Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02002R2342-20090101

    Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/2342/2009-01-01

    2002R2342 — MT — 01.01.2009 — 005.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, EURATOM) Nru 2342/2002

    tat-23 ta' Diċembru 2002

    li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

    (ĠU L 357, 31.12.2002, p.1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, EURATOM) Nru 1261/2005 ta’ l-20 ta’ Lulju 2005

      L 201

    3

    2.8.2005

    ►M2

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, EURATOM) Nru 1248/2006 tas-7 ta' Awwissu 2006

      L 227

    3

    19.8.2006

    ►M3

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, EURATOM) Nru 478/2007 tat-23 ta’ April 2007

      L 111

    13

    28.4.2007




    ▼B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE, EURATOM) Nru 2342/2002

    tat-23 ta' Diċembru 2002

    li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej

    TABELLA TAL-KONTENUT

    L-EWWEL PARTI

    DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI

    TITOLU I

    SUĠĠETT

    TITLOLU II

    PRINĊIPJI TAL-BUDGET

    Kapitolu 1

    Prinċipji ta' unità u l-eżattezza tal- budget

    Kapitolu 2

    Il-Prinċipju ta' annwalità

    Kapitolu 3

    (Kapitolu 4 tar-Regolament Finanzjarju) Il-Prinċipju ta' l-unità ta' kontijiet

    Kapitolu 4

    (Kapitolu 5 tar-Regolament Finanzjarju) Il-Prinċipju ta' universalità

    Kapitolu 5

    (Kapitolu 6 tar-Regolament Finanzjarju) Il-Prinċipju ta' speċifikazzjoni

    Kapitolu 6

    (Kapitolu 7 tar-Regolament Finanzjarju) Il-Prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba

    Kapitolu 7

    (Kapitolu 8 tar-Regolament Finanzjarju) Il-Prinċipju ta' trasparenza

    TITOLU III

    L-ISTABBILIMENT U L-ISTRUTTURA TAL-BUDGET

    Kapitolu 1

    L-Istabbiliment tal- budget

    Kapitolu 2

    L-Istruttura u l-presentazzjoni tal- budget

    TITOLU IV

    L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BUDGET

    Kapitolu 1

    Disposizzjonijiet ġenerali

    Kapitolu 2

    Metodi ta' implimentazzjoni.

    Taqsima 1

    Disposizzjonijiet ġenerali

    Taqsima 2

    Disposizzjonijiet speċjali

    Kapitolu 3

    Atturi finanzjarji

    Taqsima 1

    Id-Drittijiet u l-obbligi ta' l-atturi finanzjarji

    Taqsima 2

    Uffiċjal ta' awtorizzazzjoni

    Taqsima 3

    Uffiċjal tal-Kontijiet

    Taqsima 4

    Amministratur tal-kontijiet ta' antiċipi

    Kapitolu 4

    Piżijiet ta' l-atturi finanzjarji

    Taqsima 1

    Regoli ġenerali

    Taqsima 2

    Regoli applikabbli għall-uffiċjali ta' awtorizzazzjoni skond id-delegazzjoni u s-subdelegazzjoni

    Kapitolu 5

    Operazzjonijiet ta' dħul

    Taqsima 1

    Riżorsi proprji

    Taqsima 2

    Stima ta' l-ammonti li għandhom jitħallsu

    Taqsima 3

    Kemm għandu jitħallas

    Taqsima 4

    Awtorizzazzjoni għall-irkupru

    Taqsima 5

    L-Irkupru

    Kapitolu 6

    Operazzjonijiet ta' Nfiq

    Taqsima 1

    Ir-Rabta ta' l-infiq

    Taqsima 2

    Il-Validazzjoni ta' l-infiq

    Taqsima 3

    L-Awtorizzazzjoni tal-pagamenti

    Taqsima 4

    Il-Ħlas ta' l-infiq

    Taqsima 5

    Limiti ta' żmien għal operazzjonijiet għal infiq

    Kapitolu 7

    Sistemi ta' TI

    Kapitolu 8

    Awditur intern

    TITOLU V

    AKKWISTI PUBBLIĊI

    Kapitolu 1

    Disposizzjonijiet ġenerali

    Taqsima 1

    Il-Qasam ta' applikazzjoni u prinċipji ta' konċessjoni

    Taqsima 2

    Il-Pubblikazzjoni

    Taqsima 3

    Proċeduri ta' akkwisti pubbliċi

    Taqsima 4

    Garanziji u kontroll

    Kapitolu 2

    Disposizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal kuntratti mogħtija mill-istituzzjonijiet Komunitarji għall-kont proprju

    TITOLU VI

    KONĊESSJONIJIET

    Kapitolu 1

    Il-Qasam ta' applikazzjoni

    Kapitolu 2

    Prinċipji ta' għoti

    Kapitolu 3

    Proċedura għall-għoti

    Kapitolu 4

    Ħlas u kontroll

    Kapitolu 5

    Implimentazzjoni

    TITOLU VII

    PRESENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U Ż-ŻAMMA TAL-KOTBA

    Kapitolu 1

    Presentazzjoni tal-kontijiet

    Kapitolu 2

    (Kapitolu 3 tar-Regolament Finanzjarju) Iż-Żamma tal-kotba

    Taqsima 1

    L-Organizzazzjoni tal-kontijiet

    Taqsima 2

    Reġistri tal-kontijiet

    Taqsima 3

    Karta tal-kontijiet

    Taqsima 4

    Reġistrazzjoni

    Taqsima 5

    Rikonċiljazzjoni u verifika

    Taqsima 6

    Kontijiet tal-budget

    Kapitolu 3

    (Kapitolu 4 tar-Regolament Finanzjarju) Inventorji tal-Proprjetà

    IT-TIENI PARTI

    DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI

    TITOLU I

    (TITOLU II TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU)

    TITOLU II

    (TITOLU III TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU) RIĊERKA

    TITOLU III

    (TITOLU IV TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU) AZZJONIJIET ESTERNI

    Kapitolu 1

    Disposizzjonijiet ġenerali

    Kapitolu 2

    L-Implimentazzjoni ta' azzjonijiet

    Kapitolu 3

    Akkwisti pubbliċi

    Kapitolu 4

    Konċessjonijiet

    Kapitolu 5

    Kontijiet ta' antiċipi u inventorji

    TITOLU IV

    (TITOLU V TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU) UFFIĊĊJI EWROPEJ

    TITOLU V

    (TITOLU VI TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU) APPROPRJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

    TITOLU VI

    (TITOLU VII TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU)

    IT-TIELET PARTI

    DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

    TITLOLU I

    DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI

    TITOLU II

    DISPOSIZZJONIJIET FINALI



    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

    Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta'Ġunju 2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu183 tiegħu,

    Wara li kkonsultaw lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman u s-sorveljatur tal-Protezzjoni tad-Data Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”) kienu issimplifikati biex jillimita r-Regolament għall-prinċipji bażiċi u definizzjonijiet relatati mal-istabbiliment, eżekuzzjoni, u l-kontroll tal-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropew (minn hawn ‘il quddiem “il-budget”).

    (2)

    Dawn ir-regoli implimentattivi għalhekk għandhom mhux biss jissuplimentaw ir-Regolament Finanzjarju dwar id-dispożizzjonijiet tiegħu fejn jirreferi espressament għar-regoli implimentattivi iżda wkoll għad-dispożizzjonijiet li l-applikazzjoni tagħhom tiħtieġ il-miżuri implimentattivi li jkunu stabbiliti bil-quddiem. Fl-interess taċ-ċarezza, jiħtieġ li jinbidel ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom, KEFA, KE) Nru 3418/93 tad-9 ta' Diċembru 1993 li jippreskrivi regoli iddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977 ( 2 ), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1687/2001 ( 3 ).

    (3)

    Biex ikun żgurat li r-regoli settorjali jaqblu mal-prinċipji tal-budget stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, irid isir inventarju ta' l-istrumenti regulatorji kollha li għandhom x'jaqsmu ma' l-eżekuzzjoni tal-budget u jsir provediment biex il-Kummissjoni tħejji dan l-inventarju u l-inventarju jingħata lill-awtorità tal-budget.

    (4)

    Rigward il-prinċipji tal-budget, b'mod partikolari l-prinċipju ta' l-unita‘, il-ħtieġa li jkun identifikat l-imgħaxx fuq il-finanzjament minn qabel li jrid jerġa' jitħallas lill-budget ifisser li kull iffinanzjar minn qabel li jibqa' proprjetà tal-Komunitajiet irid ikun identifikat. Tali finanzjament minn qabel jibqa' proprjetà ta' l-istituzzjoni sakemm l-att bażiku, fis-sens ta' l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju, jgħid ħaġa oħra, u sakemm jitħallas taħt kuntratt ta' prokura, jew lill-persunal jew membri ta' l-istituzzjonijiet, jew lill-Istati Membri. Din ir-regola għandha titqies skond it-tip ta' treġija (treġija ċentrali diretta jew indiretta u treġija maqsuma). Ma tgħoddx għal treġija konġunta minħabba li f'dawn il-każi il-fondi tal-Komunità ikunu magħqudin mal-fondi ta' l-organizzazzjoni internazzjonali. Fejn il-Finanzjament minn qabel li jibqa' proprjetà tal-Komunitajiet jirrendi l-imgħaxx, dan l-imgħaxx għandu jitħallas lill-budget bħala dħul mixxellanju.

    (5)

    Għall-prinċipju ta' annwalita, importanti li tkun ikkjarifikata t-tifsira ta' appropjazzjonijiet annwali u l-fażijiet ta' tħejjija tal-proċedura ta' rabta li, jekk titlesta sal-31 ta' Diċembru, tħalli l-appropjazzjonijiet mir-rabta, li mbagħad iridu jkunu ntużaw sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara.

    (6)

    Rigward il-prinċipju ta' l-unità ta' kontijiet, għandhom ikunu speċifikati ir-rati li għandhom jintużaw bejn l-Ewro u l-muniti l-oħrajn għat-treġija tad-dħul u nfiq ta' flus u l-kontijiet.

    (7)

    Rigward id-derogi mill-prinċipju ta' l-universalita', irid ikun speċifikat kif il-budget iqis lid-dħul assenjat, b'mod partikolari l-kontribuzzjonijiet minn Stati Membri jew terzi pajjiżi lil ċerti programmi tal-Komunità, kif ukoll il-limiti fuq il-valur nett ta' nfiq u dħul.

    (8)

    Rigward il-prinċipju ta' speċifikazzjoni, għandha tingħata definizzjoni preċiża ta' kif jinħadem il-preċentaġġ ta' l-appropjazzjonijiet li l-istituzzjonijiet jistgħu jittrasferixxu bis-saħħa ta' l-awtonomija tagħhom u għandha jsir provediment biex l-awtorità tal-budget tingħata tagħrif sħiħ bi spjegazzjoni iddettaljata għat-talbiet ta' trasferiment li jkunu sarulha.

    (9)

    Rigward treġija finanzjarja tajba, iridu jkunu speċifikati l-objettivi ta' l-evalwazzjonijiet ta' qabel, waqt u ta' wara tal-programmi u l-attivitajiet, id-dikjarazzjoni finanzjarja leġislattiva ikun fiha l-inqas spiss li jistgħu isiru dawn l-evalwazzjonijiet u x'informazzjoni jrid ikun fihom.

    (10)

    Rigward l-istabbiliment u l-preżentazzjoni tal-budget, irid ikun iddeterminat il-kontenut ta' l-introduzzjoni ġenerali tal-budget, id-dokumenti li jistabbilixxu kif jitħaddem il-budget u r-rimarki biex ikun żgurat li l-awtorità tal-budget tkun mgħarrfa b'kollox. Fil-preżentazzjoni tal-Budget Ibbażat fuq l-Attivita (ABB) l-ġdid, għandhom ikunu mwaqqfa d-definizzjoni u l-klassifika ta' l-appropjazzjonijiet amministrattivi.

    (11)

    Rigward l-implimentazzjoni tal-budget, xieraq li l-ewwel ikunu ikkjarifikati l-forom li għandhom jieħdu l-atti bażiċi fil-qasam tal-Komunità u fl-oqsma tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea. L-ikbar ammonti ta' appropjazzjonijiet li jistgħu isiru għall-azzjonijiet preparatarji u skemi ta' prova meta majkunx hemm att bażiku għandhom ikunu iddeterminati u d-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jagħtu poteri direttament lill-Kummissjoni għandhom jissemmew f'lista.

    (12)

    Atti li jistgħu iqajjmu konflitt ta' interessi għandhom ikunu iddefiniti, flimkien mal-proċedura li għandha tintuża f'dawn il-każi.

    (13)

    Rigward il-metodi differenti għall-implimentazzjoni tal-budget, għandu jkun preskritt li, meta l-Kummissjoni ma timplimentax il-budget fid-dipartimenti tagħha direttament, l-ewwel trid tiżgura li l-entitajiet li tkun se tafdalhom ix-xogħol għandhom proċeduri ta' treġija u sistemi ta' kontrol u żamma tal-kotba li huma biżżejjed u xierqa skond il-ħtiġiet u ta' treġija finanzjarja tajba.

    (14)

    Għal treġija diretta iċċentralizzata, jiġifieri, treġija iddelegata mill-Kummissjoni lill-aġenziji eżekuttivi jew lil entitajiet irregolati mill-liġi tal-Komunità jew entitajiet nazzjonali tal-gvernijiet jew entitajiet b'missjoni fil-qasam pubbliku, meħtieġ ukoll li jkun preskritt qafas għal tali delegazzjoni ta' poteri u għall-implimentazzjoni bid-delegazzjoni jew ftehim. L-aġenziji eżekuttivi, li jibqgħu taħt il-kontroll tal-Kummissjoni, iridu jingħarfu bħala uffiċjali awtortizzanti mid-delegazzjoni ta' dik l-istituzzjoni għall-fini ta' l-implimentazzjoni tal-budget tal-Komunità. Fejn entitajiet nazzjonali iridu jagħmlu xi atti ta' implimentazzjoni tal-budget, iridu joffru garanzijij finanzjarji xierqa u jkunu magħżula b'mod trasparenti wara li ssir analiżi ta' kemm hi ġustifikata n-nefqa fuqhom u li jkunu murija r-raġunijiet għad-delegazzjoni ta' treġija lil tali entità. Il-Kummissjoni għandha tfittex il-fehma tal-kumitat rilevanti, skond l-att bażiku għall-implimentazzjoni ta' l-appropjazzjonijiet ikkonċernati, qabel ma tiddelega l-poteri lil entitajiet nazzjonali. Entitajiet irregolati minn liġijiet li jiggvernaw relazzjonijiet ta' bejniethom, iktar minn relazzjonijiet tagħhom ma' l-istat, li jkunu qed jagħmlu kompiti preparatorji jew anċillarji għall-Kummissjoni għandhom jintagħżlu skond il-proċeduri ta' prokurament.

    (15)

    Għal treġija maqsuma ma' l-iStat Membru jew treġija iddeċentralizzata ma' terzi pajjiżi, il-fażijiet u l-objettivi tal-proċeduri biex iż-żamma tal-kotba jitqies bħala tajjeb għandu jkun preskritt mingħajr preġudizzu għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fir-regolamenti relevanti ta' l-oqsma.

    (16)

    Finalment, għal treġija konġunta, għandu jkun ċar li l-kontribuzzjonijiet ta' kull donatur għal kull tip ta' spiża m'hemmx għalfejn ikunu identifikati imma' l-azzjonijiet issussidjati iridu, minkejja kollox, ikunu suġġetti għal kontrolli komprensivi; l-organizzazzjonijiet internazzjonali eliġibbli għal dan it-tip ta' treġija jridu jkunu identifikati.

    (17)

    Rigward is-sehem ta' l-aġenti finanzjarji, ir-riformi tat-treġija finanzjarja, flimkien mat-tneħħija tal-kontrolli ta' qabel, iżidu r-responsabbilta' ta' l-uffiċjali li jawtorizzaw fil-ħidmiet kollha ta' dħul u nfiq, inklużi għall-fini ta' sistemi ta' kontroll interni. L-awtorità tal-budget fil-ġejjieni trid tkun mgħarrfa dwar il-ħatra jew tmiem tad-dmirijiet ta' uffiċjal b'delegazzjoni li jawtorizza. Minħabba f'hekk, il-kompiti, responsabbiltajiet, u l-prinċipji tal-proċeduri li għandhom ikunu ukoll iridu jkunu preskritti. L-internalizzazzjoni ta' kontrolli minn qabel jeħtieġu, b'mod parikolari, distinzjoni ċara bejn kompiti li għandhom x'jaqsmu mal-bidu tal-ħidmiet għall-implimentazzjoni tal-budget u kompiti li għandhom x'jaqsmu mal-verifikazzjoni ta' dawn il-ħidmiet. Barra minn hekk, kull istituzzjoni għandha taddotta kodiċi ta' livelli professjonali li jgħodd għal persunal li jkun reponsabbli għall-verifiki ta' qabel u ta' wara. Iridu jsiru dispożizzjonijiet biex jingħata rendikont ta' darba fis-sena tar-responsabbilitajiet assunti lill-istituzzjoni, li fost affarijiet oħrajn, irid juri r-riżultati tal-verifiki ta' wara; iridu ukoll isiru arranġamenti biex jinżammu d-dokumenti li jsostnu l-ħidmiet li jkunu saru. Finalment, il-forom kollha tal-proċeduri innegozjati biex jingħata xogħol ta' kuntratti pubbliċi, minħabba li huma derogi, jridu jidhru f'rapport speċjali lill-istituzzjoni u jkunu mgħarrfa lill-awtorità tal-budget.

    (18)

    Biex ikunu ikkjarifikati r-responsabbiltajiet, għandha tingħata tifsira preċiża tal-kompiti u responsabbiltajiet tal-uffiċjal tal-kontijiet f'konnessjoni mas-sistemi taż-żamma tal-kotba, treġija tat-teżor, treġija tal-kontijiet tal-bank u dokumenti tal-partijiet terzi. L-arranġamenti għat-tmiem tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontijiet iridu jkunu magħmulin ċari.

    (19)

    Il-kondizzjonijiet tal-kontijiet tal-flus mogħtijin bil-quddiem biex jintefqu f'xi servizz pubbliku, sistema ta' treġija li hi eċċezzjoni għal proċeduri normali tal-budgeting, trid tkun preskritta ukoll, u l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta' l-amministraturi ta' kontijiet tal-flus akkont, kif ukoll dawk tal-uffiċċjal li jawtorizza u l-uffiċċjal tal-kontijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontroll tal-flus akkont, iridu jkunu stabbiliti. L-awtorità tal-budget għandha tkun mgħarrfa dwar kull ħatra jew tmiem ta' dmirijiet.

    (20)

    Ladarba l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta' kull minn għandu sehem finanzjarju ikunu iddefiniti, il-ħaddiema jistgħu jinżammu responsabbli biss skond il-kondizzjonijiet fir-Regolamenti ta' l-Uffiċċjali tal-Persunal fil-Komunitajiet Ewropej u fil-Kondizzjonijiet ta' l-Imjpieg ta' Impjegati Oħrajn. Madankollu, panel apposta għall-irregolaritajiet finanzjarji jrid ikun stabbilit b'mod xieraq f'kull istituzzjoni biex jiddetermina jekk sarux irregolaritajiet ta' natura finanzjarja. Il-proċedura li biha uffiċjal li jawtorizza jista' jikkonferma struzzjoni u b'hekk jinħall minn kull responsabbilta' għandha tkun stabbilita ukoll.

    (21)

    Rigward dħul, ħlief għall-każi speċjali ta' riżorsi propji msemmijin mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 ta' l-20 ta' Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom fuq is-sistema tar-riżorsi propji tal-Komunitajiet ( 4 ), jinħtieġ li jkun speċifikati l-kompiti u l-kontrolli li jiġu taħt ir-responsabbilta' ta' l-uffiċjali li jawtorizzaw fil-fażijiet differenti tal-proċedura: l-istabbiliment ta' stimi ta' l-ammonti li jridu jintlaqgħu u l-ordni li jridu jintlaqgħu; il-ħruġ tan-nota ta' dejn li tgħarraf lid-debitur li hu stabbilit l-ammont li għandu jingħata; kalkulazzjoni ta' imgħaxx ta' kontumaċja; u fl-aħħar, id-deċiżjoni, fejn meħtieġ, li jkun irrinunzjat intitolament suġġett għall-kriterji li jiggarantixxu ħarsien ta' treġija finanzjarja tajba. Is-sehem ta' l-uffiċjal tal-kontijiet fil-ġbir tad-dħul u jħallix iktar żmien għall-ħlas irid ikun speċifikat ukoll.

    (22)

    Rigward infiq, ir-relazzjoni bejn deċiżjonijiet ta' finanzjament, rabtiet globali u rabtiet individwali għandha tkun iddefinita, bħalma jridu jkunu iddefiniti l-karatteristiċi ta' dawk il-fażijiet differenti. Id-distinzjoni bejn rabta globali u rabta individwali tiddependi fuq kemm huma identifikati l-benefiċjarji u l-ammonti involuti. Rabtiet provviżorji jistgħu isiru biss għal nefqiet amministrattivi ta' rutina u nfiq f'konnessjoni mal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG). Biex ikun ristrett il-volum ta' rabtiet mhux attivi, appropjazzjonijiet li jikkorisppondu ma' rabtiet li għalihom ma sarx ħlas għal tlett snin għandhom jinħallu.

    (23)

    Hu meħtieġ li tkun ikkjarifikata r-relazzjoni bejn operazzjonijiet ta' validazzjoni, awtorizzazzjoni u ħlas u l-kontrolli li jridu jsiru mill-uffiċjal li jawtorizza meta jivvalida nefqa, bl-approvazzjoni “mgħoddi għall-ħlas”, u meta jawtorizza l-ħlas billi jara l-validita' tal-ħelsien minn kull responsabbilta, li għaliha hu responsabbli biss l-uffiċjal li jawtorizza. Id-dokumentilijridu jsiru biex isostnu l-pagament għandhom ikunu speċifikati u jkunu preskritti regoli biex jgħaddi ħlas minn qabel u pagamenti temporanji. Finalment, il-perjodi li jgħoddu għall-validazzjoni u ħlas iridu jkunu stabbiliti, wara li jkunu tqieset id-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 kontra d-dewmien fil-ħlas fi tranżazzjonijiet kummerċjali. ( 5 ).

    (24)

    Għall-verifika interna, jeħtieġ li tkun preskritta l-proċedura għall-ħatra ta' l-awditur u biex tkun garantita l-indipendenza tiegħu fl-istituzzjoni li tkun ħatritu u li lilha hu għandu jirraporta l-attivitajiet tiegħu; l-awtorità tal-budgetgħandha tkun mgħarrfa b'kull ħatra jew tmiem ta' dmirijiet.

    (25)

    Rigward ksib, l-għażla għandha tkun li fir-Regolament preżenti jiddaħħlu d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 92/50/KEE ( 6 ), 93/36/KEE ( 7 ) u 93/37/KEE ( 8 ), kif l-aħħar emendati bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/78/KE ( 9 ) dwar il-proċeduri għall-għoti ta' servizzi, ksib u kuntratti ta' xogħol pubbliċi rispettivament. Għalhekk, hu meħtieġ li l-ewwel ikunu ddefinit it-tipi varji ta' kuntratti ta' ksib; il-miżuri li jgħoddu għall-irreklamar u l-pubblikazzjoni; il-kondizzjonijiet li fihom jista' jintuża tip partikolari ta' proċedura u l-karatteristiċi ewlenin tal-proċeduri eżistenti; l-ispeċifikazzjoni tal-kriterji ta' l-għażla u arranġamenti għall-għoti; regoli għall-aċċess għad-dokumenti ta' offerti u għall-komunikazzjoni ma' min qed jagħmel l-offerti u kandidati; u, għall-każi fejn il-Kummissjoni tagħti kuntratti għal rasha, il-limiti li japplikaw u r-regoli għall-istima tal-valur tal-kuntratti li se jingħataw.

    (26)

    L-iskop ta' l-għoti ta' kuntratt hu biex ikunu sodisfatti l-bżonnijiet ta' l-istituzzjonijiet bl-aħjar mod possibli u fl-istess ħin ikun garantit aċċess ugwali għal kuntratti pubbliċi u jkunu sodissfatti l-prinċipji ta' trasparenza u non-diskriminazzjoni. Bil-għan li tkun żgurata t-trasparenza u t-trattament ugwali tal-kandidati, kif ukoll ir-responsabbilta' sħiħa ta' l-uffiċjali li jawtorizzaw għall-aħħar għażla, jeħtieġ tkun preskritta proċedura għall-ftuħ u l-evalwazzjoni ta' l-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni, mill-ħatra ta' kumitat sad-deċiżjoni sostanzjata u dokumentata ta' l-għażla, li fl-aħħar mill-aħħar tagħmilha l-awtorità tal-kuntratti. Il-garanziji finanzjarji meħtieġa biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet iridu jkunu speċifikati ukoll.

    (27)

    Finalment, jeħtieġ li jsiru limiti fuq il-poteri ta' l-awtoritajiet li jikkuntrattaw biex jimponu penali amminsitrattivi, biex ikun żgurat li l-penali huma proporzjonati u disswasivi u biex ikun żgurat trattament ugwali kemm bejn istituzzjonijiet varji u kif ukoll bejn dipartimenti.

    (28)

    L-iskop tat-Titolu fuq l-għotjiet għandu jkun ikkjarifikat ukoll, b'mod partikolari rigward il-metodi differenti għall-implimentazzjoni tal-budget, iżda ukoll għat-tip ta' azzjoni jew entità ta' interess ġenerali Ewropew eliġibbli għal għotja. Il-karatteristiċi tal-programm tax-xogħol ta' kull sena u ta' sejħiet għall-proposti għandhom ikunu speċifikati, kif għandhom ikunu speċifikti ukoll l-eċċezzjonijiet li jistgħu jinqalgħu f'dan il-kuntest u l-possibbilta' ta' effett li jaħdem b'lura, b'mod partikolari fil-kuntest ta'għajnuna umanitarja u t-treġija ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi, li għalihom hemm restrizzjonijiet speċifiċi ħafna.

    (29)

    Għal darb'oħra, rigward il-ħtiġiet tat-trasparenza, it-trattament ugwali ta' l-applikanti u għal akkontabbilta' ikbar ta' l-uffiċjali li jawtorizzaw, il-proċedura ta' l-għoti trid tkun preskritta, mill-applikazzjoni għall-għotja sa l-evalwazzjoni tagħha, minn kumitat, fid-dawl ta' kriterji speċifikati qabel ta' għażla u għoti, qabel ma' l-uffiċjal li jawtorizza jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu, li tkun dokumentata kif jixraq.

    (30)

    Treġija finanzjarja tajba tiħtieġ li l-Kummissjoni tipproteġi lilha nfisha bil-garanziji: fil-fażi ta' applikazzjonijiet għall-għotjiet, billi tirranġa verifiki finanzjarji għal applikazzjonijiet li jinvolvu ammonti ikbar; imbagħad, fil-fażi ta' finanzjament minn qabel, billi titlob garanziji finanzjarji bil-quddiem; u fl-aħħar, fil-fażi tal-pagament ta' l-aħħar, billi tirranġa verifiki finanzjarji għat-talbiet li jinvolvu l-ikbar ammonti u li jirrapreżentaw l-ikbar riskju. Treġija tajba u ħarsien tal-prinċipji li ma jsirx qliegħ u tal-finanzjarjamnet konġunt tirrikjedi ukoll li jkunu preskritti regoli li jagħmlu l-limiti fuq ħlas b'rata fissa. Finalment, it-treġija tajba tal-fondi tal-Komunità tfisser li l-benefiċjarji ta' l-għotjiet stess iridu jħarsu l-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali ta' kuntratturi potenzali, kif ukoll iħarsu l-prinċipju li l-kuntratt irid jingħata lill-offerta li tagħti l-iktar għall-ħlas li jkun qed jingħata, meta parti mix-xogħol tkun mgħoddija lil ħaddieħor.

    (31)

    Finalment, il-poteri għall-impożizzjoni ta' penali f'dak il-kuntest għandhom ikunu allineati ma' dawk konferiti fil-kuntest ta' dak il-ksib.

    (32)

    Rigward iż-żamma u l-preżentazzjoni tal-kontijiet, irid ikun iddefinit kull wieħed mill-prinċipji li huma aċċettati ġeneralment u li fuqhom huma ibbażati ir-rendikonti finanzjarji. Jinħtieġ ukoll li jkunu speċifikati l-kondizzjonijiet biex tiddaħħal tranżazzjoni fil-kontijiet u r-regoli għall-assi u l-piżijiet u għall-istruttura tal-provvedimenti.

    (33)

    Għandu jkun speċifikat li l-kontijiet ta' l-istituzzjonijiet ird ikollhom magħhom rapport dwar il-budget u dwar it-treġija finanzjarja u għandhom jingħataw dettalji tal-kontenut u ta' l-elementi li minnhom hu magħmul ir-rendikont finanzjarju (karta tal-bilanċ, kont ekonomiku ta' kwantitajiet maħdumin, u anness) u l-prospetti ta' l-implimentazzjoni tal-budget (kont tal-budget ta' kwantitajiet maħdumin u anness).

    (34)

    Dwar kwistjonijiet ta' kontijiet, għandu jkun speċifikat li l-uffiċjal tal-kontijiet ta' kull istituzzjoni irid ikollu dokumenti li jiddeskrivu l-organizzazzjoni tal-kontijiet u l-proċeduri taż-żamm tal-kotba ta' dik l-istituzzjoni u jiddefinixxi il-kondizzjonijiet li jridu jintlaqgħu mis-sistemi ikkompjuterizzati ta' żamm tal-kotba, b'mod partikoli rigward is-sigurta' ta' l-aċċess u li kull bidla li ssir lis-sistema tista' tkun rintraċċata.

    (35)

    Rigward iż-żamm tal-kotba, iridu jkunu speċifikati il-prinċipji applikabbli għar-reġistri tal-kontijiet, il-bilanċ ta' prova, ir-rikonċiljazzjoni perjodika tat-total f'dak il-bilanċ u fl-inventarju, u li jkunu speċifikati l-komponenti tal-karta tal-kontijiet adottata mill-uffiċjal tal-kontjiet tal-Kummissjoni. Ir-regoli li jgħoddu għar-reġistrazzjoni ta' operazzjonijiet, b'mod partikolari il-metodu tal-partita doppja, ir-regoli għall-konverżjoni ta' operazzjonijiet li mhux bl-ewro u d-dokumenti li jsostnu r-reġistrazzjonijiet, għandhom ikunu preskritti. Il-Kontenut tar-reġistrazzjonijiet tal-kontijiet irid ikun speċifikat ukoll

    (36)

    Finalment, hu meħtieġ li jkunu preskritti r-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-inventarju tal-proprjetà u biex ikunu ikkjarifikati r-responsabbiltajiet rispettivi f'dan il-qasam ta' l-uffiċjali tal-kontijiet u l-uffiċjali li jawtorizzaw, kif ukoll ir-regoli li jgħoddu għall-bejgħ mill-ġdid ta' proprjetà li tkun imniżżla fl-inventarju.

    (37)

    Rigward il-Fondi Strutturali, għandu jkun speċifikat li l-ħlas mill-ġdid ta' pagamenti akkont għal xi operazzjoni ma jnaqqasx il-kontribut tal-Fond lil dik l-operazzjoni.

    (38)

    It-tipi ta' azzjoni, diretti u indiretti, li jistgħu ikunu iffinanzjati fil-qasam tar-riċerka għandhom ikunu speċifikati.

    (39)

    Għal azzjonijiet esterni, ir-regoli implimentattivi, bħar-Regolament Finanzjarju nnifsu, jippruvaw jagħmlu provvedimenti għall-eċċezzjonijiet li jirriflettu l-karatteristiċi operazzjonali ta' dak il-qasam, l-iktar rigward kisba u konċessjoni ta' għotjiet.

    (40)

    Rigward kisba, dawn ir-regoli implimentattivi jieħdu fuqhom il-qofol tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Novembru 1999 fuq is-simplifikazzjoni tas-sistemi ta' treġija għall-għoti ta' kuntratti fil-qafas tal-programmi ta' ko-operazzjoni implimentati mid-Direttorati Ġenerali għar-relazzjonijiet esterni ( 10 ), li jwasslu għal regoli ta' kisba li jvarjaw minn regoli normali minħabba l-limiti differenti u l-proċeduri ta' treġija, li kienu addattati għal azzjonijiet esterni.

    (41)

    Rigward għotjiet, jinħtieġ issir lista tat-tipi ta' azzjoni li għalihom tista' ssir deroga skond il-prinċipju tal-finanzjament konġunt imsemmi fl-Artikolu 109 tar-Regolament Finanzjarju. Dan japplika b'mod partikolari għal għajnuna umanitarja u għajnuna f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u azzjonijiet għall-protezzjoni tas-saħħa jew id-drittijiet fondamentali tal-ġnus.

    (42)

    Biex tkun garantita t-treġija tajba ta' l-appropjazzjonijiet tal-Komunità, jinħtieġ li jkunu speċifikati l-prekondizzjonijiet u r-regoli li jrid ikun hemm fil-ftehim meta t-treġija ta' l-appropjazzjonijiet tkun iddeċentralizzata jew jekk jintużaw kontijiet tal-flus akkont.

    (43)

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju relatat mal-Uffiċċji Ewropej għandhom ikunu supplimentati b'regoli speċifiċi għall-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej u minn dispożizzjonijet li jawtorizzaw l-uffiċċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni li jiddelega uħud mill-kompiti tiegħu lill-persunal f'dawk l-Uffiċċji. Għandhom ikunu stabbiliti pjanijiet operazzjonali għall-kontijiet bankarji li l-Uffiċċji Ewropej jistgħu jiftħu f'isem il-Kummissjoni.

    (44)

    Rigwar appropjazzjonijiet amministrattivi, kull istituzzjoni għandha tgħarraf lill-awtorità tal-budget dwar proġetti ta' bini li jkun qed isiru, jiġifieri dawk li jżidu l-ammont ta' proprjetà.

    (45)

    Jinħtieġ li jkunu identifikati l-entitajiet li jistgħu jirċievu għotjiet li jitħallsu mill-budget u li għandhom jingħataw sett ta' regoli skond il-kondizzjoni preskritti fl-Artikolu 185tar-Regolament Finanzjarju.

    (46)

    Id-diversi limiti u ammonti imsemmijin f'dan ir-Regolament għandhom ikunu aġġornati regolarment billi jintrabtu ma' l-inflazzjoni irreġistrata fil-Komunità, ħlief għal-limiti li jgħoddu għall-ksib,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



    L-EWWEL PARTI

    DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI



    TITOLU I

    SUĠĠETT

    Artikolu 1

    Suġġett

    (L-Artikolu 1 tar-Regolament Finanzjarju)

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (“ir-Regolament Finanzjarju” minn hawn ‘il quddiem).

    L-istituzzjonijiet li jgħodd għalihom dan ir-regolament huma dawk l-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt it-tifsira tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼M3

    Artikolu 2

    Inventarju ta' l-atti leġiżlattivi dwar l-implimentazzjoni tal-baġit

    (Artikoli 2 u 49 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-Kummissjoni għandha kull sena taġġorna fl-abbozz ta' baġit preliminari l-informazzjoni dwar l-atti msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju.

    Kull proposta leġiżlattiva jew emenda għal proposta leġiżlattiva mressqa lill-awtorità leġiżlattiva għandha tindika b'mod ċar id-dispożizzjonijiet li jinkludu derogi mir-Regolament Finanzjarju jew mir-Regoli ta' l-Implimentazzjoni tiegħu u tagħti r-raġunijiet speċifiċi li jiġġustifikaw dawn id-derogi fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni relevanti.

    ▼B



    TITOLU II

    PRINĊIPJI TAL-BUDGET



    KAPITOLU 1

    Prinċipji ta' unita' u l-eżatezza tal-budget

    ▼M3

    Artikolu 3

    Applikabilità tal-prefinanzjament

    (Artikolu 5a tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Fil-każ ta’ ġestjoni ċentralizzata diretta li tinvolvi numru ta’ msieħba, ġestjoni ċentralizzata indiretta u ġestjoni deċentralizzata fit-tifsira ta’ l-Artikolu 53 tar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli stipulati fl-Artikolu 5a tar-Regolament Finanzjarju għandhom japplikaw biss għall-entità li tirċievi l-prefinanzjament direttament mill-Kummissjoni.

    2.  Il-prefinanzjament għandu jitqies bħala li jirrappreżenta ammont konsiderevoli fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5a(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju jekk l-ammont ikun ogħla minn EUR 50 000.

    Madankollu, għal azzjonijiet esterni l-prefinanzjament għandu jitqies bħala li jirrappreżenta ammont sinifikanti jekk l-ammont ikun ogħla minn EUR 250 000. Għal operazzjonijiet ta’ għajnuna fil-ġestjoni tal-kriżijiet u ta’ għajnuna umanitarja, il-prefinanzjament għandu jitqies li jirrappreżenta ammont sinifikanti jekk ikun ogħla minn EUR 750 000 għal kull ftehim fl-aħħar ta’ kull sena finanzjarja u jekk dan ikun għal proġetti li jdumu aktar minn 12-il xahar.

    Artikolu 4

    Irkupru ta’ interessi ġġenerati mill-prefinanzjament

    (Artikolu 5a tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirkupra għal kull perjodu ta’ rrapurtar wara l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni jew tal-ftehim l-ammont ta’ interessi ġġenerati minn ħlasijiet ta’ prefinanzjament li jeċċedu EUR 750 000 għal kull ftehim fl-aħħar ta’ kull sena finanzjarja.

    2.  L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jirkupra, għallinqas darba fis-sena, l-ammont ta’ interessi ġġenerati minn ħlasijiet ta’ prefinanzjament ta’ anqas minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni r-riskji assoċjati mal-kuntest tal-ġestjoni tiegħu u n-natura ta' l-azzjonijiet iffinanzjati.

    3.  L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirkupra l-ammont ta’ interessi ġġenerati mill-ħlasijiet ta’ prefinanzjament li jkunu ogħla mill-bilanċ ta’ l-ammonti dovuti kif imsemmija fl-Artikolu 5a(1) tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼M3

    Artikolu 4a

    Reġistrazzjoni fil-kontijiet ta’ interessi ġġenerati mill-prefinanzjament

    (Artikolu 5a tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-uffiċjali ta’ l-awtorizzazzjoni għandhom jiżguraw li, f'deċiżjonijiet jew ftehimiet ta’ għotja konklużi ma’ benefiċjarji u intermedjarji, il-prefinanzjament jitħallas f'kontijiet jew sub-kontijiet bankarji li jippermettu li jiġu identifikati l-fondi u l-interessi relatati. Altrimenti, il-metodi ta’ kontabilità tal-benefiċjarji jew l-intermedjarji għandhom jgħamluha possibbili li jiġu identifikati l-fondi mħallsa mill-Komunità u l-interessi jew benefiċċji oħra ġġenerati minn dawn il-fondi.

    2.  Fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 5a(1) tar-Regolament Finanzjarju, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jfassal qabel it-tmiem ta' kull sena finanzjarja estimi ta’ l-ammont ta’ kwalunkwe imgħax jew benefiċċju ekwivalenti ġġenerat minn dawn il-fondi u jistabbilixxi proviżjoni għal dak l-ammont. Dik il-proviżjoni għandha tiddaħħal fil-kontijiet u tiġi kklerjata permezz ta’ rkupru effettiv, wara l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni jew il-ftehim.

    Meta l-prefinanzjament isir mill-istess partita tal-baġit, skond l-istess att bażiku u lil benefiċjarji inklużi taħt l-istess proċedura ta' għotja, l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni jista' jagħmel stima waħda ta' ammonti li għandhom jitħallsu minn għadd ta' debituri.

    3.  L-Artikoli 3 sa 4a għandhom ikunu bla ħsara għall-inklużjoni tal-prefinanzjament fuq in-naħa ta’ l-assi ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji, kif stabbilit fir-regoli tal-kontabilità msemmija fl-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼B



    KAPITOLU 2

    Prinċipju ta' annwalita

    Artikolu 5

    Appropjazzjonijiet għas-sena Finanzjarja

    (L-Artikolu 8(3) tar-Regolament Finanzjarju)

    Is-somom kommessi u l-appropjazzjonijiet ta' pagament li jittieħdu għall-budget ta' sena finanzjarja u li jridu jintużaw dik is-sena iridu jkunu appropjazzjonijiet awtorizzati għal dik is-sena finanzjarja. L-appropjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja huma:

    (a) appropjazzjonijiet ipprovvduti fil-budget, inklużi budgets li jemendaw;

    (b) appropjazzjonijiet minn ta' qabel;

    (ċ) appropjazzjonijiet li saru skond ►M3  l-Artikoli 157 u 160a tar-Regolament Finanzjarju ◄ ;

    (d) appropjazzjonijiet ġejjin minn pagamenti akkont li tħallsu skond l-Artikolu 228;

    (e) appropjazzjonijiet li ngħataw fuq introjtu li sar matul is-sena finanzjarja jew matul snin finanzjarji ta' qabel u li ma ntużax.

    Artikolu 6

    Appropjazzjonijiet minn ta' qabel

    (L-Artikolu 9(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Is-somom kommessi msemmija fl-Artikolu 9(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jintrefgħu għas-sena ta' wara jekk ir-rabtiet ma setgħux isiru qabel il-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja minħabba raġunijiet li m'għandux x'jaqsam magħhom l-uffiċjal li jawtorizza u jekk il-fażijiet ta' tħejjija qegħdin ‘il quddiem biżżejjed li wieħed jista' jaħseb li r-rabta tilħaq issir sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara.

    2.  Il-fażijiet ta' tħejjija msemmijin fl-Artikolu 9(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju, li għandhom ikunu lesti sal-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja biex jitħallew jintrefgħu għas-sena ta' wara, huma:

    (a) għal rabtiet globali fis-sens ta' l-Artikolu 76 tar-Regolament Finanzjarju, l-adozzjoni ta' deċizjoni finanzjarja jew it-tmiem, sa dik id-data, ta' konsultazzjoni tad-dipartimenti ikkonċernati f'kull istituzzjoni għall-adozzjoni ta' dik id-deċiżjoni;

    (b) għal rabtiet individwali fis-sens ta' l-Artikolu 76 tar-Regolament Finanzjarju, il-fażi ta' tħejjija avvanzata tal-kuntratti jew ftehim. Din il-fażi avvanzata ta' tħejjija tal-kuntratti jew ftehim tfisser l-għeluq ta' l-għażla ta' l-appaltaturi potenzali jew tal-benefiċjarji.

    3.  Appropjazzjonijiet ġejjin minn qabel skond l-Artikolu 9(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju li ma jkunux intrabtu sal-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara jitħassru awtomatikament.

