Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02003D0369-20030523

    Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2003 li temenda d-Deċiżjoni 85/377/KEE li tistabbilixxi tipoloġija tal-Komunità għall-oqsma agrikoli (notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 1557) (2003/369/KE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/369/2003-05-23

    2003D0369 — MT — 23.05.2003 — 000.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-16 ta’ Mejju 2003

    li temenda d-Deċiżjoni 85/377/KEE li tistabbilixxi tipoloġija tal-Komunità għall-oqsma agrikoli

    (notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 1557)

    (2003/369/KE)

    (ĠU L 127, 23.5.2003, p.48)


    Ikkoreġut b'

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 164, 26.6.2007, p. 36  (369/03)




    ▼B

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-16 ta’ Mejju 2003

    li temenda d-Deċiżjoni 85/377/KEE li tistabbilixxi tipoloġija tal-Komunità għall-oqsma agrikoli

    (notifikata permezz ta’ dokument numru K(2003) 1557)

    (2003/369/KE)



    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi qafas għall-ġbir ta’ dettalji tal-kontijiet rigward l-introjtu ta’ l-operazzjoni tal-kummerċ ta’ oqsma agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1256/97 ( 2 ), u partikolarment l-Artikoli 4(4) u 7(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/377/KEE ( 3 ), kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/725/KE ( 4 ), hija l-bażi għall-klassifikazzjoni ta’ l-oqsma agrikoli bid-daqs ekonomiku u t-tip ta’ biedja kemm fl-istruttura ta’ l-istħarriġ tal-irziezet u permezz tal-Farm Accountancy Data Network (FADN) – (Il-Qafas tad-Data tal-Kontijiet ta’ l-irziezet). Ir-riżultati tal-istħarriġ dwar l-istruttura tal-irziezet, ikklasifikati bl-unitajiet tad-daqs Ewropew u bit-tip ta’ biedja, iservu bħala bażi għal-għażla u l-peżar tal-kampjun tar-razzet FADN.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2237/77 tat-23 ta’ Settembru 1977 rigward il-għamla tar-rapport tal-irziezet li għandu jkun użat għall-iskop sabiex ikun iddeterminat l-introjtu ta’ l-oqsma agrikoli ( 5 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) 1837/2002 ( 6 ), jistabbilixxi t-tipi ta’ data tal-kontijiet li għandha tkun mogħtija fir-rapporti mill-irziezet.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 tad-29 ta’ Frar 1988 ridward l-organizzazzjoni tal-istħarriġ tal-Komunità dwar l-istruttura ta’ l-oqsma agrikoli ( 7 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/2002 ( 8 ), jelenka l-karatteristiċi li għandhom ikunu mistħarrġa f’serje ta’ stħarriġ dwar l-istruttura ta’ l-oqsma agrikoli.

    (4)

    L-istruttura u l-kontenut kemm tar-rapporti mill-irziezet u tal-lista tal-karatteristiċi tal-istħarriġ dwar dak l-istħarriġ li għandu jseħħ fil-2003, 2005 u 207 kienu reċentament emendati b’dawk ir-Regolamenti.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 85/377/KEE għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq.

    (6)

    il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunità dwar il-Qafas tad-Data tal-Kontijiet ta’ l-irziezet,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



    Artikolu 1

    L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 85/377/KEE huma b’dan emendati b’konformità ma l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




    L-ANNESS

    Id-Deċiżjoni 85/377/KEE hija emendata kif ġej:

    1. F’L-Anness I, il-punt 1 (f)(2) huwa mibdul b’dan li ġej:

    “(2)   Unitajiet monetarji u tqarrib

    Id-data bażika għad-determinazzjoni tal-SGM u l-SGM ikkalkolati hija stabbilita fl-euro. Għall-Istati Membri ma humiex jieħdu seħem fil-Unjoni Ekonomika u Monetarja, l-SGM huma kkonvertiti fil-euro bl-użu tar-rati medji tal-kambju għall-perijodu ta’ referenza kif definit fil-punt 1(e) ta’ dan l-Anness. Dawn ir-rati huma kkomunikati mill-Kummissjoni lejn dawk l-Istati Membri.

    L-SGM jistgħu jkunu mqarrba lejn l-eqreb EUR 5 meta xieraq.”

