolu 20 jew jirrifjutaw l-għotja ta’ l-ispezzjonijiet ordnati bid-deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 20(4);

(d) b’risposta għad-domanda mistoqsija skond l-Artikolu 20(2)(e),

 jagħtu risposta inkorretta jew qarrieqa,

 jonqsu milli jikkoreġu fil-limitu ta’ ħin stipulat mil-Kummissjoni risposta inkoretta, inkompluta jew qarrieqa mogħtija min xi membru tas-staff, jew

 jonqsu milli jew jiriffjutaw li jiffornixxu risposta kompluta dwar il-fatti relatati mas-suġġett u l-għan ta’ xi spezzjoni ordnata min deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 20(4);

(e) siġilli mwaħlin skond l-Artikolu 20(2)(d) min uffiċjali jew persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizati mil-Kummissjoni ġew miksurin.

2.  Il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni timponi multi fuq l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża meta, jew b’intenżjoni jew b’negligenza:

(a) jiksru l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat; jew

(b) jikkontravenju deċiżjoni li tordna miżuri intermedjarji taħt l-Artikolu 8; jew

(ċ) jonqsu milli iħarsu rabta li ġiet vinkolanti b’deċiżjoni skond l-Artikolu 9.

Għal kull impriża u assoċjazzjoni ta’ l-impriża li qed jipparteċipaw fil-ksur, il-multi mhux ser jaqbżu l-10 % tat-total ta’ valur tal-bejgħ fis-sena kmmerċjali preċedenti.

Fejn il-ksur ta’ assoċjazzjoni tirrelta mal-attivitajiet tal-membri tagħhom, il-multa ma taqbiż l-10 % tas-somma totali ta’ valur tal-bejgħ ta’ kull membru attiv fis-suq affetwat mil-ksur ta’ l-assoċjazzjoni.

3.  Fit-twaħħil ta’ l-ammont li jrid jiġi mmultat, rigward irrid jingħata lejn il-gravità u it-tul tal-ksur.

4.  Meta l-multa imposta fuq l-assoċjazzjoni tal-impriża tieħu kont tal-valur ta’ bejgħ tal-membri tagħha u l-assoċjazzjoni mhiex solventi, l-assoċjazzjoni hi obligata li tgħajjat għal kontribuzzjoni mill-membri tagħha biex jkopru l-ammont immultat.

Fejn dawn il-kontribuzzjonijiet ma sarux lill-assoċjazzjoni fi ħdan il-limitu ta’ ħin stipulat mil-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi pagamenti tal-multa direttament min kwalunkwe persuna fl-impriża fejn il-membri huma rappreżentanti mil-korpi deċiżjonali konċernati ta’ l-assoċjazzjoni.

Wara li l-Kummissjoni rikjesti pagamenti taħt it-tieni, fejn hu neċessarju biex tiżgura li l-pagament tal-multa ssir bis-sħieħ, il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi l-pagament tal-bilanċ min kwalunkwe membru ta’ l-assoċjazzjoni li kienu attivi fis-suq li fih sar il-ksur.

Madankollu, il-Kummissjoni mhux ser tirrikjedi pagamenti taħt it-tieni u t-tielet subparagrafu mil-impriżi li juru li ma mplimentawx id-deċiżjoni ta’ ksur ta’ l-assoċjazzjoni u sew jekk ma humiex konxji ta’ l-eżistenza jew li ddistanzjaw ruħhom attivament minnhu qabel ma il-Kummissjoni ma bdiet tinvestiga l-każ.

Il-liabiltà finanzjarja ta’ kull impriża b’rispett tal-pagamenti tal-multi ma teċċedix l-10 % tal-valur tal-bejgħ totali tas-sena kummerċali preċedenti.