    Il-Kummissjoni tgħarraf lill-awtrotita tal-budget sal- ►M2  30 ta’ April ◄ dwar l-appropjazzjonijiet mħassrin hekk.

    4.  Appropjazzjonijiet ġejjin minn qabel skond l-Artikolu 9(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju jistgħu jintużaw sal-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja ta' wara.

    5.  Appropjazzjonijiet li jkunu ġejjin minn qabel iridu jkunu jidhru fil-kontijiet.

    6.  L-appropjazzjonijiet għal infiq tal-persunal imsemmi fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament Finanzjarju huma dawk għall-ħlas u konċessjonijiet għall-membri u persunal ta' l-istituzzjonijiet.

    ▼M2

    Artikolu 6a

    Wieħed minn kull tnax-il parti provviżorji

    (L-Artikolu 13(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    L-approprjazzjonijiet totali allokati tas-sena finanzjarja ta’ qabel, kif speċifikat fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Finanzjarju, għandu jinftiehem li jirreferi għall-approporjazzjonijiet għas-sena finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, wara aġġustament għat-trasferimenti magħmula matul dik is-sena finanzjarja.

    ▼B



    KAPITOLU 3

    (Kapitolu 4 tar-Regolament Finanzjarju)

    Prinċipju ta' l-unità ta' kontijiet

    ▼M2

    Artikolu 7

    Rata ta' kambjui bejn l-ewro u muniti oħrajn

    (L-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi li joħorġu mill-applikazzjoni tar-regoli fl-oqsma, il-kambju bejn l-ewro u muniti oħrajn għandu jsir bir-rata ta' dakinhar ta' l-ewro ippubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Fejn il-kambju bejn l-euro u munita oħra jkollu jsir mill-kuntratturi jew benefiċjarji, l-arranġamenti speċifiċi għall-konverżjoni inklużi fil-kuntratti ta' l-appalti, ftehimiet ta' għoti jew ftehimiet ta' finanzjament għandhom japplikaw.

    ▼M3

    1a  Sabiex ikun evitat li l-operazzjonijiet tal-kambju tal-muniti jkollhom impatt sinifikanti fuq il-livell ta’ kofinanzjament tal-Komunità jew impatt negattiv fuq il-baġit tal-Komunità, l-arranġamenti speċifiċi għall-konverżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistipulaw, jekk ikun xieraq, li r-rata tal-kambju bejn l-euro u muniti oħra tiġi kkalkulata bl-użu tar-rata tal-kambju medja ta’ kuljum f’perjodu partikolari.

    ▼M2

    2.  Jekk ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda rata tal-kambju tal-ġurnata ta’ l-euro fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-munita in kwistjoni, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu juża r-rata tal-kontabilità msemmija fil-paragrafu 3.

    3.  Għall-finijiet tal-kontijiet stipulati fl-Artikoli 132 sa 137 tar-Regolament Finanzjarju u soġġetta għall-Artikolu 213 ta’ dan ir-Regolament, qlib bejn l-euro u munita oħra għandu jsir bl-użu tar-rata mensili tal-kambju tal-kontabilità ta’ l-euro. Dik ir-rata tal-kambju tal-kontabilità għandha tiġi stabbilita mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni permezz ta’ kwalunkwe sors ta’ informazzjoni li jikkunsidra bħala serja, fuq il-bażi tar-rata tal-kambju fil-ġurnata tax-xogħol ta’ qabel ta’ l-aħħar tax-xahar ta’ qabel dak li għalih tkun ġiet stabbilita r-rata.

    Artikolu 8

    Rata li għandha tintuża għall-kambju bejn l-ewro u muniti oħrajn

    (L-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Bla preġudiżżju għal dispożizzjonijiet speċifiċi li joħorġu mill-applikazzjoni ta’ regolamenti dwar settur speċifiku, jew minn kuntratti speċifiċi ta’ appalt, ftehim ta’ għotjiet u ftehim finanzjarji, ir-rata li għandha tintuża għal qlib bejn l-euro u muniti oħra, f’każijiet fejn il-qlib isir mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, għandha tkun dik tal-ġurnata li fiha l-ordni għall-ħlas jew l-ordni għall-irkupru tkun tfasslet mid-dipartiment awtorizzanti.

    2.  Fil-każ ta’ kontijiet imprest f’euro, ir-rata li għandha tintuża għall-qlib bejn l-euro u muniti oħra għandha tkun stabbilita mid-data tal-ħlas mill-bank.

    3.  Għar-regolarizzazzjoni ta’ kontijiet imprest f’muniti nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju, ir-rata li għandha tintuża għall-qlib bejn l-euro u muniti oħra għandha tkun dik tax-xahar tan-nefqa mill-kont imprest ikkonċernat.

    4.  Għar-rimbors ta’ nefqa b’rata fissa, jew nefqa li toħroġ mir-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem: “Regolamenti ta’ l-Istaff”) li hi ffissata f’limitu, u li titħallas f’munita oħra li mhix l-euro, ir-rata li għandha tintuża għandha tkun dik fis-seħħ meta jsir effettiv id-dritt.

    ▼B

    Artikolu 9

    Tagħrif dwar trasferiment ta' flus mill-Kummissjoni bejn muniti differenti

    (L-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull tlett xhur il-Kummissjoni tibgħat rendikont lill-Istati Membri ta' trasferimenti li saru bejn muniti differenti.



    KAPITOLU 4

    (Kapitolu 5 tar-Regolament Finanzjarju)

    Prinċipju ta' universalita'

    Artikolu 10

    Struttura biex takkomoda dħul assenjat u provvediment ta' appropjazzjonijiet korrispondenti

    (L-Artikolu 18 of the Finanzjarju Regulation)

    1.  Bla ħsara għall-Artikolu 12 u 13, l-istruttura li takkomoda dħul assenjat fil-budget irid ikollha:

    (a) fir-rendikont tad-dħul ta' kull qasam ta' l-istituzzjoni, sezzjoni mill-budget biex tilqa' d-dħul:

    ▼M3

    (b) fid-dikjarazzjoni ta' l-infiq, ir-rimarki dwar il-baġit, inklużi rimarki ġenerali, għandhom juru liema linji jistgħu jirċievu l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu mad-dħul assenjat li jkunu saru disponibbli.

    Fil-każ imsemmi fil-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu, għandha ssir entrata nominali (p.m.) u d-dħul mistenni għandu jiddaħħal bħala tagħrif fir-rimarki.

    ▼B

    2.  L-appropjazzjonijiet li jikkorrispondu mad-dħul assenjat jistgħu isiru disponibbli kemm bħala somom kommessi kif ukoll bħala appropjazzjonijiet ta' pagament, meta l-istituzzjoni tirċievi l-pagament, ħlief fil-każ previst ►M3  fl-Artikoli 160(1a) u 161(2) tar-Regolament Finanzjarju ◄ . Isiru disponibbli awtomatikament, ħlief meta jitħallsu l-pagamenti akkont, imsemmijin fl-Artikolu 156 tar-Regolament Finanzjarju, u fil-każ ta' rettifika finanzjarja li għandhom x'jaqsmu mal-Fondi Strutturali.

    Artikolu 11

    Kontribuzzjonijiet minn Stati Membri għal programmi ta' riċerka

    (L-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati Membri biex iħallsu ċerti programmi supplimentari ta' riċerka, previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000, jitħallsu kif ġej:

    (a) seba' partijiet minn kull tnax tas-somma li tiddaħħal fil-budget għandhom jitħallsu sal-31 ta' Jannar tas-sena finanzjarja kurrenti;

    (b) il-kumplament jitħallas sal-15 ta' Lulju tas-sena finanzjarja kurrenti.

    2.  Fejn il-budget ma jkunx adottat qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, il-kontribuzzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 se jkunu bbażati fuq is-somma mdaħħla fil-budget għas-sena finanzjarja ta' qabel.

    3.  Kull kontribuzzjoni jew ħlas ieħor li l-Istati Membri iridu jagħmlu lill-budget jiddaħħal fil-kont jew kontijiet tal-Kummissjoni sa tletin jum mis-sejħa għall-fondi.

    4.  Il-pagamenti jitħallsu fil-kont previst fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 u jkun suġġett għall-kondizzjonijiet preskritti f'dak ir-Regolament.

    Artikolu 12

    Dħul assenjat li jirriżulta fil-partteċipazzjoni ta' Stati fl-EFTA f'xi programmi tal-Komunità

    (L-Artikolu 18(1)(d) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-istruttura tal-budget biex takkomoda lill-Istati fl-EFTA f'xi programmi tal-Komunità tkun kif ġej:

    (a) fir-rendikont ta' dħul, linja b'annotazzjoni nominali (p.m.) issir biex takkomoda l-ammont sħIħ tal-kontribuzzjoni ta' l-Istati fl-EFTA għas-sena finanzjarja partikolari. L-ammont stmat jintwera fir-rimarki tal-budget;

    (b) fir-rendikont ta' nfiq:

    (i) ir-rimarki għal kull linja li għandha x'taqsam ma' l-attivitajiet tal-Komunità li jieħdu sehem fihom l-Istati fl-EFTA jridu juru l-ammont stmat tal-parteċipazzjoni “għat-tagħrif”;

    (ii) l-Anness, li jifforma parti integrali mill-budget, jistabbilixxu l-linji kollha li jaqgħu taħthom l-attivitajiet tal-Komunità li jieħdu sehem fihom l-Istati fl-EFTA.

    L-Anness imsemmi f'punt (b)(ii) ta' l-ewwel sottoparagrafu jirrifletti u jagħmel parti minn l-istruttura li takkomoda l-appropjazzjonijiet li jikkorrispondu ma' tali parteċipazzjoni, kif previst fl-Artikolu 2, u biex tista' tkun issir in-nefqa.

    2.  Skond l-Artikolu 82 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), l-ammonti tal-parteċipazzjoni annwali ta' l-Istati fl-EFTA, kif ikkonfermati lill-Kummissjoni mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 1(5) tal-Protokoll 32 anness ma' dak il-Ftehim, joħroġ id-dispożizzjoni, fil-bidu tas-sena finanzjarja, ta' l-ammonti sħaħ ta' l-appropjazzjonijiet korrispondenti tar-rabtiet u tal-pagamenti.

    3.  Jekk, matul is-sena finanzjarja, appropjazzjonijiet oħrajn ikunu pprovduti fis-sezzjonijiet tal-budget bil-parteċipazzjoni ta' l-Istati fl-EFTA, mingħajr l-Istati fl-EFTA ma jkunu jistgħu, matul dik is-sena, li jirranġaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom skond ma jkun sar, biex jaqblu mal-“fattur ta' proporzjonalità” previst fl-Artikolu 82 tal-Ftehim dwar Iż-ZEE, il-Kummissjoni tista', bħala miżura temporanja u eċċezzjonali, tuża r-riżorsi tagħha ta' flus biex tiffinanzja minn qabel is-sehem ta' l-Istati fl-EFTA. Kull meta appropjazzjonijiet addizjonali ta' dan it-tip ikunu pprovduti, il-Kummissjoni, malajr kemm jista' jkun, trid titlob il-kontribuzzjonijiet korrispondenti mill-Istati fl-EFTA. Kull sena il-Kummissjoni tgħarraf lill-awtorità tal-budget dwar deċiżjonijiet ta' dan it-tip.

    Il-Finanzjament minn qabel ikun irregolarizzat malajr kemmjista' jkun fil-budget tas-sena finanzjarja ta' wara.

    4.  Skond l-Artikolu 18(1)(d) tar-Regolament Finanzjarju, il-kontribuzzjonijiet ta' l-Istati fl-EFTA jgħoddu bħala dħul assenjat. L-uffiċjal tal-kontijiet jaddotta miżuri xierqa biex jiżgura li l-użu tad-dħul minn dawn il-kontribuzzjonijiet u mill-appropjazzjonijiet korrispondenti jkunu ssorveljati separatament.

    Fir-rapport previst fl-Artikolu 131(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-kummissjoni trid turi il-fażi ta' l-implimentazzjoni għaliha, kemm fid-dħul kif ukoll fl-infiq, skond il-parteċipazzjoni ta' l-Istati fl-EFTA.

    Artikolu 13

    Qligħ minn sanzjonijiet imposti fuq Stati Membri iddikjarati li għandhom żbilanċ eċċessiv

    (L-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament Finanzjarju)

    L-istruttura tal-budget li takkomoda l-qligħ mis-sanzjonijiet imsemmijin fit-Taqsima 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 ( 11 ) se tkun kif ġej:

    (a) fir-rendikont tad-dħul anotazzjoni nominali (p.m.) tiddaħħal biex takkomoda l-imgħax fuq tali ammonti;

    (b) fl-istess waqt, u Bla ħsara għall-Artikolu 74 tar-Regolament Finanzjarju, meta dawk l-ammonti jiddaħħlu fir-rendikont tad-dħul, joħroġ il-provvediment, fir-rendikont ta' l-infiq, tas-somom kommessi u ta' l-appropjazzjonijiet ta' pagament. Dawn l-appropjazzjonijiet isiru skond l-Artikolu 17 tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼M3

    Artikolu 13a

    Spejjeż li jirriżultaw meta jkunu aċċettati donazzjonijiet lill-Komunitajiet

    (Artikolu 19 tar-Regolament Finanzjarju)

    Għall-fini ta' l-awtorizzazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tagħmel stima u tispjega kif xieraq l-ispejjeż finanzjarji, inklużi dawk li jirriżultaw minn prosegwiment tax-xogħol, ikkawżati mill-aċċettazzjoni ta' donazzjonijiet li jsiru lill-Komunitajiet.

    ▼M3

    Artikolu 14

    Approvazzjoni tal-ħlas ta' l-ammont nett

    (Artikolu 20(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    Skond l-Artikolu 20(1) tar-Regolament Finanzjarju, it-tnaqqis li ġej jista' jsir minn talbiet għal pagament, fatturi jew dikjarazzjonijiet, li mbagħad jiġu proċessati għall-ħlas ta’ l-ammont nett:

    (a) pieni imposti fuq partijiet għal kuntratti ta' xiri jew ftehim ta' għotjiet;

    (b) skontijiet, rifużjonijiet u tnaqqis fuq fatturi individwali u talbiet għal ħlas;

    (c) imgħax iġġenerat minn ħlasijiet ta’ prefinanzjament, kif imsemmi fl-Artikolu 5a(1), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼B

    Artikolu 15

    Kontijiet għat-taxxi rikoverabbli

    (L-Artikolu 20(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull taxxa li trid titħallas mill-Komunitajiet taħt l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Finanzjarju trid tiddaħħal f'kont temporanju sakemm tingħata lura mill-Istati kkonċernati.



    KAPITOLU 5

    (Kapitolu 6 tar-Regolament Finanzjarju)

    Prinċipju ta' Speċifikazzjoni

    ▼M3 —————

    ▼M3

    Artikolu 17

    Regoli dwar il-kalkolu tal-perċentwali fuq it-trasferimenti ta' l-istituzzjonijiet minbarra l-Kummissjoni

    (Artikolu 22 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-perċentwali msemmija fl-Artikoli 22 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu kkalkulati fil-waqt li tkun saret it-talba għat-trasferiment u b’referenza għall-approporjazzjonijiet stipulati fil-baġit, inklużi l-baġits ta’ emenda.

    2.  L-ammont li għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni għandu jkun l-ammont tat-trasferimenti li għandhom isiru fuq il-linja li minnha jkunu qed isiru t-trasferimenti, wara aġġustament għat-trasferimenti li jkunu saru qabel.

    L-ammont li jikkorrispondi mat-trasferimenti li jistgħu jitwettqu b’mod awtonomu mill-Istituzzjoni kkonċernata mingħajr deċiżjoni ta’ l-awtorità tal-baġit ma għandux jittieħed f’kunsiderazzjoni.

    ▼M3

    Artikolu 17a

    Regoli dwar il-kalkolu tal-perċentwali fuq it-trasferimenti tal-Kummissjoni

    (Artikolu 23 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-perċentwali msemmija fl-Artikoli 23(1) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu kkalkulati fil-waqt li tkun saret it-talba għat-trasferiment u b’referenza għall-approprjazzjonijiet ipprovduti fil-baġit, inklużi l-baġits ta’ emenda.

    2.  L-ammont li għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni għandu jkun l-ammont tat-trasferimenti li għandhom isiru fuq il-linja li minnha jew lejha jkunu qed isiru t-trasferimenti, wara aġġustament għat-trasferimenti li jkunu saru qabel.

    L-ammont li jikkorrispondi mat-trasferimenti li jistgħu jitwettqu b’mod awtonomu mill-Istituzzjoni kkonċernata mingħajr deċiżjoni ta’ l-awtorità tal-baġit ma għandux jittieħed f’kunsiderazzjoni.

    ▼B

    Artikolu 18

    Nefqa Amministrattiva

    (L-Artikolu 23 Tar-Regolament Finanzjarju)

    In-nefqa msemmija f'punt (b) ta' l-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Finanzjarju, tkopri l-oġġetti msemmijin fl-Artikolu 27 għal kull żona ta' politika.

    Artikolu 19

    Bażi għal talbiet ta' trasferiment ta' appropjazzjonijiet

    (L-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament Finanzjarju)

    Proposti għal trasferimenti u l-informazzjoni kollha għall-awtorità tal-budget dwar trasferimenti li saru taħt l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament Finanzjarju irid ikollhom magħhom dokumenti addattati u ddettaljati li jsostnu l-implimentazzjoni ta' l-appropjazzjonijiet u l-istimi ta' ħtiġiet sat-tmiem ta' dik is-sena finanzjarja, kemm għal-linji li se jkunu ttrasferiti l-appropjazzjonijiet għal go fihom kif ukoll għal-linji li l-appropjazzjonijiet jittieħdu minnhom.

    Artikolu 20

    Bażi għal talbiet għal trasferimenti mir-riservi ta' għajnuna f'emerġenza

    (L-Artikolu 26 tar-Regolament Finanzjarju)

    Proposti għat-trasferiment biex ikunu jistgħu jintużaw ir-riservi ta' għajnuna f'emerġenza, imsemmija ►M3  Artikolu 26 tar-Regolament Finanzjarju ◄ , irid ikollhom magħhom dokumenti addattati u iddettaljati li jsostnu:

    (a) għal-linja li t-trasferiment sar għal ġo fiha, l-iktar tagħrif riċenti li hemm għall-implimentazzjoni ta' l-appropjazzjonijiet u l-istima tal-ħtiġiet sa l-aħħar tas-sena finanzjarja;

    (b) għal-linji kollha li jirreferu għal azzjonijiet esterni, l-implimentazzjoni ta' appropjazzjonijiet sa l-aħħar tax-xahar ta' qabel it-talba għat-trasferiment u l-istima tal-ħtiġiet sa l-aħħar tas-sena finanzjarja, inkluż tqabbil ma' l-istima inizjali;

    (ċ) analiżi tal-possibbilitajiet ta' riallokazzjoni ta' appropjazzjonijiet.



    KAPITOLU 6

    (Kapitolu 7 tar-Regolament Finanzjarju)

    Prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba

    ▼M2

    Artikolu 21

    Evalwazzjoni

    (L-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-proposti kollha għal programmi jew attivitajiet li jagħtu lok għal nefqa tal-baġit għandhom ikunu suġġetti għal valutazzjoni ex ante, li għandha tindirizza:

    (a) il-bżonn li għandu jintlaħaq fit-terminu qasir jew twil;

    (b) il-valur miżjud ta’ involviment tal-Komunità;

    (c) l-għanijiet li għandhom jinkisbu;

    (d) l-għażliet tal-politika disponibbli, inklużi r-riskji assoċjati magħhom;

    (e) ir-riżultati u impatti mistennija, b’mod partikulari impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u l-indikaturi u l-arranġament ta’ l-evalwazzjoni meħtieġa biex jiġu mkejla;

    (f) l-aktar metodu xieraq ta’ implimentazzjoni għall-għażla(għażliet) preferuti;

    (g) il-koerenza interna tal-programm jew attività proposta u r-relazzjonijiet tagħha ma’ strumenti oħra rilevanti;

    (h) il-volum ta’ approporjazzjonijiet, riżorsi umani u nefqa oħra amministrattiva li għandu jiġi allokat b'kunsiderazzjoni dovuta għall-prinċipju ta’ l-effikaċja ta’ l-ispiża;

    (i) il-leżżjonijiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat.

    2.  Il-proposta għandha tistabbilixxi l-arranġamenti għall-monitoraġġ, rapportaġġ u valutazzjoni, billi tieħu f’kunsiderazzjoni r-responsabbiltajiet rispettivi tal-livelli kollha tal-gvern li għandhom ikunu involuti fl-implimentazzjoni tal-programm jew attività proposta.

    3.  Il-programmi jew attivitajiet kollha, inklużi proġetti bi prova u azzjonijiet ta’ tħejjija, fejn ir-riżorsi mobilizzati jaqbżu l-EUR 5 000 000, għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni interim u/jew ex post tar-riżorsi umani u finanzjarji allokati u r-riżultati akkwistati sabiex jiġi vverifikat li dawn kienu konsistenti ma’ l-għanijiet stabbiliti, kif ġej:

    (a) ir-riżultati miksuba fit-twettiq ta’ programm multiannwali għandhom ikunu valutati perjodikament skond skeda li tippermetti li jittieħdu f’kunsiderazzjoni s-sejbiet ta’ dik il-valutazzjoni għal kull deċiżjoni dwar it-tiġdid, modifika jew sospensjoni tal-programm;

    (b) attivitajiet iffinanzjati fuq bażi annwali għandhom ikollhom ir-riżultati tagħhom valutati mill-anqas kull sitt snin.

    Il-punti (a) u (b) ta’ l-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għal kull wieħed mill-proġetti jew azzjonijiet imwettqa fi ħdan l-attivitajiet li għalihom il-ħtieġa tista' tintlaħaq mir-rapporti finali mibgħuta mill-korpi li wettqu l-azzjoni.

    4.  Il-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandhom ikunu proporzjonati għar-riżorsi mobilizzati għall-programm u l-impatt tal-programm jew l-attività kkonċernata.

    ▼B

    Artikolu 22

    Rendikont finanzjarju

    (L-Artikolu 28 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.   ►M3  ————— ◄

    Ir-rendikont finanzjarju irid ikollu fih it-tagħrif finanzjarju u ekonomiku biex l-awtorità leġislattiva tara hemmx bżonn ta' azzjoni mill-Komunità. Irid jagħti tagħrif xieraq dwar qbil ma' strumenti finanzjarji oħrajn u xi sinerġiji li jista' jkun hemm.

    Meta jkun hemm operazzjonijiet itwal ta' ħafna snin, ir-rendikont irid ibassar il-ħtiġiet ta' kull sena f'dawk li huma appropjazzjonijiet u impjiegi u stima ta' l-impatt finanzjaru tagħhom fil-futur mhux imbiegħed wisq.

    2.  Biex ma jkunx hemm riskju ta' frodi jew irregolaritajiet li jistgħu jolqtu ħażin il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, ir-rendikont finanzjarju irid jagħti tagħrif dwar miżuri li hemm u miżuri ippjanati biex ma ssirx frodi u miżuri ta' protezzjoni.

    ▼M3

    Artikolu 22a

    Definizzjoni ta’ kontroll intern effettiv u effiċjenti

    (Artikolu 28a(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-kontroll intern effettiv huwa bbażat fuq l-aħjar prattika internazzjonali u jinkludi b’mod partikolari:

    (a) is-segregazzjoni tad-dmirijiet,

    (b) strateġija xierqa ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskju inklużi kontrolli fuq il-livell tal-benefiċjarju;

    (c) l-evitar ta’ kunflitti ta’ interessi;

    (d) traċċabilità adegwata għall-verifika (adequate data trails) u integrità tad-data f’sistemi tad-data;

    (e) proċeduri għall-monitoraġġ tar-riżultati u għat-tkomplija tal-ħidma fuq dgħufijiet u eċċezzjonijiet fil-kontroll intern li jkunu identifikati;

    (f) evalwazzjonijiet perjodiċi tat-tħaddim tajjeb tas-sistema tal-kontroll.

    2.  Kontroll intern effiċjenti huwa bbażat fuq l-elementi li ġejjin:

    (a) l-implimentazzjoni ta' strateġiji xierqa tal-kontroll u l-ġestjoni tar-riskju kkoordinati fost parteċipanti xierqa involuti fil-katina tal-kontroll;

    (b) l-aċċessibilità tar-riżulati tal-kontroll għall-operaturi relevanti kollha involuti fil-katina tal-kontroll;

    (c) l-applikazzjoni f’waqtha ta’ miżuri korrettivi inklużi, fejn xieraq, penali dissważivi;

    (d) leġiżlazzjoni ċara u mhux ambigwa bħala bażi tal-politika;

    (e) l-eliminazzjoni tal-kontrolli multipli;

    (f) il-prinċipju tat-titjib tal-proporzjon ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli.

    ▼B



    KAPITOLU 7

    (Kapitolu 8 tar-Regolament Finanzjarju)

    Prinċipju tat-trasparenza

    ▼M3

    Artikolu 23

    Pubblikazzjoni proviżorja tal-baġit

    (Artikolu 29 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn erba' ġimgħat mill-adozzjoni finali tal-baġit, iċ-ċifri finali dettaljati tal-baġi għandhom jiġu ppubblikati fil-lingwi kollha fuq is-sit ta' l-internet ta' l-istituzzjonijiet, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, sakemm ikunu ppubblikati uffiċjalment fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    ▼B



    TITOLU III

    STABBILIMENT U STRUTTURA TAL-BUDGET



    KAPITOLU 1

    Stabbiliment tal-budget

    Artikolu 24

    Daħla ġenerali għall-abbozz preliminari tal-budget

    (L-Artikolu 33 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-Kummissjoni għandha tħejji d-daħla ġenerali ta' l-abbozz preliminari tal-budget.

    Kull waħda mit-taqsimiet ta' l-abbozz preliminari tal-budget irid ikollha qabilha daħla mill-istituzzjoni ikkonċernata.

    Id-daħla ġenerali jrid ikollha:

    (a) listi finanzjarji li jkopru l-budget kollu;

    (b) rigward it-Titoli fit-taqsima tal-Kummissjoni:

    (i) deskrizzjoni tal-politika li turi intitolament għall-appropjazzjonijiet li qed jintalbu, b'konsiderazzjoni xierqa għall-prinċipji u ħtiġiet preskritti fl-Artikoli 27 u 33(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju;

    (ii) il-bażi għall-bidliet fl-appropjazzjonijiet minn sena finanzjarja għall-oħra.

    Artikolu 25

    Dokumenti ta' gwida li jappoġġaw l-abbozz preliminari tal-budget

    (L-Artikoli 30 u 33 tar-Regolament Finanzjarju)

    Id-dokumenti ta' gwida li ġejjin se jkunu pprovvduti biex jappoġġaw lill-abbozz preliminari tal-budget:

    (a) dwar il-persunal ta' l-istituzzjoni:

    (i) dikjarazzjoni tal-politika għall-persunal permanenti u temporanju;

    ▼M3

    (ii) għal kull kategorija ta’ staff, skema ta’ l-organizzazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol stabbiliti fil-baġit u persuni li jokkupqw postijiet fil-bidu tas-sena li fiha jkun ippreżentat l-abbozz preliminari tal-baġit, li tindika d-distribuzzjoni tagħhom skond il-grad u l-unità amministrattiva;

    ▼B

    (iii) meta ssir proposta biex jinbidel in-numru ta' nies fil-post trid issir dikjarazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw il-bidla;

    (iv) lista ta' postijiet maqsumin skond iż-żona ta' politika;

    (b) dikjarazzjoni dettaljata tal-politika ta' self;

    (ċ) għal sussidji lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament Finanzjarju irid ikun hemm stima ta' dħul u nfiq ipprefazjata b'memorandum ta' spjega mħejji mill-entitajiet ikkonċernati, u għall-Iskejjel Ewropej, rendikont li juri dħul u nfiq u n-nota ta' dħul ikollha memorandum ta' spjega.

    Artikolu 26

    Abbozz preliminari li jemenda l-budgets

    (L-Artikolu 37(1) tar-Regolament Finanzjarju

    Abbozz preliminari li jemenda l-budgets irid ikollu miegħu dikjarazzjonijiet tal-bażi għal u tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-budget fis-sena finanzjarja kurrenti u dik ta' qabilha li kien hemm meta dawn kienu stabbiliti.



    KAPITOLU 2

    Struttura u preżentazzjoni tal-budget

    Artikolu 27

    Appropjazzjonijiet amministrattivi

    (L-Artikolu 41 tar-Regolament Finanzjarju)

    Meta r-rendikont ta' l-infiq ikun ippreżentat f'nomenklatura mibnija skond l-iskop ta' l-infiq, appropjazzjonijiet amministrattivi jridu jkunu maqsumin taħt intestaturi separati skond il-klassifikazzjoni li ġejja:

    (a) infiq tal-persunal skond il-pjan stabbilit: irid ikun hemm ammont ta' appropjazzjonijiet u għadd ta' mpjiegi li jikkorispondu ma' l-infiq;

    (b) infiq fuq persunal mhux tad-dipartiment (persunal awżiljarju u persunal ta' aġenzija) u nfiq ta' treġija (inklużi spejjeż ta' rappreżentazzjoni u laqgħat);

    (ċ) nfiq fuq bini u nfiq relatat, inklużi tindif u manutenzjoni, kiri, telekomunikazzjonijiet, ilma, gass u elettriku;

    (d) infiq ta' sosteniment.

    L-infiq amministrattiv tal-Kummissjoni li tista' taqa' taħt l-intestaturi kollha trid tkun miktuba għaliha f'rendikont għalih imqassar ikklassifikat skond it-tip.

    Artikolu 28

    Infiq effettiv fl-aħħar sena finanzjarja li l-kontijiet tagħha ngħalqu

    (L-Artikolu 46(1)(e) tar-Regolament Finanzjarju)

    Biex ikun stabbilit il-budget, infiq effettiv fl-aħħar sena finanzjarja li l-kontijiet tagħha ngħalqu ikun iddeterminat kif ġej:

    (a) f'rabtiet: rabtiet imdaħħlin fil-kontijiet tul is-sena finanzjarja kontra appropjazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja kif iddefinit fl-Artikolu 5;

    (b) f'pagamenti: pagamenti li saru f'dik is-sena finanzjarja, jiġifieri, pagament li ntbagħat il-bank, kontra appropjazzjonijiet għal dik is-sena finanzjarja kif iddefinit fl-istess artikolu.

    Artikolu 29

    Rimarki ta' budget

    (L-Artikolu 46(1)(g)tar-Regolament Finanzjarju)

    Ir-rimarki tal-budget jinkludu:

    (a) ir-referenzi ta' l-att bażiku, fejn hemm wieħed;

    (b) l-spjegazzjonijiet kollha xierqa dwar in-natura u l-iskop ta' l-appropjazzjonijiet.

    Artikolu 30

    Pjan ta' Stabbiliment

    (L-Artikolu 46(1)(3)(a) tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-persunal ta' l-aġenzija fornitriċi jidher għalih fil-pjan ta' stabbiliment tal-Kummissjoni.



    TITOLU IV

    IMPLIMENTAZZJONI TAL-BUDGET



    KAPITOLU 1

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    ▼M3 —————

    ▼B

    Artikolu 32

    L-ogħla ammonti għal skemi sperimentali u azzjonijiet preparattivi

    ( ►M3  L-Artikolu 49(6)(a) u (b) ◄ tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-ammont totali ta' appropjazzjonijiet għall-iskemi sperimentali msemmija ►M3  fl-Artikolu 49(6)(a) ◄ tar-Regolament Finanzjarju ma jistax ikun ikbar minn ►M3  EUR 40 miljun ◄ fl-ebda sena tal-budget.

    2.  L--ammont totali ta' appropjazzjonijiet għal azzjonijiet preparatorji ġodda msemmijia fl- ►M3  Artikolu 49(6)(b) ◄ ma jistax ikun ikbar minn ►M3  EUR 50 miljun ◄ fl-ebda sena tal-budget, u l-ammont totali ta' l-appropjazzjonijiet effettivament marbutin għall-azzjonijiet preparatorji ma jistgħux jaqbżu ►M3  l-EUR 100 miljun ◄ .

    ▼M3

    Artikolu 32a

    (Miżuri ta' tħejjija fil-qasam tal-PESK)

    (Artikolu 49(6)(c) tar-Regolament Finanzjarju)

    L-iffinanzjar ta' miżuri li jiddeċiedi dwarhom il-Kunsill għat-tħejjija ta' operazzjonijiet ta' l-UE ta' ġestjoni ta' kriżijiet taħt it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu jkopri spejjeż inkrimentali li jirriżultaw direttament minn dispjegament speċifiku fuq il-post ta' missjoni jew grupp li jinvolvi inter alia persunal mill-Istituzzjonijiet (inklużi assigurazzjoni ta' riskju għoli, spejjeż ta' l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni, ħlas per diem).

    ▼B

    Artikolu 33

    Poteri Speċifiċi tal-Kummissjoni taħt it-Trattati

    ( ►M3  L-Artikolu 49(6)(d) ◄ tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-Artikoli tat-Trattat tal-KE li jistgħu jagħtu poteri direttament lill-Kummissjoni huma li ġejjin:

    (a) l-Artikolu 138 (djalogu soċjali);

    (b) l-Artikolu 140 (studji, fehmiet u konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet soċjali);

    (ċ) l-Artikolu 143 u145 (rapport speċjali dwar kwistjonijiet soċjali);

    (d) l-Artikolu 152(2) (inizjattivi biex iġibu ‘l quddiem kordinazzjoni f'kwistjonijiet ta' ħarsien tas-saħħa);

    (e) l-Artikolu 155(2) (inizjattivi biex iġibu ‘l quddiem kordinazzjoni dwar in-networks trans-Ewropew);

    (f) l-Artikolu 157(2) (inizjattivi biex iġibu ‘l quddiem kordinazzjoni dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar-relazzjonijiet fl-industrija);

    (g) l-Artikolu 159, it-tieni paragrafu (rapport fuq il-progress li qed isir lejn għaqda ekonomika u soċjali);

    (h) l-Artikolu 165(2) (inizjattivi biex Iġibu ‘l quddiem kordinazzjoni fuq riċerka u żvilupp teknoloġiku);

    (i) l-Artikolu 173 (rapport fuq ir-riċerka u żvilupp teknoloġiku);

    (j) l-Artikolu 180(2) (inizjattivi biex Iġibu ‘l quddiem kordinazzjoni ta' żvilupp ta' politika ta' koperazzjoni).

    2.  L-Artikolu tat-Trattat ta' l-Euratom li jagħti poteri direttament lill-Kummissjoni huma li ġejjin:

    (a) l-Artikolu 70 (appoġġ finanzjarju, fil-limiti imposti mill-budget, għall-programmi ta' prospezzjoni fit-territorji ta' l-Istati Membri);

    (b) l-Artikolu 77 et seq. (salvagwardji).

    3.  fil-preżentazzjoni ta' abbozz preliminari tal-budget, jistgħu jiżdiedu d-dettalji fil-listi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, b'indikazzjoni ta' l-artikoli in kwistjoni u l-ammonti involuti.

    Artikolu 34

    Definizzjoni ta' konflitt ta' interessi

    (L-Artikolu 52(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Atti li jistgħu ikunu kompromessi b'konflitt ta' interessi fis-sens ta' l-Artikolu (52(2) tar-Regolament Finanzjarju jistgħu, fost affarijiet oħrajn, ikunu kif ġej:

    (a) l-għoti ta' vantaġġi diretti jew indiretti mhux iġġustifikat;

    (b) rifjut li benefiċjarju jingħata drittijiet jew vantaġġi li hu intitolat għalihom;

    (ċ) Għemil ta' atti li m'għandhomx isiru jew atti ħżiena jew nuqqas ta' għemil ta' atti li huma obbligatorji.

    2.  L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 52(1) tar-Regolament Finanzjarju tkun is-superjur ġerarkiku tal-membru tal-persunal imdaħħal. Is-superjur ġerarkiku jikkonferma bil-miktub jekk hemmx konflitt ta' interessi.

    ▼M3

    3.  Għandu jitqies li jeżisti kunflitt ta’ interessi jekk applikant, kandidat jew dak li jkun tefa' l-offerta jkun membru tal-Persunal kopert mir-Regolamenti dwar il-Persunal, sakemm il-parteċipazzjoni tiegħu f’din il-proċedura ma tkunx ġiet awtorizzata minn qabel mis-superjur tiegħu.

    ▼B



    KAPITOLU 2

    Metodi ta' implimentazzjoni



    Taqsima 1

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    ▼M3

    Artikolu 35

    Kontrolli li għandhom isiru mill-Kummissjoni

    (Artikoli 53d, 54(2)(c) u 56 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Deċiżjonijiet li jafdaw inkarigi eżekuttivi lill-entitajiet jew persuni msemmija fl-Artikolu 56 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jinkludu l-arranġamenti xierqa kollha biex tiġi żgurata t-trasparenza ta’ l-operazzjonijiet imwettqa.

    Il-Kummissjoni għandha teżamina dawn l-arranġamenti kif ikun meħtieġ kull meta jkun kemm tibdiliet sostanzjali fil-proċeduri jew sistemi applikati minn dawn l-entitajiet jew persuni sabiex tiżgura konformità kontinwa mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 56.

    2.  L-entitajiet jew persuni kkonċernati għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, f'perjodu ta' żmien speċifiku, bi kwalunkwe informazzjoni li din titlob u għandhom jgħarrfuha bla dewmien bi kwalunkwe tibdiliet fil-proċeduri jew sistemi tagħhom.

    Il-Kummissjoni għandha, kif ikun xieraq, tistabbilixxi dawk l-obbligi fl-istrumenti ta' delega jew fil-ftehimiet konklużi ma' dawk l-entitajiet jew persuni.

    3.  Il-Kummissjoni tista’ taċċetta li l-proċeduri ta’ xiri tal-korpi msemmija fl-Artikoli 54(2)(c) u tal-benefiċjarji li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 166(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju huma ekwivalenti għal dawk tagħha stess, fir-rispett dovut ta’ l-istandards aċċettati internazzjonalment.

    4.  Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit b’ġestjoni konġunta, ikunu jgħoddu l-ftehimiet ta’ verifikazzjoni milħuqa ma' l-organizzazzjonijiet ikkonċernati.

    5.  Il-verifika esterna indipendenti li msemmija fl-Artikolu 56(1)(d) tar-Regolament Finanzjarju għandha għallinqas tkun servizz ta' verifika funzjonalment indipendenti mill-entità li lilha l-Kummissjoni tafda l-inkarigi ta' l-implimentazzjoni u għandha twettaq id-dmirijiet tagħha skond l-istandards tal-verifika aċċettati internazzjonalment.

    ▼M3

    Artikolu 35a

    Miżuri sabiex tiġi promossa l-aħjar prattika

    (Artikolu 53b tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-Kummissjoni tiġbor reġistru ta' entitajiet responsabbli għall-attivitajiet ta' ġestjoni, ċertifikazzjoni u verifika taħt ir-regolamenti speċifiċi għas-settur. Sabiex jiġu promossi l-aħjar prattiċi fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u l-Fond Ewropew tas-Sajd, il-Kummissjoni tpoġġi għad-dispożizzjoni ta' dawk responsabbli għall-attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll gwida metodoloġika li tippreżenta l-istrateġija u metodoloġija tagħha tal-kontroll, inklużi listi ta' kontroll, u eżempji ta' prattiċi tajba li ġew identifikati.

    ▼B



    Taqsima 2

    Dispożizzjonijiet Speċjali

    Artikolu 36

    Treġija diretta iċċentralizzata

    ( ►M3  L-Artikolu 53a ◄ tar-Regolament Finanzjarju)

    Meta l-Kummissjoni timplimenta l-budget b'mod ċentralizzat u dirett fid-dipartimenti tagħha stess, il-kompiti ta' ċentralizzazzjoni isiru mill-aġenti finanzjarji skond it-tifsira ta' l-Artikoli 58 sa 68 tar-Regolament Finanzjarju u skond il-kondizzjonijiet preskritti f'dan ir-regolament.

    Artikolu 37

    Eserċitazzjoni tal-poteri mgħoddija lill-aġenziji eżekuttivi

    (L-Artikoli 54(2)(a) u 55(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Deċiżjonijiet biex ikunu delegati poteri lill-aġenziji eżekuttivi jawtoriżżawhom, bħala uffiċjali li jawtorizzaw b'delegazzjoni, li jimplimentaw appropjazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-programm tal-Komunità, li huma inkarigati bit-treġija tiegħu.

    ▼M3 —————

    ▼B

    3.  Id-dokument tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni jkollu l-istess dispożizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 39(2). Ikun aċċettat formalment bil-miktub mid-direttur f'isem l-aġenzija eżekuttiva.

    ▼M3

    Artikolu 38

    Eliġibilità ta’ korpi nazzjonali jew internazzjonali tas-settur pubbliku jew entitajiet tal-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku għad-delegazzjoni ta’ poteri u kundizzjonijiet relatati magħhom

    (l-Artikolu 54(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-Kummissjoni tista’ tiddelega inkarigi li jinvolvu l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika lil:

    (a) korpi internazzjonali tas-settur pubbliku;

    (b) korpi nazzjonali tas-settur pubbliku jew entitajiet tal-liġi privata b’missjoni ta’ settur pubbliku li jkunu rregolati mil-liġi ta’ wieħed mill-Istati Membri, wieħed mill-Istati taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew wieħed mill-pajjiżi li li huma kandidati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea jew, jekk ikun xieraq, mil-liġi ta’ kwalunkwe Stat ieħor.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-entitajiet imsemmija fil-Paragrafu 1 joffru garanzija finanzjarja xierqa, preferibilment minn awtorità pubblika, b'mod partikolari dwar l-irkupru sħiħ ta' l-ammonti dovuti lill-Kummissjoni.

    3.  Meta l-Kummissojni tkun qed tippjana li tafda inkarigi li jinvolvu l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika, b'mod partikolari inkarigi ta' implimentazzjoni tal-baġit, lil xi korp imsemmi fil-punt (c) ta' l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Finanzjarju, għandha tanalizza l-konformità mal-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effikaċja u l-effiċjenza.

    Artikolu 39

    Nomina ta' entitajiet nazzjonali jew internazzjonali tas-settur pubbliku jew entitajiet tal-liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku

    (Artikolu 54(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼B

    1.  L-entitajiet nazzjonali fis-settur pubbliku jew entitajiet privati b'missjoni ta' servizz pubbliku ikunu rregolati mil-liġi ta' l-iStat Membru jew il-pajjiż li jkunu twaqqfu fih.

    2.   ►M3  Dawn il-korpi, entitajiet jew korpi internazzjonali tas-settur pubbliku għandhom jintgħażlu b’mod oġġettiv u trasparenti, skond il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, biex ikunu jikkonformaw ma’ l-obbligi ta’ implimentazzjoni identifikati mill-Kummissjoni. ◄ Fl-għażla ma jistax ikun hemm diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri jew il-pajjiżi mdaħħlin.