    2. L-Anness II huwa emendat kif ġej:

    (a) Il-Parti B hija emendata kif ġej:

    (i) il-Punt (a) huwa mibdul b’dan li ġej:

    “(a)   In-natura ta’ l-impriżi kkonċernati

    Dawn l-impriżi jirreferu għal-lista ta’ karatteristiċi kif għandhom ikunu mistħarrġa fl-istħarriġ tal-2003, 2005 u 2007 dwar l-istruttura ta’ l-oqsma agrikoli: dawn huma ndikati bl-użu ta’ kodiċi fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 ( 9 ) jew bil-kodiċi tal-igruppar mill-ġdid ta’ diversi minn dawk il-karatteristiċi kif stabbiliti fl-Anness II, il-parti C, ta’ dan ir-Regolament ( 10 ).

    (ii) Fit-tabella bl-intestatura

    “Oqsma speċjalisti – għelejjel ta’ l-uċuħ”, il-fillieri li jikkorresspondu mal-punt 1 (Uċuħ ta’ l-għelieqi speċjalisti) huma mibdula b’dan li ġej:



    Oqsma speċjalisti – għelejjel ta' l-uċuħ

    Tipi ġenerali tal-biedja

    Tipi prinċipali tal-biedja

    Tipi partikolari tal-biedja

    Subdiviżjoni tat-tipi partikolari tal-biedja

    Definizzjoni

    Kodiċi tal-karatteristċi u l-għetiebi

    (referenza: l-Anness IIC)

    “1.  Uċuħ ta' għelieqi speċjalisti

     
     
     

    Żergħa ġenerali i.e. ċereali, uċuħ tal-proteini għall-produzzjoni ta' qmuħ, patata, pitravi taz-zokkor, għeruq ta' l-għalf u brassika, pjanti ndustrijiet, ħxejjex friski, bettiegħ, frwali f'għelieqi miftuħa, pjnti tal-mergħat, żrieragħ għall-art harratija, uċuħ oħrajn ta' l-art ħarratija, uċuħ sekondarji suċċesivi mhux ta' l-għalf u art imħollija mserrħa suġġetta għal sistemi inċentivi għat-twarrib bl-ebda użu ekonomiku > 2/3

    P1 > 2/3

     

    13.  Ċereali speċjalisti, żrieragħ taż-żejt u uċuħ tal-proteini

     
     

    Ċereali, żrieragħ taż-żejt, uċuħ tal-proteini u art mistrieħa suġġetta għak skemi ta' inċentiva għat-twarrib mingħajr użu ekonomiku > 2/3

    P11 + P12 + D/9 + D/22 > 2/3

     
     

    131.  Ċereali speċjalisti (apparti milli r-ross), żrieragħ taż-żejt u uċuħ tal-proteini

     

    Ċereali, inklużi r-ross, ż-żrieragħ taż-żejt, uċuħ tal- proteini u art mistrieħa suġġetta għak skemi ta' inċentiva għat-twarrib mingħajr użu ekonomiku > 2/3

    P111 + P12 + D/9 + D/22 > 2/3

     
     

    132.  Ross speċjalist

     

    Ross > 2/3

    D/7 > 2/3

     
     

    133.  Ċereali, żrieragħ taż-żejt, uċuħ tal-proteini u ross miġmugħ

     

    Oqsma fil-klassi 13, esklużi dawk fil- klassijiet 131 u 132

     
     

    14.  Iż-żergħa ġenerali ta' l-għelieqi

     
     

    Uċuħ ġenerali > 2/3; ċereali, żrieragħ taż-żejt, uċuħ tal-proteini u art mistrieħa suġġetta għal skemi ta' inċentivi għat-twarrib mingħajr ebda użu ekonomiku = 2/3

    ►C1  

    P1>2/3;

    P11 + P12 + D/9 + D/22 ≤ 2/3

     ◄

     
     

    141.  Għeruq ta' uċuħ speċjalisti

     

    Patata, pitravi taz-zokkor u għeruq ta' l-għalf u brassika > 2/3

    P121 > 2/3

     
     

    142.  Ċereali u uċuħ ta' l-għeruq flimkien

     

    Ċereali, żrieragħ taż-żejt, uċuħ tal-proteini u mistrieħa suġġetta għal skemi ta' l-inċentivi għat-twarrib mingħajr l-ebda użu ekonomiku > 1/3;

    għeruq > 1/3

    P11 + P12 + D/9 + D/22 > 1/3;