5.  Deċiżjonijiet meħuda skond paragrafi 1 u 2 ma humiex ser ikunu ta’ natura tal-liġi kriminali.

Artikolu 24

Perjodu ta’ pagamenti tal-pieni

1.  Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ deċiżjoni, timponi fuq l-impriżi jew l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża perjodu ta’ pagamenti tal-pieni li ma jeċċedux il-5 % tal-valur tal-bejgħ normali ta’ kuljum fis-sena kummerċjali preċedenti u kalkulata sa mid-data maħtura bid-deċiżjoni, sabiex tordnhom:

(a) biex itemm il-ksur ta’ l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat, skond id-deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 7;

(b) biex iħarsu id-deċiżjoni li tordna miżuri intermedjarji meħuda skond l-Artikolu 8;

(ċ) biex iħarsu xi rabta magħmula vinkolanti min deċiżjoni skond l-Artikolu 9;

(d) biex jiffornixxu l-informazzjoni kompluta u korretta li ġiet mitluba b’deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 17 jew l-Artikolu 18(3);

(e) biex jissottometu lil xi spezzjoni li ġiet ordnata b’deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 20(4).

2.  Fejn l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet tal-impriża sodisfaw l-obligu li l-perjodu ta’ pagamenti tal-pieni kienu intiżi li jiġu infurzati, il-Kummissjoni tista’ twaħħal l-ammont definittiv ta’ perjodu ta’ pagamenti tal-pieni għall-figura baxxa li tkun togħla taħt id-deċiżjoni oriġinali. L-Artikolu 23(4) għandu jgħodd korrespittavament.



KAPITOLU VII

PRESKRIZZJONI

Artikolu 25

Preskrizzjoni għall-imposizzjoni tal-pieni

1.  Il-poteri konferuti fuq il-Kummissjoni mil-Artikolu 23 u 24 ħa jkun suġġett għal perjodi ta’ preskrizzjoni li ġejjin:

(a) tlett snin fil-każ ta’ ksur ta’ disposizzjonijiet li jikkonċernaw it-talba ta’ informazzjoni jew il-kondotta ta’ spezzjonijiet;

(b) ħames snin fil-każ ta’ kwalunkwe ksur ieħor.

2.  It-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha sar il-ksur. Madankollu, fil-każ li l-ksur ikun kontinwu jew ripetut, il-ħin jibda jiddekorri mill-ġurnata ta’ meta il-ksur intemm.

3.  Kwalunkwe azzjoni meħuda mil-Kummissjoni jew mill-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri għall-għan ta’ l-investigazzjonijiet jew proċeduri b’rispett ta’ ksur tinterrompi t-terminu tal-preskrizzjoni għall-imposizzjoni ta’ multi jew perjodu ta’ pagamenti tal-pieni. L-interruzzjoni tal-preskrizzjoni tapplika b’effet mid-data li fiha l-azzjoni ġiet notifikata lil mill-anqas waħda mil-impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ l-impriża li pparteċipaw fil-ksur. Azzjonijiet li jinterrompu l-preskrizzjoni ser jinkludu b’mod partikolari dawn li ġejjin:

(a) talba bil-miktub għal informazzjoni mil-Kummissjoni jew mill-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru;

(b) awtorizzazzjoni bil-miktub biex jagħmlu xi spezzjonijiet maħruġa lill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru;

(ċ) il-bidu tal-proċeduri mil-Kummissjoni jew mill-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru;

(d) notifika tad-dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni jew ta’ l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru.

4.  L-interuzzjoni tal-preskrizzjoni ser tapplika għall-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi kollha li pparteċipaw fil-ksur.

5.  Il-preskrizzjoni terġa’ tibda tiddekorri wara kull interruzzjoni. Madankollu, il-perjodu tal-preskrizzjoni jagħlaq ma l-aħħar ġurnata li jkun ugwali għad-dopju tal-perjodu tal-preskrizzjoni jkun għadda mingħajr ma l-Kummissjoni ma tkun imponiet xi multa jew pagamenti ta’ pieni perjodiċi. Dak il-perjodu għandu jiġi mtawwal mal-perjodu li fih il-preskrizzjoni tkun sospiża skond tl-paragrafu 6.

6.  Il-limitu tal-preskrizzjoni applikabbli għall-imposizzjoni ta’ multi jew ħlas ta’ penali ser jiġi sospiż sa kemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun is-suġġett ta’ proċeduri pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 26

Preskrizzjoni għall-infurzar tal-penali

1.  Il-poteri tal-Kummissjoni li tinfurza deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikoli 23 u 24 huma suġġetti għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin.