    3.  Fil-każ ta' network ta' treġija fejn hemm bżonn in-nomina ta' mill-inqas entità waħda minn Stat Membru jew pajjiż imdaħħal, l-entità tkun innominata mill-iStat Membru jew pajjiż imdaħħal skond id-dispożizzjonijiet ta' l-att bażiku.

    ▼M3

    F'kull każ ieħor, il-Kummissjoni għandha tinnomina dawn il-korpi jew entitajiet bi qbil ma' l-Istati Membri jew pajjiżi kkonċernati.

    ▼M3

    4.  Meta l-Kummissjoni tafda inkarigi ta’ implimentazzjoni lil entitajiet taħt punt (c) ta' l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Finanzjarju, hija għandha tinforma ta’ kull sena lill-awtorità leġiżlattiva dwar il-każijiet u l-entitajiet ikkonċernati billi tipprovdi motivazzjoni proporzjonata għall-użu ta' dawn l-entitajiet.

    Artikolu 39a

    Persuni fdati bil-ġestjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skond it-Titolu V tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea

    (L-Artikolu 54(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju)

    Persuni fdati bil-ġestjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi kif imsemmija fil-punt (d) ta’ l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Finanzjarju għandhom iwaqqfu l-istrutturi u l-proċeduri xierqa sabiex jassumu r-responsabbiltà għall-fondi li dawn ikunu se jamministraw. Dawn il-persuni għandu jkollhom l-istatus ta’ Konsulenti Speċjali tal-Kummissjoni dwar il-Politika Komuni Ewropea Barranija u tas-Sigurtà (CFSP) skond l-Artikoli 1 u 5 tal-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

    ▼B

    Artikolu 40

    Osservanza tar-regoli tal-ksib

    (L-Artikolu 57 tar-Regolament Finanzjarju)

    Meta l-Kummissjoni tafda lil entitajiet privati b'kompiti skond l-Artikolu 57(2) tar-Regolament Finanzjarju, trid tikkonkludi kuntratt skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu V ta' l-Ewwel Parti tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼M3

    Artikolu 41

    Arranġamenti ddettaljati għall-ġestjoni ċentralizzata indiretta

    (Artikoli 54(2)(b), (c) u (d) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Meta l-Kummissjoni tafda inkarigi ta’ implimentazzjoni lil korpi, entitajiet jew persuni taħt il-punti (b), (c) u (d) ta’ l-Artikolu 54(2) tar-Regolament Finanzjarju, din għandha tikkonkludi ftehim magħhom li jistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi u l-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni.

    ▼B

    2.  Il-Ftehim imsemmi fil-Paragrafu 1 irid jinkludi d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a) definizzjoni tal-kompiti assenjati;

    (b) il-kondizzjonijiet u arranġamenti iddettaljati biex isiru l-kompiti, ukoll dispożizzjonijiet xierqa biex ikunu magħrufa r-risponsibbiltajiet u jkunu organizzati l-kontrolli li jridu jsiru;

    (ċ) ir-regoli dwar ir-rapporti lill-Kummissjoni dwar kif għandhom isiru l-kompiti;

    (d) il-kondizzjonijiet li taħthom jieqfu jsiru l-kompiti;

    (e) l-arranġamenti iddettaljati għall-iskrutinju mill-Kummissjoni;

    (f) il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu ta' kontijiet bankarji isseparati, ta' min hu l-imgħax u kif dan jintuża';

    (g) id-dispożizzjonijiet li jiggarantixxu d-deher ta' l-azzjoni tal-Komunità dwar l-attivitajiet l-oħrajn ta' l-entità;

    (h) wegħda li ma jsirux atti li jistgħu iqajmu konflitt ta' interess fis-sens ta' l-Artikolu 52(2) tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼M3

    3.  L-aġenziji, entitajiet jew persuni msemmija fil-paragrafu 1 m'għandux ikollhom l-istatus ta' uffiċjali li jawtorizzaw b delega.

    ▼B

    Artikolu 42

    Proċeduri ta' clearance ta' kontijiet fi treġija konġunta jew iddeċentralizzata

    ( ►M3  L-Artikoli 53b u 53c ◄ tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-iskop tal-proċedura tal-clearance tal-kontijiet imsemmija ►M3  fl-Artikoli 53b u 53c ◄ tar-Regolament Finanzjarju ikun li jiżgura li l-infiq ta' l-Istati membri fil-kuntest ta' treġija konġunta jew minn terzi pajjiżi fil-kuntest ta' treġija iddeċentralizzata u li tista' titħallas mill-budget tal-Komunità tkun kif suppost u taqbel mar-regoli tal-Komunità li jgħoddu.

    2.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fir-regoli ta' l-oqsma, il-proċedura tal-clearance tal-kontijiet ikollha:

    (a) dikjarazzjoni ta' l-infiq ta' l-Istati Membri jew terzi pajjiżi fl-għamla ta' kontijiet iċċertifikati minn dipartiment teknikament kompetenti jew entità li taħdem indipendentement mill-aġenzija li tonfoq;

    (b) tiddokumenta u, fejn jixraq, u kontrolli għal għarrieda mill-Kummissjoni, mingħajr limitazzjonijiet jew restrizzjonijiet, fuq il-kontenut ta' dawn il-kontijiet u t-tranżazzjonijiet tagħhom, inklużi kontrolli fuq benefiċjarji;

    (ċ) l-ammont stabbilit mill-Kummissjoni li jista' jitħallas mill-budget, wara proċedura bil-kontra u wara l-Istati Membri jew terzi pajjiżi ikunu mgħarrfa;

    (d) kalkulazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja ġejja mid-differenza bejn in-nefqa ddikjarata u n-nefqa li titħallas mil-budget;

    (e) irkupru jew ħlas lura tal-bilanċ ġej mid-differenzi bejn in-nefqa magħrufa u s-somom imħallsin lill-Istati Membri jew terzi pajjiżi. L-irkupru isir minn kumpens kif speċifikat fl-Artikolu 83.

    3.  Fil-kuntest ta' treġija iddeċentralizzata, il-clearance tal-kontijiet deskritta fil-paragrafi 1 u 2 tgħodd skond il-grad miftiehem ta' deċentralizzazzjoni.

    ▼M3

    Artikolu 42a

    Ġabra tal-verifiki u d-dikjarazzjonijiet

    (Artikolu 53b(3) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  It-taqsira għandha tkun ipprovduta mill-awtorità jew entità xierqa nominata mill-Istat Membru għall-qasam ta’ nfiq ikkonċernat skond ir-regoli speċifiċi għas-settur.

    2.  Il-parti relatata mal-verifiki għandha:

    (a) tinkludi ċ-ċertifikati stabbiliti mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni (agrikoltura) u lejn l-opinjonijiet tal-verifika pprovduti mill-awtoritajiet tal-verifika (miżuri strutturali u simili);

    (b) tkun provvduta sal-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara dik ta' l-attività tal-verifika għan-nefqa agrikola u għal miżuri strutturali u oħrajn simili.

    3.  Il-parti relatata mad-dikjarazzjonijiet għandha:

    (a) tinkludi d-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni pprovduti mill-awtoritajiet li jħallsu (agrikoltura) u ta' ċertifikazzjonijiet mill-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni (miżuri strutturali u oħrajn simili);

    (b) tingħata sal-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara għan-nefqa agrikola u għal miżuri strutturali u oħrajn simili.

    ▼M3

    Artikolu 43

    Ġestjoni konġunta

    (Artikoli 53d, 108a u 165 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jeżistu arranġamenti xierqa għall-kontroll u l-verifika ta' l-azzjoni kollha kemm hi.

    2.  L-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 53d tar-Regolament Finanzjarju huma dawn li ġejjin:

    (a) organizzazzjonijiet internazzjonali tas-settur pubbliku mwaqqfa permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi, u aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minn dawn l-organizzazzjonijiet;

    (b) il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC);

    (c) il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar;

    Għall-fini ta' l-Artikolu 53d tar-Regolament Finanzjarju, il-Bank Ewropew ta' l-Investiment u l-Fond Ewropew ta' l-Investiment huma assimilati ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

    3.  Meta l-baġit ikun implimentat permezz ta’ tmexxija konġunta ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali skond l-Artikoli 53d u 165 tar-Regolament Finanzjarju, l-organizzazzjonijiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati għandhom jintgħażlu b’mod oġġettiv u trasparenti.

    4.  Bla ħsara għall-Artikolu 35, ftehimiet konklużi ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 53d tar-Regolament Finanzjarju għandhom jinkludu, b’mod partikulari:

    (a) definizzjoni ta’ l-azzjoni, il-proġett jew il-programm li għandhom ikunu implimentati taħt tmexxija konġunta;

    (b) il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tagħhom, inkluż b’mod partikolari l-prinċipji għal deċiżjonijiet ta’ xiri jew ta’ għoti.

    (c) ir-regoli dwar ir-rapportaġġ lill-Kummissjoni dwar din l-implimentazzjoni;

    (d) dispożizzjonijiet li jobbligaw lill-organizzazzjoni fdata b’inkarigi ta’ implimentazzjoni li teskludi mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ akkwist jew għoti kandidati jew applikanti li jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 93(1)(a) (b) u (e) u 94 (a) (b) tar-Regolament Finanzjarju.

    (e) il-kondizzjonijiet għall-pagamenti tal-kontribuzzjoni tal-Komunità, u d-dokumenti sekondarji meħtieġa biex jiġu ġġustifikati l-pagamenti;

    (f) il-kondizzjonijiet għat-tmiem ta' din l-implimentazzjoni;

    (g) l-arranġamenti dettalijati għall-iskrutinju tal-Kummissjoni;

    (h) dispożizzjonijiet li jagħtu lill-Qorti ta' l-Awdituri aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha, jekk meħtieġ fuq il-post, f'konformità mal-ftehimiet ta' verifika konklużi ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati;

    (i) dispożizzjonijiet dwar l-użu ta’ kwalunkwe imgħax akkumulat;

    (j) dispożizzjonijiet li jiggarantixxu l-viżilibità ta’ l-azzjoni, proġett jew programm tal-Komunità f’relazzjoni ma’ l-attivitajiet l-oħra ta’ l-organizzazzjoni;

    (k) Dispożizzjonijiet dwar il-pubblikazzjoni tal-benefiċjarji tal-fondi li joħorġu mill-baġit, li jobbligaw lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li jippubblikaw l-informazzjoni f'konformità ma' l-Artikolu 169 ta' dan ir-Regolament.

    5.  Proġett jew programm hu kkunsidrat bħala elaborat b’mod konġunt meta l-Kummissjoni u l-korp internazzjonali tas-settur pubbliku jivvalutaw b’mod konġunt il-vijabilità u jiddefinixxu l-ftehimiet ta’ l-implimentazzjoni.

    6.  Fl-implimentazzjoni ta' proġetti fil-ġestjoni konġunta, l-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom għallinqas jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) proċeduri ta’ akkwist u ta’ għoti għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta’ trasparenza, proporzjonalità, ġestjoni finanzjarja tajba, trattament ugwali u non-diskriminazzjoni, assenza ta' kunflitt ta' interessi u rispett għall-istandards aċċettati internazzjonalment;

    (b) l-għotjiet ma jistgħux ikunu kumulattivi jew jingħataw b'mod retrospettiv;

    (c) l-għotjiet iridu jinvolvu kofinanzjament, ħlief jekk stipulat mod ieħor fl-Artikolu 253;

    (d) l-għotjiet ma jistax ikollhom l-iskop jew l-effett li jħallu qliegħ għall-benefiċjarju.

    Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu stabbiliti espressament fil-ftehimiet konklużi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

    ▼M3

    Artikolu 43a

    Informazzjoni dwar it-trasferimenti ta' data personali għall-fini tal-verifika

    (Artikolu 48 tar-Regolament Finanzjarju)

    F'sejħa magħmula fil-kuntest ta' għotjiet jew akkwisti implimentati b'ġestjoni diretta ċentralizzata, benefiċjarji u kandidati potenzjali u dawk li jitfgħu l-offerti għandhom, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ( 12 ) jiġu infurmati li, sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, id-data personali tagħhom tista' tiġi trasferita lis-servizzi interni tal-verifika, lill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, lill-Bord ta' l-Irregolaritajiet Finanzjarji jew lill-Uffiċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF).

    ▼B



    KAPITOLU 3

    Atturi Finanzjarji



    Taqsima 1

    Drittijiet u Obbligi ta'l-atturi finanzjarji

    Artikolu 44

    Drittijiet u obbligi ta' l-atturi finanzjarji

    (L-Artikolu 58 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull istituzzjoni tagħti lil kull attur finanzjarju ir-riżorsi meħtieġa biex jaqdi dmirijietu u statut li jiddeskrivi il-kompiti, id-drittijiet u l-obbligi tiegħu b'mod idettaljat.



    Taqsima 2

    Uffiċjal li jawtorizza

    Artikolu 45

    Għajnuna għall-uffiċċjali li jawtorizzaw b'delegazzjoni u sottodelegazzjoni

    (L-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.   ►M2  L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jiġi assistit fl-inkarigi tiegħu minn persuni koperti mir-Regolamenti ta’ l-Istaff (minn hawn ‘il quddiem “staff”) fdati, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, b’ċerti operazzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-baġit u l-produzzjoni ta’ l-informazzjoni finanzjarja u ta’ ġestjoni. ◄ Biex ma jkunx hemm konflitt ta' interessi, persunal li jgħin lill-uffiċċjali li jawtorizzaw b'delegazzjoni jew sottodelegazzjoni ikollhom joqogħdu għall-obbligi msemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼M2

    2.  Kull istituzzjoni għandha tgħarraf lill-awtorità tal-baġit kull meta uffiċjal awtorizzanti b’delega jieħu l-inkarigi tiegħu, jibdel l-inkarigi jew itemm l-inkarigi tiegħu.

    ▼B

    Artikolu 46

    Dispożizzjonijiet interni li jirregolaw id-delegazzjonijiet

    (L-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju)

    Skond ir-Regolament Finanzjarju u dan ir-regolament, kull istituzzjoni trid tistabbilixxi fir-regoli interni tagħha miżuri għat-treġijaġija ta' l-appropjazzjonijiet li tqis meħtieġa għal implimentazzjoni xierqa tat-taqsim tagħha tal-budget.

    Artikolu 47

    Segregazzjoni tad-dmirijiet ta' bidu u verifika ta' operazzjoni

    (L-Artikolu 60(4)tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Bidu ta' operazzjoni għandu jinftiehem bħala x-xogħol kollu li jsir mil-persunal imsemmi fl-Artikolu 45 u li jridu jsiru bħala tħejjija qabel l-addozzjoni ta' l-atti li jimplimentaw il-budget mill-uffiċjal li jawtorizza, jew delegazzjoni jew sottodelegazzjoni kompetenti.

    2.  Verifikazzjoni ex ante ta' operazzjoni għandha tinftiehem bħala l-kontrolli minn qabel li jagħmel l-uffiċċjal responsabbli biex jivverifika l-aspetti operazzjonali u funzjonali tagħha.

    3.  Trid issir mill-inqas verifikazzjoni ex ante fuq kull operazzjoni.

    (a) l-infiq u d-dħul huma kif suppost u jaqblu mad-dispożizzjonijiet applikabbli, b'mod partikolari dawk tal-budget u r-regolamenti rilevanti u ta' l-atti addottati fl-implimentazzjoni ta-budget jew regolamenti u, fejn jgħodd, it-termini tal-kuntratti;

    (b) il-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba imsemmi fil-Kapitolu 7 tat-Titolu II tar-Regolament Finanzjarju ikun applikat.

    ▼M2

    Għall-fini ta’ verifika ex ante, serje ta’ tranżazzjonijiet individwali simili li jirrigwardaw nefqa ta’ rutina fuq salarji, pensjonijiet, ħlas lura ta’ spejjeż ta’ missjonijiet u spejjeż mediċi jistgħu jiġu kkunsidrati mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli bħala operazzjoni waħdanija.

    Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, iwettaq verifika ex post xierqa, skond il-paragrafu 4.

    ▼B

    4.  Il-verifiki ta' wara fuq dokumenti u, fejn jgħodd, għal għarrieda, jikkontrollaw li l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-budget huma implimentati sew u b'mod partikolari li jkunu osservati l-kriterji msemmija fil-paragrafu 3. Dawn il-verifiki jistgħu isiru a bażi ta' kampjuni minn analiżi ta' riskju.

    ▼M2

    5.  Il-membri ta’ l-istaff responsabbli mill-verifiki msemmija fil-paragrafi 2 u 4 għandhom ikunu differenti minn dawk il-membri ta’ l-istaff li jwettqu l-inkarigi ta’ inizjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u dawn ma għandhomx ikunu subordinati għalihom.

    ▼B

    Artikolu 48

    Proċeduri ta' treġija u kontroll intern

    (L-Artikolu 60(4) tar-Regolament Finanzjarju)

    Is-Sistemi u l-proċeduri ta' treġija u kontroll intern iridu jkunu disinjati biex:

    (a) jilħqu l-għanijiet tal-politika, programmi u azzjonijiet ta' l-istituzzjonijiet skond il-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba;

    (b) iħarsu r-regoli tal-liġi tal-Komunità u standards ta' kontroll minimu stabbiliti mill-istituzzjoni;

    (ċ) jissalvagwardjaw l-assi u t-tagħrif ta' l-istituzzjoni;

    (d) Ma jħallux li jsiru irregolaritajiet, żbalji u frodi, u li jekk isiru jindunaw bihom;

    ▼M3

    (e) Jidentifikaw u jilqgħu kontra riskji ta' ġestjoni u jamministrawhom b'mod effettiv;

    ▼B

    (f) jiżguraw ġbir ta' tagħrif siewi dwar finanzi u treġija;

    (g) iżommu dokumenti ta' sostenn li għandhom x'jaqsmu ma', u li ġejjin minn, miżuri tal-budget u implimentazzjoni tal-budget;

    (h) Iżommu dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' garanziji bil-quddiem għall-istituzzjoni u li jżommu ġurnal ta' reġistrazzjoni biex tali garanziji jkunu ssorveljati.

    Artikolu 49

    Dokumenti ta' sostenn miżmuma mill-uffiċċjal li jawtorizza

    (L-Artikolu 60(4) tar-Regolament Finanzjarju)

    Is-sistemi ta' treġija u proċeduri li jżommu d-dokumenti ta' sostenn oriġinali jridu:

    (a) jinnumeraw tali dokumenti;

    (b) jiddataw tali dokumenti;

    (ċ) jżommu reġistri, li jistgħu ikunu f'kompjuter, biex ikun magħruf eżatt fejnhom dawn id-dokumenti;

    (d) iżommu dawn id-dokumenti mill-inqas għal ħames snin minn meta l-Parlament Ewropew jagħti dispensa għas-sena tal-budget marbuta mad-dokumenti

    Dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' operazzjonijiet li mhux magħluqin għal kollox iridu jinżammu iktar milli previst f'punt (d) ta' l-ewwel sottoparagrafu, jiġifieri sa l-aħħar tas-sena ta' wara dik li jingħalqu l-operazzjonijiet.

    ▼M3

    Data personali inkluża fid-dokumenti ta' appoġġ għandha titħassar fejn possibbli meta dik id-data ma tkunx meħtieġa għall-fini tar-rilaxx, il-kontroll u l-verifika tal-baġit. Fi kwalunkwe każ, għandu jkun rispettat Artikolu 37(2) tar-Regolament (KE) 45/2001 f'dak li jirrigwarda l-konservazzjoni tad-data tat-traffiku.

    ▼B

    Artikolu 50

    Kodiċi ta' standards professjonali

    (L-Artikolu 60(5)tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-persunal innominat mill-uffiċjal li jawtorizza li jrid jivverifika l-operazzjonijiet finanzjarji jintagħżel fuq it-tagħrif tagħhom, kapaċitajiet u kwalifiki partikolari kif muri minn diplomi jew esperjenza professjonali xierqa, jew wara programm ta' taħriġ xieraq.

    2.  Kull istituzzjoni tħejji kodiċi ta' standards professjonali li jiddeterminaw, rigward kwistjonijiet ta' kontroll intern:

    (a) il-livell ta' kompetenza teknika u finanzjarja mitlub mill-persunal imsemmi fil-paragrafu 1;

    (b) l-obbligu ta' tali persunal li jitħarreġ kontinwament;

    (ċ) il-missjoni, sehem u kompiti mogħtija lilhom;

    (d) ir-regoli ta' kondotta, b'mod partikolari l-istandards ta' l-etika u integrita li jridu jħarsu u d-drittijiet tagħhom.

    3.  Kull istituzzjoni jkollha l-istrutturi xierqa biex iqassmu u jaġġornaw tagħrif xieraq dwar il-livell ta' kontrolli lid-dipartimenti li jawtorizzaw u l-metodi u teknika għal dak l-iskop.

    Artikolu 51

    Nuqqas ta' azzjoni mill-uffiċċjal bid-delegazzjoni li jawtorizza delegazzjoni

    (L-Artikolu 60(6) tar-Regolament Finanzjarju)

    Nuqqas ta' azzjoni mill-uffiċċjal bid-delega li jawtorizza delegazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 60(6) tar-Regolament Finanzjarju, għandu ifisser in-nuqqas ta' tweġiba fi żmien raġjonevoli fiċ-ċirkostanzi tal-każ u, f'kull każ, fi żmien xahar l-iktar tard.

    Artikolu 52

    Verifika ex post u rapport annwali ta' attivita

    (L-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju)

    Ir-riżultat tal-verifika ex post, ma' kwistjonijiet oħrajn, jitniżżel fir-rapport annwali ta' l-attivita mogħti mill-uffiċċjal bid-delegazzjoni li jawtrorizza lill-istituzzjoni tiegħu.

    Artikolu 53

    Trasmissjoni ta' tagħrif ta' treġija u finanzjarju lill-uffiċċjal tal-kontijiet

    (L-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uffiċċjal b'awtorizzazzjoni li jiddelega għandu jibgħat it-tagħrif ta' treġija u finanzjarju meħtieġa mill-uffiċċjal tal-kontijiet biex dan ikun jista' jaqdi dmirijietu, skond ir-regoli addottati minn ta' l-aħħar.

    Artikolu 54

    Rapport dwar il-Proċeduri innegozjati

    (L-Artikolu 60 tar-Regolament Finanzjarju)

    ►M2  Uffiċjali awtorizzanti b’delega għandhom jirreġistraw, għal kull sena finanzjarja, kuntratti konklużi taħt il-proċeduri nnegozjati msemmija fl-Artikoli 126 (1) a) sa g), 127 (1) a) sa d), 242, 244 u 246. ◄ Kull istituzzjoni tibgħat rapport dwar proċeduri innegozjati lill-awtorità tal-budget. Fil-każ tal-kummissjoni, dak ir-rapport ikun anness mas-sommarju tar-rapporti annwali ta' attivita imsemmi fl-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju.



    Taqsima 3

    Uffiċjal tal-kontijiet

    Artikolu 55

    Ħatra ta' l-uffiċjal tal-kontijiet

    (L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull istituzzjoni trid taħtar uffiċjal tal-kontijiet mill-uffiċċjali skond ir-Regolamenti tal-persunal ta' l-Uffiċċjali ta' l_Komunitajiet Ewropej.

    L-uffiċjal tal-kontijiet irid jintagħżel, mill-istituzzjoni, bil-fors fuq is-saħħa tal-kompetenza partikolari tiegħu kif muri minn diplomi jew b'esperjenza professjonali ekwivalenti.

    ▼M2

    Artikolu 56

    Tmiem tad-dmirijiet tal-uffiċjal tal-kontijiet

    (L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Għandu jitfassal bilanċ preliminari mingħajr dewmien fil-każ ta’ tmiem tad-doveri ta’ l-uffiċjal tal-kontabilità.

    2.  Il-bilanċ preliminari, flimkien ma’ rapport tat-trażmissjoni ta’ l-inkarigu, għandu jiġi trasmess mill-uffiċjal tal-kontabilità li qed itemm id-doveri tiegħu jew, jekk dan m’huwiex possibbli, minn uffiċjal fid-dipartiment tiegħu lill-uffiċjal tal-kontabilità l-ġdid.

    L-uffiċjal tal-kontabilità l-ġdid għandu jiffirma l-bilanċ preliminari bħala aċċettazzjoni fi żmien xahar mid-data ta’ trasmissjoni u dan jista’ jagħmel riżervi.

    Ir-rapport tat-trażmissjoni ta’ l-inkarigu għandu jinkludi wkoll ir-riżultat tal-bilanċ preliminari u kull riżerva li ssir.

    3.  Kull istituzzjoni għandha tgħarraf lill-awtorità tal-baġit bil-ħatra jew tmiem tad-doveri ta’ l-uffiċjal tal-kontabilità tagħha.

    ▼B

    Artikolu 57

    Fehma dwar sistemi ta' kontijiet u inventarji

    (L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    Meta sistemi ta' treġija finanzjarja li jkunu stabbiliti mill-uffiċċjal li jawtorizza jagħtu tagħrif lill-kontijiet ta' l-istituzzjoni jew jintużaw biex jissostanjaw tagħrif f'dawk il-kontijiet, l-uffiċċjal tal-kontijiet irid jaqbel mad-dħul jew tibdil ta' dawn is-sistemi.

    L-uffiċjal tal-kontijiet irid ikun ikkonsultat ukoll dwar id-dħul jew tibdil mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli mis-sistemi ta' inventarju u s-sistemi għal valutazzjoni ta' assi u piżijiet.

    Artikolu 58

    Treġija tat-Teżor

    (L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-uffiċjal tal-kontijiet jiżgura li l-istituzzjoni tiegħu għandha biżżejjed fondi biex tlaħħaq mal-ħtiġiet ta' flus għall-implimentazzjoni tal-budget.

    2.  Għall-iskop ta' l-paragrafu 1, l-uffiċjal tal-kontijiet jistabbilixxi sistemi ta' treġija tal-flus li bihom ikun jista' jbassar id-dħul u l-infiq.

    3.  L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni jaqsam il-fondi disponibbli skond ir-Regolalment (KE, Euratom) Nru 1150/2000.

    Artikolu 59

    Treġija tal-kontijiet tal-bank.

    (L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Għall-ħtiġiet tat-treġija tat-teżor, l-uffiċċjal tal-kontijiet jista' jiftaħ kontijiet f'isem l-istituzzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjari jew banek ċentrali nazzjonali jew iġiegħel li jinfetħu dawn il-kontijiet. F'każi fejn ikun hemm tassew ħtieġa, t/jista' jiftaħ kontijiet f'munita li mhux l-ewro.

    2.  L-uffiċjal tal-kontijiet jinnegozja t-termini ta' kif jitħaddmu l-kontijiet ma' istituzzjonijiet finanzjarji, skond il-prinċipji ta' treġija finanzjarja tajba, effiċenza u kompetitivta ta' offerti.

    3.  Darba kull ħames snin mill-inqas, l-uffiċċjal tal-kontijiet jerġa' jiftaħ sejħa għall-offerti kompetitiva fost dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li diġa hemm kontijiet miftuħin magħhom.

    4.  L-uffiċjal tal-kontijiet jiżgura li l-mod kif jitħaddmu l-kontijiet ma' l-istituzzjonijiet finanzjarji ikunu mħarsa sew.

    5.  L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni, wara li jikkonsulta ma' uffiċċjali tal-kontijiet ta' istituzzjonijiet oħrajn, irid jarmonizza t-termini ta' operazzjoni tal-kontijiet miftħin minn istituzzjonijiet varji.

    Artikolu 60

    Firem fuq il-kontijiet

    (L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    It-termini li jirregolaw il-ftuħ, l-operazzjoni u l-użu tal-kontijiet iridu, skond ħtiġiet ta' kontroll interni, li ċekkijiet, trasferiment ta' kreditu jew kull xorta oħra ta' xogħol bil-bank, ikunu iffirmati minn membru jew iktar mil-persunal li huma awtorizzati li jiffirmaw.

    ▼M2

    Għal dak l-għan, l-uffiċjal tal-kontabilità ta’ kull istituzzjoni għandu jikkomunika lill-istituzzjoniijiet finanzjarji li magħhom l-istituzzjoni kkonċernata tkun fetħet kontijiet l-ismijiet u l-mudell tal-firem tal-membri ta’ l-istaff awtorizzati.

    ▼B

    Artikolu 61

    Treġija tal-bilanċ tal-kontijiet

    (L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-uffiċjal tal-kontijiet jiżgura li l-bilanċ fil-kontijiet bankarji previsti fl-Artikolu 59 ma jvarjax bil-kbir mit-tbassir ta' dħul u nfiq imsemmi fl-Artikolu 58(2), u dejjem:

    (a) li l-ebda mill-kontjiet ma jkun bid-debitu;

    (b) li l-bilanċ tal-kontijiet f'muniti oħrajn kull tant żmien jinqaleb għal ewro

    2.  L-uffiċċjal tal-kontijiet ma jistax iżomm bilanċi f'kontijiet ta' muniti barranin li jistgħu isofru telf kbir minħabba ċaqliq fir-rati tal-kambju.

    Artikolu 62

    Operazzjonijiet ta' trasferiment u qlib

    (L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    Bla ħsara għal l-Artikolu 69, the uffiċjal tal-kontijiet jagħmel trasferimenti bejn kontijiet miftuħin ma' istituzzjonijiet finanzjarji f'isem l-istituzzjoni, u jista' jaqleb bejn muniti.

    Artikolu 63

    Metodi ta' pagament

    (L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    Pagamenti jsiru bi trasferiment ta' kreditu jew biċ-cekk

    ▼M2

    Artikolu 64

    Fajl ta’ l-Entitajiet Legali

    (L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jagħmel ħlasijiet permezz ta’ trasferiment bi kreditu bankarju biss jekk id-dettalji tal-kont bankarju ta’ dak li jitħallas u l-informazzjoni li tikkonferma l-identità ta’ dak li jitħallas, jew kwalunkwe modifika, ikunu l-ewwelnett iddaħħlu f'fajl komuni mill-istituzzjoni.

    Kwalunkwe entrata bħal din fil-fajl tad-dettalji legali ta’ dak li jitħallas u tal-kont bankarju tiegħu jew il-modifika ta’ dawk id-dettalji għandha tkun ibbażata fuq dokument sekondarju, li l-forma tiegħu għandha tkun definita mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

    ▼B

    2.  Bit-tir ta' pagament bi trasferiment ta' kreditu, l-uffiċċjali li jawtorizzaw jistgħu jintrabtu ma' terza parti f'isem l-istituzzjoni tagħhom biss jekk dik it-terza parti tipprovdi d-dokumentazzjoni meħtieġa biex tiddaħħal fl-iskedarju.

    ▼M2

    L-uffiċjali awtorizzanti għandhom jivverifikaw li d-dettalji legali u d-dettalji tal-kont bankarju kkomunikati minn dak li jitħallas jibqgħu validi matul il-ħajja tal-ftehim finanzjarju, tal-kuntratt jew tal-ftehim ta’ għotja konkluż mal-benefiċjarju.

    ▼B

    Għal għajnuna ta' qabel l-adeżjoni, rabtiet individwali jistgħu isiru ma' l-awtoritajiet pubbliċi fil-pajjiżi li qed japplikaw għall-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea, mingħajr ma dawn ikunu ddaħħlu fl-iskedarju tal-partijiet terzi. F'dawn il-każi l-uffiċċjal li jawtorizza irid jagħmel l-almu tiegħu biex jiżgura li jiddaħħlu fl-iskedarju malajr kemm jista' jkun. Il-ftehim irid jagħmel kondizzjoni li d-dettalji bankarji ta' min se jitħallas iridu jingħataw lill-Kummissjoni qabel ma jsir l-ewwel pagament.

    Artikolu 65

    L-uffiċċjal tal-kontijiet irid iżomm id-dokumenti ta' sostenn

    (L-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju)

    Id-dokumenti ta' sostenn għas-sistema tal-kontijiet u għat-tħejjija tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 121 tar-Regolament Finanzjarju iridu jinżammu mill-inqas għal ħames snin minn meta l-Parlament Ewropew jikkonċedi d-dispensa għas-sena tal-budget li huma marbutin magħha d-dokumenti.

    Madankollu, dokumenti marbutin ma' operazzjonijiet li għadhom mhux magħluqa għal kollox iridu jinżammu iktar, jiġifieri, sa tmiem is-sena ta' wara dik li fiha jingħalqu l-operazzjonijiet.

    Kull istituzzjoni tiddeċiedi f'liema dipartiment jinżammu d-dokumenti ta' sostenn.



    Taqsima 4

    Amministratur tal-flus akkont

    Artikolu 66

    Kondizzjonijiet għall-użu ta' kontijiet ta' flus akkont

    (L-Artikolu 63tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Fejn, minħabba l-ammonti limitati involuti, mhux possibbli jew huwa ineffiċenti li jsir pagament bil-proċeduri tal-budget, kontijiet ta' flus akkont jistgħu jinfetħu għal dan it-tip ta' nfiq.

    ▼M2

    2.  L-amministratur ta’ l-imprest jista’ jinvalida u jħallas in-nefqa b’mod proviżorju, fuq il-bażi ta’ qafas dettaljat ipprovdut fl-istruzzjonijiet mill-uffiċjal awtorizzanti repsonsabbli. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom jispeċifikaw ir-regoli u l-kondizzjonijiet li taħthom għandhom jitwettqu l-validazzjoni u l-ħlasijiet proviżjorji u, fejn hu xieraq, it-termini għall-firma ta’ impenji legali fi ħdan it-tisfira ta’ l-Artikolu 94(1)(e).

    ▼B

    3.  Il-ħolqien ta' kont ta' flus akkont u l-ħatra ta' amminstratur tal-flus akkont hi deċiżjoni ta' l-uffiċċjal tal-kontijiet, fuq proposta issostanzjata ta' l-uffiċċjal li jawtorizza. Dik id-deċiżjoni tgħid eżatt ir-responsabbiltajiet u l-obbligi rispettivi ta' l-amministratur tal-flus akkont u ta' l-uffiċċjal li jawtorizza.

    Emenda tat-termini ta' l-operazzjoni tal-kont tal-flus akkont trid tkun deċiża mill-uffiċċjal tal-kontijiet fuq proposta issostanzjata ta' l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli.

    Artikolu 67

    Kondizzjonijiet li jirregolaw ħolqien u pagament

    (L-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Id-deċiżjoni li tistabbilixxi kont tal-flus akkont u l-ħatra ta' amministratur tal-flus akkont u d-deċiżjoni li temenda t-termini ta' l-operazzjoni ta' kont tal-flus akkont trid tispeċifika b'mod partikolari:

    (a) l-ogħla ammont li jista' jitpoġġa fil-bidu bħala flus akkont, u għalfejn jintuża;

    (b) jekk jinfetaħx kont bankarju jew kont ġiro f'uffiċċju postali f'isem l-istituzzjoni

    (ċ) it-tip u l-ogħla ammont ta' kull nefqa li jista' jħallas l-amministratur tal-flus akkont lil partijiet terzi jew jiġbor minn għandom;

    (d) kemm isiru spiss id-dokumenti ta' sostenn, il-proċedura biex isiru, u l-arranġamenti biex jitgħaddew għand l-uffiċċjal li jawtorizza għall-ħlas;

    (e) il-proċedura li għandha ssir biex jerġa' jimtlew il-flus akkont;

    (f) it-tranżazzjonijiet ta' flus akkont isiru mill-uffiċċjal li jawtorizza mhux iktar tard mill-aħħar tax-xahar ta' wara, biex il-bilanċ tal-kontijiet u l-bilanċ tal-bank jistgħu ikunu rikonċiljati;

    (g) Iż-żmien ta' validità ta' l-awtorizzazzjoni mogħti lill-amministratur ta' l-akkont jew mill-uffiċċjal tal-kontijiet;

    (h) l-identità ta' l-amministratur tal-flus akkont maħtur.

    2.  Fi proposta biex jinfetaħ konttal-flus akkont, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jrid jiżgura li:

    (a) tingħata prijorità lill-proċeduri tal-budget meta jkun hemm aċċess għas-sistema ċentrali tal-kontijiet fuq kompjuter;

    (b) kontijiet tal-flus akkont jintużaw biss f'każi sostanzjati.

    ▼M2

    L-ammont massimu li jista’ jitħallas mill-amministratur imprest fejn huwa materjalment impossibbli jew ineffiċjenti li l-operazzjonijiet ta’ ħlas isiru permezz ta’ proċeduri tal-baġit, m’għandux jaqbeż EUR 60 000 għal kull oġġett ta’ spiża.

    ▼B

    3.  L-amministratur tal-flus akkont jista' jħallas lill-partijiet terzi fuq il-bażi ta' u fil-limiti ta':

    (a) rabtiet tal-budget u legali minn ta' qabel iffirmati mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli;

    (b) il-bilanċ posittiv li jibqa' fil-flus akkont, flus jew fil-bank.

    ▼M3

    4.  Ħlasijiet minn kontijiet ta’ l-imprest jistgħu jsiru permezz ta’ trasferiment ta’ kreditu bankarju, inkluża s-sistema tad-debitu dirett li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 80, it-tieni subparagrafu tar-Regolament Finanzjarju, b’ċekk jew mezz ieħor ta’ ħlas, skond l-istruzzjonijiet stabbiliti mill-uffiċjal tal-kontabilità.

    ▼B

    5.  Wara li jkun sar pagament trid issir validazzjoni formali finali iffirmata mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli.

    Artikolu 68

    Għażla ta' l-amministraturi tal-flus akkont

    (L-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju)

    ►M2  Amministraturi ta’ l-imprest għandhom jintgħażlu minn uffiċjali jew, jekk jinqala’ l-bżonn u biss f’każijiet sostanzjati b'mod xieraq, minn membri oħra ta’ l-istaff. ◄ Amministraturi tal-flus akkont jintgħażlu fuq is-saħħa tat-tagħrif tagħhom, kapaċitajiet u kwalifiki partikolari kif muri b'diplomi jew b'esperjenza professjonali xierqa, jew wara programm ta' taħriġ xieraq.

    Artikolu 69

    Forniment tal-kontijiet tal-flus akkont

    (L-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-uffiċjal tal-kontijiet jagħmel pagamenti fil-kontijiet tal-flus akkont u jissorvelja dawk il-kontijiet mill-aspett ta' ftuħ ta' kontijiet u delegazzjoni ta' firem u kontrolli għal għarrieda u fil-kontijiet iċċentralizzati. L-uffiċjal tal-kontijiet iforni l-kontijiet tal-flus akkont. Flus akkont jitħallsu fil-kont tal-bank miftuħ għall-flus akkont.

    Kontijiet tal-flus akkont jistgħu ikunu forniti wkoll bi dħul lokali mixxellanju bħalma hu dak ġej minn:

    (a) bejgħ ta' tagħmir;

    (b) pubblikazzjonijiet;

    (ċ) ħlas lura mixxellanju;

    (d) imgħax.

    Il-flus akkont jitħallsu, mill-aspett ta' nfiq jew dħul assenjat, skond id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-kont tal-flus akkont imsemmija fl-Artikolu 67 u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju. L-ammonti msemmija jitnaqqsu mill-uffiċċjal li jawtorizza meta jerġa' jimla l-kontijiet tal-flus akkont ikkonċernati.

    2.  Sabiex ma jkunx hemm telf fil-kambju b'mod partikolari, l-amministratur tal-kontijiet tal-flus akkont jista' jagħmel trasferimenti bejn kontjiet bankarji differenti marbutin ma' l-istess flus akkont.

    Artikolu 70

    Kontrolli mill-uffiċċjali li jawtorizzaw u uffiċċjali tal-kontijiet

    (L-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-amministratur tal-kontijiet tal-flus akkont iżomm kont tal-fondi għad-dispożizzjoni tiegħu, fi flus u fil-bank, u ta' ħlas u ammonti riċevuti, skond ir-regoli u l-istruzzjonijiet mogħtija mill-uffiċċjal tal-kontijiet. ►M2  Dikjarazzjonijiet ta’ dak il-kont għandhom ikunu aċċessibbli f’kull ħin għall-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u għandha titwaqqaf lista ta’ transazzjonijiet almenu darba fix-xahar u għandha tintbagħat fix-xahar ta' wara flimkien ma' dokumenti ta’ prova mill-amministratur imprest lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għall-ħlas ta' l-operazzjonijiet imprest. ◄

    2.   ►M2  L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jwettaq, jew iġiegħel lil membru ta’ l-istaff fid-dipartiment tiegħu jew fid-dipartiment awtorizzanti bil-poter speċjali għal dak l-għan, li jwettaq verifiki, li bħala regola ġenerali għandhom isiru fuq il-post u bla twissija, biex tiġi verifikata l-eżistenza tal-fondi allokati lill-amministratur imprest u ż-żamma tal-kotba u biex jiġi verifikat li t-transazzjonijiet imprest ikunu tħallsu fil-limitu taż-żmien iffissat. ◄ L-uffiċjal tal-kontijiet jgħarraf is-sejbiet tigħu lill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli.

    Artikolu 71

    Proċedura għall-ksib

    (L-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju)

    Pagamenti minn flus akkont, fil-limiti preskritti fl-Artikolu 129(4), jistgħu ikunu magħmulin biss minn pagamenti ta' fattura, mingħajr aċċettazzjoni ta'offerti minn qabel.



    KAPITOLU 4

    Piżijiet ta'l-atturi finanzjarji



    Taqsima 1

    Regoli Ġenerali

    Artikolu 72

    Entitajiet responsabbli fi kwistjonijiet ta' frodi

    (L-Artikoli 60(6) u 65(2) tar-Regolament Finanzjarju.

    L-awtoritajiet u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 60(6) u 65(2) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jinftiehmu bħala l-entitajiet innominati ►M3  ir-Regolamenti ta’ l-Istaff ◄ u d-deċiżjonijiet ta' l-istituzzjoni tal-Komunità dwar it-termini u l-kondizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni biex ma ssirx frodi, korruzzjoni jew kull attivita illegali oħra ta' detriment għall-interessi tal-Komunità.