    P121 > 1/3

     
     

    143.  Ħxejjex ta' għelieqi speċjalisti

     

    Ħxejjex friski, bettiegħ u frawli f'għelieqi miftuħa > 2/3

    D/14a > 2/3

     
     

    144.  Uċuħ varji ta' l-għelieqi

     

    Oqsma fil-klassi 14, esklużi dawk fil-klasijiet 141, 142 u 143

     
     
     
     

    1441.  Tabakk speċjalizzat

    Tabakk > 2/3

    D/23 > 2/3

     
     
     

    1442.  Qoton speċjalizzat

    Qoton > 2/3

    D/25 > 2/3

     
     
     

    1443.  Uċuħ varji ta' l-għelieqi miġbura flimkien

    Oqsma fil-klassi 144 esklużi dawk fis-subdiviżjonijiet 1441 u 1442”

     

    (b) Il-Parti B hija emendata kif ġej:

    (i) Il-Punt I huwa mibdul b’dan li ġej:

    “I.   Kodiċi ta’ l-aggruppar ta’ diversi karatteristiċi inklużi fl-istħarriġ tal-istruttura tal-irżieżet fl-2003, 2005 u 2007

    P1.

    Iż-żergħa ġenerali = D/1 (qamħ komuni u qamħ Ġermaniż) + D/2 (qamħ durum) + D/3 (sikrana) + D/4 (xgħir) + D/5 (oats) + D/6 (il-għajn tal-qamħ-ir-rum) + D/7 (ross) + D/8 (ċereali oħrajn) + D/9 (uċuħ tal-proteina) + D/10 (patata) + D/11 (pitravi taz-zokkor) + D/12 (għeruq u tuberi tal-mergħat) + D/23 (tabakk) + D/24 (ħopps) + D/25 (qoton) + D/26 (rapa u nevew tar-rapa) + D/27 (ġirasol) + D/28 (sojja) + D/29 (kittien (kittien taż-żejt)) + D/30 (uċuħ oħrajn taż-żrieragħ taż-żejt) + D/31 (kittien) + D/32 (qanneb) + D/33 (uċuħ oħrajn tat-tesuti) + D/34 (pjanti u erbiċelli aromatiċi u mediċinali) + D/35 (pjanti ndustrijali, mhux imsemmija x’imkien ieħor) + D/14a (ħaxix frisk, bettiegħ, frawli, għeliequ miftuħa) + D/18 (pjanti tal-mergħat) + D/19 (żrieragħ u xtieli ta’ l-art ħarratija) + D/20 (uċuħ oħrajn ta’ l-art ħarratija) + D/22 (art mistrieħa mhollija suġġetta għal skemi ta’ inċentiv tat-twarrib mingħajr ebda użu ekonomiku) + I/1 (uċuħ sekondarji suċċesivi). ( 11 )

    P2.

    Oltikoltura = D/14b (ħxejjex friski, bettiegħ, frawli (mhux tas-serrer), ġonna li fihom jitkabbar il-ħaxix għall-bejgħ) + D/15 (ħxejjex friski, bettiegħ, frawli (tas-serrer) + D/16 (fjuri u pjanti ornamentali – li jitkabbru fil-beragħ) + D/17 (fjuri u pjanti ornamentali – li jitkabbru fis-serrer) + I/2 (faqqiegħ (fungi)).

    P3.

    Uċuħ permanenti = G/1 (miżirgħa tal-frott u l-kukku) + G/2 (miżirgħa taċ-ċitru) + G/3 (miżirgħa taż-żebbuġ) + G/4 (vinji) + G/5 (mixtliet) + G/6 (uċuħ oħrajn permanenti) + G/7 (uċuħ oħrajn permanenti fis-serrer).

    P4.

    Oqsma tal-megħat u qobla li jirigħu = F/1 (oqsma u mergħat permanenti, ma jinkludux mergħat fis-selvaġġ) + F/2 (mergħat fis-selvaġġ)) + J/1 (equidae) + J/2 (annimali tal-ifrat ta’ anqas minn sena) + J/3 (annimali tal-ifrat maskili ta’ aktar minn sena imma anqas minn sentejn) + J/4 (annimali tal-ifrat femminili ta’ aktar minn sena imma anqas minn sentejn) + J/5 (annimali tal-ifrat maskili ta’ sentejn jew aktar) + J/6 (għoġġiela) + J/7 (baqar tal-ħalib) + J/8 (baqar oħrajn) + J/9 (nagħaġ) + J/10 (mogħoż).