2.  Il-preskrizzjoni tibda tiddekorri mill-ġurnata li fiha d-deċiżjoni ssir finali.

3.  Il-preskrizzjoni għall-infurzar ta’ pieni ser ikunu interrotti:

(a) b’notifika ta’ deċiżjoni li tvarja l-ammont oriġinali tal-multa jew tal-ħlas ta’ penali perjodiku jew tirrifjuta l-applikazzjoni għall-varjazzjoni;

(b) b’kwalunkwe azzjoni tal-Kummissjoni jew ta’ xi Stat Membru, li jaggixxi fuq it-talba tal-Kummissjoni, bl-intenzjoni li tinfurza pagament tal-multa jew ħlas ta’ penali perjodiku.

4.  Il-preskrizzjoni terġa’ tibda tiddekorri mill-ġdid wara kull interruzzjoni.

5.  It-terminu tal-preskrizzjoni għall-infurzar ta’ pieni ser jiġi sospiż sakemm:

(a) ħin għall-pagamenti jingħata;

(b) l-infurzar ta’ pagamenti jkun sospiż skond deċiżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja.



KAPITOLU VIII

SEDUTI U SIGRIETI PROFESSJONALI

Artikolu 27

Seduta tal-partijiet, l-ilmenti u oħrajn

1.  Qabel ma jiġu meħuda d-deċiżjonijiet kif previsti mil-Artikoli 7, 8, 23 u l-Artikolu 24(2), il-Kummissjoni ħa tagħti l-impriża u l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża li huma suġġetti għal proċeduri kondotti mil-Kummissjoni l-opportunità li jiġu msemma’ fuq matterji li l-Kummissjoni kellha oġġezzjoni fuqhom. Il-Kummissjoni ħa tibbaża d-deċiżjoni tagħha biss fuq l-oġġezzjonijiet li l-partijiet konċernati kienu kapaċi jikkummentaw fuqhom. L-ilmenti ħa jkunu assoċjati mil-viċin mal-proċeduri.

2.  Id-dritt tad-difiża tal-partijiet konċernati ħa jkunu rispettati kompletament fil-proċeduri. Huma ħa jkunu intitolati li jkollhom aċċess lil file tal-Kummissjoni, suġġett għall-interess leġitimu ta’ l-impriża fil-prottezzjoni tas-sigrieti tal-kummerċ. Id-dritt għal aċċess għal file mhux ser jiġi estiż għal informazzjoni kunfidenżjali u dokumenti interni tal-Kummissjoni jew ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri. B’mod partikolari, id-dritt għal aċċess mhux ser jiġi estiż għall-korrispndenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri, jew bejn dan ta’ l-aħħar, incluż dokumenti imfasla skond l-Artikoli 11 u 14. Xejn f’dan il-paragrafu m’hu ħa jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tikxef u tuża l-informazzjoni neċessarja biex tipprova xi ksur.

3.  Jekk il-Kummissjoni tikkonsidrah neċessarju, hi tista’ ukoll tisma lil persuni oħra naturali jew legali. Applikazzjonijiet li jridu jiġu msemma fuq parti tal-persuna ħa, fejn juru interess suffiċjenti, jiġu mogħtija. L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri tista’ ukoll tistaqsi lill-Kummissjoni li tisma lil persuni oħra naturali jew legali.

4.  Fejn il-Kummissjoni qed taħseb li tadotta deċiżjoni skond l-Artikolu 9 jew l-Artikolu 10, hi ħa tippublika il-każ konċiż u fil-qosor u l-kontenut prinċipali ta’ l-irbit jew ta’ azzjoni proposta. Terzi persuni interessati jistgħu jagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom fl-limitu ta’ żmien stipulat mill-Kummissjoni fil-pubblikazzjoni tagħha u dan ma jistax ikun iqsar minn xahar. Il-publikazzjoni tieħu konsiderazzjoni ta’ l-interess leġittimu ta’ l-impriża fil-protezzjoni tas-sigrieti tal-kummerċ tagħhom.

