This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02003L0091-20110722
Commission Directive 2003/91/EC of 6 October 2003 setting out implementing measures for the purposes of Article 7 of Council Directive 2002/55/EC as regards the characteristics to be covered as a minimum by the examination and the minimum conditions for examining certain varieties of vegetable species (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas- 6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix (Test b’relevanza għaż- ŻEE)
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas- 6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix (Test b’relevanza għaż- ŻEE)
2003L0091 — MT — 22.07.2011 — 006.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/91/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix (ĠU L 254, 8.10.2003, p.11) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/127/KE Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-7 ta' Diċembru 2006 |
L 343 |
82 |
8.12.2006 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/49/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tas-26 ta’ Lulju 2007 |
L 195 |
33 |
27.7.2007 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/83/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-13 ta' Awwissu 2008 |
L 219 |
55 |
14.8.2008 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/97/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-3 ta' Awwissu 2009 |
L 202 |
29 |
4.8.2009 |
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/46/UE Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-2 ta’ Lulju 2010 |
L 169 |
7 |
3.7.2010 |
|
L 175 |
17 |
2.7.2011 |
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/91/KE
tas-6 ta’ Ottubru 2003
li twaqqaf il-miżuri ta’implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ċerti varjetajiet ta’speċi ta’ ħaxix
(Test b’relevanza għaż- ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kunsidrat Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ħaxix ( 1 ), kif ġie emend minn Direttiva 2003/61/KE ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 72/168/KEE ta’l-14 ta’ April 1972 tistabbilixxi l-karatteristiċi u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżaminazzjoni tal-varjetajiet differenti ta’ħaxix ( 3 ), kif ġiet emendata mid-Direttiva 2002/8/KE ( 4 ) tistabbilixxi, wara li tikkonsidra l-aċċettazzjoni uffiċjali tat-tipi differenti fil-katalgi ta’l-Istati Membri, l-karatteristiċi li għandhom jiġu meqjusa bħala minimu mill-eżami ta’ speċi varji, kif ukoll il-ħtiġijiet minimi biex iseħħu l-eżamijiet.. |
(2) |
Linji gwida ta’ prova rigward il-kondizzjonijiet għall-eżami tal-varjetajiet differenti li ġew stabbiliti mill-Kunsill Amministrattiv ta’l-Ufficċju tal-Pjanti Varji fil-Komunità (CPVO) stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 rigward id-drittijiet Komunitarji dwar il-varjeta tal-pjanti ( 5 ), kif ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 1650/2003 ( 6 ), rigward ċerti speċi. |
(3) |
Linji gwida ta’ prova li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-eżaminazzjoni tal-varjetajiet differenti jeżistu fuq il-livell internazzjonali. L-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Varjetajiet Ġodda ta’Pjanti (UPOV) żviluppat linji gwida ta’prova. |
(4) |
Id-Direttiva 72/168/KEE ġiet emendata minn Direttiva 2002/8/KE biex tiġi assigurata l-konsistenza bejn il-linji gwida ta’ prova tal-CPVO u l-kondizzjonijiet għall-eżaminazzjoni tal-varjetajiet differenti bil-għan li dawn jiġu aċċettati fil-katalgi nazzjonali tal-varjetajiet ta’ l-Istati Membri, sakemm kienu ġew stabbiliti l-linji ta’gwida tal-CPVO. Minn dak iż-żmien il-CPVO ħarġet linji ta’gwida għal numru ta’speċi oħrajn. |
(5) |
Huwa xieraq li tiġi assigurata l-konsistenza bejn il-linji gwida ta’prova ta’ CPVO u l-kondizzjonijiet għall-varjetajiet, bil-għan li dawn jiġu aċċettati fil-katalogi nazzjonali ta’l-Istati Membri. |
(6) |
Huwa xieraq li s-sistema tal-Komunità tkun ibbażata fuq il-linji gwida ta’prova tal-UPOV, sakemm il-CPVO ma tkunx għada żviluppat linji ta’ gwida speċifiċi. Il-liġi nazzjonali tapplika għall-ispeċi li m’humiex inklużi fi ħdan din id-Direttiva. |
(7) |
Id-Direttiva 72/168/KEE għandha għaldaqstant tiġi mħassra. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żerriegħa u Materjal ta’Tnissil għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u Forestrija. |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal din l-inklużjoni f’katalgu nazzjonali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ Direttiva 2002/55/KE ta’varjetajiet ta’speċji ta’ħaxix li jaderixxu l-ħtiġijiet imniżżla fil-paragrafu 2.