    P5.

    Granivori = J/11 (majjalini ta’ anqas minn 20 kilogramma ta’ piż ħajj) + J/12 (majjali nisa għat-tnissil ta’ 50 kilogramma jew aktar) + J/13 (majjali oħrajn) + J/14 (kaġuċċelli) + J/15 (tiġieġ tal-bajd) + J/16 (tjur oħrajn) + J/17 (fniek, nisa għat-tnissil).

    P11.

    Cereali = D/1 (qamħ komuni u qamħ Ġermaniż) + D/2 (qamħ durum) + D/3 (sikrana) + D/4 (xgħir) + D/5 (ħafur) + D/6 (il-mamma tal-qamħ-ir-rum) + D/7 (ross) + D/8 (ċereali oħrajn).

    P12.

    Żrieragħ taż-żejt = D/26 (rapa u nevew tar-rapa) + D/27 (ġirasol) + D/28 (sojja) + D/29 (kittien (kittien taż-żejt)) + D30 (uċuħ oħrajn taż-żrieragħ taż-żejt).

    P41.

    Qobla, tal-ħalib = J/2 (annimali tal-ifrat ta’ anqas minn sena) + J/4 (annimali femminili tal-ifrat ta’ aktar minn sena imma anqas minn sentejn) + J/6 (għoġġiela) + J/7 (baqar tal-ħalib).

    P42.

    Qobla = J/2 (qabla ta’ anqas minn sena) + J/3 (annimali maskili tal-ifrat ta’ aktar minn sena imma anqas minn sentejn) + J/4 (annimali femminili tal-ifrat ta’ aktar minn sena imma anqas minn sentejn) + J/5 (annimali maskili tal-ifrat ta’ sentejn jew aktar) + J/6 (għoġġiela) + J/7 (baqar tal-ħalib) + J/8 (baqar oħrajn).

    P51.

    Majjali = J/11 (majjalini ta’ anqas minn 20 kilogramma piż ħajj) + J/12 (majjali femminili għat-tnissil ta’ 50 kilogramma jew aktar) + J/13 (majjali oħrajn).

    P52.

    Tjur = J/14 (kapuċċelli) + J/15 (tiġieġ tal-bajd) + J/16 (tjur oħrajn).

    P111.

    Cereali mingħajr ross = D/1 (qamħ komuni u qamħ Ġermaniż) + D/2 (qamħ durum) + D/3 (sikrana) + D/4 (xgħir) + D/5 (ħafur) + D/6 (il-mamma tal-qamħ-ir-rum) + D/8 (ċereali oħrajn).

    P121.

    Għeruq = D/10 (patata) + D/11 (pitravi taz-zokkor) + D/12 (għeruq ta’ l-għalf u l-brassika).

    (ii) Il-Punt II huwa mibdul b’dan li ġej:

    “II.   Korrespondenza bejn l-intestaturi tal-istħarriġ tal-istruttura u r-rapporti mill-irziezet tal-Farm Accountancy Data Network (FADN) (Il-Qafas tad-Data tal-Kontijiet ta’ l-irziezet).



    Intestaturi ekwivalenti għall-applikazzjoni ta' l-SGM

    2003, 2005, 2007 Stħarriġ tal-Komunità dwar l-istrutturi ta' oqsma agrikoli

    (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88)

    Ir-rapport FADN tal-irziezet

    (Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2237/77)

    I.  Uċuħ

    D/1  Qamħ komuni u qamħ Ġermaniż

    120.  Qamħ komuni u qamħ Ġermaniż

    D/2  Hartweizen

    121.  Qamħ durum

    D/3  Sikrana

    122.  Sikrana (inkluż il-meslin)

    D/4  Xgħir

    123.  Xgħir

    D/5  Ħafur

    124.  Ħafur

    125.  Taħlitiet taċ-ċereali tas-sajf

    D/6  Il-mamma tal-qamħ-ir-rum

    126.  Il-mamma tal-qamħ-ir-rum (inkluża Il-mamma tal-qamħ-ir-rum ħumida)

    D/7  Ross

    127.  Ross

    D/8  Ċereali oħrajn għall-produzzjoni tal-qmugħ

    128.  Ċereali oħrajn

    D/9  Uċuħ tal-proteini għall-produzzjoni tal-qmugħ (inklużi żrieragħ u taġlitiet ta' ċereali u ħxejjex tal-imwieżed