    Taqsima 2

    Regoli għall-uffiċċjali b'delegazzjoni jew sottodelgazzjoni li jawtorizzaw

    Artikolu 73

    Konferma ta' struzzjonijiet

    (L-Artikolu 66(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Uffiċċjal bid-delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizza li jirċievi struzzjoni li torbtu imma li hu jqis bħala irregolari jew tmur kontra l-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba, b'mod partikolari għax l-istruzzjoni ma tistax issir bir-riżorsi li għandu, irid jgħarraf bil-miktub lill-awtorità li tatu d-delegazzjoni jew sottodelegazzjoni. ►M2  Jekk dik l-istruzzjoni tiġi kkonfermata bil-miktub u dik il-konferma tasal fi żmien xieraq u tkun ċara biżżejjed, billi tirreferi espliċitament għall-punti li l-uffiċjal awtorizzanti b'delega jew subdelega jkun sfida, l-uffiċjal awtorizzanti ma jistax jinżamm responsabbli; dan għandu jwettaq l-istruzzjoni, sakemm din ma tkunx manifestament illegali jew tikkostitwixxi ksur ta’ l-istandards tas-sigurtà rilevanti. ◄

    2.  Paragrafu 1 japplika ukoll meta l-uffiċċjal li jawtorizza isir jaf, waqt li jkun qed jesegwixxi istruzzjoni, li ċ-ċirkostanzi tal-każ jistgħu iqajjmu sitwazzjoni irregolari.

    3.  Kull istruzzjoni ikkonfermata fiċ-ċirkustanzi deskritti fl-Artikolu 66(2) tar-Regolament Finanzjarju iridu jkunu irreġistrati mill-uffiċċjal bid-delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizza responsabbli u msemmija fir-rapport annwali ta' attivita.

    ▼M3

    Artikolu 74

    Irregolaritajiet finanzjarji

    (Artikolu 60(6) u 66(4) tar-Regolament Finanzjarju)

    Bla ħsara għall-poteri ta’ l-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF), il-bord speċjalizzat dwar l-irregolaritajiet finanzjarji (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-bord”) għandu jkun kompetenti għal kull ksur ta’ dispożizzjoni tar-Regolament Finanzjarju jew ta’ dispożizzjoni relatata mal-ġestjoni finanzjarja jew il-kontroll ta’ operazzjonijiet li jirriżultaw minn azzjoni jew ommissjoni ta’ membru ta’ l-istaff.

    Artikolu 75

    Bord dwar l-irregolaritajiet finanzjarji

    (Artikolu 60(6) u 66(4) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Każijiet ta’ irregolaritajiet finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 74 għandhom jiġu mgħoddija lill-panel għal opinjoni mill-awtorità li taħtar skond l-Artikolu 66(4), it-tieni paragrafu, tar-Regolament Finanzjarju.

    Uffiċjal li jawtorizza, permezz ta’ delega, jista’ jirreferi kwistjoni lill-bord jekk jikkunsidra li tkun seħħet irregolarità finanzjarja. Il-bord għandu jagħti opinjoni li tevalwa jekk ikunux seħħew irregolaritajiet skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 74, kemm dawn ikunu serji u x’jistgħu jkunu l-konsegwenzi tagħhom. Jekk l-analiżi tal-bord tissuġġerixxi li l-każ li ngħadda lilu huwa każ għall-OLAF, dan għandu bla dewmien jitrażmetti l-fajl tal-każ lill-awtorità li taħtar u għandu jgħarraf lill-OLAF minnufih.

    Meta l-bord jiġi mgħarraf direttament b’kwistjoni minn membru ta’ l-istaff skond l-Artikolu 60(6) tar-Regolament Finanzjarju, dan għandu jgħaddi l-fajl lill-awtorità li taħtar u għandu jinforma lill-membru ta’ l-istaff. L-awtorità li taħtar tista’ titlob l-opinjoni tal-bord dwar dan il-każ.

    2.  L-istituzzjoni jew, fil-każ ta’ bord konġunt, l-istituzzjonijiet li jkunu qed jieħdu sehem, għandhom, skond l-organizzazzjoni interna tagħhom stess, jispeċifikaw l-arranġamenti operattivi tal-bord u l-kompożizzjoni tiegħu, li għandha tinkludi personalità esterna bil-kwalifiki u l-kompetenza metieġa.

    ▼B



    KAPITOLU 5

    Operazzjonijietta' dħul



    Taqsima 1

    Riżorsi Proprji

    Artikolu 76

    Regolamenti għar-riżorsi proprji

    (L-Artikolu 69tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uffiċċjal li jawtorizza jħejji skeda li turi meta r-riżorsi proprji, iddefiniti fid-deċiżjoni fuq is-sistema tal-Komunitajiet Ewropej infushom, ikunu disponibbli għall-Kummissjoni.

    Riżorsi proprji jkunu stabbiliti u rkuprati skond ir-regoli addottati skond id-Deċiżjoni msemmija fl-ewwel paragrafu.



    Taqsima 2

    Stima ta' l-ammonti li għandhom jitħallsu

    Artikolu 77

    Stima ta' l-ammonti li għandhom jitħallsu

    (L-Artikolu 70tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Stimi ta' l-ammonti li għandhom jitħallsu iridu jispeċifikaw it-tip ta' dħul u l-oġġett fil-budget miktubin għalihom, u kemm jista' jkun, il-partikolari ta' min għandu jħallashom u l-ammont stmat.

    Meta ssir stima ta' l-ammonti li għandhom jitħallsu, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabblli irid jara li, b'mod partikolari:

    (a) id-dħul jitniżżel fl-oġġett it-tajjeb fil-budget;

    (b) l-istima magħmula sew u taqbel mad-dispożizzjonijiet li jgħoddu għaliha u l-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba.

    2.   ►M3  Suġġett għall-Artikoli 160(1a) u 161(2) tar-Regolament Finanzjarju, stima ta’ l-ammonti reċivibbli ma għandhiex ikollha l-effett li tagħmel disponibbli approprjazzjonijiet għall-impenji. ◄ Fil-każi msemmijin fl-Artikol 18 tar-Regolament Finanzjarju, l-appropjazzjonijiet jsiru disponibbli biss wara li l-ammonti li għandhomjitħallsu ikunu rkuprati mill-Komunitajiet.



    Taqsima 3

    Kemm għandu jitħallas

    Artikolu 78

    Il-proċedura

    (L-Artikolu 71 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Meta l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jistabbilixxi l-ammont li għandu jitħallas, il-Komunitajiet jgħoddu dan il-fatt bħala stabbiliment tad-dritt li jintalab ħlas mid-detentur.

    2.  L-ordni ta' rkupru tkun l-operazzjoni li biha l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jgħid lill-uffiċċjal tal-kontijiet jirkupra l-ammont stabbilit.

    3.  L-avviż ta' debitu jinforma lid-detentur li:

    (a) l-Komunitajiet stabilixxew l-ammont li għandu jitħallas;

    ▼M2

    b) jekk il-ħlas ta’ debitu jsir qabel id-data ta’ l-għeluq speċifikat, ma jkun dovut l-ebda interess awtomatiku;

    c) fin-nuqqas ta’ ħlas sad-data ta’ l-għeluq msemmija fil-punt b) id-debitu għandu jipproduċi imgħax bir-rata msemmija fl-Artikolu 86, bla ebda preġudizzju għal kwalunkwe regolamenti speċifiċi applikabbli;

    d) fin-nuqqas ta’ ħlas sad-data ta’ l-għeluq imsemmija fil-punt b), l-istituzzjoni għandha teffettwa l-irkupru bi tpattija jew b’infurzar ta’ kwalunkwe garanzija ddepożitata bil-quddiem;

    e) l-uffiċjal tal-kontabilità jista’ jeffettwa rkupru permezz ta’ tpattija qabel id-data ta’ l-għeluq imsemmija fil-punt b), fejn jeħtieġ li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet meta jkollu raġunijiet ġustifikati għalfejn jemmen li l-ammont dovut lill-Kummissjoni jkun se jintilef, wara li d-debitur ikun ġie infurmat dwar ir-raġunijiet u d-data għall-irkupru permezz ta’ tpattija;

    ▼B

    (f) jekk wara li jkunu ttieħdu dawn il-passi kollha l-ammont ma jkunx irkuprat kollu, l-istituzzjoni tagħmel l-irkupru bl-enfurzar ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 72(2) tar-Regolament Finanzjarju jew b'azzjoni legali.

    L-uffiċċjal li jawtorizza jibgħat l-avviż ta' debitu lid-debitur u kopja lill-uffiċċjal tal-kontijiet.

    Artikolu 79

    Kemm għandu jitħallas

    (L-Artikolu 71 tar-Regolament Finanzjarju)

    Biex jistabbilixxi l-ammont li għandu jitħallas, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jrid jiżgura li:

    (a) li għandu jitħallas huwa ċert u m'hu suġġett ta' l-ebda kondizzjoni;

    (b) li għandu jitħallas hu ta' ammont fiss, espress preċiżament f'termini ta' flus;

    (ċ) li għandu jitħallas hu dovut u mhux suġġett għal xi żmien ta' ħlas;

    (d) il-partikolari tad-debitur huma tajbin;

    (e) l-ammont li għandu jkun irkuprat imniżżel fl-oġġett it-tajjeb tal-budget;

    (f) id-dokumenti ta' sostenn huma kif suppost; u

    (g) irid jitħares il-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba, b'mod partikolri il-kriterji msemmijin fil-punt (a ta' l-Artikolu 87(1).

    Artikolu 80

    Id-Dokumenti ta' sostenn biex ikunu stabbiliti l-ammonti li għandhom jitħallsu

    (L-Artikolu 71 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-ammont li għandu jitħallas għandu jkun ibbażat fuq dokumenti ta' sostenn li jiċċertifikaw l-intitolament tal-Komunitajiet.

    2.  Qabel ma jistabbilixxi l-ammont li għandu jitħallas l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jara d-dokumenti ta' sostenn personalment, jew taħt responsabbilta' tiegħu, jaċċerta li dan ikun sar.

    3.  L-uffiċċjal li jawtorizza iżomm id-dokumenti ta' sostenn skond l-Artikoli 48 u 49.



    Taqsima 4

    Awtorizzazzjoni għall-irkupru

    Artikolu 81

    Kif tkun stabbilita l-ordni ta' l-irkupru

    (L-Artikolu 72tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-ordni ta' l-irkupru tispeċifika:

    (a) is-sena finanzjarja li jrid jitniżżel fiha d-dħul;

    (b) ir-refernzi ta' l-atti jew rabtiet legali li minnhom ġej id-dejn u li jagħtu l-intitolament għall-irkupru;

    (ċ) l-artikolu fil-budget u kull sottodiviżjoni li tista' tgħodd, inklużi, fejn applikabbli, ir-referenzi tar-rabta korrispondenti tal-budget;

    (d) l-ammont li jrid ikun irkuprat, bl-ewro

    (e) l-isem u l-indirizz tad-debitur;

    ▼M2

    f) l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b);

    ▼B

    (g) metodu lijista' jintuża biex isir l-irkupru, inkluż b'mod partikolari kumpens jew infurzar ta' kull garanzija mogħtija.

    2.  L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jikteb id-data fuq ordni ta' l-irkupru u jiffirmaha, imbagħad jibgħatha lill-uffiċċjal tal-kontijiet.

    ▼M3

    3.  L-uffiċjali tal-kontabilità ta' kull istituzzjoni għandu jżomm lista ta' ammonti dovuti għall-irkupru, li fihom l-intitolamenti tal-Komunità huma miġbura flimkien skond id-data tal-ħruġ. Huwa għandu jittrasferixxi din il-lista lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

    L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jħejji lista kkonsolidata li turi l-ammont dovut għal kull istituzzjoni u skond id-data tal-ħruġ. Il-lista għandha tiġi miżjuda mar-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-baġit u finanzjarja.

    4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta' intitolamenti tal-Komunità li tinkludi l-ismijiet tad-debituri u l-ammonti tad-djun, fejn id-debitur ikun ġie ordnat iħallas b'deċiżjoni tal-Qorti li għandha s-saħħa ta' res judicata u fejn l-ebda ħlas jew l-ebda ħlas sinifikanti ma jkun sar għal sena wara l-pronunzjament tagħha. Il-lista għandha tiġi ppubblikata, filwaqt li tittieħed f'kunsiderazzjoni l-leġiżlazzjoni relevanti dwar il-ħarsien tad-data.

    ▼B



    Taqsima 5

    Irkupru

    Artikolu 82

    Formalitajiet tal-ġbir

    (L-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Meta jinġabar l-ammont li għandu jitħallas, l-uffiċċjal tal-kontijiet idaħħlu fil-kontijiet u jgħarraf lill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli.

    2.  Għal kullpagament bi flus lill-uffiċċjal tal-kontijiet jew lill-amministratur tal-flus akkont, tinħareġ riċevuta għal dak il-pagament.

    ▼M2

    Artikolu 83

    Irkupru permezz ta' tpattija

    (L-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Fejn id-debitur għandu pretensjoni fuq il-Komunitajiet li hi ċerta, ta’ ammont fiss u dovuta, fir-rigward ta’ somma stabbilita permezz ta' ordni ta' ħlas, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu, wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b) jirkupra ammonti stabbiliti li jistgħu jiġu rċevuti permezz ta’ tpattija.

    F’ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn jeħtieġ li jiġu salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, meta l-uffiċjal tal-kontabilità għandu raġunijiet ġustifikati għalfejn jemmen li l-ammont dovut lill-Komunitajiet ikun se jintilef, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jirkupra permezz ta’ tpattija qabel id-data ta’ l-għeluq imsemmija fl-Artikolu 78(3)(b).

    2.  Qabel ma jipproċedi bi kwalunkwe rkupru skond il-paragrafu 1, l-uffiċjal awtorizzanti għandu jikkonsulta l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u jgħarraf lid-debituri kkonċernati.

    Fejn id-debitur huwa awtorità nazzjonali jew waħda mill-entitajiet amministrattivi tagħha, L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jinforma lill-Istat Membru kkonċernat mill-anqas għaxart ijiem qabel dwar l-intenzjoni tiegħu li jirrikorri għall-irkupru permezz tat-tpattija. Madankollu, bi qbil ma’ l-Istat Membru jew l-entità amministrattiva kkonċernata, l-uffiċjal tal-kontabilità kkonċernat jista’ jipproċedi bl-irkupru permezz tat-tpattija qabel dik l-iskadenza.

    3.  It-tpattija msemmija fil-paragrafu 1 għandha jkollha l-istess effett daqs ħlas u għandha teħles lill-Komunitajiet għall-ammont tad-dejn u, fejn xieraq, mill-imgħax dovut.

    ▼B

    Artikolu 84

    Proċedura ta' Rkupru meta ma jsirx ħlas volontarju

    (L-Artikolu 72u 73 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M2

    1.  Bla preġudizzju għall-Artikolu 83, jekk l-ammont sħiħ ma jkunx irkuprat sa l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b) u speċifikat fin-nota tad-debitu, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jgħarraf lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u għandu bla dewmien iniedi l-proċedura għall-irkupru permezz ta’ kwalunkwe mezz ipprovdut mil-liġi, inkluż fejn hu xieraq, permezz ta’ infurzar ta’ kwalunkwe garanzija ddepożitata minn qabel.

    ▼B

    2.  Bla ħsara lill-Artikolu 83, fejn il-metodu ta' rkupru msemmi fil-paragrafu 1 ma jistax jintuża u d-debitur naqas li jħallas wara l-ittra ta' nota formali mibgħuta mill-uffiċċjal tal-kontijiet, l-uffiċċjal tal-kontijiet jinforza deċiżjoni ta' rkupru skond l-Artikolu 72(2) tar-Regolament Finanzjarju jew b'azzjoni legali.

    Artikolu 85

    Żmien miżjud għall-pagament

    (L-Artikolu 73tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uffiċċjal tal-kontijiet, f'kollaborazzjoni ma' l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli, jista' jagħti iktar żmien biex isir il-ħlas biss fuq talba bil-miktub tad-debitur, bir-raġunijiet għalfejn, u sakemm ikunu sodisfatti iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

    ▼M2

    (a) id-debitur jintrabat li jħallas l-imgħax bir-rata speċifikata fl-Artikolu 86 għall-perjodu addizzjonali sħiħ permess, li jibda mill-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b);

    ▼B

    (b) biex ikunu mħarsa d-drittijiet tal-Komunitajiet, id-debitur jagħti garanzija finanzjarja li tagħmel tajjeb għas-somma prinċipali u għall-imgħax, li tkun aċċettata mill-uffiċċjal tal-kontijiet ta' l-istituzzjoni.

    Il-garanzija msemmija fil-punt (b) ta' l-ewwel sottoparagrafu tista' tinbidel ma' garanzija flimkien u separatament ma' terza parti approvata mill-uffiċċjal tal-kontijiet ta' l-istituzzjoni.

    ▼M2

    Artikolu 85a

    L-irkupru ta’ multi, pagamenti perjodiċi ta’ penalità u penalità oħra

    (L-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Fejn tinġieb azzjoni quddiem qorti tal-Komunità kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa, pagament perjodiku ta’ penalità jew penalità oħra taħt it-Trattat tal-KE jew it-Trattat Euratom u sa tali żmien li jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha, l-uffiċjal tal-kontabilità għandu jiġbor b'mod provviżorju mid-debitur l-ammonti kkonċernati jew jitolbu jipprovdi garanzija finanzjarja. Il-garanzija mitluba għandha tkun indipendenti mill-obbligu li titħallas il-multa, pagament ta’ penalità perjodika jew penalità oħra u għandha tkun inforzabbli ma’ l-ewwel sejħa. Dik il-garanzija għandha tkopri it-talba tal-prinċipal u ta’ l-imgħax dovut kif speċifikat fl-Artikolu 86(5).

    2.  Wara li jkunu ġew eżawriti r-rimedji legali kollha, l-ammonti miġbura proviżorjament u l-interessi li jkunu ġġeneraw għandhom jiddaħħlu fil-baġit jew imħallsa lura lid-debitur. Fil-każ ta’ garanzijia finanzjarja, din għandha tiġi infurzata jew meħlusa.

    ▼M3

    Artikolu 85b

    Regoli għal perjodi ta’ limitazzjoni

    (Artikolu 73a tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal drittijiet tal-Komunitajiet fir-rigward ta’ partijiet terzi għandu jibda jiddekorri malli tinqabeż l-iskadenza kkomunikata lid-debitur fin-nota ta' debitu kif speċifikat fl-Artikolu 78(3)(b).

    Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal drittijiet ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Komunitajiet għandu jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha jkun dovut il-ħlas tad-drittijiet lill-parti terza skond l-impenn legali relevanti.

    2.  Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal drittijiet tal-Komunitajiet fir-rigward ta’ partijiet terzi għandu jiġi interrott minn kwalunkwe att ta’ Istituzzjoni, jew Stat Membru li jkun qed jaġixxi fuq it-talba ta’ Istituzzjoni, innotifikat lill-parti terza u bl-għan li jiġi rkuprat id-dejn.

    Il-perjodu ta’ limitazzjoni għal drittijiet ta’ partijiet terzi fir-rigward tal-Komunitajiet għandu jiġi interrott minn kwalunkwe att notifikat lill-Komunitajiet mill-kredituri tagħhom jew f’isem il-kredituri tagħhom bl-għan li jiġi rkuprat id-dejn.

    3.  Perjodu ta’ limitazzjoni ġdid ta’ 5 snin għandu jibda jiddekorri mill-ġurnata ta’ wara l-interruzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

    4.  Kwalunkwe azzjoni legali li tirrigwarda ammont riċevibbli kif imsemmi fil-paragrafu 1, inklużi azzjonijiet miġjuba quddiem il-qorti li aktar tard tiddikjara li ma għandhiex kompetenza, għandha tinterrompi il-perjodu ta’ limitazzjoni. Il-perjodu l-ġdid ta’ limitazzjoni ta’ 5 snin ma għandux jibda sakemm tingħata sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata jew sakemm ikun hemm ftehim extraġudizzjarju bejn l-istess partijiet fuq l-istess azzjoni.

    5.  Meta l-uffiċjal tal-kontabilità jagħti lid-debitur żmien addizzjonali għall-ħlas skond l-Artikolu 85, dan għandu jitqies bħala interruzzjoni tal-perjodu ta’ limitazzjoni. Il-perjodu l-ġdid ta’ limitazzjoni ta’ 5 snin għandu jibda jiddekorri mill-ġurnata ta’ wara l-iskadenza taż-żmien estiż għall-ħlas.

    6.  Drittijiet m’għandhomx jiġu rkuprati wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni, kif inhu stabbilit fil-paragrafi 1 sa 5.

    ▼B

    Artikolu 86

    Imgħax meta ma jsirx ħlas

    (L-Artikolu 71(4) tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M2

    1.  Bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi ġejjin mill-applikazzjoni tar-regoli speċifiċi għal kull settur, kull ammont li għandu jitħallas li ma jitħallasx meta għandu jitħallas jeħel imgħax skond il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

    2.  Ir-rata ta' imgħax fuq ammonti li għandhom jitħallsu li ma jitħallasux fl-iskadenza indikata fl-Artikolu 78(3) (b) għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew fl-operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih ikun hemm l-iskadenza, u mizjuda hekk:

    (a) seba' punti perċentwali fejn l-avveniment li jobbliga hu kuntratt ta' forniment jew servizz pubbliku imsemmi fit-Titolu V;

    (b) tliet punti perċentwali u nofs fil-każi l-oħrajn kollha.

    3.  L-imgħax għandu jiġu kkalkulat mill-ġurnata kalendarja ta’ wara l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b) u speċifikata fin-nota ta’ debitu sal-ġurnata kalendarja li fiha d-debitu hu mħallas b’mod sħiħ.

    ▼B

    4.  Kull pagamenti parzjali l-ewwel Iħallsu l-imgħax iddeterminat skond il-paragrafi 2 u 3.

    ▼M2

    5.  Fil-każ ta’ multi, fejn id-debitur jipprovdi garanzija finanzjarja li tkun aċċettata mill-uffiċjal tal-kontabilità minflok ħlas provviżorju, ir-rata ta' l-imgħax applikabbli mill-iskadenza msemmija fl-Artikolu 78(3)(b) għandha tkun ir-rata msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu miżjuda biss b'punt perċentwali u nofs.

    ▼B

    Artikolu 87

    Rinunzja ta' rkupru ta' ammont stabbilit li kellu jitħallas

    (L-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jista' jirrinunzja parti mill-ammont stabbilit li kellu jitħallas jew l-ammont kollu f'dawn il-każi biss:

    (a) meta l-prezz imbassar ta' l-irkupru jkun ikbar mill-ammont li għandu jkun irkuprat u r-rinunzja ma tħassarx id-deħra tal-Komunità

    (b) Meta l-ammont l-għandu jitħallas ma jistax ikun irkuprat minħabba ż-żmien jew li d-debitur m'għandux minn fejn iħallas;

    (ċ) meta l-irkupru ma jaqbilx mal-prinċipju tal-proporzjonalità

    2.  Fil-każ imsemmi fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jimxi skond il-proċeduri predeterminati stabbiliti f'kull istituzzjoni u japplika il-kriterji li ġejjin li huma obbligatorji u jgħoddu fiċ-ċirkustanzi kollha:

    (a) il-fatti,wara li kkonsidraw il-gravità ta' l-irregolaritajiet li qajjmet l-istabbiliment ta' l-ammont li għandu jitħallas (frodi, offiża ripetuta, intenzjoni, diliġenza, bona fide, żball ċar);

    (b) l-impatt li jkollha r-rinunzja fuq l-operazzjonijiettal-Komunitajiet u l-interessi finanzjarji tagħhom (ammonti involuti, riskju li jitwaqqaf preċedent, tnaqqis ta' l-awtorità tal-liġi).

    Skond iċ-ċirkostanzi tal-każ, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jista' jqis ukoll il-kriterji li ġejjin:

    (a) kull tgħawwiġ ta' kompetizzjoni li jista' jinqala' minħabba r-rinunzja ta' l-irkupru;

    (b) id-danni soċjali u ekonomiċi li jistgħu jinqalgħu kieku d-dejn kellu jitħallas kollu.

    3.  Id-deċiżjoni ta' rinunzja msemmija fl-Artikolu 73(2) tar-Regolament Finanzjarju tkun issostanzjata u tirriferi għad-diliġenza eserċitata biex isir l-irkupru u l-punti tal-liġi u l-fatti li fuqhom ibbażata r-rinunzja. ►M3  L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jirrinunzja l-irkupru skond l-Artikolu 81. ◄

    4.  Ir-rinunzja ta' l-irkupru ta' ammont stabbilit li għandu jitħallas ma tistax tkun iddelegata mill-istituzzjoni meta l-ammont irrinunzjat:

    (a) hu EUR 1 000 000 jew ikbar; jew

    (b) hu EUR 100 000 jew ikbar, meta dan hu 25 % jew iktar ta' l-ammont stabbilit li għandu jitħallas.

    Taħt il-limiti stabbiliti fl-ewwel sottoparagrafu, kull istituzzjoni, fir-regoli interni tagħha, tippreskrivi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għad-delegazzjoni tal-poter biex issir rinunzja ta' rkupru ta' dejn stabbilit.

    5.  Kull istituzzjoni tibgħat rapport lill-awtortita tal-budget dwar ir-rinunzji msemmijin fil-paragraffi 1 sa 4 li jinvolvu EUR 100 000 jew iktar Fil-każ tal-Kummisjoni, dak ir-rapport ikun anness mas-sommarju tar-rapporti annwali ta' l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 88

    Tħassir ta' ammont stabbilit li għandu jitħallas

    (L-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  F'każ ta' żball f'punt ta' liġi, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli iħassar l-ammont stabbilit li għandu jitħallas skond l-Artikoli 80 u 81; it-tħassir irid ikun issostanzjat kif jixraq.

    2.  kull istituzzjoni tippreskrivi fir-regoli interni tagħha il-kondizzjonijet u l-proċeduri biex tiddelega l-poter li jitħassar ammont stabbilit li għandu jitħallas.

    Artikolu 89

    Aġġustament tekniku u taż-żamm tal-kotba ta' ammont stabbilit li għandu jitħallas

    (L-Artikolu 73 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli iżid jew inaqqas l-ammont stabbilit li għandu jitħallas jekk isib li minħabba żball fil-fatti jeħtieġ li jinbidel l-ammont, sakemm il-korrezzjoni ma tfissirx li l-intitolament stabbilit tal-Komunitajiet jintilef. Tali aġġustament isir skond l-Artikoli 80 u 81 u jrid ikun issostanzjat kif jixraq.

    2.  Kull istituzzjoni tippreskrivi fir-regoli interni tagħha il-kondizzjonijiet u l-proċeduri biex issir delegazzjoni tal-poter li jsir aġġustament tekniku u taż-żamm tal-kotba ta' ammont stabbilit li għandu jitħallas



    KAPITOLU 6

    Operazzjonijiet ta' nfiq

    ▼M2

    Artikolu 90

    Deċiżjoni ta' finanzjament

    (L-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Id-deċiżjoni ta’ finanzjament għandha tipprovdi l-elementi essenzjali ta’ azzjoni li tinvolvi nefqa mill-baġit.

    2.  Għal għotjiet, id-deċiżjoni li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju għandha tiġi kkunsidrata bħala d-deċiżjoni ta’ finanzjament fit-tifsira ta’ l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, sakemm din tikkostitwixxi qafas suffiċjentement dettaljat.

    Rigward l-appalt, fejn l-implimentazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet korrispondenti hi pprovduta minn programm ta' ħidma annwali li jikkostitwixxi qafas suffiċjentement dettaljat, dan il-programm ta' ħidma għandu jiġi kkunsidrat ukoll bħala deċiżjoni ta' finanzjament għall-kuntratti ta' appalt involuti.

    3.  Sabiex ikun ikkunisdrat bħala qafas suffiċjentement dettaljat, dan il-programm ta’ ħidma adottat mill-Kummissjoni għandu jipprovdi dan li ġej:

    (a) Għal għotjiet:

    (i) ir-referenza għall-att bażiku u l-linja tal-baġit;

    (ii) il-prijoritajiet tas-sena, l-għanijiet li għandhom jintlaħqu u r-riżultati mbassra għall-approporjazzjonijiet awtorizzati għas-sena finanzjarja;

    (iii) il-kriterji essenzjali ta’ selezzjoni u ta’ aġġudikazzjoni li għandhom jintużaw biex jintgħażlu l-proposti;

    (iv) ir-rata massima possibbli ta’ kofinanzjament u jekk huma mbassra rati differenti l-kriterji li għandhom jiġu segwiti għal kull rata;

    (v) l-iskeda u l-ammont indikattiv tas-sejħiet għal proposti.

    (b) Għal appalti:

    (i) il-pakkett tal-baġit globali riżervat għall-appalti matul is-sena;

    (ii) in-numru indikattiv u t-tip ta’ kuntratti mbassra u jekk hu possibbli s-suġġett tagħhom f’termini ġeneriċi;

    (iii) il-qafas ta’ żmien indikattiv għat-tnedija tal-proċeduri ta' appalt.

    Jekk il-programm ta’ ħidma annwali ma jipprovdix dan il-programm dettaljat, għal azzjoni waħda jew aktar, dan għandu jiġi modifikat kif imiss, jew għandha tiġi adottata deċiżjoni ta’ finanzjament speċifiku li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ l-ewwel subparagrafu għall-azzjonijiet involuti.

    4.  Kwalunkwe bidla sostanzjali f’deċiżjoni finanzjarja diġà adottata għandha ssegwi l-istess proċedura bħad-deċiżjoni iniżjali.

    ▼B



    Taqsima 1

    Rabta ta' Nfiq

    Artikolu 91

    Rbit globali u provviżorju

    (L-Artikolu 76(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Ir-rabta globali tal-budget issir jew billi jintlaħaq ftehim ta' finanzjament, li fih innifsu iwassal għall-għeluq ta' impenn legali jew iktar minn wieħed, jew l-għeluq ta' impenn legali jew iktar minn wieħed.

    Ftehim ta' finanzjament fil-qasam ta' għajnuna finanzjarja u sosteniment bil-budget, li jiġu impenn legali jistgħu iwasslu għal ħlas mingħajr l-għeluq ta' impenji legali oħrajn.

    2.  Ir-rabta provviżorja tal-budget tista' ssir jew billi jingħalaq impenn legali jew iktar minn wieħed li sussegwentement iqajmu intitolament għall-ħlas, jew, f'każi relatati ma' nfiq fuq treġija ta' persunal jew attivitajiet ta' komunikazzjoni ta' l-istituzzjonijiet biex iwasslu l-eventi tal-Komunità dwar attivitajiet ta' komunikazzjoni magħmula mill-istituzzjonijiet u mmirati biex iwasslu eventi tal-Komunità, direttament bil-pagamenti.

    Artikolu 92

    Addozzjoni ta' rabta globali

    (L-Artikolu 76tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Rabta globali ssir fuq bażi ta' deċiżjoni finanzjarja.

    Ir-rabta globali l-iktar tard li tista' ssir hu qabel ma ssir id-deċiżjoni dwar l-għażla tal-benefiċjarji u, fejn l-implimentazzjoni ta' appropjazzjonijiet ikkonċernati tinvolvi l-addozzjoni ta' programm ta' xogħol fis-sens ta' l-Artikolu 166, kmieni kemm jista'jkun wara l-addozzjoni tal-programm.

    2.  Meta r-rabta globali tkun implimentata bl-għeluq ta' ftehim ta' finanzjament, it-tieni sottoparagrafu tal-paragrafu 1 ma jkunx jgħodd.

    ▼M3 —————

    ▼B

    Artikolu 94

    Firma waħda

    (L-Artikolu 76tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Fil-każi li ġejjin biss, ir-regola li jkun hemm firma waħda għar-rabta tal-budget u għall-impenn legali tista' titgħawweġ:

    (a) meta l-irbit ikun provviżorju;

    (b) meta r-rabtiet globali jkunu relatati ma' ftehim ta' finanzjament ma' pajjiżi terzi;

    (ċ) meta l-impenn legali hu d-deċiżjoni ta' l-istituzzjoni;

    ▼M2

    (d) fejn l-impenn globali huwa implimentat b’numru ta’ impenji legali, li għalihom huma responsabbli uffiċjali awtorizzanti differenti;

    (e) fejn, b’konnessjoni ma’ kontijiet imprest disponibbli għal azzjoni esterna, impenji legali għandhom jiġu ffirmati minn membri ta' l-istaff ta' l-unitajiet lokali msemmija fl-Artikolu 254 dwar l-istruzzjonijiet ta' l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, li jibqa', madankollu, responsabbli b'mod sħiħ għat-transazzjonijiet tal-qiegħ;

    ▼M3

    (f) fejn istituzzjoni tkun iddelegat il-poteri ta’ uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni lid-direttur ta’ uffiċċju interistituzzjonali Ewropew skond l-Artikolu 174a(1) tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼B

    2.  Jekk l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli li ffirma r-rabta tal-budget mhux disponibbli u jibqa' mhux disponibbli għal żmien li ma jaqbilx mal-limiti bies jingħalaq l-impenn legali, dak l-impenn legali irid jingħalaq mill-perunsa nnominata skond ir-regoli tad-deputazzjoni addottati minn kull istituzzjoni, sakemm dik il-persuna għandha l-istat ta' uffiċċjal li jawtorizza skond l-Artikolu 59(2) tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 95

    Ir-reġistrazzjoni ta' impenji legali individwali

    (L-Artikolu 77 tar-Regolament Finanzjarju)

    Fil-każ ta' diversi impenji legali individwali li jiġu wara rabta globali tal-budget, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jirreġistra l-ammonti ta' dawn l-impenni legali individwali fil-kontijiet ċentrali. L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jara li l-ammont totali mhux ikbar mill-ammont tar-rabta globali tagħhom.

    Ir-reġistrazzjoni fil-kontijiet turi r-referenzi tar-rabtiet globali li qed jitniżżlu magħha r-rabtiet individwali.

    L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jirreġistra l-ammonti fil-kontijiet qabel ma jiffirma' l-impenn legali individwali korrispondenti.

    Artikolu 96

    Nfiq amministrattiv li jiġi taħt rabtiet provviżorji

    (L-Artikolu 76tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-punti li ġejjin jistgħu jitqiesu ma' l-infiq amminsitrattiv ta' rutina li jista' jqajjem rabtiet provviżorji:

    (a) infiq fuq persunal, ukoll jekk ma jiġix taħt ir-Regolamenti tal-Persunal, fuq riżorsi umani oħrajn, u fuq il-ħlas ta' l-esperti;

    (b) nfiq relatat ma' Membri ta' l-istituzzjoni;

    (ċ) infiq għat-taħriġ;

    (d) infiq fuq kompetizzjoni, għażla u impjieg;

    (e) infiq fuq missjonijiet;

    (f) infiq ta' rappreżentazzjoni;

    (g) infiq fuq laqgħat;

    (h) interpreti u tradutturi mhux tal-fiss;

    (i) tpartit ta' uffiċċjali;

    (j) kiri ta' bini u ħwejjeġ oħra;

    (k) assigurazzjoni mixxellanja;

    (l) tindif u manutenzjoni;

    (m) infiq fuq il-benesseri;

    (n) użu tas-servizzi ta' telekomunikazzjoni;

    (o) piżijiet finanzjarji;

    (p) spejjeż legali;

    (q) danni, inkluż l-imgħax;

    (r) tagħmir tax-xogħol;

    (s) ilma, gass u elettriku;

    (t) pubblikazzjoni ta' perjodiċi fuq karta u elettronikament.



    Taqsima 2

    Validazzjoni ta' nfiq

    Artikolu 97

    Validazzjoni u “il-mogħodija għal pagament”

    (L-Artikolu 79 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Validazzjoni ta' kull nefqa tkun ibbażat fuq id-dokumenti ta' sostenn fis-sens ta' l-Artikolu 104 li juri l-intitolament tal-kreditur, fuq rendikont ta' servizzi tassew mogħtija, fornitura tassew ikkonsenjata jew xogħol li sar tassew, jew fuq bażi ta' dokumenti oħrajn li jiġġustifikaw pagament.

    2.  L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli personalment jikkontrolla d-dokumenti ta' sostenn jew fuq responsabbilta' tiegħu jaċċerta li dan ikun sar, qabel ma jieħu d-deċiżjoni li jwettaq in-nefqa.

    3.  Id-deċiżjoni ta' twettiq tidher billi jkun iffirmat “mgħoddi għall-pagament” mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jew minn uffiċċjal jew impjegat ieħor teknikament kompetenti, li jkun ingħata l-poter b'deċiżjoni formali ta' l-uffiċċjal li jawtorizza. Tali deċiżjonijijet ta' għoti ta' poter jinżammu għar-referenza.

    Artikolu 98

    Pagament ta' kuntratti ta' ksib

    (L-Artikolu 79 tar-Regolament Finanzjarju)

    Għall-pagamenti ta' kuntratti ta' ksib, il-kitba “mgħoddi għall-pagament” tiċċertifika li:

    (a) l-istituzzjoni rċeviet fattura mingħand l-appaltatur u rreġistrata formalment;

    (b) fuq il-fattura nnifisha, jew dokument intern mal-fattura, inkiteb “iċċertifikata korretta” u ffirmaha uffiċċjal jew impjegat ieħor teknikament kompetenti u mogħti l-poter mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli;

    (ċ) l-aspetti kollha tal-fattura ikun rahom kollha l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jew fuq responsabbilta' tiegħu bit-tir li jkun iddeterminat l-ammont li għandu jitħallas u l-validita' tal-pagament bħala ħelsien mid-dejn.

    Il-kitba “mgħoddi għall-pagament” imsemmija fil-punt (b) ta' l-ewwel paragrafu tiċċertifika li s-servizzi previsti fil-kontratt ingħataw sew, jew li l-fornitura prevista fil-kuntratt kienu kkonsenjati sew, jew li x-xogħol previst fil-kuntratt sar sew. Għal fornitura u xogħol, l-uffiċċjal jew impjegat ieħor teknikament kompetenti iħejji ċertifikat provviżorju ta' aċċettazzjoni, imbagħad ċertifikat finali ta' aċċettazzjoni fi tmiem Iż-żmien ta' garanzija mniżżel fil-kuntratt.. Dawn iż-żewġ ċertifikati jgħoddu bħala “iċċertifikat korrett”.

    Artikolu 99

    Pagament ta' konċessjonijiet

    (L-Artikolu 79 tar-Regolament Finanzjarju)

    Għall-ħlas ta' konċessjonijiet, il-kitba “mgħoddi għall-pagament” tiċċertifika li:

    (a) l-istituzzjoni rċeviet talba għall-pagament imħejjija mill-benefiċjarju u rreġistrata formalment;

    (b) fuq it-talba għall-ħlas innifisha, jew fuq dokument intern mat-talba milqugħa inkiteb “iċċertifikata korretta” u ffirmaha uffiċċjal jew impjegat ieħor teknikament kompetenti u mgħoti l-poter mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli; b'tali kitba, jiċċertifika li l-azzjoni jew programm ta' xogħol magħmul mill-benefiċjarju jaqbel f'kollox mal-ftehim tal-konċessjoni;

    (ċ) l-aspetti kollha tat-talba tal-pagament ikun rahom kollha l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jew fuq responsabbilta' tiegħu bit-tir li jkun iddeterminat l-ammont li għandu jitħallas u l-validita' tal-pagament bħala ħelsien mid-dejn.

    Artikolu 100

    Pagament għal infiq tal-persunal

    (L-Artikolu 79 tar-Regolament Finanzjarju)

    Għal pagamenti ta' nfiq tal-persunal, il-kitba “mgħoddi għall-pagament” tiċċertifika li jeżistu dawn id-dokumenti ta' sostenn:

    (a) għas-salarju ta' kull xahar:

    (i) lista sħiħa tal-persunal, li tinkludi l-komponenti kollha tar-remunerazzjoni

    (ii) formola (dokument ta' tagħrif personali) li turi xi bidliet li jkunu saru, kull meta saru u jekk ikunu saru, f'kull komponent tar-remunerazzjoni, mibnija fuq deċiżjonijiet li kienu saru f'kull każ individwali

    (iii) fil-każ ta' mpjiegi ġodda jew ħatriet, kopja iċċertifikata tad-deċiżjoni ta' l-impjieg ġdid jew tal-ħatra li tkun mat-twettieq ta'l-ewwel ħlas tas-salarju

    ▼M2

    (b) rigward remunerazzjonijiet oħra bħal staff imħallsa bis-siegħa jew bil-ġurnata: dikjarazzjoni ffirmata mill-membru ta’ l-istaff awtorizzat li turi l-ġranet u sigħat maħduma;

    (c) rigward is-sahra: dikjarazzjoni ffirmata mill-membru ta’ l-istaff awtorizzat li tiċċertifika l-ammont ta’ sahra maħduma;

    ▼B

    (d) dwar spejjeż ta' missjonijiet:

    (i) l-ordni ta' vvjaġġar iffirmata mill-awtorità kompetenti;

    ▼M2

    (ii) id-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż tal-missjoni, iffirmata mill-membru ta’ l-istaff fuq missjoni u mis-superjur amministrattiv bil-poteri xierqa delegati lilu, u li turi b'mod partikulari, il-post tal-missjoni, id-dati u l-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla fil-post tal-missjoni, l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar, l-ispejjeż tas-sussistenza, u spejjeż oħra awtorizzati kif jixraq fuq il-prezentazzjoni ta’ dokumenti ta’ prova;

    ▼B

    (e) dwar infiq ieħor tal-persunal: id-dokumenti ta' sostenn li jirreferu għad-deċiżjoni li fuqha toqgħod l-ispiża, bil-komponenti kollha tal-kalkolu.

    ▼M2

    Artikolu 101

    Forma materjali għall-“mgħoddi għall-pagament”

    (L-Artikolu 79 tar-Regolament Finanzjarju)

    F’sistema mhux kompjuterizzata, “mgħoddi għall-ħlas” għandu jieħu l-forma ta’ timbru li jinkorpora l-firma ta’ l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew ta’ membru ta’ l-istaff kompetenti teknikament, li ngħata l-poter minn uffiċjal awtorizzanti responsabbli skond l-Artikolu 97. F’sistema kompjuterizzata, “mgħoddi għall-ħlas” għandu jieħu l-forma ta’ validazzjoni assigurata elettronikament mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jew minn membru ta’ l-istaff kompetenti teknikament, li ngħata l-poter mill-uffiċjal responsabbli awtorizzat.

    ▼B



    Taqsima 3

    Awtorizzazzjoni tal-pagamenti

    Artikolu 102

    Kontrolli ta' l-uffiċċjal li jawtorizza fuq il-pagamenti

    (L-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju)

    Meta jagħmel l-ordni tal-pagament, l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli irid jiżgura li:

    (a) l-ordni tal-pagament inħarġet sew, jiġifieri li tkun saret deċiżjoni ta' twettiq min qabel fl-għamla ta' “mgħoddi għall-pagament”, li l-partikolarijiet ta' min se jitħallas huma tajbin u li l-ammont hu dovut;

    (b) l-ordni tal-pagament taqbel mar-rabta tal-budget li mniżżla taħtha;

    (ċ) in-nefqa qiegħda taħt l-oġġett it-tajjeb fil-budget

    (d) jistgħu isiru appropjazzjonijiet.