Artikolu 28

Segretezza professjonali

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12 u 15, l-informazzjoni miġbura skond l-Artikoli 17 sa 22 ser jiġu wżati biss għall-għan li għalih ġie akwistat.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-iskambju u l-użu ta’ informazzjoni pprovduti fl-Artikoli 11, 12, 14, 15 u 27, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri, l-uffiċjali tagħhom, impjegati u persuni oħra li jaħdmu taħt is-sorveljanza ta’ dawn l-awtoritajiet kif ukoll l-uffiċjali u impjegati ċivili ta’ awtoritajiet oħra ta’ l-Istati Membri mhux ser jiġi żvelat informazzjoni akwistata jew skambjata minnhom skond dan ir-Regolament u tat-tip kopert mil-obligu ta’ segretezza professjonali. Dan l-obbligu japplika ukoll għar-rappreżentanti kollha u l-esperti ta’l-Istati Membri li qed jattendu l-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv skond l-Artikolu 14.



KAPITOLU IX

EŻENZJONIJIET TAR-REGOLAMENTI

Artikolu 29

L-irtirar ta’ każijiet individwali

1.  Fejn il-Kummissjoni, mogħtija s-setgħa permezz ta’ Regolament tal-Kunsill, bħar-Regolamenti 19/65/KEE, (KEE) Nru 2821/71, (KEE) Nru 3976/87, (KEE) Nru 1534/91 jew (KEE) Nru 479/92, se japplika l-Artikolu 81(3) tat-Trattat b’regolament, iddikjara l-Artikolu 81(1) tat-Trattat inapplikabli għal ċertu kategoriji ta’ ftehim, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi jew prattiċi miftiehma, hi tista’, taggixxi fuq l-inizjattiva proprja tagħha jew fuq xi ilment, tirtira il-benfiċju ta’ l-eżenzjoni ta’ dan ir-Regolament meta ssib li f’każ partikolari ta’ ftehim, deċiżjoni jew prattiċi miftiehma li l-eżenzjoni ta’ dan ir-Regolament japplika għandhu ċertu effetti li huma inkompatibbli ma l-Artikolu 81(3) tat-Trattat.

2.  Fejn, f’kwalunkwe każ partikolari, ftehim, deċiżjonijiet mil-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi jew prattiċi miftiehma li għalihom xi Regolament tal-Kummissjoni msejjaħ fil-paragrafu 1 japplika għandhu effetti li huma inkompattibli ma l -Artikolu 81(3) tat-Trattat fit-territorju ta’ l-Istat Membru, jew f’parti tiegħu, li għandu l-karatteristiċi ta’ suq ġeografikament distint, l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament b’rispett ta’ dak it-territorju.



KAPITOLU X

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 30

Publikazzjoni tad-deċiżjonijiet

1.  Il-Kummissjoni ħa tippublika id-deċiżjonijiet tagħha, li tieħu skond l-Artikoli 7 sa 10, 23 u 24.

2.  Il-pubblikazzjoni ħa ssemmi il-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, incluż kwalunkwe pieni imposti. Hi ħa jkollha rigward għall-interessi leġitimi ta’ l-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Artikolu 31

Reviżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja ħa jkollha ġurisdizzjoni bla limitu għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet fejn il-Kummissjoni waħħlet multa jew perjodu ta’ pagamenti tal-pieni. Hi tista’ tħassar, tnaqqas jew jżid il-multa jew il-perjodu ta’ pagamenti tal-pieni imposti.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 33

L-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet

1.  Il-Kummissjoni ħa tawtorizza li tieħu l-miżuri xieraqa Sabiex japplikaw dan ir-Regolament. Il-miżuri jistgħu jikkonċernaw, inter alia:

(a) il-forma, kontenut u dettalji oħra ta’ ilmenti mqiegħeda skond l-Artikolu 7 u il-proċedura tar-riġettazzjoni ta’ l-ilment;

(b) l-arranġamenti prattiċi ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni u konsultazzjonijiet previsti mil-Artikolu 11;

(ċ) l-arranġamenti prattiċi għas-seduti previsti mil-Artikolu 27.

