EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003L0091-20200601

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix (Test b’relevanza għaż- ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/91/2020-06-01

02003L0091 — MT — 01.06.2020 — 014.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/91/KE

tas-6 ta’ Ottubru 2003

li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix

(Test b’relevanza għaż- ŻEE)

(ĠU L 254 8.10.2003, p. 11)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/127/KE Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-7 ta' Diċembru 2006

  L 343

82

8.12.2006

 M2

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/49/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-26 ta’ Lulju 2007

  L 195

33

27.7.2007

 M3

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/83/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-13 ta' Awwissu 2008

  L 219

55

14.8.2008

 M4

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/97/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-3 ta' Awwissu 2009

  L 202

29

4.8.2009

 M5

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/46/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-2 ta’ Lulju 2010

  L 169

7

3.7.2010

 M6

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2011/68/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-1 ta’ Lulju 2011

  L 175

17

2.7.2011

 M7

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/44/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-26 ta’ Novembru 2012

  L 327

37

27.11.2012

 M8

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/57/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-20 ta’ Novembru 2013

  L 312

38

21.11.2013

 M9

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/105/UE Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-4 ta' Diċembru 2014

  L 349

44

5.12.2014

 M10

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1168 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-15 ta' Lulju 2015

  L 188

39

16.7.2015

 M11

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1914 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-31 ta' Ottubru 2016

  L 296

7

1.11.2016

 M12

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/100 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-22 ta' Jannar 2018

  L 17

34

23.1.2018

 M13

DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/114 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-24 ta' Jannar 2019

  L 23

35

25.1.2019

►M14

DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1985 Test b’rilevanza għaż-ŻEE tat-28 ta’ Novembru 2019

  L 308

86

29.11.2019




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/91/KE

tas-6 ta’ Ottubru 2003

li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix

(Test b’relevanza għaż- ŻEE)



Artikolu 1

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal din l-inklużjoni f’katalgu nazzjonali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ Direttiva 2002/55/KE ta’varjetajiet ta’speċji ta’ħaxix li jaderixxu l-ħtiġijiet imniżżla fil-paragrafu 2.

2.  Rigward preċiżjoni, stabilitá u uniformitá:

(a) 

l-ispeċi mniżżla fl-Anness I għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-‘Protokoll għall-provi ta’preċiżjoni, stabilitá u uniformitá’ tal-Kunsill Amministrattiv ta’l-Ufficċju tal-Pjanti Varji fil-Komunità (CPVO) imniżżla f’dak l-Anness;

(b) 

l-ispeċi mniżżla fl-Anness II għandhom iħarsu l-linji gwida ta’ prova għas-seħħ ta’provi ta’ preċiżjoni, stabbilitá u uniformitá ta’l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Varjetajiet Ġodda ta’Pjanti (UPOV) mniżżla f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Il-karatteristiċi ta’varjetá fi ħdan it-tifsira mogħtija fl-Artikolu 1(2)(a), u kwalunkwe karatteristiċi markati b’ asterisk (*) fil-linji gwida ta’prova msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) għandhom jiġu użati, sakemm l-osservazzjoni ta’ karatteristika ma tkunx tħalliet minħabba fl-espressjoni ta’ kwalunkwe karatteristici oħrajn, u sakemm l-espressjoni ta’ karatteristika m’hix ostakolata mill-kondizzjonijiet ambjentali li fihom tkun qed isseħħ il-prova.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fil-każ ta’l-ispeċi mniżżla f’L-Annessi I u II, il-ħtiġijiet minimi biex iseħħu l-eżamijiet tad-disinn ta’prova u tal-kondizzjonijiet ta’tkabbir, kif stabbiliti fil-linji gwida ta’prova msemmijja f’dawk l-Annessi jiġu mħarsa fil-ħin ta’l-eżamijiet.

Artikolu 4

Direttiva 72/168/KEE hija mħassra.

Artikolu 5

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma meħtieġa biex tiġi mħarsa din id-Direttiva sal-31 ta’ Marzu 2004 l-aktar tard. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom fil-pront.

Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew din ir-riferenza għandha tiġi mhemża fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom.L-istati membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jaddottaw fl-oqsma li jaqghu taħt din id-Direttiva..

Artikolu 6

1.  Meta, mad-dħul fis-seħħ ta’din id-Direttiva, ċerti varjetajiet ma ġewx aċċettati għall-inklużjoni fil-Katalogu Komuni tal-varjetajiet ta’l-ispeċi tal-ħaxix, u l-eżamijiet uffiċjali nbdew qabel dik id-data skond id-dispożizzjonijiet ta’ jew

(a) 

Direttiva 72/168/KEE jew

(b) 

il-linji gwida tal-CPVO mniżżla f’L-Anness I jew il-linji gwida tal-UPOV imniżżla f’L-Anness II, skond l-ispeċi,

il-varjetajiet konċernati jiġu meqjusa li jaderixxu l-ħtiġijiet ta’din id-Direttiva.