    129.  Uċuħ tal-proteini

    Li minnu:

    D/9e  Piżelli, favetta u lupini ħelwin

    360.  Piżelli, favetta u lupini ħelwin

    D/9f  Għads, ċiċri u ġilbiena

    361.  Għads, ċiċri u ġilbiena

    D/9g  Uċuħ oħrajn tal-proteini maħsuda fin-niexef

    330.  Uċuħ oħrajn tal-proteini

    D/10  Patata (inkluża l-patata bikrija u l-patata taż-żriegħ)

    130.  Patata (inkluża l-patata bikrija u l-patata taż-żriegħ)

    D/11  Pitravi taz-zokkor (eskluża ż-żerriegħa)

    131.  Pitravi taz-zokkor (eskluża ż-żerriegħa)

    D/12  Għeruq ta' l-għalf u brassika (eskluża ż-żerriegħa)

    144.  Għeruq ta' l-għalf u brassika (eskluża ż-żerriegħa)

    Uċuħ industriali

    D/23

    a)  Tabakk

    134.  Tabakk

    D/24

    b)  Ħopps

    133.  Ħopps

    D/25

    c)  Qoton

    347.  Qoton

    D/26  Rapa u nevew tar-rapa

    331.  Rapa

    D/27  Ġirasol

    332.  Ġisarol

    D/28  Sojja

    333.  Sojja

    D/29  Kittien (kittien taż-żejt)

    364.  Kittien apparti milli l-kittien tal-fibra

    D/30  Uċuħ oħrajn taż-żerriegħa taż-żejt

     

    D/31  Kittien

    373.  Kittien

    D/32  Qanneb

    374.  Qanneb

    D/33  Uċuħ oħrajn tat-tessuti

     

    D/34  Pjanti aromatiċi, pjanti mediċinali u kulinari

    345.  Pjanti tal-kondimenti mediċinali, aromatiċi u ħwawar, inkluż it-te, il-kafe u ċ-ċikwejra tal-kafe

    D/35  Pjanti ndustiali, mhux imsemmija x'imkien ieħor

    346.  Kannamieli taz-zokkor

    348.  Uċuħ oħrajn industriali

    Ħxejjex friski, bettiegħ u frawli

    D/14  f'għelieqi miftuħa jew taħt (mhux aċċessibbli) għotja protettiva

     

    li minnu:

    D/14a  għelieqi miftiħa

    136.  Ħxejjex friski fuq skala ta' l-għelieqi, bettiegħ u frawli mkabbra fl-apert

    D/14b  ġonna li fihom jitkabbar il-ħaxix għall-bejgħ

    137.  Ħxejjex friski, bettiegħ frawli mkabbra f'ġonna li fihom jitkabbar il-ħaxix għall-bejgħ fl-apert

    D/15  taħt il-ħġieġ jew taħt koperta oħra (aċċessibbli)

    138.  Ħxejjex friski, bettiegħ u frawli għall-kenn

    Fjuri u pjanti ornamentali (esklużi tal-mixtliet):

    D/16  f'għelieqi miftuħa jew taħt (mhux aċċessibbli) għotja protettiva

    140.  Fjuri u pjanti ornamentali imkabbra fl-apert (esklużi tal-mixtliet):

    D/17  taħt il-ħġieġ jew taħt koperta oħra (aċċessibbli)

    141.  Fjuri u pjanti ornamentali mkabbra fil-kenn

    D/18  Pjanti tal-mergħat

     

    D/18a  Ħaxix temporanju

    147.  Ħaxix temporanju

    D/18b  għalf ħadrani ieħor

    145.  Għalf ħadrani ieħor

    li minnu:

    D/18b

    (i)  qamħ-ir-rum aħdar (qamħ-ir-rum tal-ħażna)