2.  Qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe miżuri skond paragrafu 1, il-Kummissjoni ħa tippublika abbozz tiegħu jinvita l-partijiet kollha interessati li jagħtu l-kummenti tagħhom fi ħdan il-limitu ta’ ħin li tpoġġi, dan ma jistax ikun iqsar min xahar. Qabel ma tiġi ppublikata abbozz tal-miżura u qabel ma tiġi addottata, il-Kummissjoni ħa jikkonsulta lil Kumitat Konsultattiv fuq ir-resitrizjoni tal-Prattiċi u Posizzjoni Dominanti.



KAPITOLU XI

DISPOSIZZJONIJIET, TRANSIZZJONIJIET U EMENDI FINALI

Artikolu 34

Disposizzjonijiet transitorji

1.  Applikazzjonijiet magħmula lil Kummissjoni taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 17, notifikazzjonijiet magħmula taħt l-Artikolu 4 u 5 ta’ dak ir-Regolament u l-applikazzjonijiet korrespondenti u notifikazzjonijiet magħmula taħt Regolamenti (KEE) Nru 1017/68, (KEE) Nru 4056/86 u (KEE) Nru 3975/87 ħa jabeż id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.  Passi proċedurali meħuda taħt Regolament Nru 17 u Regolamenti (KEE) Nru 1017/68, (KEE) Nru 4056/86 u (KEE) Nru 3975/87 ħa jkompli jkollu l-effet għal-għan ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 35

Deskrizzjoni ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri

1.  l-Istati Membri ħa jinominaw l-awtorità jew l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni responsabbli għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat b’tali mod li id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma effettivament imħarsa. Il-miżuri neċessarji biex tagħti poter lill-awtoritajiet li japplikaw dawk l-Artikolu għandhom jittieħdu qabel 1 Mejju 2004. L-awtoritajiet nominati jistgħu jinkludu qrati.

2.  Meta l-infurzar tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tal-Komunità tkun fdata lill-amministrazzjoni nazzjonali u l-awtorità ġudizzjarja, l-Istati Membri jistgħu jallokaw poteri u funzjonijiet differenti lill-awtoritajiet nazzjonali differenti, sew amministrattivi u sew ġudizzjarji.

3.  L-effetti ta’ l-Artikolu 11(6) japplika għall-awtoritajiet nominati mil-Istati Membri inklużi l-qrati li jeserċitaw funzjonijiet rigward il-preparazzjoni u l-adozzjoni tat-tipi ta’ deċiżjonijiet preveduti mil-Artikolu 5. L-eefetti ta’ l-Artikolu 11(6) mhux ser jiġi estiż għall-qrati sakemm jagixxu bħala qrati ta’ reviżjoni b’rispett għat-tipi ta’ deċiżjonijiet preveduti fl-Artikolu 5.

4.  Minkejja paragrafu 3, fl-Istati Membri fejn, għal adozzjoni ta’ ċertu tipi ta’ deċiżjonijiet preveduti mil-Artikolu 5, awtorità iġġib azzjoni qabel l-awtorità ġudizzjarja li hi seperata u differenti mil-awtorità tal-prosekuzzjoni u provdut li it-termini ta’ dan il-paragrafu jiġu mħarsa, l-effetti ta’ l-Artikolu 11(6) ikunu limitati għal awtorità li qed tieħu ħsieb il-prosekuzzjoni il-każ li tirtira il-pretensjoni tagħha qabel ma l-awtorità ġudizzjarja meta il-Kummissjoni tiftaħ il-proċeduri u dan l-irtirar iġib il-proċeduri nazzjonali fit-tmiem effetiv tagħhom.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 37

L-Emendment tar-Regolamenti (KEE) Nru 2988/74

Fir-Regolamenti (KEE) Nru 2988/74, dan l-Atikolu li ġejj irid jiġi inserit:

“Artikolu 7a

Esklużjoni

Dan ir-Regolament ma japplikax għal miżuri meħuda taħt Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli fuq il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat ( *1 ).

Artikolu 38

L-emendament tar-Regolamenti (KEE) Nru 4056/86

Ir-Regolament (KEE) Nru 4056/86 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

“1.  