2. Rigward preċiżjoni, stabilitá u uniformitá:
(a) l-ispeċi mniżżla fl-Anness I għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-‘Protokoll għall-provi ta’preċiżjoni, stabilitá u uniformitá’ tal-Kunsill Amministrattiv ta’l-Ufficċju tal-Pjanti Varji fil-Komunità (CPVO) imniżżla f’dak l-Anness;
(b) l-ispeċi mniżżla fl-Anness II għandhom iħarsu l-linji gwida ta’ prova għas-seħħ ta’provi ta’ preċiżjoni, stabbilitá u uniformitá ta’l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Varjetajiet Ġodda ta’Pjanti (UPOV) mniżżla f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Il-karatteristiċi ta’varjetá fi ħdan it-tifsira mogħtija fl-Artikolu 1(2)(a), u kwalunkwe karatteristiċi markati b’ asterisk (*) fil-linji gwida ta’prova msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) għandhom jiġu użati, sakemm l-osservazzjoni ta’ karatteristika ma tkunx tħalliet minħabba fl-espressjoni ta’ kwalunkwe karatteristici oħrajn, u sakemm l-espressjoni ta’ karatteristika m’hix ostakolata mill-kondizzjonijiet ambjentali li fihom tkun qed isseħħ il-prova.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fil-każ ta’l-ispeċi mniżżla f’L-Annessi I u II, il-ħtiġijiet minimi biex iseħħu l-eżamijiet tad-disinn ta’prova u tal-kondizzjonijiet ta’tkabbir, kif stabbiliti fil-linji gwida ta’prova msemmijja f’dawk l-Annessi jiġu mħarsa fil-ħin ta’l-eżamijiet.
Artikolu 4
Direttiva 72/168/KEE hija mħassra.
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma meħtieġa biex tiġi mħarsa din id-Direttiva sal-31 ta’ Marzu 2004 l-aktar tard. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bihom fil-pront.
Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu riferenza għal din id-Direttiva jew din ir-riferenza għandha tiġi mhemża fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom.L-istati membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-riferenza.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jaddottaw fl-oqsma li jaqghu taħt din id-Direttiva..
Artikolu 6
1. Meta, mad-dħul fis-seħħ ta’din id-Direttiva, ċerti varjetajiet ma ġewx aċċettati għall-inklużjoni fil-Katalogu Komuni tal-varjetajiet ta’l-ispeċi tal-ħaxix, u l-eżamijiet uffiċjali nbdew qabel dik id-data skond id-dispożizzjonijiet ta’ jew
(a) Direttiva 72/168/KEE jew
(b) il-linji gwida tal-CPVO mniżżla f’L-Anness I jew il-linji gwida tal-UPOV imniżżla f’L-Anness II, skond l-ispeċi,
il-varjetajiet konċernati jiġu meqjusa li jaderixxu l-ħtiġijiet ta’din id-Direttiva.
2. Paragrafu 1 japplika biss fejn il-provi jwasslu għall-konklużjoni li l-varjetajiet iħarsu r-regoli mniżżla jew f’
(a) Direttiva 72/168/KEE jew fil-
(b) linji gwida tal-CPVO kif mniżżla f’L-Anness I jew fil-linji gwida tal-UPOV kif imniżżla f’L-Anness II, skond l-ispeċi.
Artikolu 7
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) li għandhom jikkonformaw mal-protokolli ta’ prova tas-CPVO
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
Protokoll tas-CPVO |
Allium cepa L. (il-grupp Cepa) |
Basal u Ekaljun |
TP 46/2 tal-1.4.2009 |
Allium cepa L. (il-grupp Aggregatum) |
Shallot |
TP 46/2 tal-1.4.2009 |
Allium fistulosum L. |
Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion) |
TP 161/1 tal-11.3.2010 |
Allium porrum L. |
Kurrat |
TP 85/2 tal-1.4.2009 |
Allium sativum L. |
Tewm |
TP 162/1 tal-25.3.2004 |
Allium schoenoprasum L. |
Kurrat selvaġġ |
TP 198/1 tal-1.4.2009 |
Apium graveolens L. |
Karfus |
TP 82/1 tat-13.3.2008 |
Apium graveolens L. |
Krafes |
TP 74/1 tat-13.3.2008 |
Asparagus officinalis L. |
Asparagu |
TP 130/2 tas-16.2.2011 |