    326.  Qamħ-ir-rum ta' l-għalf

    D/18b

    (iii)  pjanti oħrajn ta' l-għalf

    327.  Ċereali oħrajn tal-ħażna

    328.  Pjanti oħrajn ta' l-għalf

    D/19  Żerriegħa u xtieli ta' l-art ħarratija (esklużi ċ-ċereali, ħaxix imnixxef, patata u pjanti taż-żrieragħ taż-żejt)

    142.  Żerriegħa tal-ħaxix

    143.  Żrieragħ oħrajn

    D/20  Uċuħ oħrajn ta' l-art ħarratija

    148.  Uċuħ ta' l-art ħarratija mhux inklużi fl-intestaturi 120 sa 147

    149.  Art lesta għaż-żriegħ imqabbla lill-oħrajn, inkluża art magħmula disponibbli lill-impjegati bħala benefiċju b'egħlejjel naturali

    D/21  Art imserrha mingħajr sussidju

    146.  Art imserrħa

    Kodiċi 0: Art imserrħa (mingħajr l-art imwarrba)

    D/22  Art imistrieħa suġġetta għal skemi ta' inċentiva għat-twarrib mingħajr użu ekonomiku

    146.  

    Kodiċi 8: żona obligatorjament imwarrba u mhux ikkoltivata (b'konformità ma r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1251/1999) (1)

    F/1  Mergħat u r-ragħa, eklużi r-ragħa fis-selvaġġ

    150.  Mergħat u r-ragħa permanenti

    F/2  Ragħa fis-selvaġġ

    151.  Ragħa fis-selvaġġ

    G/1  Miżirgħa tal-frott u l-kukku

    152.  Mixtliet tas-siġar tal-frott u l-kukku

    G/1a  frott frisk kukku tal-ispeċi taż-żoni ta' temperatura temperali

    349.  Frott tal-pome (tat-tufiegħ)

    350.  Frott ta' l-għadma

    352.  Frott żgħir u kukku

    G/1b  frott u kukku tal-ispeċje ta' żoni ta' klima sub-tropikali

    353.  Frott tropikali u sub-tropikali

    G/1c  Ġewż

    351.  Ġewż

    G/2  Miżirgħa taċ-ċitru

    153.  Ġonna tas-siġar taċ-ċitru

    G/3  Miżirgħa taż-żebbuġ

    154.  Ortijiet taż-żebbuġ

    G/3a  li normalment jipproduċu żebuġ għall-mejda

    281.  Żebbuġ tal-Mejda

    G/3b  li normalment jipproduċu żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

    282.  Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

    283.  Żejt taż-Żebbuġa

    G/4  Vinji

    155.  Dwieli

    li minnhom normalment jipproduċu:

    G/4a  inbid ta' kwalità

    286.  Għeneb għall-inbid ta' kwalità

    289.  Inbid ta' kwalità

    G/4b  inbejjed oħrajn

    287.  Għeneb għall-inbid tal-mejda u nbejjed oħrajn apparti milli l-inbid tal-kwalità

    288.  Prodotti mixxelanji mid-dwieli: masti ta' l-għeneb, ġulepp. Brandy, ħall u oħrajn prodotti fir-razzet

    290.  Inbid tal-mejda u nbejjed oħrajn apparti milli l-inbid tal-kwalità

    G/4c  għeneb tal-mejda

    285.  Għeneb tal-mejda

    G/4d  Żbib

    291.  Żbib

    G/5  Mixtliet

    157.  Mixtliet

    G/6  Uċuħ oħrajn permanenti

    158.  Uċuħ oħrajn permanenti

    G/7  Uċuħ permanenti taħt il-ħġieġ

    156.  Uċuħ permanenti mkabbra taħt il-kenn

    I/1  Uċuġ sekondarji suċċessivi (esklużi l-uċuħ tal-ġonna għat-tkabbir ta'ħaxix għall-bejgħ u uċuħ taħt il-ħġieġ)

    Kodiċi koltura ‘3’ jew ‘7’

    I/2  Faqiegħ

    139.  Faqqiegħ

    E  Ġonna tal-ħxejjex tal-kċina

     