Ksur ta’ obligu

Fejn il-persuni konċernati jinsabu bi ksur ta’ xi obligu li, skond l-Artikolu 5, jitwaħħal ma l-eżenti previsti fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni tista’, Sabiex iġġib fit-tmiem xi ksur u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli fuq il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat ( *2 ) jadotta d-deċiżjoni li jew tipprojbixxihom milli jagħmluha jew tirrikjedihom li jagħmlu ċertu atti speċifiċi, jew l-irtirar tal-benefiċji ta’ l-eżenzjoni ġenerali li gawdew.

(b) Paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

(i) F’punt (a), il-kliem “taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima II” huma mibdula bil-kliem “taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 1/2003”;

(ii) It-tieni sentenza tat-tieni punt (ċ)(i) hu mibdul b’dan li ġej:

“Fl-istess ħin ħa tiddeċiedi, bi qbil ma l-Artikolu 9 tar-Regolamenti (KE) Nru 1/2003, sew jekk taċċetta l-irbit offrut mil-impriżi konċernati mal-viżjoni, inter alia, biex tikseb l-aċċess għas-suq għall-linji ta’ bla kunferenza.”

2. L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a) Paragrafu 1 hu mħassar.

(b) Fil-paragrafu 2 il-kliem “skond l-Artikolu 10” huma mibdula bil-kliem “skond Regolamenti (KE) Nru 1/2003”.

(ċ) Paragrafu 3 hu mħassar;

3. L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, il-kliem “Kumitat Konsultattiv li kien msemmi fl-Artikolu 15” huma mibdula bil-kliem “Kumitat Konsulttativ li kien msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003”;

(b) Fil-paragrafu 2, il-kliem “Kumitat Konsultattiv kif imsemmi fl-Artikolu 15” huma mibdula bil-kliem “Kumitat Konsultativ kif imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003”;

4. L-Artikolu 10 sa 25 huma mħasrin bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 13(3) li jkompli japplika għad-deċiżjoni adottata skond l-artikolu 81(3) tat-Trattat qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa d-data tat-tmiem ta’ dawk id-deċiżjonijiet;

5. fl-Artikolu 26, il-kliem “il-forma, kontenut u dettalji oħra ta’ l-ilment skond l-Artikolu 10, applikazzjonijiet skond l-Artikolu 12 u is-seduta prevista mil-Artikoli 23(1) u (2)” huma mħassra.

Artikolu 39

L-emendament tar-Regolamenti (KEE) Nru 3975/87

L-Artikolu 3 sa 19 tar-Regolament (KEE) Nru 3975/87 huma mħassar bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 6(3) li jkompli japplika għad-deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 81(3) tat-Trattat qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament u sa d-data li tiskadi ta’ dawk id-deċiżjonijiet.

Artikolu 40

L-emendament tar-Regolamenti Nru 19/65/KEE, (KEE) Nru 2821/71 u (KEE) Nru 1534/91

L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 19/65/KEE, l-Artikolu 7 tar-Regolamenti (KEE) Nru 2821/71 u l-Artikolu 7 tar-Regolamenti (KEE) Nru 1534/91 huma mħassrin.

▼M5 —————

▼M4 —————

▼B

Artikolu 43

Tħassir tar-Regolamenti Nru 17 u Nru 141

1.  Regolament Nru 17 hu mħassar bl-eċċeżjoni ta’ l-Artikolu 8(3) li jkompli japplika għad-deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 81(3) tat-Trattat qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sad-data tat-tmiem ta’ dawk id-deċiżjonijiet.

2.  Regolament Nru 141 hu mħassar.

3.  Referenzi għar-Regolamenti mħasrin ħa jiġu meħuda bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 44

Rapport fuq l-applikazzjoni tar-Regolament preżent

Ħames snin mid-data ta’ l-applikazzjoni ta dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ħa tirrapporta lil Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq l-funzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fuq l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 11(6) u l-Artikolu 17.

Fuq bażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni ħa tagħmel stima biex tara jekk ikunx xieraq li tipproponi reviżjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Kunsill.

Artikolu 45

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Hu għandu jgħodd mil-1 May 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( *1 ) ĠU L 1, 04.01.03, p. 1.”

( *2 ) ĠU L 1, 04.01.03, p. 1.”

Top