    Artikolu 103

    Dettalji obbligatorji fuq ordnijiet tal-pagamenti u trasmissjoni lill-uffiċċjal tal-kontijiet

    (L-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-ordni tal-pagament trid turi:

    (a) is-sena finanzjarja meta trid titniżżel in-nefqa

    (b) l-artikolu fil-budget u kull sottodiviżjoni oħra li tgħodd;

    (ċ) ir-referenzi ta' l-impenn legali li jqajjem intitolament għall-ħlas

    (d) ir-referenzi tar-rabta tal-budget li trid titniżżel taħthom;

    (e) l-ammont lijrid jitħallas, bl-ewro

    (f) l-isem, l-indirizz u d-dettali tal-kont tal-bank ta' min se jitħallas;

    (g ) l-oġġett li jkun qed titħallas;

    (h) il-mezz tal-ħlas;

    (i) li l-oġġetti ddaħħlu fl-inventarju skond l-Artikolu 222.

    2.  L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jikteb id-data u jiffirma' l-ordni tal-pagament u jgħaddiha lill-uffiċċjal tal-kontijiet.



    Taqsima 4

    Ħlas ta' l-infiq

    Artikolu 104

    Dokumenti ta' sostenn

    (L-Artikolu 81 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M3

    1.  Prefinanzjament, inkluż meta dan jitqassam f'għadd ta' pagamenti, għandu jitħallas fuq il-bażi tal-kuntratt, ftehim, deċiżjoni jew att bażiku, jew fuq il-bażi ta' dokumenti ta' appoġġ li jagħmluha possibbli li tiġi vverifikata l-konformità ta' l-azzjonijiet iffinanzjati mat-termini tal-kuntratt, deċiżjoni jew ftehim ikkonċernat. Jekk id-data tal-ħlas għal prefinanzjament tkun determinata fl-istrumenti msemmija, il-ħlas ta' l-ammont dovut m'għandux jiddependi fuq aktar domanda.

    Ħlasijiet temporanji u ħlas ta' bilanċi għandhom ikunu bbażati fuq dokumenti ta' appoġġ li bihom jidher li jagħmluha possibbli li jiġi vverifikat li l-azzjoni ffinanzjata tkun twettqet skond it-termini tal-kuntratt, deċiżjoni jew ftehim milħuq mal-benefiċjarju jew ta' l-att bażiku.

    ▼B

    2.  L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jippreskrivi, skond il-prinċipji ta' treġija finanzjarja tajba, in-natura tad-dokumenti ta' sostenn imsemmi fil-paragrafu 1 skond l-att bażiku u l-kuntratti u l-ftehim milħuqin mal-benefiċjarji. Rapporti ta' implimentazzjoni tekniċi u finanzjarji provviżorji u finali huma dokumenti ta' sostenn għall-iskopijiet tal-Paragrafu 1.

    3.  L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli iżomm id-dokumenti ta' sostenn skond l-Artikoli 48 u 49.

    Artikolu 105

    Kif jitniżżlu l-pagamenti tal-finanzjament minn qabel u pagamenti temporanji

    (L-Artikolu 81 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-finanzjament minn qabel intiż biex jagħti somma għall-bidu ta' xi proġett jista' jitqassam fuq għadd ta' pagamenti.

    2.  Pagament temporanju, li jista' jerġa' jsir, intiż biex jerġa' jrodd lura n-nefqa ta' xi benefiċjarju fuq rendikont ta' nfiq meta l-azzjoni għadha qed issir jgħodd bħala ħlas sħiħ jew ta' parti mill-finanzjament minn qabel, bla ħsara għall-att bażiku.

    3.  In-nefqa tingħalaq meta jitħallas il-bilanċ, li dan isir darba biss u jagħmel tajjeb għall-pagamenti kollha ta' qablu, jew tinħareġ ordni ta' rkupru.



    Taqsima 5

    Limiti ta' żmien għal operazzjonijiet ta' nfiq

    Artikolu 106

    Limiti ta' żmien għall-pagamenti u imgħax fil-każ ta' nuqqas ta' pagament

    (L-Artikolu 83 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Somom dovuti iridu jitħallsu fi żmien ħamsa u erbgħin jum kalendarju minn meta d-dipartiment awtorizzat ta' l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jirreġistra talba ammissibbli għall-ħlas; id-data tal-ħlas għandha tinftiehem bħala d-data li kien iddebitat il-kont ta' l-istituzzjoni.

    It-talba għall-ħlas mhux ammissibbli jekk ikollha imqar ħtieġa essenzali nieqsa.

    ▼M3

    Fejn it-talba tal-ħlas ma tkunx ammissibbli, l-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-kuntrattur jew benefiċjarju fi żmien 30 jum kalendarji mid-data li fiha t-talba għall-ħlas tkun ġiet irċevuta għall-ewwel darba. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tad-defiċjenzi kollha.

    ▼B

    2.  Iż-żmien ta' ħlas imsemmi fil-paragrafu 1 ikun tletin jum kalendarju għal pagamenti ta' servizzi jew kuntratti ta' fornitura, ħlief meta l-kuntratt jgħid mod ieħor.

    ▼M3

    3.  Għal kuntratti u ftehim ta’ għotjiet u deċiżjonijiet li taħthom il-ħlas jiddependi fuq l-approvazzjoni ta’ rapport jew ta’ ċertifikat, dan il-limitu taż-żmien għall-finijiet tal-perjodi ta’ ħlas imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandux jibda jiddekorri qabel l-approvazzjoni tar-rapport jew ċertifikat ikkonċernat. Il-benefiċjarju għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien.

    Iż-żmien permess għall-approvazzjoni ma jistax jaqbeż:

    (a) 20 ġurnata kalendarja għal kuntratti mhux ikkumplikati li jirrigwardaw il-provvista ta’ oġġetti u servizzi;

    (b) 45 jum kalendarji għal kuntratti oħra u ftehim ta’ għotjiet u deċiżjonijiet;

    (c) 60 jum kalendarji għal kuntratti u ftehim ta’ għotjiet u deċiżjonijiet li jinvolvu servizzi jew azzjonijiet tekniċi li huma partikularment kumplessi biex jiġu valutati.

    Fi kwalunkwe każ, il-kuntrattur jew il-benefiċjarju għandhom jiġu infurmati minn qabel dwar il-possibiltà li l-ħlasijiet jistgħu jiġu ttardjati sabiex issir l-approvazzjoni ta' rapport.

    L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jgħarraf lill-benefiċjarju permezz ta’ dokument formali bi kwalunkwe sospensjoni tal-perjodu permess għall-approvazzjoni tar-rapport jew ċertifikat.

    L-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni responsabbli jista' jiddeċiedi li għandu japplika limitu ta' żmien wieħed għall-approvazzjoni tar-rapport jew iċ-ċertifikat. Dan il-limitu ta’ żmien wieħed ma jistax jaqbeż il-perjodi massimi applikabbli aggregati għall-approvazzjoni tar-rapport jew ċertifikat u għall-ħlas.

    ▼B

    4.  L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jista' jwaqqaf għal xi żmien il-limitu tal-perjodu għall-ħlas billi jgħarraf lill-kredituri, f'kull waqt tul iż-żmien imsemmi fil-paragrafu 1, li t-talba għall-ħlas ma tistax tintlaqa', jew għax l-ammont mhux dovut jew għax ma ntwerewx id-dokumenti ta' sostenn li hemm bżonn. Jekk l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jkollu tagħrif li jixħet dubju fuq l-eligibilta ta' nefqa fuq talba għal pagament, l-uffiċċjal li jawtorizza jista' jwaqqaf għal xi żmien il-limitu għall-perjodu tal-ħlas għal iktar verifiki, inkluż kontroll għal għarrieda, biex jaċċerta, qabel ma jsir il-pagament, li n-nefqa hi tassew eliġibbli. ►M3  L-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni għandu jinforma lill-kuntrattur jew il-benefiċjarju kkonċernat malajr kemm jista' jkun u jagħti r-raġunijiet għas-sospensjoni ◄

    Iż-żmien għall-iskopijiet tal-fdal tal-perjodu ta' pagament ikompli jgħodd mid-data li tkun intlaqgħet it-talba għall-pagament ifformulata kif suppost.

    ▼M3

    5.  kif jagħlaq iż-żmien preskritt fil-paragrafi 1 u 2, il-kreditur huwa intitolat għall-imgħax skond dawn id-dispożizzjonijet:

    (a) ir-rati ta' l-imgħax għandhom ikunu dawk imsemmijin fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 86(2);

    (b) l-imgħax għandu jkun pagabbli għaż-żmien li jkun għadda mill-jum kalendarju ta' wara l-għeluq tal-limitu taż-żmien għall-ħlas sal-ġurnata tal-ħlas

    B'eċċezzjoni, meta l-imgħax ikkalkulat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel subparagrafu jkun EUR 200 jew anqas, huwa għandu jitħallas lill-kreditur biss fuq talba fi żmien xahrejn minn meta jiġi rċevut il-ħlas tard.

    L-ewwel u t-tieni subparagrafi ma jgħoddux għall-Istati Membri.

    ▼M3

    6.  Kull Istituzzjoni għandha tippreżenta lill-awtorità tal-baġit rapport dwar ir-rispett tal-limiti taż-żmien u dwar is-sospensjoni tal-limiti taż-żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun anness mat-taqsira tar-rapport ta' l-attivita annwali msemmi fl-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼B



    KAPITOLU 7

    Sistemi ta' IT

    Artikolu 107

    Deskrizzjoni ta' sistemi ta' IT

    (L-Artikolu 84tar-Regolament Finanzjarju)

    Fejn jintużaw sistemi u sottosistemi ta' kompjuters għall-ipproċessar ta' operazzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-budget, hi meħtieġa deskrizzjoni sħiħa u aġġornata ta' kull sistema

    Kull deskrizzjoni trid tiddefinixxi l-kontenut ta' x'għandu jiddaħħal u fejn għandu jiddaħħal u trid tiddeskrivi kif is-sistema taħdem kull operazzjoni individwali. Trid turi fid-dettal kif is-sistema tiggarantixxi li kull operazzjoni tista' tkun ivverifikata mill-bidu sat-tmiem.

    Artikolu 109

    Arkivar Perjodiku

    (L-Artikolu 84 tar-Regolament Finanzjarju)

    It-tagħrif f'sistemi u sottosistemi ta' kompjuters irid ikun merfugħ perjodikament u miżmum f'post fejn ma jistax isirlu ħsara.



    KAPITOLU 8

    Awditur intern

    Artikolu 109

    Ħatra ta' l-awditur intern

    (L-Artikolu 85 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Kull istituzzjonijiet taħtar l-awditur intern tagħha skond l-arranġamenti għall-karatteristiċi u bżonnijiet speċifiċi tagħha. L-istituzzjoni tgħarraf lill-awtortita tal-budget dwar il-ħatra ta' l-awditur intern.

    2.  Skond il-karatteristiċi u l-ħtiġiet speċifiċi tagħha, kull istituzzjoni tiddetermina l-għan tal-missjoni ta' l-awditur intern u tippreskrivi fid-dettal l-objettivi u l-proċeduri għal eserċitazzjoni tal-funzjoni ta' verifika interna b'attenzjoni mogħtija lil-livelli ta' verifiki interni internazzjonali.

    3.  L-istituzzjoni tista' taħtar bħala awditur intern, uffiċċjal jew impjegat ieħor li hu ċittadin ta' l-Istati Membri u li jaqa' taħt ir-Regolamenti tal-Persunal, fuq is-saħħa tal-kompetenzi partikolari tiegħu.

    4.  Jekk żewġ istituzzjonijiet jew iktar jaħtru lill-istess awditur intern iridu jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex ikun iddikjarat responsabbli ta' l-azzjonijiet tiegħu kif preskritt fl-Artikolu 114.

    5.  L-istituzzjoni trid tgħarraf lill-awtrorita tal-budget meta jintemmu d-dmirijiet ta' l-awditur intern.

    Artikolu 110

    Riżorsi Operattivi

    (L-Artikolu 86 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-istituzzjoni tipprovdi r-riżorsi meħtieġa biex l-awditur intern jaqdi sew il-funzjoni tiegħu ta' verifikazzjoni interna u karta ta' missjoni li turi fid-dettali il-kompiti, d-dmirijiet u l-obbligi tiegħu.

    Artikolu 111

    Programm ta' xogħol

    (L-Artikolu 86 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-awditur intern jaddotta l-programm tax-xogħol tiegħu u jgħaddih lill-istituzzjoni.

    2.  L-istituzzjoni tista' titlob lill-awditur intern jagħmel verifiki li mhux qegħdin fil-programm ta' xogħol imsemmi fil-Paragrfau 1.

    Artikolu 112

    Rapporti ta' l-awditur intern.

    (L-Artikolu 86 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Kull sena l-awditur intern irid jagħti r-rapport ta' verifika interna previst fl-Artikolu 86(3) tar-Regolament Finanzjarju lill-istituzzjoni, dan ir-rapport irid jgħid l-għadd u t-tip ta' verifiki interni li jkunu saru, ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin li jkunu saru u x'sar fuq dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

    Dak ir-rapport ta' kullsena irid isemmi ukoll xi problemi sistemiċi li jkun ra l-grupp ta' nies imwaqqaf apposta skond l-Artikolu 66(4) tar-Regolament Finanzjarju.

    2.  Kull istituzzjoni tara jekk ir-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport ta' l-awditur intern tagħha humiex tajbin għal tpartit ta' prattika tajba ma' istituzzjonijiet oħrajn.

    ▼M3

    3.  L-awditur intern għandu, matul l-elaborazzjoni tar-rapport tiegħu, jiffoka partikolarment fuq il-konformità globali mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u għandu jiżgura li jkunu ttieħdu l-miżuri xierqa sabiex konsistentement tittejjeb l-applikazzzjoni tagħha.

    ▼B

    Artikolu 113

    Indipendenza

    (L-Artikolu 87 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-awditur intern għandu indipendenza totali meta jkun qed jagħmel il-verifiki. Ma jistax jingħata istruzzjonijiet u ma jistax ikun ristrett b'xi mod rigward il-funzjonijiet li, minħabba l-ħatra tiegħu, huma mogħtija lilu skond ir-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 114

    Responsabbilta' ta' l-awditur intern

    (L-Artikolu 87 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-istituzzjoni biss, billi timxi skond dan l-Artikolu, tista tiċċaqlaq biex l-awditur intern, bħala uffiċċjal jew impjegat ieħor suġġett għar-Regolamenti tal-Persunal, ikun iddikjarat responsabbli għall-azzjonijiet tiegħu.

    L-istituzzjoni tista' tieħu deċiżjoni meqjusa biex tibda investigazzjoni. Dik id-deċiżjoni tkun mgħarrfa lill-parti interessata. L-istituzzjoni tista' tagħti l-investigazzjoni f'idejn uffiċċjal jew iktar, iwieġbu lilha direttament, ta' l-istess grad jew ogħla mill-membru tal-persunal imdaħħal. Il-fehmiet tal-parti interessata jinstemgħu matul l-investigazzjoni.

    Ir-rapport ta' investigazzjoni għandu jintbagħat lill-parti interessata, li għandha tinstema mill- istituzzjoni fuq is-suġġetta ta' dak ir-rapport.

    ▼M2

    Skond ir-rapport u s-smigħ, l-istituzzjoni taddotta deċiżjoni meqjusa li ttemm id-diskussjonijiet jew deċiżjoni meqjusa skond l-Artikoli 22 u 86 u l-Anness IX tar-Regolamenti ta’ l-Istaff. Deċiżjonijiet li jimponu miżuri ta' dixxiplina jew penalitajiet finanzjarji għandhom jiġu nnotifikati lill-parti interessata u għandha tkun ikkomunitata, għal finijiet ta’ informazzjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-Qorti ta’ l-Awdituri.

    ▼B

    Il-parti interessata tista' tressaq azzjoni għal deċiżjonijiet bħal din quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, kif previst fir-Regolamenti tal-Persunal.

    Artikolu 115

    Azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

    (L-Artikolu 87tar-Regolament Finanzjarju)

    Bla ħsara għar-rimedji permessi mir-Regolamenti tal-Persunal, l-awditur intern jista' jressaq azzjoni direttament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għal kull att li għandu x'jaqsma mal-qadi ta' dmirijietu bħala awditur intern. Azzjoni bħal din trid tkun iddepożitata fi żmien tlett xhur mill-jum kalendarju meta jkun mgħarraf l-att involut.

    Tali azzjonijiet ikunu investigati u mismugħin kif previst fl-Artikolu 91(5) ►M3  tar-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. ◄



    TITOLU V

    KSIB



    KAPITOLU 1

    Dispożizzjonijiet ġenerali



    Taqsima 1

    Għan u prinċipji ta' konċessjoni

    Artikolu 116

    Definizzjonijiet u għan

    (L-Artikolu 88 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M2

    1.  Kuntratti ta’ bini jkopru x-xiri, il-kiri fit-tul, l-użufrutt, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs, bl-għazla jew mingħajr l-għażla tax-xiri, ta’ art, bini eżistenti jew propjetà immobbli oħra.

    ▼B

    2.  Xiri, kera jew ħlas bin-nifs bil-possibbilta ta' xiri jew mingħajr, ta' prodotti jiġu taħt kuntratti ta' fornitura. ►M1  Kuntratt li għandu bħala għan il-kunsinna ta’ prodotti u, bħala attività anċillari, ix-xogħlijiet ta’ bini u ta’ installazzjoni hu kkunsidrat bħala kuntratt ta’ provvista. ◄

    3.   ►M1  L-għan tal-kuntratti tax-xogħol hu jew l-esekuzzjoni, jew it-tfassil b’mod konġunt u l-esekuzzjoni tax-xogħol jew proġetti relatati ma’ waħda mill-attivitajiet mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ) 2004/18/KE, jiġifieri t-twettiq minn kwalunkwe mezz li jkun ta’ proġett li jissodisfa l-ħtiġijiet speċifikati mill-awtorità kontraenti. ◄ tfisser ir-riżultat ta' xogħlijiet ta' bini jew iġinerija ċivili li minnu nnifsu jista' jaqdi funzjoni tekonomika jew teknika.

    4.  Kuntratti ta' servizz ikopru s-servizzi kollha intellettwali u mhux li ma jiġux taħt kuntratti ta' fornitura, kuntratti ta' xogħlijiet jew kuntratti ta' bini. ►M1  Dawn is-servizzi huma nnumerati fl-Annessi IIA u IIB tad-Direttiva 2004/18/KE. ◄

    5.  Kuntratt li jħaddan kemm prodotti kif ukoll servizzi jitqies bħala kuntratt ta' servizz meta l-valur tas-servizzi jkun ogħla mill-valur tal-prodotti inklużi fil-kuntratt.

    ▼M1

    Meta l-għan ta' kuntratt huma s-servizzi u mhux ix-xogħol inċidentali għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-għan prinċipali tal-kuntratt, dan hu meqjus bħala kuntratt ta' servizzi.

    Meta l-għan ta’ kuntratt huma s-servizzi koperti kemm mill-Aness II A kif ukoll mill-Anness II B tad-Direttiva 2004/18/KE, dan jitqies bħala kopert mill-Anness II A jekk il-valur tas-servizzi mniżżla f’dan l-Anness jaqbeż dak tas-servizzi mniżżla fl-Anness II B.

    5a.  Il-kwalifika tat-tipi differenti ta’ kuntratti hija msejsa fuq in-nomenklatura ta’ referenza li tistabbilixxi vokabularju komuni tal-kuntratti pubbliċi (CPV) fis-sens tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2195/2002 ( 14 ).

    Fil-każ ta’ differenzi bejn in-nomenklatura CPV u n-nomenklatura statistikali ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fi ħdan il-Komunità Ewropea (NACE) mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 2004/18/KE, jew bejn in-nomenklatura CPV u n-nomenklatura tal-klassifikazzjoni ċentrali tal-prodotti (CPC) (verżjoni proviżorja) mniżżla fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva, in-nomenklatura NACE jew in-nomenklatura CPC japplikaw rispettivament.

    ▼M1

    6.  It-termini “intraprenditur”, “fornitur” u “persuna li tipprovdi servizzi” jfissru kull persuna fiżika jew morali jew kull entità pubblika jew grupp ta’ dawn il-persuni u/jew entitajiet li joffru, rispettivament, it-twettiq ta’ xogħlijiet u/jew ta’ biċċiet ta’ xogħol, ta’ prodotti jew ta’ servizzi fuq is-suq. It-terminu operatur ekonomiku jkopri kemm il-kunċetti ta’ itraprenditur, fornitur u presuna li tipprovdi servizzi. L-operatur ekonomiku li ppreżenta offerta hu indikat permezz tal-kelma “appaltatur”. ►M3  Dawk li jkunu talbu sabiex jitħallew jieħdu sehem fi proċedura ristretta, djalogu kompetittiv, jew proċedura nnegozjata huma msemmija bħala “kandidati”. ◄

    Il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi huma awtorizzati li jitfgħu offerta jew li jsiru kandidati. Għall-preżentazzjoni ta’ offerta jew talba ta’ parteċipazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jeżiġu li l-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi jkollhom l-għamla legali partikulari, iżda l-grupp magħżul jista' jiġi mġiegħel li jieħu għamla legali partikulari meta jkun ingħatalu l-kuntratt, fil-miżura li din it-trasformazzjoni tkun meħtieġa għat-twettiq xieraq tal-kuntratt.”

    7.  Id-dipartimenti ta’ l-istituzzjonijiet komunitarji huma meqjusa bħala awtoritajiet kontraenti ħlief jekk jikkonkludu bejniethom arranġamenti amministrattivi għal-provvisti ta' servizzi, il-provvista ta' prodotti u t-twettiq ta' xogħolijiet.

    Artikolu 117

    Kuntratti ta’ qafas u kuntratti speċifiċi

    (Artikolu 88 tar-Regolament finanzjarju)

    ▼M3

    1.  Il-Paragrafu (1) huwa sostitwit b'li ġej: Fejn ikun konkluż qafas ta’ kuntratt ma’ diversi operaturi ekonomiċi, dawn ta’ l-aħħar għandhom ikunu mill-inqas tlieta, sakemm ikun hemm biżżejjed operaturi ekonomiċi li jissodisfaw il-kriterji ta’ l-għażla u/jew ta’ offerti ammissibbli li jirrispettaw il-kriterji ta' l-għoti.

    Qafas ta’ kuntratt ma’ numru ta’ operaturi ekonomiċi jista’ jieħu l-forma ta’ kuntratti li jkunu separati iżda konklużi f’termini identiċi.

    Kuntratti ta' qafas ma jistgħux ikunu għal iktar minn erba' snin, ħlief f'każi eċċezzjonali ġustifikati b'mod partikolari mill-materja tal-qafas ta’ kuntratt.

    F’setturi suġġetti għal evoluzzjoni mgħaġġla tal-prezzijiet u t-teknoloġija kuntratti ta' qafas mingħajr il-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni għandhom jinkludu dispożizzjoni jew dwar reviżjoni intermedja jew dwar sistema ta' benchmarking. Wara r-reviżjoni intemedja, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti inizjalment ma jkunux għadhom adattati għall-evoluzzjoni tal-prezzijiet jew tat-teknoloġija, l-awtorità li tagħti l-kuntratti m’għandhiex tuża l-qafas ta’ kuntratt ikkonċernat u għandha tieħu l-passi meħtieġa sabiex ittemmu.

    ▼M1

    2.  Il-kuntratti speċifiċi msejsa fuq kuntratti ta’ qafas huma konklużi biss skond it-termini stipulati fihom, bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi li kienu oriġinarjament parti mill-kuntratt ta’ qafas.

    Meta ssir l-għotja tal-kuntratti speċifiċi msejsa fuq il-kuntratt ta’ qafas, il-partijiet ma jistgħux jagħmlu emendi sostanzjali lit-termini stipulati f'dan il-kuntratt ta' qafas, b'mod partikolari fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3.

    3.  Meta kuntratt ta’ qafas ikun konkluż ma’ operatur ekonomiku wieħed biss, il-kuntratti speċifiċi msejsa fuq dan il-kuntratt ta’ qafas huma mogħtija fil-limiti tat-termini stipulati fil-kuntratt ta' qafas.

    Għall-għoti ta’ dawk il-kuntratti speċifiċi, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonsultaw bil-miktub l-operatur ekonomiku li hu parti mill-kuntratt ta’ qafas, billi jitolbu jlesti l-offerta tiegħu jekk jeħtieġ.

    4.  L-għotja ta’ kuntratti msejsa fuq kuntratti speċifiċi ta’ qafas konklużi ma' bosta operaturi ekonomiċi hi mwettqa skond l-emendi li ġejjin:

    a) b’applikazzjoni tat-termini stipulati fil-kuntratt ta’ qafas, mingħajr ma l-kompetizzjoni tinfetaħ mill-ġdid.

    b) meta mhux it-termini kollha huma stipulati fil-kuntratt ta’ qafas, wara li l-partijiet ikkompetu mill-ġdid fuq il-bażi ta’ l-istess termini, jekk meħtieġ billi jiġu ċċarati u, jekk jeħtieġ, fuq il-bażi ta’ termini oħra mniżżla fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas.

    Għal kull kuntratt speċifiku li għandu jingħata skond l-emendi stipulati fl-ewwel inċiż, punt b), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkonsultaw, bil-miktub, l-operaturi ekonomiċi kapaċi jwettqu l-għan tal-kuntratt billi jistabbilixxu limitu ta’ żmien biżżejjed sabiex jippermettu l-preżentazzjoni tas-sejħiet għall-offerti. Is-sejħiet għall-offerti huma ppreżentati bil-miktub. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu kull kuntratt speċifiku lill-persuna li tefgħet l-aħjar offerta għall-kuntratt fuq il-bażi tal-kriterji ta’ għotja mniżżla fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt ta’ qafas.

    5.  Huma biss il-kuntratti speċifiċi msejsa fuq il-kuntratti ta' qafas li għandhom jiġu ppreċeduti minn impenn mill-baġit.

    ▼B



    Taqsima 2

    Il-Pubblikazzjoni

    ▼M1

    Artikolu 118

    Miżuri ta’ riklamar għall-kuntratti mid-Direttiva 2004/18/KE ħlief il-kuntratti fl-Anness II B

    (l-Artikolu 90 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-pubblikazzjoni għall-kuntratti li għandhom valur daqs jew akbar mil-limiti stipulati fl-Artikoli 157 u 158 għandhom avviż ta' tagħrif minn qabel, avviż ta' kuntratt jew avviż ta' kuntratt issemplifikat u avviż ta' għotja.

    2.  L-avviż ta’ tagħrif minn qabel hu l-avviż li permezz tiegħu l-awtoritajiet kontraenti jgħarrfu, bħala gwida, l-ammont totali stipulat tal-kuntratti u kuntratti ta’ qafas skond il-kategorija ta’ servizzi u gruppijiet ta’ prodotti u l-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratti tax-xogħol li bi ħsiebhom jagħtu waqt is-sena tal-baġit, minbarra l-kuntratti taħt il-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż ta' kuntratt. Dan għandu jsir biss meta l-ammont totali stmat tal-kuntratti hu daqs jew jaqbeż il-limiti stipulati fl-Artikolu 157 u li jekk l-awtorità kontraenti bi ħsiebha tagħmel użu mill-fakultà li tnaqqas id-data ta’ l-għeluq ta' l-ilqugħ ta' l-offerti b’konformità ma’ l-Artikolu 140 (4).

    L-avviż ta’ tagħrif minn qabel hu ppubblikat mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (OPOCE) jiġifieri mill-awtoritajiet kontraenti infushom dwar il-“profil ta’ xerrejja” tagħhom kif inhu pprovdut fl-Anness VIII, punt 2, b), tad-Direttiva 2004/18/KE.

    L-avviż ta’ tagħrif minn qabel hu mibgħut lill-OPOCE jew ippubblikat fuq il-profit tax-xerrej mill-aktar fis u mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull eżerċizzju għall-kuntratti ta’ fornitura u ta’ servizzi u għall-kuntratti tax-xogħol mill-aktar fis wara d-deċiżjoni li tawtorizza l-programm.

    L-awtoritajiet kontraenti li jippubblikaw l-avviż ta’ tagħrif minn qabel dwar il-profil ta’ xerrej tagħhom jibgħatu lill-OPOCE, b’mezz elettroniku b’konformità mal-format u r-regoli ta’ trażmissjoni indikati fl-Aneess VIII, punt 3, tad-Direttiva 2004/18/KE, avviż li jgħarraf il-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ tagħrif minn qabel dwar profil ta’ xerrej.

    3.  L-avviż tal-kuntratt jippermetti lill-awtoritajiet kontraenti li jgħarrfu l-intenzjoni tagħhom li jniedu proċedura ta’ għotja ta’ kuntratt jew ta’ kuntratt ta’ qafas jew ta’ implimentazzjoni ta’ sistema ta’ akkwist dinamiku, stipulat fl-Artikolu 125 bis. ►M2  Bla ħsara għal kuntratti konklużi wara proċedura nnegozjata msemmija fl-Artikolu 126, l-avviż tal-kuntratt għandu jkun obbligatorju għall-kuntratti li ġejjin: kuntratti ta' valur stmat li hu daqs jew iktar mil-limiti preskritti fil-punti (a) u (c) ta' l-Artikolu 158(1); kuntratti ta’ riċerka u żvilupp elenkati fil-kategorija 8 ta’ l-anness II A tad-Direttiva 2004/18/KE b’valur stmat ta’ daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 158(1) għall-kuntratti tar-riċerka u l-iżvilupp imniżżla. ◄ Dan mhux obbligatorju għall-kuntratti speċifiċi msejsa fuq il-kuntratti ta’ qafas.

    L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jagħtu kuntratt speċifiku msejjes fuq sistema ta’ akkwist dinamiku għandhom jgħarrfu l-intenzjoni taħghom permezz ta’ avviz ta’ kuntratt issemplifikat.

    F’każ ta’ proċedura miftuħa, l-avviż tal-kuntratt għandu juri d-data, ħin u, jekk jeħtieġ, il-post tal-laqgħa ta’ tal-kummissjoni tal-ftuħ, li hi miftuħa għal min jitfa’ l-aħjar offerta.

    L-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw jekk jawtorizzaw jew le l-varjanti u l-livelli ta’ kapaċità minimi li jitolbu jekk jużaw il-possibbiltà stipulata fl-Artikolu 135(2), it-tieni inċiż. Huma għandhom jindikaw il-kriterji ta’ selezzjoni mniżżla fl-Artikolu 135 li bi ħsiebhom jużaw, in-numru minimu ta’ kandidati li bi ħsiebhom jistiednu biex jitfgħu offerta u, jekk jeħtieġ, l-akbar numru, kif ukoll il-kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji li bi ħsiebhom jużaw biex jillimitaw in-numru, skond l-Artikolu 123(1), it-tieni inċiż.

    Fil-każijiet fejn id-dokumenti ta’ sejħa għall-kompetizzjoni huma ta’ aċċess ħieles, dirett u sħiħ b’mezzi elettroniċi, b’mod partikulari fis-sistemi ta’ akkwist dinamiku stipulat fl-Artikolu 125 bis, l-indirizz tal-websajt fejn id-dokumenti jistgħu jiġu kkonsultati jidher fl-avviż tal-kuntratt.

    L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jorganizzaw kompetizzjoni għandhom jgħarrfu l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ avviż.

    ▼M3

    Awtoritajiet li jagħtu l-kuntratti għandhom ukoll, fejn ikun xieraq, jispeċifikaw fl-avviż tal-kuntratt li l-proċedura ta’ xiri hija proċedura xiri inter-istituzzjonali. F’dawn il-każijiet, l-avviż tal-kuntratt għandu tindika l-istituzzjonijiet, aġenziji eżekuttivi jew entitajiet li jissemmew fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju li jkunu involuti fil-proċedura ta’ akkwist, l-istituzzjoni responsabbli mill-proċedura ta’ akkwist u l-volum globali tal-kuntratti għal dawk l-istituzzjonijiet, aġenziji eżekuttivi jew entitajiet kollha.

    ▼M1

    4.  L-avviż ta’ għotja tippreżenta r-riżultati tal-proċedura ta’ għotja tal-kuntratti, ta’ kuntratti ta’ qafas jew ta’ kuntratti imsejsa fuq sistema ta’ akkwist dinamiku. Dan hu obbligatorju għall-kuntratti ta' ammont li hu daqs jew jaqbeż il-limiti stipulati fl-Artikolu 158. Dan mhux obbligatorju għall-kuntratti msejsa fuq il-kuntratti ta’ qafas.

    ▼M3

    L-avviż ta' l-aġġudikazzjoni għandu jintbagħat lill-OPOCE mhux aktar tard minn tmienja u erbgħin jum kalendarju minn meta tingħalaq il-proċedura, jiġifieri minn meta jiġi ffirmat il-kuntratt jew il-qafas ta’ kuntratt. Madankollu, notifiki li jikkonċernaw kuntratti bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri jistgħu jinġabru flimkien fuq bażi ta’ kull tliet xhur. F’dawn il-każijiet, huma għandhom jintbagħtu lill-OPOCE mhux aktar tard minn tmienja u erbgħin jum wara t-tmiem ta’ kull perjodu ta' tliet xhur.

    ▼M1

    L-awtoritajiet kontraenti li organizzaw kompetizzjoni jibagħtu lill-Komunitajiet Ewropej avviż dwar ir-riżultati tiegħu lill-OPOCE.

    ▼M3

    L-avviż ta' l-aġġudikazzjoni għandu jintbagħat ukoll lill-OPOCE fil-każ ta’ kuntratt jew qafas ta’ kuntratt b’valur daqs jew akbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 158 u mogħtija wara proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, fi żmien biżżejjed biex il-pubblikazzjoni sseħħ qabel il-firma tal-kuntratt, skond it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 158a, paragrafu 1.

    Informazzjoni relatata mal-valur u l-kuntratturi ta’ kuntratti speċifiċi bbażati fuq qafas ta’ kuntratt matul sena finanzjarja għandhom ikunu ppubblikati fuq is-sit ta’ l-internet ta’ l-awtorità tal-kuntratti mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu wara tmiem din is-sena finanzjarja, jekk bħala riżultat tal-konklużjoni ta’ kuntratt speċifiku jew volum aggregat ta’ kuntratti speċifiċi l-limiti li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 158 ikunu nqabżu.

    ▼M1

    5.  L-avviżi huma mfassla skond il-formoli standard adottati mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE.

    Artikolu 119

    Miżuri ta’ riklamar għall-kuntratti li mhumiex koperti mid-Direttiva 2004/18/KE u l-kuntratti ta’ l-Anness II B

    (l-Artikolu 90 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼B

    1.   ►M1  Il-Kuntratti li għandhom valur anqas mil-limiti stipulati fl-Artikolu 158 u l-kuntratti ta’ servizzi mniżżla fl-Anness IIB tad-Direttiva 2004/18/KE għandhom jiġu riklamati b’mod xieraq sabiex jiggarantixxu l-ftuħ tal-kuntratt għal kompetizzjoni u l-imparzjalità tal-proċeduri ta’ għotja ta’ kuntratt. ◄ Tali rreklamar jinvolvi:

    (a) jekk ma kienx ippubblikat avviż għall-appalt kif imsemmi fl-Artikolu 118(3), avviż għal sejħa ta' espressjoni ta' interess għall-appalti b'suġġett simili imma b'valur ►M3  ————— ◄ jew ikbar mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 128(1):

    ▼M2

    (b) il-pubblikazzjoni annwali ta’ lista ta’ kuntratturi, li tispeċifika s-suġġett u l-valur tal-kuntratt aġġudikat, għal kuntratti b’valur ►M3  ————— ◄ jew ta’ aktar minn EUR 25 000.

    ▼M3 —————

    ▼M1

    2.  Il-lista ta kuntratturi li se jingħatawlhom kuntratti ta’ proprjetà u l-kuntratti ddikjarati sigrieti mniżżla fl-Artikolu 126(1), punt j), huma suġġetti biss għal pubblikazzjoni annwali b’indikazzjoni ta’ l-għan u l-ammont tal-kuntratti mogħtija. Din il-lista hi kkomunikata lill-awtorità tal-baġit. Fil-każ tal-Kummissjoni, din hi mehmuża ma' l-Anness fis-sintesi tar-rapporti ta' attività annwali mniżżla fl-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼B

    3.  Tagħrif dwar appalti b'valur ►M3  ————— ◄ jew ikbar mill-ammont imsemmi fl-Artikolu 128(1) jintbagħat lill-Uffiċċju għal Pubblikazzjonijiet Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej; il-listi annwali ta' appaltaturi tintbagħat mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu ta' fuq tmiem is-sena finanzjarja.

    Reklamar minn qabel u u l-pubblikazzjoni ta' kull sena tal-lista ta' l-appaltaturi għall-appalti l-oħrajn ikunu fuq is-siti ta' l-internet ta' l-istituzzjonijiet; pubblikazzjonijiet ta' wara iridu jsiru sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena finanzjarja ta' wara. Tista' ssir ukoll pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komuntajiet Ewropej.

    Artikolu 120

    Pubblikazzjoni ta' l-avviżi

    (L-Artikolu 90 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-Uffiċċju għal Pubblikazzjonijiet Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej jippubblika l-avviżi msemmijin fl-Artikoli 118 u 119 fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej mhux iktar tard minn tnax-il ġurnata kalendarja minn meta jinħarġu.

    ▼M1

    Il-limitu ta' żmien fl-ewwel paragrafu hu mnaqqas għal ħames ġranet tal-kalendarju fil-proċeduri mħaffa msemmija fl-Artikolu 142.

    ▼B

    2.  L-awtoritajiet ta' l-appalti jridu jkunu jistgħu jagħtu evidenza tad-data tal-ħruġ.

    Artikolu 121

    Forom oħrajn ta' reklamar

    (L-Artikolu 90 tar-Regolament Finanzjarju)

    Minbarra r-reklamar previst fl-Artikoli 118, 119 u 120, l-appalti jistgħu ikunu rreklamati b'kull mod ieħor, notabilment f'forma elettronika. Kull riklam ta' dan it-tip irid jirreferi għall-avviż maħruġ fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej, kif previst fl-Artikolu 120, jekk kien ippubblikat, u ma jistax jiġi qabel il-pubblikazzjoni ta' l-avviż, li hu awtentiku waħdu.

    Tali rreklamar ma jistax jagħmel diskriminazzjoni bejnkandidati jew dawk li jitfgħu l-offerti, u lanqas ma jista' jkollu iktar dettalji milli hemm fl-avviż ta' l-appalti, jekk kien ippubblikat.



    Taqsima 3

    Proċeduri ta' Ksib

    Artikolu 122

    Tipi ta' proċeduri ta' ksib

    (L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Kuntratti jingħataw billi ssir sejħa għall-offerti bil-proċeduri miftuħin, ristretti jew innegozjati wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' appalt, jew bi proċedura nnegozjata mingħajr ma jkun ippubblikat qabel l-avviż ta' appalt, fejn xieraq wara kompetizzjoni.

    ▼M1

    2.  Il-Kuntratt għal sejħa għall-offerti hu miftuħ meta kull operatur ekonomiku interessat jista’ jitfa’ offerta. Dan jgħodd ukoll għas-sistemi ta’ akkwist dinamiku mniżżla fl-Artikolu 125a.

    Is-sejħa għall-offerti hi limitata meta l-operaturi ekonomiċi jistgħu jitolbu li jieħdu sehem u huma biss il-kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ selezzjoni mniżżla fl-Artikolu 135 u li huma mistiedna flimkien u bil-miktub mill-awtoritajiet kontraenti li jistgħu jitfgħu offerta jew tweġiba fil-qafas tal-proċedura ta’ djalogu kompettitiv imniżżel fl-Artikolu 125b.

    Il-fażi ta’ selezzjoni tista’ tiġi ripetuta għal kull kuntratt individwali, kif ukoll fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, jew fuq tfassil ta’ lista ta’ kandidati potenzjali fil-qafas tal-proċedura limitata fl-Artikolu 128.

    ▼B

    3.  Fi proċedura innegozjata, l-awtoritajiet ta' l-appalti jikkonsultaw lil min jagħżlu minn dawk li tefgħu l-offerti li jkunu ssodisfaw il-kriterji ta' għażla preskritti fl-Artikolu 135, u tinnegozja t-termini ta' l-appalt ma' wieħed minnhom jew iktar.

    Fi proċeduri nnegozjati fejn ikun ippubblikat avviż, kif imsemmi fl-Artikolu 127, l-awtoritajiet ta' l-appalti jistiednu lill-kandidati magħżulin fl-istess żmien u bil-miktub biex jinnegozjaw.

    4.  Kompetizzjonijiet huma proċeduri li bihom l-awtorità ta' l-appalti tkun tista' takkwista, l-iktar fl-oqsma ta' l-arkitettura u l-inġinerija ċivili jew l-ipproċessar ta' tagħrif, pjan jew disinn propost minn bord ta' għażla wara li dan ikun tqiegħed f'sejħa għall-offerti kompetittivi bil-premji jew mingħajr.

    Artikolu 123

    Għadd ta' kandidtai fi proċeduri ristretti jew innegozjati

    (L-Artikolu 91tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Fi proċedura ristretta, inkluża l-proċedura imsemmija fl-Artikolu 128, l-għadd ta' kandidati mistiedna biex jitfgħu offerta ma jistax ikun iżgħar minn ħamsa, sakemm ikun hemm għadd biżżejjed ta' kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta' l-għażla.

    L-awtortita ta' l-appalti tista' wkoll tagħmel limitu ta' għoxrin kandidat, skond is-suġġett ta' l-appalt u fuq bażi ta' kriterji ta' għażla oġġettivi u mhux diskriminatorji. F'każi hekk, il-firxa u l-kriterji jingħadu fl-avviż tal-kuntratt jew fis-sejħa għal espressjoni ta' interess imsemmijin fl-Artikoli 118 u 119.

    F'kull każ, l-għadd ta' kandidati mistiedna jrid ikun biżżejjed biex ikun hemm kompetizzjoni ġenwina.

    ▼M1

    2.   ►M3  Fi proċeduri nnegozjati u wara djalogu kompetittiv, in-numru ta’ kandidati mistiedna jinnegozjaw jew jagħmlu offerta ma jistgħux ikunu anqas minn tlieta, sakemm numru suffiċjenti ta’ kandidati jissodisfaw il-kriterji ta’ l-għażla. ◄

    In-numru ta’ kandidati mistiedna sabiex jitfgħu offerta għandu jkun biżżejjed biex jiżguraw kompetizzjoni vera.

    Id-dispożizzjonijiet ta’ l-ewwel u t-tieni inċiż ma japplikawx:

    a) għall-kuntratti ta’ ammont baxx imniżżla fl-Artikolu 129(3);

    b) għall-kuntratti ta’ servizzi legali fis-sens ta’ l-Anness IIB tad-Direttiva 2004/18/KE;

    c) għall-kuntratti ddikjarati sigrieti mniżżla fl-Artikolu 126(1), punt j).