    II.  Qobla

    J/1  Equidae

    22.  Equidae (l-etajiet kollha)

    J/2  Annimali bovini, ta; anqas minn sena, maskili u femminili

    23.  Għoġġiela għas-simna

    24.  Qobla oħrajn ta' anqas minn sena

    J/3  Annimali bovini maskili, ta' aktar minn sena imma anqas minn sentejn

    25.  Qobla maskili, ta' aktar minn sena imma anqas minn sentejn

    J/4  Annimali bovini femminili, ta' aktar minn sena imma anqas minn sentejn

    26.  Qobla femminili, ta' aktar minn sena imma anqas minn sentejn

    J/5  Annimali bovini maskili, ta' sentejn jew aktar

    27.  Qobla maskili, ta' sentejn jew aktar

    J/6  Għoġġieli, ta' sentejn jew aktar

    28.  Għoġġiela għat-tnissil

    29.  Għoġġiela għas-simna

    J/7  Baqar tal-ħalib

    30.  Baqar tal-ħalib

    31.  Baqar tal-ħalib għall-qatla

    J/8  Baqar oħrajn

    32.  Baqar oħrajn

    1.  Annimali bovini femminili, li jkunu welldu (inklużi dawk ta' anqas minn sentejn) li jkunu miżmuma esklussivament jew prinċipalment għall-produzzjoni ta' għoġġiela

    2.  Baqar għax-xogħol

    3.  Baqar mhux tal-ħalib għall-qatla

    J/9  Nagħag (ta' kull età)

     

    (a)  nagħaġ, femminili għat-tnissil

    40.  Nagħaġ nisa (sena jew aktar)

    (b)  nagħaġ oħrajn

    41.  Nagħaġ oħrajn

    J/10  Mogħoż (ta' kull età)

     

    (a)  mogħoż, femminili għat-tnissil

    38.  Femminili għat-tnissil

    (b)  mogħoż oħrajn

    39.  Mogħoż oħrajn

    J/11  Majjalini li jkollhom piż ħall ta' anqas minn 20 kilogramma

    43.  Majjalini ta' anqas minn 20 kilogramma piż ħajj

    J/12  Majjali nisa għat-tnissil li jiżnu 50 kilogramma jew aktar

    44.  Majjali nisa għat-tnissil ta' 50 kilogramma jew aktar

    J/13  Majjali oħrajn

    45.  Majjali għas-simna

    46.  Majjali oħrajn

    J/14  Kapuċċelli

    47.  Tiġieġ għall-mejda

    J/15  Tiġieġ għall-bajd

    48.  Tiġieġ għall-bajd

    J/16  Tjur oħrajn

    49.  Tjur oħrajn

    J/16a  Dundjani

    J/16b  Papri

    J/16c  Wiżż

    J/16d  Tjur oħrajn, li ma humihiex imsemmija x'imkien ieħor

     

    J/17  Fniek, femminili għat-tnissil

    34.  Fniek, femminili għat-tnissil

    J/18  Naħal

    33.  Naħal

    (1)   ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1.”



    ( 1 ) ĠU C 109, tat-23.6.1965, p. 1859/65.

    ( 2 ) ĠU L 174, tat-2.7.1997, p. 7.

    ( 3 ) ĠU L 220, tas-17.8.1985, p. 1.

    ( 4 ) ĠU L 291, tat-13.11.1999, p. 28.

    ( 5 ) ĠU L 263, tas-17.10.1977, p. 1.

    ( 6 ) ĠU L 255, ta’ l-24.9.2001, p. 1.

    ( 7 ) ĠU L 56, tat-2.3.1998, p. 1.

    ( 8 ) ĠU L 24, tas-26.1.2002, p. 16.

    ( 9 ) ĠU L 56, tat-2.3.1988, p. 1.

    ( 10 ) Il-karatteristiċi D/12 (għeruq ta’ l-għalf u brassika), D/18 (pjanti tal-mergħat), D/21 (Art imserrħa mingħajr xi sussidju), E (ġonna għall-kċejjen), F/1 (Mergħat u ragħa, inklużi r-ragħa fis-selvaġġ), F/2 (mergħat fis-selvaġġ) u J/11 (Majjalini ta’ anqas minn 20 kg piż ħajj) huma wżati biss taħt ċerti kondizzjonijiet (ara l-punt 5 ta’ l-Anness I)”

    ( 11 ) Uċuħ sekondarji suċċessivi mhux ta’ l-għalf (101) jifformaw parti mit-tkabbir ġenerali (P1) u l-SGM tagħhom huma l-istess bħal dawk li jaqblu ma l-uċuħ ġenerali.”

    Top