2.  Paragrafu 1 japplika biss fejn il-provi jwasslu għall-konklużjoni li l-varjetajiet iħarsu r-regoli mniżżla jew f’

(a) 

Direttiva 72/168/KEE jew fil-

(b) 

linji gwida tal-CPVO kif mniżżla f’L-Anness I jew fil-linji gwida tal-UPOV kif imniżżla f’L-Anness II, skond l-ispeċi.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M14




ANNESS I

Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO ( 1 )



Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. ((Il-grupp ta’ Cepa))

Basal u Ekaljun

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium cepa L. (Il-grupp tal-Aggregatum)

Shallot

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium fistulosum L.

Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

TP 161/1 tal-11.3.2010

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/2 tal-1.4.2009

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/1 tal-25.3.2004

Allium schoenoprasum L.

Kurrat selvaġġ

TP 198/2 tal-11.3.2015

Apium graveolens L.

Karfus

TP 82/1 tat-13.3.2008

Apium graveolens L.

Celeriac (Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi)

TP 74/1 tat-13.3.2008

Asparagus officinalis L.

Spraġ

TP 130/2 tas-16.2.2011

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluża l-pitrava ta’ Cheltenham

TP 60/1 tal-1.4.2009

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-ispinaċi jew Chard

TP 106/1 tal-11.3.2015

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TP 90/1 tas-16.2.2011

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/2 Rev. 2 tal-21.3.2018

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż

TP 151/2 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Kaboċċi ta’ Brussell/kaboċċi taz-zokk

TP 54/2 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Ġidra

TP 65/1 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/3 rev. tal-15.3.2017

Brassica rapa L.

Kaboċċa Ċiniża

TP 105/1 tat-13.3.2008

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jaħraq jew Bżar

TP 76/2 rev. tal-15.3.2017

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi

TP 118/3 tad-19.3.2014

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 tal-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra tal-weraq

TP 154/1 rev. tad-19.3.2019

Cichorium intybus L.

Ċikwejra Witloof

TP 173/2 tal-21.3.2018

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

Dulliegħ

TP 142/2 tad-19.3.2014

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/2 tal-21.3.2007

Cucumis sativus L.

Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinar (Gherkin)

TP 61/2 Rev. 2 tad-19.3.2019

Cucurbita maxima Duchesne

Qargħa tat-tip gourd

TP 155/1 tal-11.3.2015

Cucurbita pepo L.

Qarabagħli jew Zukkini

TP 119/1rev. tad-19.3.2014

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ tond u Kardun

TP 184/2 tas-27.2.2013

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/3 tat-13.3.2008

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/1 tal-25.3.2004

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/6 rev. tal-15.2.2019

Solanum lycopersicum L.

Tadam

TP 44/4 Rev. 3 tal-21.3.2018

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TP 136/1 tal-21.3.2007

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta’ Spanja

TP 9/1 tal-21.3.2007

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira ta’ Franza u Fażola tixxeblek ta’ Franza

TP 12/4 tas-27.2.2013

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea)

TP 7/2 Rev. 2 tal-15.3.2017

Raphanus sativus L.

Ravanell, Ravanell iswed

TP 64/2 rev. tal-11.3.2015

Rheum rhabarbarum L

Rabarbru

TP 62/1 tad-19.4.2016

Scorzonera hispanica L.

Scorzonera jew Salsafja sewda

TP 116/1 tal-11.3.2015

Solanum melongena L.

Brunġiel

TP 117/1 tat-13.3.2008

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/5 Rev. 2 tal-15.3.2017

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf

TP 75/2 tal-21.3.2007

Vicia faba L. (partim)

Ful

TP Ful Kbir/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Qamħirrum Ħelu u Popkorn

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum lycopersicum L. x Solanum cheesmaniae (L. Ridley) Fosberg; Solanum pimpinellifolium L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner

Selvaġġ tat-tadam

TP 294/1 Rev. 3 tal-21.3.2018

Cucurbita maxima Duchesne x Cucurbita moschata Duchesne

L-ibridi interspeċifiċi tal-Cucurbita maxima Duch. x Cucurbita moschata Duch. għal użu bħala selvaġġ (rootstock)

TP 311/1 tal-15.3.2017




ANNESS II

Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV ( 2 )



Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Brassica rapa L.

Nevew

TG/37/10 tal-4.4.2001



( 1 ) It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

( 2 ) It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).

Top