    ▼M1

    3.  Meta n-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ selezzjoni u l-livell minimu ta’ kapaċitàjiet hu inferjuri min-numru minimu stipulat fil-paragrafi 1 u 2, l-awtorità kontraenti tista’ tkompli l-proċedura billi tistieden il-kandidat jew kandidati li għandhom il-kapaċitàjiet meħtieġa. Min-naħa l-oħra, ma jistax jiġu inklużi operaturi ekonomiċi oħra li ma talbux sabiex jieħdu sehem jew kandidati li m’għandhomx il-kapaċitajiet meħtieġa.

    ▼B

    Artikolu 124

    Arranġamenti għal proċeduri nnegozjati

    (L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju))

    L-awtoritajiet ta' l-appalti jinnegozjaw l-offerti mitfugħa ma' min ikun tefagħhom biex jadattawhom għall-ħtiġiet fl-avviż ta' l-appalt imsemmi fl-Artikolu 118 jew fl-ispeċifikazzjonijiet u kull dokument ieħor u biex isibu l-offerta li tagħti l-iktar għall-flus li jintefqu fiha.

    Matul it-taħditiet, l-awtoritajiet ta' l-appalti jridu jaraw li lil dwak li jkunu tefgħu l-offerta jistmawhom l-istess.

    ▼M1

    Meta l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jgħaddu l-kuntratti tagħhom billi jirrikorru għal proċedura negozjata wara li jkunu ppubblikaw avviż tal-kuntratt, b’konformità ma’ l-Artikolu 127, huma jistgħu jipprevedu li l-proċedura negozjata sseħħ f’fażijiet suċċessivi b'mod li tnaqqas in-numru ta' offerti li għandhom jiġu nnegozjati billi jiġu applikati kriterji ta' attribuzzjoni indikati fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjoni. L-użu ta’ din il-fakultà hi indikata fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjoni.

    ▼B

    Artikolu 125

    Kompetizzjonijiet

    (L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Ir-regoli għall-organizzazzjoni ta' kompetizzjoni iridu jkunu mgħarrfa lil kull min hu interessat jieħu sehem.

    L-għadd ta' kandidati mistiedna biex jieħdu sehem irid ikun biżżejjed biex ikun hemm kompetizzjoni ġenwina.

    2.  Il-bord ta' l-għażla jinħatar mill-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli. Ikun magħmul biss minn persuni naturali li m'għandhomx x'jaqsmu ma' min qed jieħu sehem fil-kompetizzjoni. Meta biex dak li jkun jieħu sehem f'kompetizzjoni tinħtieġ kwalifika professjonali partikolari, mill-inqas terz mill-membri tal-bord ta' l-għażla irid ikollhom l-istess kwalifika jew oħra daqsha.

    Il-bord ta' l-għażla huwa awtonomu fil-fehmiet tiegħu. Il-fehmiet tal-bord jistgħu jibbażaw ruħhom fuq il-proġetti sottomessi anonimament mill-kandidati u dan biss skond il-kriterji preskritti fl-avviż tal-kompetizzjoni.

    3.  Il-proposti u l-osservazzjonijiet tal-bord ta' l-għażla, ibbażati fuq il-merti ta' kull proġett għalih, ikunu rreġistrati f'rapport iffirmat mill-membri.

    Il-kandidati jibqgħu mhux magħrufa sakemm il-bord ta' l-għażla jagħti l-fehma tiegħu.

    ▼M1

    Il-kandidati jistgħu jiġu mistiedna minn ġurija biex iwieġbu għall-mistoqsijiet irraportati fil-proċess verbali sabiex jiċċaraw proġett. Rapport sħiħ tad-djalogu li rriżulta hu stabbilit.

    ▼B

    4.  L-awtorità ta' l-appalti tieħu deċiżjoni li fiha tagħti l-isem u l-indirizz tal-kandidat li ntgħażel u għalfejn intgħażel, b'referenza għall-kriterji mxandra fl-avviż tal-kompetizzjoni, speċjalment jekk ma taqbilx mal-proposti skond il-fehma tal-bord ta' l-għażla.

    ▼M1

    Artikolu 125a

    Sistema ta’ akkwist dinamiku

    (l-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Is-sistema ta’ akkwist dinamiku skond l-Artikolu 1(6) u l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2004/18/KE, hu proċess ta’ akkwist kompletament elettroniku għal xiri ta’ użu frekwenti, miftuħ waqt it-tul tiegħu kollu għal kull operatur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji ta’ selezzjoni u li ressaq offerta indikattiva skond it-termini u l-kundizzjonijiet u d-dokumenti komplimentari eventwali. L-offerti indikattivi jistgħu jittejbu f'kull mument, b'kundizzjoni li jibqgħu konformi mat-termini u l-kundizzjonijiet.

    2.  Sabiex tiġi implimentata sistema ta’ akkwist dinamiku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jippubblikaw avviż tal-kuntratt li jispeċifika li din hi sistema ta’ akkwist dinamiku u li jkollu referenza għall-indirizz tal-websajt li fih jistgħu jiġu kkonsultati t-termini u l-kundizzjonijiet u kull dokument anċillari, b’mod ħieles, dirett u sħiħ, mill-pubblikazzjoni ta’ l-avviż sa’ l-għeluq tas-sistema.

    Huma jiċċaraw it-termini u l-kundizzjonijiet, fost oħrajn, in-natura tax-xiri maħsub li jkun suġġett għall-għan ta’ din is-sistema, kif ukoll kull tagħrif meħtieġ dwar is-sistema ta’ akkwist, it-tagħmir elettronniku użat u l-arranġamenti u speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ konnessjoni.

    3.  L-awtoritajiet kontraenti jagħtu, tul is-sistema ta' akkwist dinamiku, il-possibbiltà lil kull operatur ekonomiku li jitfa’ offerta indikattiva sabiex jitħalla jidħol fis-sistema bil-kundizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1. Huma jiksbu l-evalwazzjoni fi żmien massimu ta’ ħmistax-il ġurnata mid-data tal-preżentazzjoni ta’ l-offerta indikattiva. Madankollu, huma jistgħu jestendu l-perijodu ta’ evalwazzjoni sakemm l-ebda sejħa għall-offerta ma tintervjeni waqt dan l-istess perijodu.

    L-awtoritajiet kontraenti jgħarrfu b’kollox lil min qiegħed jagħmel l-offerta ta’ l-inklużjoni tiegħu fis-sistema ta’ akkwist dinamiku jew ta’ eleminazzjoni ta’ l-offerta tiegħu.

    4.  Kull kuntratt speċifiku hu suġġett għal sejħa għall-offerti. Qabel ma toħroġ din is-sejħa, l-awtoritajiet kontraenti jippubblikaw avviż ta' kuntratt semplifikat li jistieden l-operaturi ekonomiċi interessati kollha biex jitfgħu offerta indikattiva, fi żmien li ma jistax ikun anqas minn ħmistax-il ġurnata mid-data tal-kunsinna ta' l-avviż semplifikat. L-awtoritajiet kontraenti jagħmlu sejħa għall-offerti biss wara li jkunu kisbu evalwazzjoni ta’ l-offerti indikattivi kollha li ġew imressqa waqt dan iż-żmien.

    L-awtoritajiet kontraenti jistiednu kull min jifta’ offerta li ġie mdaħħal fis-sistema sabiex jitfa’ offerta fi żmien adegwat. Huma joffru l-kuntratt lill persuna li tefgħet l-aktar offerta li hi ekonomikament vantaġġuża fuq il-bażi tal-kriterji ta’ għotja mniżżla fl-avviż tal-kuntratt għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ akkwist dinamiku. Jekk jeħtieġ, dawn il-kriterji jistgħu jiġu speċifikati fis-sejħa għall-offerti.

    5.  It-tul tas-sistema ta’ akkwist dinamiku ma jistax jaqbeż l-erba’ snin, ħlief f'każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xierqa.

    L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jużaw din is-sistema biex iwaqqfu, jillimitaw, jew iwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.

    L-ebda spejjez amministrattivi ma ġew imposti lill-operaturi ekonomiċi interessati jew lill-partijiet tas-sistema.

    Artikolu 125b

    Djalogu kompetittiv

    (Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Meta kuntratt ikun partikularment ikkumplikat, l-awtorità kontraenti, jekk tqies li l-użu dirett tal-proċedura miftuħa jew ta’ l-emendi preżenti li jmexxu l-proċedura limitata ma jħallux l-għotja tal-kuntratt għall-offerta li ekonomikament tkun l-aħjar waħda, din tista’ tuża d-djalogu kompetittiv mniżżel fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2004/18/KE.

    Kuntratt hu meqjus bħala partikularment ikkumplikat meta l-awtorità kontraenti mhux kapaċi b’mod oġġettiv li tiddefinixxi l-mezzi tekniċi li jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet jew għanjiet tagħha jew li jistabbilixxu l-karattru legali jew finanzjarju tal-proġett.

    2.  L-awtoritajiet kontraenti jippubblikaw avviż tal-kuntratt li fih huma jgħarrfu l-ħtiġijiet u l-eżigenzi tagħhom, li jiddefinixxu f’dan l-istess avviż u/jew f’dokument deskrittiv.

    3.  L-awtoritajiet kontraenti jiftħu, mal-kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ selezzjoni mniżżla fl-Artikolu 135, djalogu sabiex jidentifikaw u jiddefinixxu l-mezzi xierqa sabiex jissodisfaw mill-aħjar il-ħtiġijiet tagħhom.

    Waqt id-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti jiggarantixxu l-ugwaljanza tat-trattament ta’ kull min jitfa’ offerta u l-kunfidenzjalità tat-tweġibiet proposti jew tagħrif ieħor ikkomunikat minn kandidati li jieħdu sehem fid-djalogu, ħlief jekk kien hemm ftehim ma’ dan dwar il-preżentazzjoni tagħhom.

    L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistipulaw proċedura li titwettaq f’bosta fażijiet suċċessivi b’mod li tnaqqas in-numru ta’ tweġibiet li għandhom jiġu diskussi waqt il-fażi ta’ djalogu billi japplikaw il-kriterji ta’ għotja mniżżla fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv, jekk din il-possibbiltà hi mniżżla fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv.

    4.  Wara li jkunu għarrfu lill-parteċipanti bil-konklużjoni tad-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti jistednuhom jerġgħu jitgħu offerta finali msejsa fuq it-tweġiba jew tweġibiet imressqa u speċifikati waqt id-djalogu. Dawn l-offerti jinkludu l-elementi kollha meħtieġa għat-twettiq tal-proġett.

    Fuq talba ta’ l-awtorità kontraenti, dawn l-offerti jistgħu jiġi spjegati, iċċarati u mtejba mingħajr ma’ jinbidlu l-elementi fundamentali ta' l-offerta jew tas-sejħa għall-offerti, li l-bidla fihom tista’ twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew li jkollha effett diskriminatorju.

    Fuq talba ta’ l-awtorità kontraenti, dak li ġie identifikat bħala li tefa’ l-aħjar offerta jista’ jiġi mitlub jiċċara l-aspetti ta’ l-offerta tiegħu u jikkonferma l-impenji mniżżla fiha, bil-patt u kundizzjoni li dan ma jwassalx għal bidla ta' l-elementi importanti ta' l-offerta jew tas-sejħa għall-offerti, jew għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew joħloq diskriminazzjonijiet.

    5.  L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistipulaw il-prezzijiet jew il-pagamenti għal-parteċipanti waqt id-djalogu.

    ▼M3

    Artikolu 125c

    Proċedura ta’ akkwisti konġunti ma’ Stat Membru

    (Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

    1. Fil-każ ta’ proċedura konġunta ta' xiri bejn istituzzjoni waħda u l-awtorità tal-kuntratti fi Stat Membru wieħed jew aktar, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet proċedurali applikabbli għall-istituzzjonijiet.

    Fejn is-sehem li jappartjeni għall-awtorità tal-kuntratti ta' Stat Membru, jew li hu ġestit minnha, huwa ta' 50 % jew aktar, jew f'każijiet oħra ġġustifikati kif xieraq, l-istituzzjoni tista' tiddeċiedi li r-regoli proċedurali applikabbli għall-awtorità tal-kuntratti minn Stat Membru għandha tapplika sakemm dawn jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk ta' l-istituzzjoni.

    L-istituzzjoni u l-awtorità tal-kuntratti mill-Istat Membru kkonċernat mill-proċedura ta' l-akkwist konġunt għandhom b'mod partikolari jaqblu dwar il-modalitajiet prattiċi għall-evalwazzjoni tat-talbiet għall-parteċipazzjoni jew offerti, l-għoti tal-kuntratt, il-liġi applikabbli għall-kuntratt u l-qorti kompetenti għas-smigħ tal-kawżi.

    ▼B

    Artikolu 126

    Proċedura nnegozjata mingħajr ma jkun ippublikat qabel avviż ta' l-appalt

    (L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

     

    L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż tal-kuntratt, ikun x’ikun l-ammont stmat tal-kuntratt, fil-każijiet li ġejjin:

    a) meta l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa jew l-ebda applikazzjoni ma ġiet imressqa bħala tweġiba ta’ proċedura miftuħa jew limitata, wara l-għeluq tal-proċedura inizjali, sakemm il-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt kif speċifikati fid-dokumenti ta' sejħa għall-offerti mniżżla fl-Artikolu 130 ma jkunux konsiderevolment mibdula;

     ◄

    (b) meta għal raġunijiet tekniċi jew artistiċi, jew għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħarsien ta' drittijiet esklusivi, l-appalt jista' jingħata biss lil operatur ekonomiku partikolari;

    ▼M1

    c) fejn hu verament meħtieġ, għal raġunijiet ta' urġenza estrema, inwassla minn ġrajjiet imprevedibbli li ma sarux mill-awtorità kontraenti, hu impossibbli li jkunu kompatibbli mad-dati ta’ għeluq mituba mill-proċedura l-oħra u stipulati fl-Artikoli 140, 141 u 142;

    ▼B

    (d) meta appalt ta' servizz jingħata wara kuntratt u, skond ir-regoli applikati, irid jingħata lill-kandidat li ntgħażel jew lill-wieħed mill-kandidati li ntgħażlu; fil-każ ta' l-aħħar, il-kandidati kollha li ntgħażlu ikunu mistiedna biex jieħdu sehem fit-taħdidiet;

    ▼M1

    e) għas-servizzi u xogħol kumplimentari li mhumiex imniżżla la fil-proġett inizjali maħsub la fl-ewwel kuntratt konkluż imma li, wara ċirkostanzi mhux mistennija, saru meħtieġa għat-twettiq tas-servizzi u tax-xogħol, bil-kundizzjonijiet imniżżla fil-pargarafu 2;

    f) għal servizzi jew xogħlijiet ġodda magħmula minn repetizzjoni ta’ servizzi u ta’ xogħolijiet simili fdati lill-operatur ekonomiku li ngħata l-ewwel kuntratt mill-istess awtorità kontraenti, bil-kundizzjoni li dawn is-servizzi jew xogħlijiet jkunu konformi ma’ proġett ta’ bażi u li dan il-proġett kien is-suġġett ta’ proċedura inizzjali magħmula skond il-proċedura miftuħa jew limitata, fil-kundizzjonijiet imniżżla fil-pargarafu 3;

    ▼B

    (g) għal appalti ta' fornitura:

    (i) meta jkun hemm kunsinni oħrajn li huma maħsuba jew bħala bdil parzjali ta' fornitura normali jew installazzjonijiet jew bħala tkabbir tal-fornitura jew installazzjonijiet li diġa hemm, fejn jekk jinbidel il-fornitur l-awtorità ta' l-appalti tkun ikollha tieħu tagħmir b'karatteristiċi tekniċi differenti li jwasslu f'inkompatibbilta jew diffikultajiet tekniċi kbar fit-tħaddim u l-manutenzjoni; ma jistgħux isiru kuntratti ta' dan it-tip għal iktar minn tlett snin;

    (ii) meta l-prodotti jsiru purament għall-iskop ta' riċerka, esperimenti, studju jew żvilupp, ħlief għal testijiet ta' vijabilta kummerċjali u produzzjoni fuq skala kbira biex jinġabar l-infiq li sar fuq riċerka u żvilupp;

    ▼M1

    iii) fil-każ ta’ provvisti kkwotati u mixtrija f’suq tal-merkanzija;

    iv) fil-każ ta’ xiri b’kundizzjonijiet partikularment tajbin, jew minn furnitur li waqaf b’mod definittiv l-attivitajiet kummerċjali tiegħu, jew minn kuratur jew likwidatur ta’ falliment, arranġament mal-kredituri jew proċedura ta’ l-istess tip skond il-liġi nazzjonali;

    ▼B

    (h) għal appalti ta' bini, wara stħarriġ tas-suq lokali;

    ▼M1

    i) għall-kuntratti ta’ servizzi legali fis-sens ta’ l-Anness II B tad-Direttiva 2004/18/KE;, li huma madankollu suġġetti għal riklamar xieraq;

    ▼M1

    j) għall-kuntratti ddikjarati sigrieti mill-istituzzjoni jew awtoritajiet delegati minn din, jew għall-kuntratti li t-twettiq tagħhom għandu jkun imsaħħaħ b’miżuri ta’ sigurtà speċjali skond id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ, jew meta l-ħarsien ta’ l-imgħax essenzjali tal-Komunitajiet jew ta’ l-Unjoni jeħtieġu dan.

    ▼M2

    L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw ukoll il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt fil-każ ta’ kuntratti b’valur ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 60 000.

    ▼B

    2.  Għal servizzi u xogħlijiet oħrajn imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1, l-awtorità ta' l-appalti tista' tuża l-proċedura nnegozjata mingħajr ma tkun ippubblikata qabel f'avviż ta' appalt bil-kondizzjoni li jingħata lill-appaltatur li qed jagħmel il-kuntratt:

    (a) meta kuntratti barranin ma jistgħux jinfirdu, teknikament jew ekonomikament, mill-kuntratt ewlieni mingħajr inkonvenjenza kbira għall-awtorità ta' l-appalti.

    (b) meta tali xogħlijiet jew servizzi, għalkemm jistgħu jinfirdu mill-appalt l-oriġinali, huma meħtieġa bil-fors biex jitlesta.

    Il-valur totali tal-kuntratti barranin ma jistax jaqbeż il-50 % ta' l-ammont tal-kuntratt inizjali.

    3.   ►M1  Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel inċiż, punt f), il-possibbiltà li tintuża proċedura nnegozjata hi indikata mill-proċedura ta' kompetizzjoni ta' l-ewwel operazzjoni u l-ammont totali maħsub għall-bqija tas-servizzi jew xogħlijiet hu meħud f’kunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikolu 158. ◄ Dik il-proċedura tista' tintuża biss waqt it-tlett snin wara li jagħlaq il-kuntratt l-oriġinali.

    Artikolu 127

    Proċedura nnegozjata użata wara li jkun ippublikat minn qabel avviż ta' l-appalt

    (L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

     

    L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura negozjata wara li ppubblikaw avviż tal-kuntratt, ikun x’ikun l-ammont stmat tal-kuntratt, fil-każijiet li ġejjin:

    (a) quddiem offerti irregolari jew li ma jistgħux jiġu aċċetati, b’mod partikulari għal dak li għandu x’jaqsam mal-kriterji ta’ selezzjoni jew ta’ għotja, mogħtija bħala tweġiba għall-użu ta’ proċedura miftuħa jew limitata jew għal djalogu kompetittiv, li ngħalaq qabel, sakemm il-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt kif speċifikati fid-dokumenti ta' sejħa għall-offerta mniżżla fl-Artikolu 130 ma jkunux konsiderevolment imbiddla, bla preġudizzju għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2;

    (b) f’każijiet eċċezzjonali, meta dan jirrigwarda xogħlijiet, provvisti jew servizzi fejn in-natura jew ir-riskji tagħhom ma jippermettux li jiġi ffissat minn qabel u b’mod globali il-prezzijiet minn dawk li jagħtu l-offerti;

     ◄

    (ċ) fejn in-natura tas-servizzi li jridu jinkisbu, b'mod partikolari fil-każ ta' servizzi finanzjarji u servizzi intellettwali, hi tali li ma jistgħux isirulha speċifikazzjonijiet preċiżi biżżejjed li jħallu li tintagħżel l-aħjar offerta skond ir-regoli li jirregolaw proċeduri miftuħin jew ristretti;

    (d) għal appalti ta' xogħlijiet, fejn ix-xogħlijiet isiru biss għal skopi ta' riċerka, testijiet jew jew żvilupp u mhux biex isir profitt jew biex tinġabar in-nefqa fir-riċerka u l-iżvilupp;

    ▼M1

    (e) għall-kuntratti ta’ servizzi legali mniżżla fl-Anness IIB tad-Direttiva 2004/18/KE bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 126(1), l-ewwel inċiż, il-punti i) u j) u t-tieni inċiż;

    ▼M2

    (f) għal servizzi ta’ riċerka u ta’ żvilupp minbarra dawk fejn il-benefiċċji jakkumulaw esklussivament lill-awtorità kontraenti għall-użu tagħha fit-twettiq ta’ l-affarijiet tagħha, b'kondizzjoni li s-servizz ipprovdut ikun imħallas b'mod sħiħ mill-awtorità kontraenti;

    (g) għal kuntratti ta’ servizz għall-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-kooperazzjoni ta’ materjal għall-programm intiż għax-xandir minn xandara u kuntratti għal ħin tax-xandir.

    ▼M1

    2.  Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, punt a), l-awtoritajiet kontraenti jistgħu ma jippubblikawx avviż ta’ kuntratt jekk huma jinkludu fil-proċedura nnegozjata dawk kollha li tefgħu l-offerti li jissodisfaw il-kriterji ta' selezzjoni li, matul il-proċedura ta' qabel, issottomettew offerti konformi għall-eżiġenzi tal-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt.

    ▼B

    Artikolu 128

    Proċedura ristretta li tinvolvi sejħa għal espressjonijiet ta' interess

    (L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M2

    1.  Sejħa għall-espressjoni ta’ interess għandha tikkostitwixxi mezz ta’ pre-selezzjoni ta’ kandidati li għandhom jissejħu sabiex jissottomettu offerti bi tweġiba għal stedin għall-offerti futuri ristretti għal kuntratti b’valur ta’ aktar minn EUR 60 000 suġġett għall-Artikoli 126 u 127.

    ▼B

    2.  Il-lista mħejjija wara sejħa għal espressjonijiet ta' interess ma tkunx tgħodd għal iktar minn tlett snin minn meta l-avviż imsemmi fil-punt (a) ta' l-Artikolu 119 jintbgħat lill-Uffiċċju għal Pubblikazzjonijiet Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Kull persuna interessata tista' tiddepożita applikazzjoni f'kull ħin matul iż-żmien ta' validita' tal-lista, ħlief għall-aħħar tliet xhur ta' dak iż-żmien.

    3.  Meta għandu jingħata kuntratt speċifiku, l-awtorità ta' l-appalti tistieden jew lill-kandidati kollha fil-lista jew uħud minnhom, fuq bażi ta' kriterji ta' għażla speċifiċi għal dak il-kuntratt, oġġettivi u mhux diskriminatorji, biex jagħmlu offerta.

    ▼M2

    Artikolu 129

    Kuntratti ta' valur baxx

    (L-Artikolu 91 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Proċedura nnegozjata b’konsultazzjoni ta’ mill-anqas ħames kandidati tista’ tintuża għal kuntratti b’valur ta’ anqas jew ugwali għal EUR 60 000.

    Jekk, wara konsultazzjoni mal-kandidati, l-awtorità kuntrattwali tirċievi offerta waħda biss li tkun valida f’sens amministrattiv u tekniku, il-kuntratt jista’ jiġi aġġudikat sakemm ikunu ntlaħqu l-kriterji ta’ l-aġġudikazzjoni.

    2.  Għal kuntratti b’valur ta’ anqas jew ugwali għal EUR 25 000, il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tintuża b’konsultazzjoni ta’ mill-anqas tliet kandidati.

    ▼M3

    3.  Kuntratti b’valur ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 5 000 jistgħu jiġu aġġudikati fuq il-bażi ta’ offerta waħda biss.

    4.  Ħlasijiet ta' ammonti ta' EUR 500 jew anqas fir-rigward ta' elementi ta' nfiq jistgħu jikkonsistu sempliċiment fi ħlasijiet kontra fatturi, mingħajr ma tkun aċċettata offerta minn qabel.

    ▼B

    Artikolu 130

    Dokumenti li għandhom x'jaqsmu mas-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt

    (L-Artikolu 92 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Id-dokumenti li għandhom mas-sejħa biex isiru l-offerti, mill-inqas irid ikollha:

    ▼M1

    a) l-istedina għal sejħa għall-offerti, jew għal negozjar jew għal parteċipazzjoni f’djalogu fil-qafas tal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 125b;

    b) it-termini u l-kundizzjonijiet li huma mehmuża miegħu jew, dokument deskrittiv tat-talbiet u ħtiġijiet tal-awtorità kontraenti fil-każ ta’ djalogu kompetittiv imniżżel fl-Artikolu 125b, jew l-isem ta’ l-indirizz Internet fejn jistgħu jiġu kkonsultati;

    ▼B

    (ċ) kampjun ta' l-appalt.

    Id-dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-istedina biex isiru l-offerti ikollhom referenza għall-miżuri għar-riklami fl-Artikoli 118 sa 121.

     

    Is-sejħa għall-offerti jew għal negozjar jew għal parteċipazzjoni fid-djalogu tispeċifika għallinqas:

    a) l-emendi tat-tfigħ u l-preżentazzjoni ta’ offerti, b’mod partikulari d-data ta’ l-għeluq u ħin għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti, l-eżigenza eventwali biex timtela l-formula standard ta’ tweġiba, id-dokumenti li għandhom jiġu mehmuża, kif ukoll id-dokumenti anċillari tal-kapaċità ekonomika, finanzjarja, professjonali u teknika mniżżla fl-Artikolu 135 jekk mhix speċifikata fl-avviż tal-kuntratt, flimkien ma’ l-indirizz fejn għandhom jiġu mibgħuta.

    b) li offerta mitfugħa timplika li min tefa’ l-offerta aċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 1 li l-offerta tirreferi għalih u li din l-offerta torbot lil min tefa’ l-offerta waqt it-twettiq, mal-kuntratt, jekk dan jingħata l-kuntratt.

     ◄

    (ċ) tispeċifika ż-żmien li fih jibqa' jgħodd l-appalt u ma jista jinbidel għal xejn.

    (d) tipprojbixxi kull kuntatt bejn l-awtorità ta' l-appalti u min jitfa' l-offerta matul il-proċedura, ħlief, eċċezjonalment, skond il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 148, u, fejn isiru dispożizzjonijiet għal żjara għal għarrieda, jispeċifikaw l-arranġamenti għal żjara minn dawn.

    ▼M1

    e) fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, id-data stipulata u l-indirizz għall-bidu tal-fażi ta’ konsultazzjoni.

    ▼B

    3.  L-ispeċifikazzjonijiet mill-inqas iridu:

    ▼M3

    (a) jispeċifikaw il-kriterji ta’ esklużjoni u ta’ selezzjoni li japplikaw għall-kuntratt, minbarra fi djalogu kompetittiv, fil-proċedura ristretta u fil-proċedura nnegozjata wara l-pubblikazzjoni ta’ l-avviż imsemmi fl-Artikolu 127; f’dawn il-każijiet dawk il-kriterji għandhom japplikaw biss fl-avviż tal-kuntratt jew fis-sejħa għall-espressjoni ta’ interess;

    ▼M1

    b) speċifika l-kriterji ta’ għotja ta’ kuntratt u l-piż relatat tagħhom jew, jekk ikun il-każ, l-ordni dejjem tonqos ta’ l-importanza ta’ dawn il-kriterji jekk ma jidhrux fl-avviż tal-kuntratt;

    ▼B

    (ċ) tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmijin fl-Artikolu 131;

    ▼M1

    d) l-eżiġenzi minimi li għandhom jirrispettaw il-varjanti, fil-proċedura ta’ għoti lill-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament imsemmija fl-Artikolu 138(2), meta l-awtorità kontraenti tkun indikat fl-avviż tal-kuntratt li l-varjanti huma awtorizzati;

    ▼B

    (e) tiddikjara li l-Protokoll fuq Privileġġi u Immunitajiet jew, fejn xieraq, il-Konvenzjoni ta' Vjenna fuq ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi jew Relazzjonijiet Konsulari, jgħoddu;

    (f) tispeċifika l-evidenza ta' l-aċċess għall-kuntratti, kif preskritt fl-Artikolu 159;

    ▼M1

    g) speċifika fis-sistemi ta’ akkwist dinamiku mniżżla fl-Artikolu 125a, it-tip ta’ xiri maħsub kif ukoll kull tagħrif li jikkonċerna s-sistema ta’ xiri, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ konnessjoni.

    ▼B

    4.  L-appalt kampjun irid, b'mod partikolari:

    (a) jispeċifika l-penali meta ma jitħarsux il-klawżoli tiegħu;

    (b) jispeċifika d-dettalji li jrid ikun hemm fil-fatturi jew fid-dokumenti ta' sostenn relevanti skond l-Artikolu 98;

    ▼M3

    (c) jiddikjaraw li, meta l-istituzzjonijiet ikunu awtoritajiet tal-kuntratti, il-liġi tal-Komunità hija l-liġi li tapplika għall-kuntratt, ikkumplimentata, fejn hu meħtieġ, minn liġi nazzjonali kif speċifikat fil-kuntratt;

    ▼M3

    (d) jispeċifikaw il-qorti kompetenti li tisma’ l-kawżi.

    ▼B

    5.  L-awtoritajiet ta' l-appalti jistgħu jitoldu tagħrif lil min qed jitfa' l-offerti fuq kull parti ta' l-appalt li min qed jitfa' l-offerta jista' jkollu f'moħħu li jgħaddi x-xoghol lil partijiet terzi u dwar l-identità ta' lil min jitgħadda x-xogħol. ►M3  Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 134, l-awtorità tal-kuntratti tista’ wkoll titlob li l-kandidat jew min jitfa' offerta jipprovdi kull informazzjoni dwar il-kapaċitajiet finanzjarji, ekonomiċi, tekniċi jew professjonali, kif imsemmi fl-Artikoli 135 sa 137, tas-subkuntrattur ippjanat, b'mod partikolari meta s-subkontrattar ikun jirrappreżenta parti sinifikanti tal-kuntratt. ◄

    Artikolu 131

    Speċifikazzjonijiet tekniċi

    (L-Artikolu 92 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Speċifikazzjonijiet tekniċi iridu jagħtu aċċess ugwali lill-kandidati u lil min jitfa' l-offerti u mhux ikollhom l-effett li joħolqu xkiel mhux iġġustifikat biex ikun hemm offerti kompetittivi.

    Jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa minn prodott, servizz, materjal jew xogħol għall-iskop li huma meħtieġa mill-awtorità ta' l-appalti.

    2.  Il-karatteristiċi msemmijin fil-paragrafu 1 jinkludu:

    (a) il-livelli ta' kwalità

    (b) prestazzjoni ambjentali;

    ▼M1

    c) kull meta hu possibbli, il-kriterju ta’ aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità jew tfassil għal kull utent;

    ▼B

    (d) il-livelli u l-proċeduri għall-valutazzjoni ta' konformita;

    (e) kemm hi xierqa għall-użu intiża għalih

    (f) sigurta jew dimensjonijiet, inklużi, għall-fornitura, l-isem li jinbiegħ bih, u l-istruzzjonijiet għal min jużah, u, għall-appalti kollha, terminoloġija, simboli, testijiet u metodi tat-testijiet, ippakkjar, marki u tikketti, metodi u proċeduri tal-produzzjoni;

    (g) għal appalti ta' xogħol, il-proċeduri li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni tal-kwalità u r-regoli li għandhom x'jaqsmu mad-disinn u l-ipprezzar, il-kondizzjonijiet tat-testijiet, spezzjoni u aċċettazzjoni tax-xogħlijiet u metodi jew tekniċi ta' kif sar il-bini u l-kondizzjonijiet tekniċi l-oħrajn kollha li l-awtorità ta' l-appalti tista' timponi fir-regolamenti ġenerali jew speċifiċi għax-xogħlijiet lesti u għall-materjali jew partijiet li jinvolvu.

    3.  L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ikunu fformolati kif ġej:

    (a) b'refernza għal standards Ewropej, jew approvazzjonijiet tekniċi Ewropej jew speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, fejn dawn jeżistu, għal standards internazzjonali jew materjal ta' referenza tekniku maħruġ minn entitajiet ta' standards Ewropej jew, f'nuqqas ta' dan, l-ekwivalenti nazzjonali tagħhom. Kull referenza jkollha warajha l-espressjoni “jew ekwivalenti”; jew

    ▼M1

    b) jew f’termini ta’ esekuzzjoni jew ta’ ħtieġa tat-tħaddim li jistgħu jinkludu karatteristiċi ambjentali u għandhom ikunu preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu lil min jitfa’ l-offerta biex jiddetermina l-għan tal-kuntratt u lill-awtoritajiet kontraenti li jagħtu l-kuntratt; jew

    ▼B

    (ċ) taħlita ta' dawn iż-żewġ metodi ta' formulazzjoni.

    4.  Meta l-awtoritajiet ta' l-appalti jużaw il-possibbilta li jirreferu għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmijin fil-punt (a) tal-paragrafu 3, ma jistgħux ma jaċċettawx offerta fuq l-argument li ma jaqbilx ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet jekk min qed jitfa' l-offerta jew il-kandidat juri, għas-sodisfazzjon ta' l-awtorità ta' l-applat, b'kull mod xieraq, li l-offerta taqbel mal-ħtiġiet stabbiliti kollha b'mod ekwivalenti.

    ▼M1

    Jista’ jkun mezz xieraq, fajl tekniku tal-manifattur jew rapport ta’ prova ta’ korp magħruf.

    ▼B

    5.  Meta l-awtoritajiet ta' l-appalti jużaw il-possibbilta prevista fil-punt (b) tal-paragrafu 3, li jordnaw speċifikazzjonijet dwar il-prestazzjoni jew ħtiġiet funzjonali, ma jistgħux ma jaċċettawx offerta li taqbel ma' standard nazzjonali li qiegħed minflok standard Ewropew, approvazzjoni teknika Ewropea jew speċifikazzjoni teknika komuni, standard internazzjonali jew refernza teknika maħruġa minn entità ta' standards Ewropea, jekk dawk l-ispeċifikazzjonijiet jaqblu mal-ħtiġiet ta' prestazzjoni jew funzjonali meħtieġa.

    ▼M1

    Dak li jitfa’ l-offerta hu meħtieġ jipprova, għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtorità kontraent u b’kull mezz xieraq, li l-offerta tiegħu tissodisfa l-ħtiġijiet u eżigenzi tat-tħaddim stipulati mill-awtorità kontraenti. Fajl tekniku tal-manifattur jew rapport ta’ prova ta’ korp magħruf jista’ jitqies bħala mezz xieraq.

    5a.  Meta l-awtoritajiet kontraenti jistipulaw karatteristiċi ambjentali f’termini ta’ esekuzzjoni jew ta’ eżigenzi ta’ tħaddim, huma jistgħu jużaw l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati jew, jekk jeħtieġ, partijiet minn dawn, bħal ma ġew definiti bit-tikketti ekoloġiċi Ewropej, multinazzjonali, nazzjonali jew b’kull tikketta ekoloġika oħra, l-aqwa li l-kundizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:

    a) l-ispeċifikazzjonijiet użati għandhom ikunu xierqa biex jiddefinixxu l-karatteristiċi tal-fornituri jew tas-servizzi li jkunu suġetti għall-kuntratt,

    b) l-eżigenzi tat-tikketta għandhom jiġu żviluppati fuq il-bażi ta’ tagħrif xjentifiku,

    c) it-tikketti ekoloġiċi għandhom jiġu adottati permezz ta’ proċess li kull parti kkonċernata bħall-korpi tal-gvern, il-konsumaturi, il-manufatturi, id-distributuri u l-korpi ambjentali jistgħu jieħdu sehem fih,

    d) it-tikketti ekoloġiċi għandhom ikunu aċċessibbli minn kull parti interessata.

    L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jindikaw li l-prodotti jew servizzi li għandhom l- tikketta ekoloġika huma meqjusa li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddefiniti fit-termini u l-kundizzjonijiet. Huma jaċċettaw kull mezz ieħor ta’ prova xierqa, bħal fajl tekniku tal-manifattur jew rapport ta’ prova ta’ korp magħruf.

    5b.  Korp magħruf għall-għanjiet tal-paragrafi 4, 5 u 5a u laboratorju ta’ testijiet jew ta’ kalibrar jew korp ta’ verifika u ta’ ċertifikazzjoni skond in-normi ewropej applikabbli.

    ▼B

    6.  Ħlief f'każi eċċezjonali, fejn hu awtorizzat u mitlub mis-suġġett ta' l-appalt, dawn l-ispeċifikazzjonijiet ma jistgħux isemmu għamla speċifika jew sors speċifiku, jew marki tal-fabbrika, brevetti, tipi jew oriġini jew produzzjoni speċifiċi li jeliminaw jew jiffavorixxu xi prodotti jew operaturi ekonomiċi.

    Fejn mhux possibbli li tingħata deskrizzjoni iddettaljata biżżejjed u li tiftiehem tas-suġġett ta' l-appalt, ir-refernza għandu jkollha warajha l-espressjoni “jew ekwivalenti”.

    Artikolu 132

    Reviżjoni tal-prezzijiet

    (L-Artikolu 92 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Id-dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt iridu jiddikjaraw b'mod ċar jekk iridx jingħata prezz sod u li jkunx irrivedut.

    2.  Jekk dan ma jkunx il-każ, id-dokumenti li għandhom x'jaqsmu ma' sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt jippreskrivu l-kondizzjonijiet u/jew il-formoli għar-reviżjoni ta' prezzijiet għal kemm idum jiswa' l-appalt. K'każi bħal dawn l-awtorità ta' l-appalti trid tqis b'mod partikolari:

    (a) għalfejn qed issir il-proċedura tal-ksib u l-qagħda ekonomika li qed issir fiha;

    (b) it-tipi ta' kompiti u ta' appalt u kemm idumu;

    (ċ) l-interessi finanzjarji.

    ▼M3

    Artikolu 133

    Attivitajiet illegali li jwasslu għal esklużjonijiet

    (l-Artikoli 93 u 114 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-każijiet imsemmija fil-punt (e) ta' l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    (a) każijiet ta’ frodi msemmija fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1995 ( 15 );

    (b) każi ta' korruzzjoni kif imsemmijin fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi lill-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 1997 ( 16 );

    (c) każijiet ta’ involviment f’organizzazzjoni kriminali, kif definit fl-Artikolu 2(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 98/733/JHA tal-Kunsill ( 17 );

    (d) każijiet ta' ħasil ta' flus kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE ( 18 ).

    ▼M3

    Artikolu 133a

    Applikazzjoni tal-kriterji ta' l-esklużjoni u t-tul ta' l-esklużjonijiet

    (Artikoli 93, 94, 95 u 96 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Sabiex ikun determinat it-tul ta’ l-esklużjoni u tkun żgurata l-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, l-istituzzjoni responsabbli għandha tieħu f'kunsiderazzjoni b'mod partikolari s-serjetà tal-fatti, b'mod partikolari l-impatt tagħhom fuq l-interessi finanzjarji u l-immaġini tal-Komunitajiet u ż-żmien li jkun għadda, it-tul u r-rikorrenza ta' l-offiża, l-intenzjoni jew il-grad ta' negliġenza ta' l-entità kkonċernata u l-miżuri meħuda mill-entità kkonċernata sabiex tirranġa s-sitwazzjoni.

    Meta jiġi stabbilit il-perjodu ta' l-esklużjoni, l-istituzzjoni responsabbli għandha tagħti lill-kandidat jew offerent ikkonċernat l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom.

    Meta t-tul tal-perjodu ta' l-esklużjoni huwa stabbilit, skond il-liġi applikabbli, mill-awtoritajiet jew entitajiet imsemmija fl-Artikolu 95(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tapplika dan il-perjodu sal-massimu stabbilit fl-Artikolu 93(a) tar-Regolament Finanzjarju.

    2.  Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 93(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stabbilit għal massimu ta’ 5 snin, ikkalkulati mid-dati li ġejjin:

    (a) mid-data tas-sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata, fil-każijiet imsemmija fil-punti (b) u (e) ta’ l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju;

    (b) mid-data li fiha l-ksur ikun sar jew, fil-każ ta' ksur kontinwu jew ripetut, id-data li fiha l-ksur ikun spiċċa, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 93(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

    Dak il-perjodu ta’ esklużjoni jista’ jiġi estiż għal 10 snin fil-każ ta’ offiża ripetuta fi żmien ħames snin mid-data msemmija fil-punti (a) u (b), b’kunsiderazzjoni xierqa għas-subparagrafu 1.

    3.  Il-kandidati u dawk li jitfgħu offerti għandhom ikunu esklużi minn proċedura ta' xiri jew għoti sakemm ikunu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (d) ta' l-Artikolu 93 tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼M2

    Artikolu 134

    Evidenza

    (L-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-kandidati u l-appaltaturi għandhom jipprovdu dikjarazzjoni fuq l-unur, iffirmata u ddatata kif imiss, li tistqarr li huma ma jinstabux f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

    Madankollu, fil-każ ta’ proċedura ristretta, djalogu kompetittiv u proċedura nnegozjata wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta’ kuntratt, kull meta l-awtorità kontraenti tillimita n-numru ta' kandidati li għandhom jiġu mistiedna jinnegozjaw jew jissottomettu offerta, il-kandidati kollha għandhom jipprovdu ċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 3.

    ▼M3

    L-awtorità li tagħti l-kuntratti tista', fuq il-bażi ta' l-analiżi tagħha tar-riskju, ma titlobx id-dikjarazzjoni li ssir referenza għaliha fis-subparagrafu 1 li l-kandidati jew dawk li jitfgħu offerti ma jkunux f’waħda mis-sitwazzjonijiet li ssir referenza għalihom fl-Artikoli 93 u 94 għal kuntratti ta’ valur ta’ EUR 5 000 kif imsemmi fl-Artikolu 129(3) u EUR 10 000 kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikoli 241(1), it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 243(1), u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 245(1).

    ▼M2

    2.  L-appaltatur li lilu jkun se jiġi aġġudikat il-kuntratt għandu jipprovdi, fil-limitu ta’ żmien definit mill-awtorità kontraenti u qabel il-firma tal-kuntratt, l-evidenza msemmija fil-paragrafu 3, li tikkonferma d-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fil-każijiet li ġejjin:

    (a) għal kuntratti, aġġudikati mil-istituzzjonijiet f’isimhom, b’valur ta’ daqs jew aktar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 158,

    (b) għal kuntratti fil-qasam ta’ l-azzjonijiet esterni, b’valur ta’ daqs jew aktar mil-limiti msemmija fl-Artikolu 241(1) (a), l-Artikolu 243(1) (a) jew l-Artikolu 245(1) (a).