Beta vulgaris L. |
Pitravi inkluża l-pitrava ta’ Cheltenham |
TP 60/1 tal-1.4.2009 |
Brassica oleracea L. |
Kaboċċa mberfla |
TP 90/1 tas-16.2.2011 |
Brassica oleracea L. |
Pastard |
TP 45/2 tal-11.3.2010 |
Brassica oleracea L. |
Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż |
TP 151/2 tal-21.3.2007 |
Brassica oleracea L. |
Brussels sprouts |
TP 54/2 tal-1.12.2005 |
Brassica oleracea L. |
Ġidra |
TP 65/1 tal-25.3.2004 |
Brassica oleracea L. |
Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra |
TP 48/3 tas-16.2.2011 |
Brassica rapa L. |
Kaboċċa Ċiniża |
TP 105/1 tat-13.3.2008 |
Capsicum annuum L. |
Bżar aħmar jaħraq jew Bżar |
TP 76/2 tal-21.3.2007 |
Cichorium endivia L. |
Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi |
TP 118/2 tal-1.12.2005 |
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra industrijali |
TP 172/2 tal-1.12.2005 |
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra witloof |
TP 173/1 tal-25.3.2004 |
Citrullus lanatus (Thumb.) Matsum. et Nakai |
Dulliegħ |
TP 142/1 tal-21.3.2007 |
Cucumis melo L. |
Bettieħ |
TP 104/2 tal-21.3.2007 |
Cucumis sativus L. |
Ħjara u Ħjara żgħira għall-immarinat (Gherkin) |
TP 61/2 tat-13.3.2008 |
Cucurbita pepo L. |
Qargħa bagħli jew Zukkini |
TP 119/1 tal-25.3.2004 |
Cynara cardunculus L. |
Qaqoċċ tond u Kardun |
TP 184/1 tal-25.3.2004 |
Daucus carota L. |
Karrotti u Karrotti għall-għalf |
TP 49/3 tat-13.3.2008 |
Foeniculum vulgare Mill. |
Bużbież |
TP 183/1 tal-25.3.2004 |
Lactuca sativa L. |
Ħass |
TP 13/5 tas-16.2.2011 |
Lycopersicon esculentum Mill. |
Tadama |
TP 44/3 tal-21.3.2007 |
Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill |
Tursin |
TP 136/1 tal-21.3.2007 |
Phaseolus coccineus L. |
Fażola ta’ Spanja |
TP 9/1 tal-21.3.2007 |
Phaseolus vulgaris L. |
Fażola żgħira ta’ Franza u Fażola tixxeblek ta’ Franza |
TP 12/3 tat-1.4.2009 |
Pisum sativum L. (partim) |
Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea) |
TP 7/2 tal-11.3.2010 |
Raphanus sativus L. |
Rravanell |
TP 64/1 tas-27.3.2002 |
Solanum melongena L. |
Brunġiel |
TP 117/1 tat-13.3.2008 |
Spinacia oleracea L. |
Spinaċi |
TP 55/3 tal-11.3.2010 |
Valerianella locusta (L.) Laterr. |
Insalata tal-qamħ jew Insalata tal-ħaruf |
TP 75/2 tal-21.3.2007 |
Vicia faba L. (partim) |
Ful kbir |
TP Broadbean/1 tal-25.3.2004 |
Zea mays L. (partim) |
Qamħ ħelu u Popkorn |
TP 2/3 tal-11.3.2010 |
It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq il-websajt tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).
ANNESS II
Lista ta’ speċi msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) li għandhom jikkonformaw mal-linji gwida ta’ prova tal-UPOV
Isem xjentifiku |
Isem komuni |
Linja gwida tal-UPOV |
Beta vulgaris L. |
Pitravi tal-ispinaċi jew Chard |
TG/106/4 tal-31.3.2004 |
Brassica rapa L. |
Nevew |
TG/37/10 tal-4.4.2001 |
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra b’weraq kbir jew Ċikwejra Taljana |
TG/154/3 tat-18.10.1996 |
Cucurbita maxima Duchesne |
Qargħa tat-tip gourd |
TG/155/4rev tat-28.3.2007 + 1.4.2009 |
Raphanus sativus L. |
Ravanell iswed |
TG/63/6 tal-24.3.1999 |
Rheum rhabarbarum L. |
Rubarbru |
TG/62/6 tal-24.3.1999 |
Scorzonera hispanica L. |
Scorzonera jew Salsafja sewda |
TG/116/4 tal-24.3.2010 |
It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fil-websajt tal-UPOV (www.upov.int).
( 1 ) ĠU L 193, ta’ l-20.07.02, p. 23.
( 2 ) ĠU L 165, tat-03.07.03, p. 23.
( 3 ) ĠU L 103, tat-02.05.72, p. 6.
( 4 ) ĠU L 37, tas-07.02.02, p. 7.
( 5 ) ĠU L 227, ta’ l-01.09.94, p. 1.
( 6 ) ĠU L 245, tad-29.09.03, p. 28.