    Għal kuntratti b’valur ta’ anqas mil-limiti msemmija fil-punti (a) u (b), l-awtorità kontraenti tista', fejn ikollha dubji jekk l-appaltatur li lilu l-kuntratt ikun se jiġi aġġudikat ikunx f'waħda mis-sitwazzjonijiet ta' esklużjoni, tobbligah li jipprovdi l-evidenza msemmija fil-paragrafu 3.

    3.  L-awtorità kontraenti għandha taċċetta estratt riċenti minn rekord ġudizzjarju, jew fin-nuqqas ta' dan, dokument ekwivalenti riċenti maħruġ mill-awtorità ġudizzjarja jew amminstrattiva fil-pajjiż ta' l-oriġini jew tal-provenjenza, bħala evidenza soddisfaċenti li l-kandidat jew min qed jitfa' l-offerta ma jinsabx f'waħda mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-punt (a), (b) jew (e) ta' l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju, li juri li dawk il-kundizzjonijiet huma ssodisfati. L-awtorità kontraenti għandha taċċetta ċertifikat riċenti maħruġ mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat ikkonċernat bħala evidenza li l-kandidat jew min qed jitfa' l-offerta ma jinsabx fis-sitwazzjoni deskritta fil-punt (d) ta' l-Artikolu 93(1) tar-Regolament Finanzjarju.

    Meta d-dokument jew ċertifikat imsemmi fis-subparagrafu 1 ma jkunx inħareġ fil-pajjiż ikkonċernat u għall-każijiet l-oħra ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikoli 93 tar-Regolament Finanzjarju, jista' jsir ġurament minfloku jew, fin-nuqqas ta' dak, dikjarazzjoni solenni mill-parti interessata quddiem awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva, nutar jew entità professjonali ikkwalifikata fil-pajjiż ta' l-oriġini jew provenjenza tal-parti interessata.

    4.  Skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż li fih hu stabbilit min jitfa' l-offerti, id-dokumenti msemmijin fil-paragrafi 1 u 3 jirrelataw ma' persuni legali u/jew persuni naturali inklużi, fejn jitqies meħtieġ mill-awtorità ta' l-appalti, diretturi tal-kumpanija jew kwalunkwe persuna li għandha poteri ta' rappreżentazzjoni, teħid ta’ deċiżjonijiet jew kontroll fir-rigward tal-kandidat jew appaltatur.

    5.  Fejn ikollhom dubji dwar jekk kandidati jew appaltaturi jkunux f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu huma stess jirreferu għall-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 sabiex jiksbu kwalunkwe informazzjoni li jkunu jikkunsidraw neċessarja dwar dik is-sitwazzjoni.

    6.  L-awtorità kontraenti tista’ tirrinunzja l-obbligu ta’ kandidat jew ta’ appaltatur li jissottometti l-evidenza dokumentata msemmija fil-paragrafu 3 jekk tali evidenza tkun diġà ġiet sottomessa lilha għall-finijiet ta’ proċedura oħra ta’ appalt u sakemm id-dokumenti m’għandhomx aktar minn sena mid-data tal-ħruġ tagħhom u jkunu għadhom validi.

    F'dan il-każ, il-kandidat jew appaltatur għandu jiddikjara fuq l-unur tiegħu li l-evidenza dokumentata diġà ġiet ipprovduta fi proċedura ta’ appalt ta’ qabel u jikkonferma li ma kien hemm l-ebda bidliet fis-sitwazzjoni tiegħu.

    ▼M3

    7.  Meta jkun hemm talba mill-awtorità li tagħti l-kuntratti, il-kandidat jew l-offerent għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom mis-subkontrattur ippjanat li ma jkunx f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

    Fil-każ ta’ dubju dwar din id-dikjarazzjoni fuq l-unur, l-aworità li tagħti l-kuntratti għandha titlob evidenza kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4. Paragrafu 5 għandu japplika, fejn xieraq.

    Artikolu 134a

    Database ċentrali

    (Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-istituzzjonijiet, aġenziji u entitajiet eżekuttivi msemmija fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni, fil-format stabbilit mill-Kummissjoni, informazzjoni li tidentifika l-operaturi ekonomiċi li huma f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 93, 94, 96(1)(b) u 96(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju, ir-raġunijiet għall-esklużjoni u t-tul tal-perjodu ta' l-esklużjoni.

    Huma għandhom ukoll jittrażmettu informazzjoni dwar persuni b'awtorità ta' rappreżentazzjoni, teħid tad-deċiżjonijiet jew kontroll fuq operaturi ekonomiċi li jkunu entitajiet ġuridiċi, meta dawn il-persuni jkunu jinsabu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 93, 94, 96(1)(b) u 96(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju.

    L-awtoritajiet u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 95(2) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni, fil-format stabbilit mill-Kummissjoni:

    a) informazzjoni li tidentifika

    i) l-operaturi ekonomiċi;

    ii) persuni bl-awtorità tar-rappreżentazzjoni, teħid tad-deċiżjonijiet jew kontroll fuq operaturi ekonomiċi li huma entitajiet ġuridiċi;

    li huma f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 93(1)(e) tar-Regolament Finanzjarju, fejn il-kondotta tagħhom kienet ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;

    b) it-tip tal-kundanna tagħhom; kif ukoll

    c) it-tul tal-perjodu ta' esklużjoni mill-proċeduri ta' akkwisti, fejn applikabbli.

    2.  L-istituzzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinnominaw il-persuni awtorizzati sabiex jagħtu lill-Kummissjoni, u jirċievu mingħandha, l-informazzjoni inkluża fid-database.

    Fil-każ ta' l-istituzzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament Finanzarju, il-persuni nnominati għandhom jgħaddu l-informazzjoni malajr kemm jista' jkun lill-uffiċjal tal-kontabilià tal-Kummissjoni, u jitolbu, kif jixraq, l-inkużjoni, modifikazzjoni jew tneħħija tad-data fid-database.

    Fil-każ ta' l-istituzzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 95(2) tar-Regolament Finanzarju, il-persuni nnominati għandhom jgħaddu l-informazzjoni mitluba lill-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni risponsabbli għall-programm jew azzjoni kkonċernati, fi żmien tliet xhur mill-għoti tas-sentenza relevanti.

    L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jdaħħal, jimmodifika jew ineħħi d-data fid-database. Huwa għandu, permezz ta' protokoll protett, jipprovdi fuq bażi ta' kull xahar, lill-persuni nnominati, data vvalidata li tkun tinsab fid-database.

    3.  L-istituzzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiċċertifikaw lill-Kummissjoni li l-informazzjoni kkomunikata minnhom kienet stabbilita u trażmessa skond il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ) dwar il-protezzjoni tad-data personali.

    B'mod partikolari, huma għandhom jinfurmaw minn qabel lill-operaturi ekonomiċi jew persuni kollha msemmija fil-paragrafu 1, li d-data tagħhom tista' tiġi inkluża fid-database u tiġi kkomunikata mill-Kummissjoni lill-persuni nnominati msemmija fil-paragrafu 2. Huma għandhom jaġġornaw, fejn xieraq, l-informazzjoni trażmessa, wara rettifikazzjoni jew tħassir jew modifikazzjoni oħra tad-data.

    Kull parti li tiddaħħal fid-database għandha d-dritt li tiġi infurmata dwar id-data miżmuma dwarha, fuq talba lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

    4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jgħinu lill-Kummissjoni tamministra d-database b'mod effiċjenti, f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE.

    Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti xierqa fil-ftehimiet ma' l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi u l-korpi kollha msemmija fl-Artikolu 95(2) tar-Regolament Finanzjarju, sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' dawn id-dispożizzjonijiet u mal-prinċipji li jikkonċernaw il-ħarsien tad-data professjonali.

    Artikolu 134b

    Penalitajiet amministrattivi u finanzjarji

    (Artikoli 96 u 114 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ pieni stipulati fil-kuntratt, kandidati jew dawk li jitfgħu offerti u kuntratturi li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz, ikunu għamlu żbalji sostanzjali jew ikkommettew irregolaritajiet u frodi, jew ikunu nstabu fi ksur serju ta’ l-obbligi kuntrattwali tagħhom jistgħu jiġu esklużi mill-kuntratti u għotjiet kollha ffinanzjati mill-baġit tal-Komunità għal perjodu massimu ta’ ħames snin mid-data li fiha jkun ġie stabbilit il-ksur, kif ikkonfermat wara proċedura kontenzjuża mal-kuntrattur.

    Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż għal 10 snin fil-każ ta’ offiża ripetuta fi żmien ħames snin mid-data msemmija l-ewwel subparagrafu.

    2.  Dawk li jitfgħu offerti jew kandidati li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz jistgħu jkunu suġġetti wkoll għal pieni finanzjarji li jirrappreżentaw minn 2 % sa 10 % tal-valur totali stmat tal-kuntratt li jkun qed jiġi aġġudikat.

    Kuntratturi li jkunu nstabu fi ksur serju ta’ l-obbligi kuntrattwali tagħhom jistgħu jirċievu pieni finanzjarji li jirrappreżentaw minn 2 % sa 10 % tal-valur totali tal-kuntratt ikkonċernat.

    Din ir-rata tista’ tiżdied għal bejn 4 % u 20 % fil-każ ta’ ksur ieħor fi żmien ħames snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

    3.  L-istituzzjoni għandha tistabbilixxi l-penali amministrattivi jew finanzjarji filwaqt li tqis b’mod partikolari l-elementi msemmija fl-Artikolu 133a(1).

    ▼B

    Artikolu 135

    Kriterji ta' l-għażla

    (L-Artikolu 97(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-awtoritajiet ta' l-appalti iħejju kriterji ta' selezzjoni ċari u mhux diskriminatorji.

    ▼M2

    2.  Il-kriterji ta’ selezzjoni għandhom japplikaw f’kull proċedura ta’ appalt għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-kandidat jew appaltatur.

    L-awtorità kontraenti tista’ tfassal livelli minimi ta’ kapaċità li taħthom il-kandidati ma jkunux jistgħu jiġu selezzjonati.

    ▼B

    3.  Kulħadd minn dawk li jagħmlu l-offerti jew kandidati jista' jkun mistoqsi biex juri li hu awtorizzat jagħmel l-appalt skond il-liġi nazzjonali, evidenzat bl-inklużjoni f'reġistru tas-sengħa jew tal-professjoni, jew ġurament jew ċertifikat, membru f'organizzazzjoni speċifika, awtorizzazzjoni speċifika, jew billi jkun fir-reġistru tat-taxxa tal-valur miżjud.

    4.  L-awtoritajiet ta' l-appalti jispeċifikaw fil-kuntratt jew fis-sejħa għal espressjoni ta' interess jew fis-sejħa biex isiru l-offerti, ir-referenzi magħżulin biex jivverifikaw l-istat u l-kapaċità legali ta' dawk li jitfgħu l-offerti jew tal-kandidati.

    ▼M1

    5.  L-informazzjoni mitluba mill-awtorità kontraenti bħala prova tal-kapaċità finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-kandidat jew ta’ min jitfa’ l-offerta u l-livelli minimi ta’ kapaċità meħtieġa skond il-paragrafu 2, ma jistgħux imorru ’lil hinn mill-għan tal-kuntratt u jqisu l-imgħax leġittimi ta’ l-operaturi eknomiċi, għal dak li għandu x’jaqsam b’mod paritkulari mal-ħarsien tas-sigrieti tekniċi u kummerċjali ta’ l-impriża.

    ▼M2

    6.  L-awtorità kontraenti tista’, skond il-valutazzjoni tagħha tar-riskji, tiddeċiedi li ma teħtieġx provi tal-kapaċità finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-kandidati jew appaltaturi fil-każ tal-kuntratti li ġejjin:

    (a) kuntratti aġġudikati mill-istituzzjonijiet f’isimhom, b’valur ta’ anqas minn jew egwali għal EUR 60 000,

    (b) kuntratti aġġudikati fil-qasam ta’ l-azzjonijiet esterni, b’valur ta’ anqas mil-limiti msemmija fl-Artikolu 241(1)(a), l-Artikolu 243(1)(a) jew l-Artikolu 245(1)(a).

    Fejn l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li ma teħtieġx provi tal-kapaċità finanzjarja, ekonomika, teknika u professjonali tal-kandidati jew appaltaturi, ma għandu jsir l-ebda pre-finanzjament sakemm ma tiġix provduta garanzija finanzjarja għal ammont ekwivalenti.

    ▼B

    Artikolu 136

    Kapaċità ekonomika u finanzjarja.

    (L-Artikolu 97(1) tar-Regolament Finanzjarju)

     

    Il-ġustifikazzjoni tal-kapaċità finanzjarja u ekonomika tista’ b’mod partikulari tiġi ppruvata permezz ta’ wieħed jew bosta mid-dokumenti li ġejjin:

     ◄

    (a) rendikonti xierqa minn banek jew evidenza ta' assigurazzjoni għall-indemnita professjonali;

    (b) il-preżentazzjoni ta' karti ta' bilanċ jew estratti minn karti ta' bilanċ ta' mill-inqas l-aħħar sentejn li fihom ingħalqu kontijiet, fejn karta ta' bilanċi tkun meħtieġa skond il-liġi tal-kumpaniji fejn hu stabbilit l-operatur ekonomiku;

    (ċ) rendikont ta' dħul u nfiq globali u dħul u nfiq dwar xogħlijiet, fornitura jew servizzi li jaqgħu taħt il-kuntratt matul żmien li ma jistax ikun itwal minn tliet snin finanzjarji.

    2.  Jekk, għal xi raġuni eċċezzjonali li l-awtorità ta' l-appalti tqis iġġustifikata, min qed jitfa' l-offerta jew il-kandidat ma jistax jagħti r-refernzi mitluba mill-awtorità tal-kuntratti, jista' jevidenza l-kapaċità finanzjarja u ekonomika tiegħu bi kwalunkwe mezz ieħor li l-awtorità ta' l-appalti tqis xieraq.

    3.  Operatur ekonomiku jista', fejn jixraq u għal appalt partikolari, jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħrajn, minkejja n-natura legali tar-rabtiet li għandha magħhom. F'dak il-każ irid juri lill-awtorità ta' l-appalti li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu ir-riżorsi meħtieġa biex jaqdi l-appalt, billi per eżempju juri wegħda min-naħa ta' dawk l-entitajiet li se jpoġġu r-riżorsi tagħhom għad-dispożizzjoni tiegħu.

    ▼M1

    Skond l-istess kondizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 116 (6), jistgħu jiddefendu l-kapaċitajiet tal-parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.

    ▼B

    Artikolu 137

    Kapaċità teknika u professjonali

    (L-Artikolu 97(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-kapaċità professjonali u teknika ta' l-operaturi ekonomiċi tkun evalwata u vverifikata skond il-paragrafi 2 u 3. Fil-proċeduri ta' ksib ta' fornitura li għandhom bżonn operazzjonijiet, servizzi u/jew xogħlijiet ta' tqegħid fil-post jew ta' installazzjoni, din il-kapaċità tkun evalwata partikolarment minn kemm jafu xogħolhom, l-effikaċja tagħhom, l-esperjenza u kemm ta' min wieħed joqgħod fuqhom.

     

    Il-kapaċità teknika u professjonali ta’ l-operaturi ekonomiċi tista’ tiġi ġġustifikata, skond in-natura, kwantità jew importanza u l-użu tal-provvisti, servizzi jew xogħol li għandu jiġi pprovdut, fuq il-bażi ta' wieħed jew aktar mid-dokumenti li ġej:

     ◄

    (a) il-kwalifiki ta' tagħlim u professjonali ta' min qed jipprovdi s-servizz jew appaltatur u/jew ta' dawk mil-persunal tat-treġija tad-ditta, u b'mod partikolari, dawk tal-persuna jew persuni li se jagħtu s-servizz jew jagħmlu x-xogħlijiet;

    (b) lista:

    (i) tas-servizzi prinċipali mogħtija u provvisti kkonsinjati fl-aħħar tliet snin, bit-totali, dati u min irċevihom, kemm pubbliku kif ukoll privat;

    (ii) tax-xogħlijiet li saru tul l-aħħar ħames snin, bit-totali, dati u post. Il-lista ta' l-iktar xogħlijiet importanti jrid ikollha magħha ċertifikati ta' sodisfazzjon bix-xogħol li jkun sar, u jispeċifikaw jekk dawn sarux b'mod professjonali u li kienu tlestew għal kollox;

    (ċ) deskrizzjoni tat-tagħmir tekniku, għodda u mpjanti li se jintużaw mid-ditta biex jagħtu servizz jew jagħmlu appalt ta' xogħlijiet;

    ▼M1

    d) deskrizzjoni tat-tagħmir tekniku u tal-miżuri meħudha sabiex jiggarantixxu ruħhom mill-kwalità tal-provvisti u tas-servizzi, kif ukoll tal-mezzi ta’ studju u ta’ riċerka ta’ l-impriża;

    ▼B

    (e) indikazzjoni tat-tekniċi jew entitajiet tekniċi nvoluti, huma jew mhumiex tad-ditta, speċjalment dawk responsabbli għall-kontroll tal-kwalità

    (f) dwar provvisti: kampjuni, deskrizzjonijiet u/jew ritratti awtentiċi u/jew ċertifikati mħejjija minn istituzzjonijiet uffiċċjali dwar il-kontroll tal-kwalità jew aġenziji ta' kompetenza magħrufa li turi li l-prodott jaqbel ma' l-ispeċifikazzjonijiet jew standards li jkun qed jintużaw;

    (g) prospett tal-medja annwali ta' ħaddiema u l-għadd ta' persunal ta' treġija ta' min qed jipprovdi s-servizz jew ta' l-appaltatur tul l-aħħar tliet snin;

    (h) indikazzjoni tal-proporzjon ta' l-appalt li min jipprovdi s-servizz għandu mnejn jgħaddi lil ħaddieħor;

    ▼M1

    i) Għall-kuntratti pubbliċi ta’ xogħol u ta’ servizzi u biss fil-każijiet xierqa, l-indikazzjoni tal-miżuri ta’ tmexxija ambjentali li l-operatur ekonomiku jista’ japplika waqt it-twettiq tal-kuntratt.

    ▼B

    Meta s-servizzi jew provvisti msemmijin fil-punt (b)(1) ta' l-ewwel sottoparagrafu jingħataw lil awtoritajiet ta' l-appalti, evidenza ta' prestazzjoni tingħata fl-għamla ta' ċertifikati maħruġa jew kontrofirmati mill-awtorità kompetenti.

    3.  Meta s-servizzi jew prodotti li se jingħataw huma kumplessi jew, eċċezzjonalment, jinħtieġu għal skop partikolari, evidenza ta' kapaċità teknika u professjonali tista' tingħata billi jsir kontroll mill-awtorità ta' l-appalti jew, f'isimha, minn entità uffiċċjali kompetenti tal-pajjiż li stabbilit fih min qed jagħti s-servizz, sakemm taqbel l-entità. Kontrolli bħal dawn jaraw il-kapaċitajiet tekniċi u l-kapaċitajiet ta' produzzjoni tal-fornitur, u jekk ikun hemm bżonn, il-faċilitajiet ta' studju u riċerka u l-miżuri ta' kontroll ta' kwalità.

    ▼M1

    3a.  Meta l-awtoritajiet kontraenti jitolbu l-preżentazzjoni ta’ ċertifikati stabbiliti minn korpi indipendenti li jiddikjaraw li l-operatur ekonomiku hu konformi għal ċertu normi ta’ garanzija tal-kwalità, huma jirreferu għas-sistemi ta' sigurtà tal-kwalità msejsa fuq serje ta’ normi Ewropej fis-suġġett u ċċertifikati minn korpi konformi mas-serje ta’ normi Ewropej dwar iċ-ċertifikazzjoni.

    3b.  Meta l-awtoritajiet kontraenti jitolbu l-preżentazzjoni ta’ ċertifikati stabbiliti minn korpi indipendenti, li jiddikjaraw li l-operatur ekonomiku hu konformi ma’ ċertu normi ta’ garanzija ambjentali, huma jirreferu għas-Skema Komunitarja ta’ Tmexxija Ambjentali u ta’ Verifika (EMAS) stipulata fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 761/2001 ( 20 ) jew fin-normi ta’ tmexxija ambjentali msejsa fuq in-normi Ewropej jew internazzjonali fis-suġġett u ċċertifikati minn korpi konformi mal-leġislazzjoni komunitarja jew man-normi Ewropej jew internazzjonali dwar iċ-ċertifikazzjoni. Huma jqisu bħala validi, iċ-ċertifikati ekwivalenti stabbiliti fi Stati Membri oħra. Huma jaċċetaw ukoll provi oħra ta’ miżuri ekwivalenti ta’ tmexxija ambjentali prodotti mill-operaturi ekonomiċi.

    ▼B

    4.  Operatur ekonomiku, fejn xieraq u għal appalt partikolari, jista' jserraħ fuq il-kapaċitajiet ta' entitajiet oħrajn, minkejja n-natura legali li għandha magħhom. F'dak il-każ irid juri lill-awtorità ta' l-appalti li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu ir-riżorsi meħtieġa biex jaqdi l-appalt, billi per eżempju juri wegħda min-naħa ta' dawk l-entitajiet li se jpoġġu r-riżorsi tagħhom għad-dispożizzjoni tiegħu.

    ▼M1

    Skond l-istess kundizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 116(6), jista’ jiddefendi l-kapaċitajiet tal-parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.

    ▼B

    Artikolu 138

    Arranġamenti u kriterji għall-għoti

    (L-Artikolu 97(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.   ►M2  Bla ħsara għall-Artikolu 94 tar-Regolament Finanzjarju, il-kuntratti għandhom jiġu aġġudikati b'wieħed minn dawn iż-żewġ modi: ◄

    (a) skond il-proċedura ta' għoti awtomatiku, li f'dan il-każ l-appalt jingħata lill-offerta, li filwaqt li tkun tajba u li tissodisfa l-kondizzjonijiet preskritti, tkun l-irħas;

    (b) skond il-proċedura ta' l-aħjar valur għall-flus li jkunu qed jintefqu.

    2.  L-offerta li toffri l-aħjar valur għall-flus li jkunu qed jintefqu tkun dik bl-aqwa relazzjoni bejn prezz u kwalità, billi jitqiesu l-kriterji ġġustifikati mis-suġġett ta' l-appalt, bħalma huma' l-prezz mitlub, merti tekniċi, karatteristiċi funzjonali u estetiċi, karatteristiċi ambjentali, spejjeż biex jitħaddem, kemm idum biex iħalli qliegħ u dewmien ta' konsenja, servizzi ta' wara l-bejgħ u għajnuna teknika.

    3.   ►M1  L-awtorità kontraenti tispeċifika fl-avviż tal-kuntratt jew fit-termini u l-kundizzjonijiet jew fid-dokument deskrittiv il-piż relattiv li tagħti lill kull waħda mill-kriterji magħżula biex jiddeterminaw l-aħjar offerta ekonomikament. Dan il-piż jista’ jintwera permezz ta’ parametru b’differenza massima xierqa.

    Il-piż applikat mal-prezz meta mqabbel ma’ kriterji oħra m’għandux iwassal għall-fatt li l-prezz ma jibqax jingħata importanza fl-għażla ta’ min jingħata l-kuntratt, bla preġudizzju għall-iskala tal-prezzijiet stipulata mill-istituzzjonijet għall-ħlas ta' ċertu servizzi, bħal dawk mogħtija minn esperti evalwaturi. ◄

    Jekk, f'każi eċċezzjonali, l-importanza ma tistax titqassam relattivament, partikolarment minħabba s-suġġett ta' l-appalt, l-awtorità ta' l-appalti kemm tispeċifika kif għandhom ikunu applikati l-kriterji mill-iktar importanti għall-inqas importanti.

    ▼M1

    Artikolu 138a

    Użu ta' rkant elettroniku

    (l-Artikolu 97(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Fil-proċeduri miftuħa, limitati jew negozjati fil-każ imniżżel fl-Artikolu 127(1), punt a), l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li l-għotja ta’ kuntratt pubbliku jkun preċedut minn irkant elettroniku skond l-Artikolu 54 tad-Direttiva 2004/18/KE, meta l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt jistgħu jiġu stabbiliti b’mod preċiż.

    Fl-istess kundizzjonijiet, l-irkant elettroniku jista’ jintuża waqt il-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni tal-partijiet għall-kuntratt ta’ qafas imniżżel fl-Artikolu 117(4), punt b), u l-ftuħ tal-kompetizzjoni tal-kuntratti li għandhom jingħataw fil-qafas ta’ sistema ta’ akkwist dinamiku mniżżel fl-Artikolu 125a.

    L-irkant elettroniku għandu jkun imsejjes sew fuq prezzijiet biss meta l-kuntratt hu mogħti lill-prezz l-aktar baxx, sew fuq prezzijiet u/jew fuq il-valuri ta’ elementi ta’ offerti indikati fit-termini u l-kundizzjonijiet meta kuntratt hu mogħti lil dik li ekonomikament hi l-aħjar offerta.

    2.  L-awtoritajiet kontraenti li jiddeċiedu li jużaw irkant elettroniku għandhom jiddikjaraw dak il-fatt fl-avviż tal-kuntratt.

    It-termini u l-kundizzjonijiet għandhom jinkludu fost oħrajn, it-tagħrif li ġej:

    a) l-elementi li l-valur tagħhom ħa jkun suġġett għall-irkant elettroniku, sakemm dawn l-elementi jistgħu jingħaddu b'mod li jintwerew f'ċifri jew f'persentaġġi;

    b) il-limiti eventwali fuq il-valuri li jistgħu jiġu ppreżentati, kif jirriżultaw mill-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-għan tal-kuntratt;

    c) it-tagħrif li se jkun disponibbli għal min jitfa’ l-offerta waqt l-irkant elettroniku u jekk ikun il-każ, meta tkun disponibbli għalihom;

    d) it-tagħrif ikkonċernat dwar il-proċess ta’ l-irkant elettroniku;

    e) il-kundizzjonijiet fejn dawk li jitfgħu l-offerta jkunu jistgħu jagħmlu offerta u b’mod partikulari, id-differenzi minimi li, jekk jeħtieġ, ikunu mitluba sabiex ikunu jistgħu jagħmlu offerta;

    f) it-tagħrif ikkonċernat dwar it-tagħmir elettroniku użat u dwar l-emendi u speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ konnessjoni.

    3.  Qabel ma jseħħ l-irkant elettroniku, l-awtoritajiet kontraenti jwettqu l-ewwel evalwazzjoni sħiħa ta’ l-offerti skond il-kriterju(i) ta' għotja u l-piż stipulat għalihom.

    Kull min tefa’ offerta valida hu mistieden fl-istess waqt b’mezzi elettroniċi biex jippreżenta prezzijiet u/jew valuri ġodda. L-istedina irid ikun fiha kull tagħrif siewi għall-konnessjoni individwali mat-tagħmir elettroniku użat u tispeċifika d-data u l-ħin tal-bidu ta’ l-irkant elettroniku. L-irkant elettroniku jista’ jitwettaq f’bosta fażijiet wieħed wara l-ieħor. L-irkant elettroniku ma jistax jibda qabel jumejn xogħol mid-data tal-kunsinna tas-sejħa.

    4.  Meta l-għotja hi magħmula għal dik li ekonomikament hi l-aħjar offerta, is-sejħa hi mehmuża bir-riżultat ta’ l-evalwazzjoni sħiħa ta’ l-offerta kkonċernata, imwettqa skond il-piż stipulat fl-Artikolu 138(3), l-ewwel inċiż.

    Is-sejħa tiddikjara wkoll il-formola matematika li tiddetermina waqt l-irkant elettroniku l-klassifikazzjoni mill-ġdid awtomatika tal-prezzijiet l-ġodda u/jew valuri ġodda ppreżentati. Din il-formula tinkorpora l-piż tal-kriterji kollha stipulati biex jiddeterminaw liema hu ekonomikament l-aħjar offerta, bħal ma hi indikata fl-avviż tal-kuntratt jew fit-termini u l-kundizzjonijiet; għal dan l-iskop, il-parametri eventwali għandhom jiġu indikati minn qabel b’valur iddeterminat.

    Fil-każ fejn varjanti huma awtorizzati, għandhom jiġu pprovduti formoli separatament għal kull varjant.

    5.  Waqt kull fażi ta’ l-irkant elettroniku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jgħarrfu mill-ewwel lil kull min jitfa’ offerta għall-anqas it-tagħrif li jippermettilhom ikunu jafu l-klassifikazzjoni tagħhom rispettiva f’kull ħin. Huma jistgħu wkoll ixandru tagħrif ieħor dwar prezzijiet jew valuri oħra ppreżentati bil-kundizzjoni li dawn ikunu mniżżla fit-termini u l-kundizzjonijiet. Huma jistgħu wkoll, f’kull ħin, jgħarrfu n-numru ta’ parteċipanti fil-fażi ta’ l-irkant. Madankollu, fl-ebda sitwazzjoni, ma jistgħu jxandru l-identità ta’ min jitfa’ offerta waqt it-twettiq tal-fażijiet ta’ l-irkant elettroniku.

    6.  L-awtoritajiet kontraenti jagħlqu l-irkant elettroniku skond waħda jew aktar mill-modi li ġejjin:

    a) Huma jindikaw, fl-istedina biex tipparteċipa fl-irkant, id-data u l-ħin stipulati minn qabel;

    b) meta ma jirċievu l-ebda prezz jew valuri ġodda oħra li jissodisfaw l-ħtiġijiet relatati mad-differenzi minimi. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kontraenti jispeċifikaw fl-istedina l-parteċipazzjoni ta’ l-irkant, il-limitu ta’ żmien li għandhom jirrispettaw mid-data tal-kunsinna ta’ l-aħħar preżentazzjoni qabel l-għeluq ta’ l-irkant elettroniku.

    c) meta n-numru ta’ fażijiet ta’ l-irkant, stipulati fl-istedina għal parteċipazzjoni fl-irkant, ġie mwettaq.

    Meta l-awtoritajiet kontraenti ddeċidew li jagħlqu irkant elettroniku skond il-punt c), jekk jeħtieġ b’rabta ma' l-emendi stipulati fil-punt b), l-istedina għal parteċipazzjoni għall-irkant elettroniku tindika l-ġranet ta' kull fażi ta' l-irkant.

    7.  Wara l-għeluq ta’ l-irkant elettroniku, l-awtoritajiet kontraenti jagħtu l-kuntratt skond l-Artikolu 138 skond ir-riżultati ta’ l-irkant elettroniku.

    L-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jużaw irkant elettroniku b’mod mhux xieraq jew b’mod li ma jħallux, jillimitaw jew iwasslu għal distorsjoni tall-kompetizzjoni jew b’mod li jbiddlu l-għan tal-kuntratt, bħal ma kien imniżżel fis-sejħa għall-offerti fil-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tal-kuntratt u definit fit-termini u l-kundizzjonijiet.

    ▼B

    Artikolu 139

    Offerti baxxi abnormalment

    (L-Artikolu 97(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Jekk, għal xi appalt, l-offerti jidhru abnormalment baxxi, l-awtorità tal-kuntratti, qabel ma tirrifjuta dawn l-offerti fuq dan l-argument biss, titlob bil-miktub dettalji ta' l-elementi li minnhom magħmula l-offerta, li hi tqis li għandhom x'jaqsmu u tivverifika dawk l-elementi kostitwenti, wara li tkun semgħet sew il-partijiet, u tqis l-ispjegazzjonijiet li tkun irċeviet. ►M1  Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jikkonċernaw b’mod partikolari r-rispett tad-dispożizzjonijiet għal dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-seħħ fil-post fejn is-servizz, ix-xogħol jew il-provvisti għandhom jitwettqu. ◄

    L-awtorità ta' l-appalti tista', b'mod partikolari, tqis l-ispjegazzjonijiet dwar:

    (a) l-ekonomika tal-proċess ta' manifattura, tal-fornitura tas-servizz jew tal-metodu ta' kostruzzjoni;

    (b) is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew il-kondizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli għal min qed jitfa' l-offerta;

    (ċ) l-oriġinalita ta' l-offerta.

    2.  Meta l-awtorità ta' l-appalti tistabbilixxi li offerta hi abnormalment baxxa minħabba għajnuna ta' l-Istat, tista' tirrifjuta l-offerta fuq dak l-argument biss jekk min qed itfa' l-offerta ma jistax juri, fi żmien raġjonevoli iddeterminat mill-awtorità ta' l-appalti, li l-għajnuna ingħatat definittivament u skond il-proċeduri u d-deċiżjonijiet speċifikati fir-regoli tal-Komunità fuq għajnuna mill-Istat.

    Artikolu 140

    Limiti ta' żmien biex jintlaqgħu l-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni

    (L-Artikolu 98(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-limiti ta' żmien biex jintlaqgħu l-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni, preskritta f'jiem kalendarji mill-awtoritajiet ta' l-appalti, ikun twil biżżejjed biex jagħti żmien raġjonevoli u xieraq lill-partijiet interessati biex iħejju u jitfgħu l-offerti tagħhom, wara li jkunu qiesu l-kumplessita ta' l-appalt u l-ħtieġa ta' żjara jew konsulta fuq il-post tad-dokumenti annessi ma' l-ispeċifikazzjonijiet.

    ▼M1

    2.  Fil-proċeduri miftuħa għall-kuntratti ta’ valur daqs jew aktar mil-limiti stipulati fl-Artikolu 158, il-limitu ta’ żmien minimu għall-kunsinna ta' l-offerti hi ta' tnejn u ħamsin ġurnata mid-data ta’ meta ntbagħat l-avviż tal-kuntratt.

    3.   ►M3  Fi proċeduri ristretti, f’każijiet ta’ użu tad-djalogu kompetittiv imsemmi fl-Artikolu 125b u fi proċeduri nnegozjati b’publikazzjoni ta’ avviz ta’ kuntratt għal kuntratti ta’ ‘l fuq mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 158, il-limitu ta' żmien għall-wasla ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni ma għandux ikun anqas minn sebgħa u tletin ġurnata mid-data li fih ikun intbagħat l-avviż tal-kuntratt. ◄

    Fil-proċeduri limitati għall-kuntratti li jaqbżu l-limiti stipulati fl-Artikolu 158, il-limitu ta’ żmien minimu għall-kunsinna ta' l-offerti hi ta' erbgħin ġurnata mid-data minn meta ntbagħtet l-istedina għal sejħa għall-offerti.

    Madankollu, fil-proċeduri limitati wara sejħa għal espressjoni ta’ interess imniżżla fl-Artikolu 128, il-limitu ta’ żmien minimu għall-kunsinna ta' l-offerti hu ta' wieħed u għoxrin ġurnata mid-data minn meta ntbagħtet l-istedina għal sejħa għall-offerti.

    4.  Fil-każ fejn, skond l-Artikolu 118(2), l-awtoritajiet kontraenti bagħtu għall-pubblikazzjoni, avviż ta’ tagħrif minn qabel jew ippubblikaw huma nfushom avviż ta’ tagħrif minn qabel dwar il-profil ta’ xerrej tagħhom, il-limitu ta’ żmien minimu għall-kunsinna ta’ sejħa għall-offerti jista’ ġeneralment jitqassar għal sitta u tletin ġurnata u fl-ebda każ m'għandu jkun anqas minn tnejn u għoxrin ġurnata mid-data ta' meta ntbagħat l-avviż għall-kuntratt jew l-istedina għal sejħa għall-offerti.

    It-tqassir tal-limitu ta’ żmien imniżżel fl-ewwel inċiż hu possibbli biss jekk l-avviż ta’ tagħrif minn qabel jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    a) jkollu it-tagħrif kollu meħtieġ fl-avviż tal-kuntratt, sakemm it-tagħrif ikun disponibbli fil-ħin tal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż.

    b) ġie mibgħut għall-pubblikazzjoni tiegħu bejn tnejn u ħamsin ġurnata u tnax-il xahar qabel id-data ta' meta ntbagħat l-avviż tal-kuntratt.

    ▼M1

    5.  Id-dati ta’ l-għeluq għall-kunsinni ta’ sejħa għall-offerti jistgħu jitnaqqsu għal ħamest ijiem jekk id-dokumenti kollha għas-sejħa għall-offerti għandhom aċċess ħieles u dirett b’mod elettroniku mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż tal-kuntratt jew ta’ sejħa għal espressjoni ta’ interess.

    ▼B

    Artikolu 141

    Żmien permess għall-aċċess għad-dokumenti ta' sejħiet għall-offerti

    (L-Artikolu 98(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M1

    1.  Sakemm it-talba saret fil-ħin qabel id-data ta’ l-għeluq tal-preżentazzjoni ta’ l-offerti, it-termini u l-kundizzjonijiet jew dokumenti deskrittivi fil-proċedura stipulata fl-Artikolu 125b u d-dokument kumplimentari huma mibgħuta lil kull operatur ekonomiku li talab it-termini u l-kundizzjonijiet jew wera interess li jieħu sehem f’djalogu jew li jitfa’ offerta fis-sitt ijiem kalendarji wara l-kunsinna tat-talba, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 4. L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jirrispondu l-mistoqsijiet tat-trażmissjoni ppreżentati anqas minn ħamest ijiet ta’ ftuħ qabel id-data ta’ limitu għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti.

    2.  Sakemm it-talba saret fil-ħin qabel id-data ta’ limitu għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti, it-tagħrif kumplimentari dwar it-termini u l-kundizzjonijiet jew dokumenti deskrittivi jew dokumenti kumplimentari huma pprovduti fl-istess ħin lil kull operatur ekonomiku li talab it-termini u l-kundizzjonijiet jew wera interess li jieħu sehem f’djalogu jew li jitfa’ offerta l-aktar tard sa sitt jiem wara d-data ta’ l-għeluq stipulata għall-kunsinna ta’ l-offerti jew, fil-każ ta’ talb ta’ tagħrif irċevut anqas minn tmient ijiem kalendarji qabel id-data ta’ l-għeluq stipulata għall-kunsinna ta’ l-offerti mill-aktar fis wara l-kunsinna tat-talba. L-awtoritajiet kontraenti ma humiex obbligati li jwieġbu għat-talbiet għal informazzjoni kumplimentari ppreżentati anqas minn ħamest ijiem qabel id-data ta’ l-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti.

    ▼B

    3.  Jekk għal raġuni, tkun liema tkun, l-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti l-oħra jew tagħrif ma jistgħux jingħataw sal-limiti taż-żmien stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, jew fejn l-offerti jistgħu isiru biss wara żjara jew konsultazzjoni fil-post tad-dokumenti annessi ma' l-ispeċifikazzjonijiet il-limiti biex jintlaqgħu l-offerti msemmijin fl-Artikolu 140 ikunu estiżi biex l-operaturi ekonomiċi kollha jkunu jistgħu isiru jafu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iħejju l-offerti, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 240. Dik l-estensjoni tkun irreklamat bil-mod xieraq, skond l-arranġamenti preskritti fl-Artikoli 118 sa 121.

    ▼M1

    4.  Fil-proċedura miftuħa, kif ukoll fis-sistemi ta’ akkwist dinamiku mniżżla fl-Artikolu 125a, jekk id-dokumenti kollha ta’ sejħa għall-offerti u d-dokumenti kumplimentari għandhom aċċess ħieles, sħiħ u dirett b’mezz elettroniku, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma japplikawx. L-avviż tal-kuntratt imniżżel fl-Artikolu 118(3), isemmi għalhekk l-indirizz tal-websajt fejn id-dokumenti jistgħu jiġu kkonsultati.

    Artikolu 142

    Limiti ta’ żmien f’każ ta' urġenza

    (L-Artikolu 98, paragrafu 1 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Fil-każ li l-urġenza, motivata kif imiss, trendi imprattikabbli l-limiti ta' żmien minimi previsti fl-Artikolu 140(3), għall-proċeduri ristretti u l-proċeduri negozjati bil-publikazzjoni ta’ avviż tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiffissaw f’ġranet kalendarji, il-limit ta’ żmien li ġejjin:

    a) għal kunsinna tat-talb għal parteċipazzjoni, limitu ta’ żmien li ma jistax ikun anqas minn ħmistax-il ġurnata mid-data minn meta ntbagħat l-avviż tal-kuntratt jew minn għaxart ijiem jekk l-avviż hu mibgħut lill-OPOCE b’mezz elettroniku;

    b) għall-ilqugħ ta’ l-offerti, limitu ta’ żmien ta' mhux anqas minn għaxart ijim li jibdew jgħoddu mid-data li tkun intbagħatet is-sejħa għall-offerti.

    2.  Fl-ambitu tal-proċeduri ristretti u l-proċeduri nnegozjati aċċellerati, l-informazzjoni kumplimentari fuq it-termini u kundizzjonijiet huma mgħarrfa lill-kandidati jew dawk li jitfgħu l-offerti kollha l-aktar tard sa erbat ijiem qabel id-data ta’ l-għeluq iffissata għall-ilqugħ ta’ l-offerti, jekk dan ikun intalab fi żmien xieraq.

    ▼B

    Artikolu 143

    Metodi ta' komunikazzjoni

    (L-Artikolu 98(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M1

    1.  L-emendi għal sejħa mill-ġdid għall-offerti u t-talba għal parteċipazzjoni huma ddeterminati mill-awtorità kontraenti, li tista’ tagħżel mod esklużiv ta’ komunikazzjoni. L-offerti u t-talb għal parteċipazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati bil-posta jew b'mezz elettroniku. Minbarra dan, it-talb għal parteċipazzjoni jistgħu jiġu mibgħuta permezz ta’ fax.

    Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula mhumiex ta' tip diskriminatorju u ma' jwasslux għal limitazzjoni ta' l-aċċess ta' l-operaturi ekonomiċi għal proċedura ta' għotja.

    Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula jippermettu li jiżguraw li l-kundizzjonijet li ġejja jiġu rispettati:

    a) li kull preżentazzjoni jkollha kull tagħrif meħtieġ għall-evalwazzjoni tagħha;

    b) li t-tagħrif sħiħ ikun miżmum;

    c) li l-kunfidenzjalità ta’ l-offerti tkun miżmuma u li l-awtorità kontraenti ssir taf dwar dawn l-offerti biss fl-għeluq tal-limitu taż-żmien stipulat għall-preżentazzjoni ta’ dawn.

    Jekk ikun meħtieġ, għal raġunijiet ta’ prova legali, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu li it-talbiet għal parteċipazzjoni magħmula bil-fax jiġu kkonfermati permezz ta’ ittra jew b’mezz elettroniku fl-aqsar żmien u f’kull każ qabel id-data ta’ l-għeluq stipulata fl-Artikoli 140 u 251.

    L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu li l-offerti b’mezz elettroniku jkollhom firma elettronika avvanzata għas-sens tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1999/93/KE ( 21 ).

    ▼M1

    1a.  Meta l-awtorità kontraenti tawtorizza l-preżentazzjoni ta’ l-offerti u t-talb għal parteċipazzjoni b'mezz elettroniku, l-għodda użati, kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, m'għandhomx ikunu ta' tip diskriminatorju, ġeneralment disponibbli għal pubbliku u kompatibbli mat-teknoloġiji ta’ tagħrif u ta’ komunikazzjoni użata ġeneralment. It-tagħrif li għandu x’jaqsam ma’ l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għal preżentazzjoni ta’ l-offerti u t-talb għal parteċipazzjoni, kif ukoll il-kodifikazzjoni, huma disponibbli għal min jitfa’ l-offerti jew kandidati.

    Barra minn hekk, ir-regoli ta’ l-ilqugħ ta’ l-offerti u tat-talb għal parteċipazzjoni għandhom ikunu konformi ma’ l-eżiġenzi ta’ l-Anness X tad-Direttiva 2004/18/KE.

    ▼M1

    2.  Meta l-għotja ta’ l-offerti issir bil-posta, dan isir, fuq għażla ta’ min jitfa’ l-offerti:

    a) bil-posta, jew bil-kurjer, f’liema każ id-dokumenti ta’ sejħa għall-offerti jispeċifikaw li tittieħed id-data ta’ meta ntbagħtet l-offerta, it-timbru tal-posta jew id-data fuq l-irċevuta tal-kunsinna jitqies bħala konferma tad-data; jew

    b) permezz ta’ depożitu dirett fis-servizzi ta’ l-istituzzjoni jew permezz ta’ kull persuna mandatarja ta’ dak li għamel it-talba, f’liema każ id-dokument tas-sejħa għall-offerti jippreċiżaw li minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 130(2)(a), is-servizz li jirċievi l-offerti u li jagħti lura irċevuta bid-data u ffirmata.

    ▼B

    3.  Biex tinżamm segretezza u biex ma jkunx hemm diffikultajiet meta l-offerti jintbagħtu bl-ittri, is-sejħa għall offerti jrid ikollha dawn id-dispożizzjonijiet:

    “L-offerti iridu jingħataw f'envelopp issiġillat li jrid ikun, hu stess, f'envelopp ieħor issiġillat. L-envelopp ta' ġewwa, minbarra isem id-dipartiment li hu indirizzat għalih irid ikollu fis-sejħa biex isiru l-offerti, il-kliem ‘Sejħa għall-offerti’. Ma jistax jinfetaħ mis-servizz postali. Jekk jintużaw enveloppi li jingħalqu minnhom infushom, irid jkunu ssiġillati b'tejp adeżiv u min jibagħtu jrid jiffirma fuq it-tejp”

    Artikolu 144

    Garanziji għall-offerti

    (L-Artikolu 98(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    L-awtorità ta' l-appalti jistgħu jinħtieġu garanzija għall-offerta, mogħtija skond l-Artikolu 150, li tkun daqs 1 % sa 2 % mill-valur totali tal-kuntratt.

    Garanzija ta' l-offerta tinħall meta jingħata l-appalt. Jekk ma ssirx offerta sa l-għeluq jew jekk l-offerta tkun irtirata, il-garanzija ma tingħatax lura.

    Artikolu 145

    Ftuħ ta' l-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni

    (L-Artikolu 98(3) tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M1

    1.  Kull talba għal parteċipazzjoni u offerti li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 143 huma miftuħa.

    ▼B

    2.   ►M2  Fejn il-valur ta’ kuntratt jeċċedi l-limitu stabbilit fl-Artikolu 129(1), l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jaħtar kumitat sabiex jiftaħ l-offerti. ◄

    ▼M1

    Il-kummissjoni tal-ftuħ hi magħmula minn ta’ l-anqas tliet persuni li jirrapreżentaw mill-anqas żewġ entitajiet ta’ tmexxija ta’ l-istituzzjoni kkonċernata mingħajr rabta ġerarkika bejniethom, fejn mill-anqas wieħed minnhom ma’ jiddependix mill-uffiċjal responsabbli li jawtorizza. Bil-għan li tiġi evitata kull sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess, dawn il-persuni huma suġġetti għall-obbligi mniżżla fl-Artikoli 52 tar-Regolament Finanzjarju. Fir-rappreżentazzjonijiet u l-unitajiet lokali, imniżżla fl-Artikolu 254 jew iżolati fi Stat Membru, fin-nuqqas ta’ entitajiet distinti, l-obbligu ta’ l-entitajiet tat-tmexxija mingħajr rabta ġerarkika bejniethom ma tapplikax.

    ▼M3

    Fil-każ ta' proċedura ta' akkwist varata fuq bażi interistituzzjonali, il-kumitat tal-ftuħ għandu jiġi appuntat mill-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni kompetenti mill-istituzzjoni responsabbli għall-proċedura ta' l-akkwist. Il-kompożizzjoni tal-kumitat tal-ftuħ għandha tirrifletti, sakemm ikun possibbli, il-karattru interistituzzjonali tal-proċedura ta' l-akkwist.

    ▼M1

    3.  Fil-każ ta’ kunsinna ta' offerti bil-posta, wieħed jew aktar membri tal-kummisjoni tal-ftuħ għandha tiffirma d-dokumenti u b'hekk tixhed id-data u l-ħin ta’ meta nbagħtet kull offerta.

    ▼B

    Iridu jinizjalaw ukoll:

    (a) jew kull paġna ta' l-offerti kollha; jew

    (b) il-paġna ta' quddiem u l-paġni li jkun fihom id-dettalji finanzjarji ta' kull offerta, l-integrita' ta' l-offerta tal-bidu tkun iggarantita b'teknika xierqa użata minn dipartiment li m'għandux jaqsma mad-dipartiment li jawtorizza, ħlief fil-każi msemmijin fit-tielet sottoparagrafu tal-paragrfau 2.

    Meta l-kuntratt jingħata skond il-proċedura ta' għoti awtomatiku skond il-punt (a) ta' l-Artikolu 138(1), il-prezzijiet mogħtija fl-offerti li jissodisfaw il-ħtiġiet isiru pubbliċi.

    Il-membri tal-kumitat jiffirmaw ir-reġistru miktub tal-ftuħ ta' l-offerti milqugħa, b'hekk ikunu identifikati dawk l-offerti li jissodisfaw il-ħtiġiet u dawk li ma jissodisfawhomx, u li jagħtu bażi li fuqha jistgħu ikunu rrifjutati offerti għal nuqqas ta' qbil, b'referenza għall-metodi ta' kif jintefgħu l-offerti msemmijin fl-Artikolu 143.

    Artikolu 146

    Kumitat għall-evalwazzjoni ta' l-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni

    (L-Artikolu 98(4)tar-Regolament Finanzjarju)

    1.   ►M1  It-talb kollha għal parteċipazzjoni u offerti ddikjarati konformi huma evalwati u kklassifikati minn kumitat ta’ evalwazzjoni mwaqqaf għall kull waħda miż-żewġ fażijiet fuq il-bażi, rispettivament, tal-kriterji ta’ esklużjoni u ta’ selezzjoni min-naħa, u ta’ għotja min-naħa l-oħra, mgħarrfa minn qabel. ◄

    ▼M2

    Dak il-kumitat għandu jinħatar mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli li jagħti opinjoni dwar kuntratti b'valur ta’ ‘l fuq mil-limiti msemmija fl-Artikolu 129(1).

    ▼M3

    Madankollu, l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jiddeċiedi li l-kumitat ta’ valutazzjoni għandu jevalwa u jikklassifika biss il-kriterji ta’ aġġudikazzjoni u li l-kriterji ta’ esklużjoni u selezzjoni għandhom jiġu valutati b'mezzi oħra xierqa li jiggarantixxu l-assenza ta’ kunflitt ta’ interessi.

    ▼B

    2.   ►M1  Il-Kumitat ta’ evalwazzjoni hu magħmul minn mill-anqas tliet persuni li jirrapreżentaw mill-anqas żewġ entitajiet ta’ tmexxija ta’ l-istituzzjoni kkonċernata mingħajr rabta ġerarkika bejniethom, fejn mill-anqas wieħed minnhom ma’ jiddependix mill-uffiċjal responsabbli li jawtorizza. Bil-għan li tiġi evitata kull sitwazzjoni ta' kunflitt ta' imgħax, dawn il-persuni huma suġġetti għall-obbligi mniżżla fl-Artikoli 52 tar-Regolament Finanzjarju.

    Fir-rappreżentazzjonijiet u l-unitajiet lokali, imniżżla fl-Artikolu 254 jew iżolati fi Stat Membru, fin-nuqqas ta’ entitajiet distinti, l-obbligu ta’ l-entitajiet tat-tmexxija mingħajr rabta ġerakika bejniethom ma tapplikax. ◄

    Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jkun magħmul mill-istess membri li jagħmlu l-kumitat tal-ftuħ ta' l-offerti.

    ▼M1

    Esperti esterni jistgħu jgħinu dan il-kumitat permezz ta’ deċiżjoni ta’ l-uffiċjal kompetenti li jawtorizza. L-uffiċjal kompetenti li jawtorizza għandu jassigura li dawn l-esperti jirrispettaw l-obbligi msemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼M3

    Fil-każ ta' proċedura ta' akkwist varata fuq bażi interistituzzjonali, il-kumitat ta' l-evalwazzjoni għandu jiġi appuntat mill-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni kompetenti mill-istituzzjoni responsabbli għall-proċedura ta' l-akkwist. Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta' l-evalwazzjoni għandha tirrifletti, sakemm ikun possibbli, il-karattru interistituzzjonali tal-proċedura ta' l-akkwist.

    ▼B

    3.  Talbiet għall-parteċipazzjoni u offerti li ma jissodisfawx il-ħtiġiet essenzali kollha stabbiliti fid-dokumentazzjoni ta' sostenn tas-sejħa biex isiru l-offerti jew il-ħtiġiet speċifiċi preskritti fihom ikunu eliminati.

    ▼M1

    Madankollu, il-kumitat ta’ evalwazzjoni jew l-awtorità kontraenti tista’ tistieden lill-kandidati jew lil min tefa’ l-offerta sabiex jimla jew jispjega d-dokumenti anċillari ppreżentati relatati mal-kriterji ta’ esklużjoni u ta’ selezzjoni, fiż-żmien ta’ limitu li tkun stipulat.

    ▼M1

    L-offerti meqjusa aċċetabbli huma dawk l-offerti ta’ kandidati u min tefa’ l-offerta li mhumiex esklużi u li jissodisfaw il-kriterji ta’ selezzjoni.

    ▼B

    4.  F'każ ta' offerti abnormalment baxxi kif imsemmijin fl-Artikolu 139 ta' dan ir-Regolament, il-kumitat ta' evalwazzjoni titlob kull tagħrif li għandu x'jaqsam ma' kif inhi magħmula l-offerta.

    ▼M1

    Artikolu 147

    Riżultati ta’ l-evalwazzjoni

    (l-Artikolu 99 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M3

    1.  Titħejja u tkun iddatata reġistrazzjoni miktuba ta' l-evalwazzjoni u l-gradazzjoni tat-talbiet għall-parteċipazzjoni u offerti li jkunu ddikjarati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet.

    Ir-reġistrazzjoni miktuba għandha tiġi ffirmata mill-membri kollha tal-kumitat ta’ l-evalwazzjoni.

    Jekk il-kumitat ta' l-evalwazzjoni ma jkunx ingħata r-responsabbiltà għall-evalwazzjoni u l-gradazzjoni tal-kriterji ta’ esklużjoni u għażla, ir-reġistrazzjoni miktuba għandha tiġi ffirmata wkoll mill-persuni li kienu ngħataw dik ir-responsabbiltà mill-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni responsabbli. Ir-reġistru miktub għandu jinżamm għar-referenza futura.

    ▼B

    2.   ►M1  Il-procès-verbal imniżżel fil-paragrafu 1 għandu jinkludi minn ta’ l-anqas:

    (a) l-isem u l-indirizz ta’ l-awtorità kontraenti, l-għan u l-valur tal-kuntratt, tal-kuntratt ta’ qafas jew tas-sistema ta’ akkwist dinamiku; ◄

    (b) l-ismijiet tal-kandidati jew ta' dawk li jagħmlu l-offerti li ma ntagħżlux u għalfejn dawn ma ntagħżlux;

    (ċ) l-ismijiet tal-kandidati u ta' dawk li jitfgħu l-offerti li se jkunu eżaminati u għalfejn intagħżlu;

    (d) għalfejn ma ntagħżlux l-offerti li kienu abnormalment baxxi;

    (e) l-ismijiet tal-kandidati jew appaltatur propost u għalfejn saret dik l-għażla u, jekk magħrufa, il-proporzjon ta' l-appalt jew ta' l-appalt ta' qafas li l-appaltatur bi ħsiebu jgħaddi lil partijiet terzi.

    3.  L-awtorità ta' l-appalti imbagħad tiddeċiedi u tagħti mill-inqas dawn li ġejjin:

    ▼M1

    a) l-isem u l-indirizz ta’ l-awtorità kontraenti kif ukoll l-għan u l-valur tal-kuntratt, tal-kuntratt ta’ qafas jew tas-sistema ta’ akkwist dinamiku;

    ▼B

    (b) l-ismijiet tal-kandidati jew ta' dawk li tefgħu l-offerti li ma ntagħżlux u għalfejn ma ntagħżlux;

    (ċ) l-ismijiet tal-kandidati jew ta' dawk li tefgħu l-offerti li se jkunu eżaminati u għalfejn intagħżlu;

    (d) ir-raġunijiet għalfejn ma ntagħżlux l-offerti li kienu abnormalment baxxi;

    (e) l-ismijiet tal-kandidati jew appaltatur magħżul u għalfejn saret dik l-għażla b'referenza għall-kriterji ta' l-għażla u ta' l-għoti imħabbrin minn qabel u, jekk magħrufa, il-proporzjon ta' l-appalt jew ta' l-appalt ta' qafas li l-appaltatur bi ħsiebu jgħaddi lil partijiet terzi.

    ▼M1

    f) għal dak li għandu x’jaqsam mal-proċeduri negozjati u d-djalogu kompetitiv, iċ-ċirkostanzi mniżżla fl-Artikoli 125b, 126, 127, 242, 244, 246 u 247 li jiġġustifikawhom;

    ▼B

    (g) fejn xieraq, għalfejn l-awtorità ta' l-appalti iddeċidiet li ma tagħtix appalt.

    ▼M3

    Fil-każ tal-proċedura ta’ xiri interistituzzjonali, id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tittieħed mill-awtorità li tagħti l-kuntratt responsabbli għall-proċedura ta’ xiri.

    ▼B

    Artikolu 148

    Kuntatti bejn awtoritajiet ta' l-appalti u dawk li jitfgħu l-offerti

    (L-Artikolu 99 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Kuntatt bejn l-awtorità ta' l-applati u dawk li jitfgħu l-offerti waqt il-proċedura ta' l-għoti ta' l-appalt jistgħu isiru b'eċċezzjoni skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

    2.  Qabel id-data ta' l-għeluq biex jintlaqgħu l-offerti, għal iktar dokumenti u tagħrif imsemmijin fl-Artikolu 141, l-awtorità ta' l-appalti tista':

    (a) fil-każ ta' min qed jitfa' l-offerti, tikkomunika iktar informazzjoni biss għall-iskop ta' kjarifika tan-natura tal-kuntratt; tagħrif hekk għandu jitgħarraf fl-istess data lill-dawk kollha li jkunu talbu għall-ispeċifikazzjonijiet;

    (b) fil-każ tagħha stess, jekk issib xi żball, nuqqas ta' preċiżjoni, ommissjoni jew kull tip ieħor ta' żball klerikali fit-test ta' l-avviż ta' l-appalt, sejħa għall-offerti jew speċifikazzjonijiet, tgħarraf lill-persuni kkonċernati fl-istess data u b'mod identiku għal dak li jghodd fis-sejħa oriġinali ta' meta ssir is-sejħa għall-offerti.

    3.  Jekk wara li jinfetħu l-offerti tinħtieġ xi kjarifika f'konnessjoni ma' offerta, jew jekk iridu jkunu rranġati xi żbalji klerikali ovvji, l-awtorità ta' l-appalti tista' tikkuntattja lil min ikun tefa' l-offerta, għalkemm kuntatt ta' dan it-tip ma jibdel xejn mit-termini ta' l-appalt.

    4.  F'kull każ li fejn ikun sar kuntatt, issir “nota għall-iskedarju”.

    ▼M1

    5.  Fil-każ ta’ kuntratti għal servizzi legali fis-sens ta’ l-Anness IIB tad-Direttiva 2004/18/KE; l-awtorità kontraenti jista’ jkollha kuntatti meħtieġa ma' min jitfa’ l-offerti għal verifika tal-kriterji ta’ selezzjoni u/jew għotja.

    ▼M3

    Artikolu 149

    Tagħrif għall-kandidati u għal min jitfa' l-offerti

    (Artikoli 100(2), 101 u 105 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M1

    1.  L-awtoritajiet kontraenti għandhom jgħarrfu mill-aktar fis lill-kandidati u min jifta’ l-offerti bid-deċiżjonijiet meħuda dwar l-għotja tal-kuntratt jew kuntratt ta’ qafas jew id-dħul f’sistema ta’ akkwist dinamiku, inklużi l-għanjiet għala ddeċidew li ma jagħtux kuntratt jew kuntratt ta’ qafas jew li jimplimentaw sistema ta’ akkwist dinamiku li għalih kien hemm sejħa għall-offerti jew li tinbeda mill-ġdid il-proċedura.

    ▼B

    2.  Fi żmien ħmistax-il ġurnata kalendarja mid-data li tintlaqa' talba bil-miktub, tikkomunika t-tagħrif previt fl-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼M1

    3.   ►M3  Fil-każ ta’ kuntratti mogħtija mill-Istituzzjonijiet tal-Komunità f'isimhom stess, b'valur daqs il-limiti msemmija fl-Artikolu 158 jew aktar minnhom, u li ma jkunux esklużi mill-firxa ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE, l-awtorità li tagħti l-kuntratti għandha tinforma lil dawk kollha li jitfgħu offerti jew kandidati li ma jkunux irnexxew, fl-istess ħin u individwalment, bil-posta u bil-fax jew il-posta elettronika, li l-applikazzjoni jew l-offerta tagħhom ma jkunux intlaqgħu, f'xi wieħed mill-istadji li ġejjin:

    (a) ftit wara li jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-kriterji ta' esklużjoni u ta' għażla u qabel id-deċiżjoni ta' l-aġġudikazzjoni fil-każ ta' proċeduri ta' akkwist organizzati f'żewġ stadji separati,

    (b) fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ aġġudikazzjoni u deċiżjonijiet ta' rifjut ta' offerti, kemm jista' jkun malajr wara d-deċiżjoni ta' l-aġġudikazzjoni u sa mhux aktar tard mill-ġimgħa ta' wara.

    F’kull każ, l-awtorità li tagħti l-kuntratti għandha tindika r-raġunijiet għaliex l-offerta jew applikazzjoni ma jkunux ġew aċċettati u r-rimedji legali disponibbli. ◄

    L- awtoritajiet kontraenti fl-istess ħin għandhom jinnotifikaw in-notifiki ta’ l-eliminazzjoni indirizzati lill-kandidati jew lil dawk li tefgħu l-offerti eliminati, id-deċiżjoni dwar l-għotja lil dak li ntgħażel billi jiġi ppreċiżati d-deċiżjoni nnotifikata ma tikkostitwixxix impenn min-naħa ta’ l-awtorità kontraenti kkonċernata:

    Dawk li tefgħu l-offerti jew il-kandidati eliminati jistgħu jakkwistaw informazzjoni kumplimentari dwar ir-ragunijiet għall-eliminazzjoni tagħhom, permezz ta’ talba bil-miktub, permezz ta’ ittra, fax jew posta elettronika u għal dawk kollha li tefgħu offerta aċċettabbli, fuq il-karatteristiċi u l-vantaġġi ta’ l-offerta li ntgħażlet kif ukoll l-isem ta’ min ta din l-offerta, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 100(2), it-tieni inċiż, tar-Regolament Finanzjarju. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jirrispondu f’tul ta’ żmien ta’ ħmistax-il ġurnata li għandhom jibdew jgħoddu mid-data ta’ l-ilqugħ tat-talba.

    ▼M3 —————

    ▼M3

    Artikolu 149a

    Firma tal-kuntratt

    (Artikoli 100 u 105 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-implimentazzjoni ta’ kuntratt m’għandihiex tibda qabel ma jkun ġie ffirmat il-kuntratt.

    ▼B



    Taqsima 4

    Garanziji u kontroll

    Artikolu 150

    Garanziji bil-quddiem

    (L-Artikolu 102 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Meta fornituri, appaltaturi jew dawk li jipprovdu servizz huma meħtieġa li jagħtu garanzija bil-quddiem, din trid tkun għal ammont u perjodu ta' żmien li jkunu biżżejjed biex hi tkun attivata.

    2.  Il-garanzija ssir minn bank jew istituzzjoni finanzjarja awtorizzata. Tista' tinbidel ma' garanzija konġunta ma' terza parti imma separati.

    Il-garanzija ssir bl-ewro.

    Din tpoġġi l-bank jew l-istituzzjoni finanzjarja jew it-terza parti bħala rahan kollaterali u irrevokabbli, jew l-ewwel garanti li jissejjaħ biex jagħmel tajjeb għall-obbligi ta' l-appaltatur.

    Artikolu 151

    Garanzija tal-prestazzjoni

    (L-Artikolu 102 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Bla ħsara għall-Artikolu 250, l-uffiċċjal li jawtorizza jista' jitlob garanzija għall-prestazzjoni bit-termini ekonomiċi tas-soltu ta' appalti għal fornitura u servizzi u skond l-ispeċifikazzjonijiet speċifiċi għall-appalti ta' xogħlijiet.

    Din il-garanzija obbligatorja ‘l fuq minn EUR 345 000 għal appalti ta' xogħlijiet.

    2.  Garanzija li tiswa daqs 10 % tal-valur totali ta' l-appalt tista' ssir bi tnaqqis mil-pagamenti meta u kif isiru.

    Tista' tinbidel ma' ammont miżmum mill-pagament finali biex jiswa ta' garanzija sa l-aċċettazzjoni finali tas-servizzi, provvisti jew xogħlijiet.

    3.  Il-garanziji jinħallu skond it-termini ta' l-appalt, ħlief fejn l-appalt ma sarx jew sar ħażin jew tlesta tard. F'każi hekk, parti mill-garanzija tinżamm skond kemm ikun kbir id-dannu li sar.

    ▼M2

    Artikolu 152

    Garanzija għall-finanzjament minn qabel

    (L-Artikolu 102 tar-Regolament Finanzjarju)

    Biex isir ħlas ta' finanzjament bil-quddiem ta' iktar minn EUR 150 000 jew fil-każ imsemmi fl-Artikolu 135(6) it-tieni subparagrafu trid tingħata garanzija.

    Madankollu, fejn il-kuntrattur tkun entità pubblika, l-uffiċjal awtorizzanti jista’, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, jirrinunzja dak l-obbligu.

    Il-garanzija tinħall kif u meta l-finanzjament minn qabel jitnaqqas mill-pagamenti temporanji jew ħlas ta' bilanċi lill-kuntrattur skond it-termini tal-kuntratt.

    ▼B

    Artikolu 153

    Waqfien fil-każ ta' żbalji jew irregolaritajiet

    (L-Artikolu 103 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Appalti jitwaqqfu skond l-Artikolu 103 tar-Regolament Finanzjarju biex jaraw żbalji sostanzjali jew irregolaritajiet jew frodi preżunti sarux tassew. Jekk ma jkunux ikkonfermati, l-appalt għandu jitkompla malajr kemm jista' jkun.

    2.  Żball sostanzjali jew irregolarita huma kull infrazzjoni ta' dispożizzjoni ta' appalt jew regolament li joħroġ minn att jew att ta' ommissjoni li jikkawża jew jista' jikkawża telf fil-budget tal-Komunità.



    KAPITOLU 2

    Dispożizzjonijiet li jgħoddu għal appalti mogħtija minn istituzzjonijiet tal-Komunità minn jeddhom.

    ▼M1

    Artikolu 154

    Identifikazzjoni tal-livell xieraq għall-kalkolu tal-limiti

    (l-Artikoli 104 u 105 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼B

    Kull uffiċċjal b'delegazzjoni jew sottodelegazzjoni li jawtorizza f'kull istituzzjoni jrid jara jekk intlaħqux il-limiti preskritti fl-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju

    ▼M2

    Artikolu 155

    Kuntratti separati u kuntratti bil-lottijiet

    (L-Artikoli 91 u 105 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼B

    1.  Il-valur stmat ta' appalt ma jistax ikun iddeterminat bil-għan li jinħarbu l-limitu imposti f'dan ir-Regolament, u lanqas jista' jinqasam għalhekk.

    ▼M3

    Kull fejn ikun xieraq, teknikament fattibbli u ekonomikament effiċjenti kuntratti b’valur ta’ daqs jew akbar mill-limiti stabbiliti fl-Artikolu 158 għandhom jingħataw fl-istess żmien u bħala lottijiet separati.

    ▼M1

    2.  Meta l-għan ta’ kuntratt ta’ provvisti, ta’ servizzi jew ta’ xogħolijiet jkun mifrux fuq bosta lottijiet, kull wieħed l-għan ta' kuntratt individwali, il-valur ta' kull lott għandu jitqies għall-istima globali tal-limitu applikabbli.

    Meta l-valur globali tal-lottijiet ikun daqs jew jaqbeż il-limiti mniżżla fl-Artikolu 158, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 90(1), u l-Artikolu 91(1) u (2), tar-Regolament Finanzjarju japplikaw għal kull wieħed minn dawn il-lottijiet, ħlief għal-lottijiet li l-valur stmat tagħhom ikun anqas minn 80 000 euro għall-kuntratti ta’ servizzi jew ta' provvisti jew anqas minn miljun euro għall-kuntratti ta’ xogħol, sakemm l-ammont miġbur ta' dawn il-lottijiet ma jaqbiżx 20 % tal-valur miġbur tal-lottijiet kollha li jiffurmaw il-kuntratt ikkonċernat.

    ▼B

    3.  Billi x-xiri ppjanat ta' provvisti standard jista' jwassal għal appalti fl-istess ħin f'lottijiet separati, l-istima ta' dawk il-lottijiet kollha tittieħed bħala l-bażi biex jinsab il-limitu li jkun jgħodd.

    ▼M3

    4.  Fejn kuntratt jingħata fil-forma ta' lottijiet separati, dawk li jitfgħu l-offerti għandhom jiġu evalwati separatament għal kull lott. Jekk jingħataw diversi lottijiet lill-istess offerent, jista' jiġi ffirmat kuntratt wieħed li jkopri dawn il-lottijiet.

    ▼B

    Artikolu 156

    Arranġamenti biex issir stima ta' xi appalti

    (L-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M1

    1.  L-awtorità kontraenti tinkludi l-ħlas kollu stmat ta’ min jitfa’ l-offerti mal-kalkoli ta' l-ammont stmat ta' kuntratt.

    Meta kuntratt ifassal għażliet jew it-tiġdid possibbli tiegħu, il-bażi tal-kalkolu jkun l-akbar ammont awtorizzat, kif ukoll l-użu ta’ l-għażliet u tat-tiġdid.

    Din l-istima hi magħmula waqt il-kunsinna ta’ l-avviż ta’ kuntratt, jew meta riklam bħal dan ma jkunx stipulat, meta l-awtorità kontraenti tibda proċedura ta’ għotja.

    ▼M1

    1a.  Għal kuntratti ta’ qafas u sistemi ta’ akkwist dinamiku, il-valur massimu tal-kuntratti kollha maħsuba waqt il-medda ta’ żmien totali tal-kuntratt ta’ qafas jew tas-sistema ta’ akkwist dinamiku għandu jitqies.

    ▼B

    2.  Għal appalti ta' servizzi iridu jitqiesu:

    ▼M1

    a) għall-assigurazzjonijiet, il-premium li għandu jitħallas u metodi oħra ta’ ħlas;

    ▼B

    (b) fil-każi ta' servizzi finanzjarji jew bankarji, il-miżati, il-kummissjoni, imgħax u tipi oħrajn ta' ħlas;

    ▼M1

    c) għall-kuntratti li jirrigwardaw it-tifsila, il-ħlas, il-kummissjoni li għandha titħallas u metodi oħra ta’ remunerazzjoni.

    ▼B

    3.  Fil-każ ta' appalti ta' servizzi li ma speċifikawx prezz totali jew fil-każ ta' appalti ta' fornitura ta' kiri jew ħlas bin-nifs, il-valur li jittieħed biex tinħadem l-istima jkun:

    (a) fil-każ ta' appalti għal żmien fiss:

    (i) meta ż-żmien tagħhom ikun ta' tmienja u erbgħin xahar jew inqas għas-servizzi jew tnax-il xahar jew inqas fil-każ ta' provvisti, il-valur totali ta' l-appalt għal kemm idumu;

    (ii) meta ż-żmien tagħhom ikun iktar minn tnax-il xahar fil-każ ta' provvisti, il-valur totali inkluża l-istima tal-valur li jifdal

    (b) fil-każ ta' appalti għal żmien indefinit jew fil-każ ta' servizzi, għal żmien itwal minn tmienja u erbgħin xahar, il-valur ta' kull xahar immultiplikat għal tmienja u erbgħin.

    4.  Fil-każ ta' appalti ta' servizz jew provvisti li jingħataw regolarment jew jiġġeddu kull ċertu żmien, il-valur ta' l-appalt ikun stabbilit fuq il-bażi ta':

    (a) jew il-prezz miġbur veru ta' appalti bħalhom għall-istess kategorija ta' servizzi jew provvisti mogħtija tul is-sena finanzjarja ta' qabel jew tnax-il xahar, irranġat, fejn jista' jkun, għal bidliet mistennija fil-kwantita jew valur tul it-tnax-il xahar wara l-kuntratt inizjali;

    (b) jew il-prezz miġbur stmat ta' kuntratti suċċessivi tul it-tnax-il xahar wara li jkun ingħata l-ewwelservizz jew tkun waslet l-ewwel konsenja jew tul iż-żmien ta' l-appalt, meta dan itwal minn tnax-il xahar.

    5.  Fil-każ ta' kuntratti ta' xogħlijiet, irid jitqies mhux biss il-valur tax-xogħlijiet iżda jrid jitqies ukoll l-istima totali tal-provvisti meħtieġa biex ix-xogħlijiet isiru u dawn jingħataw mill-awtorità ta' l-appalti lill-appaltatur.

    ▼M1

    Artikolu 157

    Limiti għall-avviżi ta’ tagħrif minn qabel

    (l-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-limiti mniżżla fl-Artikolu 118 għall-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ tagħrif minn qabel huma stipulati għal:

    a) 750 000 euro għall-kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi mniżżla fl-Anness IIA tad-Direttiva 2004/18/KE;

    ▼M2

    (b) EUR 5 278 000 għal appalti ta' xogħlijiet.

    ▼M1

    Artikolu 158

    Limiti għall-applikazzjoni tal-proċeduri tad-Direttiva 2004/18/KE

    (l-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M2

    1.  Il-limiti msemmijin fl-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju għandhom ikunu:

    (a) EUR 137 000 għall-kuntratti ta' forniment u servizzi elenkati fl-Anness II A tad-Direttiva 2004/18/KE, minbarra għall-kuntratti ta' riċerka u żvilupp fil-kategorija 8 ta' dak l-Anness;

    (b) EUR 211 000 għall-kuntratti ta' servizzi fl-Anness II B tad-Direttiva 2004/18/KE u għall-kuntratti ta' servizzi ta' riċerka u żvilupp fil-kategorija 8 ta' l-Anness II A għad-Direttiva 2004/18/KE;

    (c) EUR 5 278 000 għal kuntratti ta' xogħlijiet.

    ▼B

    2.  Il-limiti ta' żmien imsemmijin fl-Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju ikunu dawk speċifikati fl-Artikoli 140, 141 u 142.

    ▼M3

    Artikolu 158a

    Perjodu ta’ pawsa qabel il-firma tal-kuntratt

    (Artikolu 105 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-awtorità li tagħti l-kuntratti m’għandhiex tiffirma l-kuntratt jew qafas ta’ kuntratt, kopert mid-Direttiva 2004/18/KE, ma’ l-offerent li jkun ġie aċċettat qabel ma jkunu għaddew erbatax-il jum kalendarju.

    Il-perjodu ta' 14-il jum kalendarju għandu jiġi kkalkulat minn waħda minn dawn id-dati:

    (a) mill-jum ta’ wara li jkunu ntbagħtu flimkien id-deċeżjoni ta’ l-aġġudikazzjoni u d-deċiżjonijiet li jirrifjutaw l-offerti:

    (b) fejn il-kuntratt jew qafas ta’ kuntratt jingħata permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż ta' kuntratt, mill-jum wara dak li fih l-avviż ta' għoti ta' kuntratt imsemmi fl-Artikolu 118 jkun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Jekk ikun meħtieġ l-awtorità li tagħti l-kuntratt tista’ tissospendi l-iffirmar tal-kuntratt għal aktar studju jekk dan ikun ġustifikat mit-talbiet jew kummenti li jsiru mill-offerenti jew kandidati li ma jkunux irnexxew jew li jkollhom xi lment jew minn xi informazzjoni relevanti oħra li hija tkun irċeviet. It-talbiet jew kummenti u l-informazzjoni għandhom jaslu matul l-erbatax-il jum kalendarju wara l-jum li fih ikunu ntbagħtu flimkien id-deċiżjonijiet ta' rifjut jew ta' aġġudikazzjoni jew, fejn ikun applikabbli, il-pubblikazzjoni ta' avviż ta' kuntratt. Fil-każ ta’ sospensjoni, il-kandidati jew offerenti kollha għandhom ikunu infurmati fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara d-deċiżjoni ta’ sospensjoni.

    Minbarra fil-każijiet stipulati fil-paragrafu 2, kull kuntratt iffirmat qabel jiskadi l-perjodu ta' erbatax-il jum kalendarju għandu jkun null u bla effett.

    Fil-każ li l-kuntratt jew qafas ta' kuntratt ma jkunx jista' jingħata lill-offerent li maħsub, li jkun irnexxa, l-awtorità li tagħti l-kuntratti tista' tagħtih lill-aħjar wieħed mill-offerent l-oħra.

    2.  Il-perjodu ta’ erbatax-il jum kalandarju qabel l-iffirmar tal-kuntratt m’għandux japplika fil-każijiet li ġejjin:

    (a) fil-każ ta’ proċeduri miftuħa fejn tkun ġiet ippreżentata offerta waħda biss;

    (b) fil-każ ta' proċeduri ristretti jew negozjati wara l-pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż ta' kuntratt fejn l-offerent li lilu l-kuntratt ikollu jingħata kien l-uniku wieħed li jissodisfa l-kriterji ta' esklużjoni u għażla, sakemm, f’konformità ma’ Artikolu 149(3), l-ewwel subparagrafu, punt (a), il-kandidati jew offerenti l-oħra jkunu ġew informati dwar ir-raġunijiet ta’ l-esklużjoni jew rifjut tagħhom ftit wara li jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet relevanti fuq il-bażi tal-kriterji ta' esklużjoni u għażla;

    (c) fil-każ ta’ kuntratti speċifiċi bbażati fuq qafas ta’ kuntratt u b’applikazzjoni tat-termini stabbiliti f’dan il-qafas ta' kuntratt, mingħajr ma terġa’ tinfetaħ il-kompetizzjoni.

    (d) f’każ ta’ urġenza estrema li tissemma' fl-Artikolu 126(1)(c).

    ▼B

    Artikolu 159

    Evidenza ta' aċċess għall-appalti

    (L-Artikolu 106 u 107 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-ispeċifikazzjonijiet ikunu jeħtieġu li dawk li jitfgħu l-offerti jgħidu f'liema Stat għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom jew id-domiċilju tagħhom u biex jippreżentaw evidenza li ssostni dan li normalment tkun aċċettata skond il-liġi tagħhom stess.



    TITOLU VI

    KONĊESSJONIJIET



    KAPITOLU 1

    Skop

    Artikolu 160

    Skop

    (L-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-proċedura għall-għoti ta' konċessjonijiet u biex il-Kummissjoni tilħaq ftehim ma' l-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 54 tar-Regolament Finanzjarju, għall-finanzjament konġunt ta' l-ispejjeż amministrattivi u biex l-appropjazzjonijiet operattivi li huma ddelegati li jmexxu ikunu disponibbli, u mal-benefiċjarji ta' ftehim ta' finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 166 ta' dak ir-Regolament mhux suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu.

    ▼M3 —————

    ▼M3

    Artikolu 160a

    Sottoskrizzjonijiet

    (Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-kontribuzzjonijiet imħallsin bħala abbonament imsemmija fil-punt (d) ta’ l-Artikolu 108(2) tar-Regolament Finanzjarju huma somom imħallsa lil korpi li l-Komunitajiet ikunu membri tagħhom, skond id-deċiżjonijiet tal-baġit u l-kundizzjonijiet ta' ħlas stabbiliti mill-korp ikkonċernat.

    Artikolu 160b

    Parteċipazzjonijiet

    (Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju)

    Għall-fini ta’ l-Artikolu 108(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) “parteċipazzjoni fil-kapital” tfisser proprjetà (ownership) f’organizzazzjoni jew impriża akkwistata permezz ta’ investiment, li fiha r-redditu fuq l-investiment jiddependi fuq il-profittabilità ta’ l-organizzazzjoni jew proġett;

    (b) “proprjetà ta’ ishma” tfisser parteċipazzjoni fil-kapital fil-forma ta’ ishma f’organizzazzjoni jew impriża;

    (c) “investiment fil-kapital” ifisser li jiġi pprovdut kapital lil impriża minn investitur bi skambju ma’ proprjetà (ownership) parzjali ta’ dik l-impriża fejn, minbarra dan, dan l-investitur ikun jista’ jassumi xi kontroll amministrattiv ta’ l-impriża u jkun jista’ jgawdi minn profitti futuri;

    (d) “iffinanzjar fi kważi-kapital” tfisser tip ta’ ffinanzjar li ġeneralment jinvolvi taħlita ta’ kapital u ta’ dejn, fejn il-kapital iħalli lill-investituri jakkwistaw rata għolja ta’ redditu fuq is-suċċess tal-kumpanija u/jew fejn il-komponent tad-dejn jinvolvi prezz miżjud li jikkontribwixxi għar-redditu ta' l-investitur.

    (e) “strument li jġorr riskju” tfisser strument finanzjarju li jiggarantixxi l-kopertura ta’ riskju definit, b’mod totali jew parzjali, possibilment fi skambju ma’ remunerazzjoni miftiehma.

    Artikolu 160c

    Regoli speċifiċi

    (Artikolu 108(3) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Fejn għotjiet huma msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 108(3) tar-Regolament Finanzjarju huma aġġudikati mill-Kummissjoni taħt il-ġestjoni ċentralizzata diretta, dawn għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    (a) ir-regola ta’ bla profitt kif imsemmija fl-Artikolu 165;

    (b) il-kundizzjoni ta’ kofinanzjament kif imsemmija fl-Artikolu 172;

    (c) għall-azzjonijiet li l-għan tagħhom hu l-infurzar mill-ġdid tal-kapaċità finanzjarja ta’ benefiċjarju jew il-ġenerazzjoni ta’ dħul, il-valutazzjoni tal-vijabilità finanzjarja ta’ l-applikant kif imsemmi fl-Artikolu 173(4);

    (d) il-kundizzjoni ta’ garanzija bil-quddiem kif imsemmija fl-Artikolu 182.

    Id-dispożizzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu hija bla ħsara għat-trattament tal-kontabilità ta’ l-għotjiet ikkonċernati, li għandu jkun determinat mill-uffiċjal tal-kontabilità skond standards internazzjonali tal-kontabilità.

    2.  Fil-każijiet kollha fejn issir kontribuzzjoni finanzjarja, l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jassigura li jkunu saru arranġamenti xierqa mar-reċipjent tal-kontribuzzjoni li jiddefinixxu l-modalitajiet għall-ħlas u l-kontroll.

    Artikolu 160d

    Premjijiet

    (Artikolu 109(3)(b) tar-Regolament Finanzjarju)

    Għall-fini tal-punt (b) ta’ l-Artikolu 109(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-premjijiet huma dak li jista’ jinkiseb b’kandidatura f’kompetizzjoni.

    Dawn għandhom jingħataw minn bord ta’ mħallfin li jkunu ħielsa li jiddeċiedu jekk għandhomx jingħataw premjijiet jew le skond il-valutazzjoni tal-kwalità tal-kandidaturi b'referenza għar-regoli tal-kompetizzjoni.

    L-ammont tal-premju ma għandux ikun marbut ma’ l-ispejjeż imħallsa minn min jirċevieh.

    Ir-regoli tal-kompetizzjoni għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-kriterji ta' l-aġġudikazzjoni u l-ammont tal-premju.

    Artikolu 160e

    Ftehim u deċiżjoni dwar għotjiet

    (Artikolu 108(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Għal kull programm jew azzjoni tal-komunità, il-programm annwali ta’ ħidma għandu jiddetermina jekk l-għotjiet ikunux koperti b’deċiżjoni jew bi ftehim miktub.

    2.  Sabiex ikun determinat l-istrument li għandu jintuża, għandhom jitqiesu l-elementi li ġejjin għandhom:

    (a) it-trattament ugwali u non-diskriminatorju bejn il-benefiċjarji, b’mod partikolari fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew tal-post ġeografiku;

    (b) il-koerenza ta’ dak l-istrument ma' strumenti oħra użati fl-istess programm jew azzjoni tal-komunità;

    (c) il-kumplessità u l-istandardizzazzjoni tal-kontenut ta’ l-azzjonijiet jew programmi ta’ xogħol iffinanzjati.

    3.  Fil-każ ta’ programmi ġestiti minn diversi uffiċjali ta’ l-awtorizzazzjoni, l-istrument li għandu jintuża għandu jkun determinat f’konsultazzjoni bejn dawn l-uffiċjali ta’ l-awtorizzazzjoni risponsabbli.

    Artikolu 160f

    Nefqa fuq il-membri ta' l-istituzzjonijiet

    (L-Artikolu 108(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju)

    In-nefqa fuq il-membri ta' l-istituzzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 108(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju għandha tinkludi kontribuzzjonijiet lil assoċjazzjonijiet ta' membri preżenti u passati tal-Parlament Ewropew. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu implimentati skond ir-regoli amministrattivi interni tal-Parlament Ewropew.

    ▼B

    Artikolu 161

    Azzjonijiet li jistgħu jingħataw konċessjonijiet

    (L-Artikolu 108tar-Regolament Finanzjarju)

    Azzjoni li tista' tingħata konċessjoni fis-sens ta' l-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju trid tkun identifikata b'mod ċar.

    L-ebda azzjoni ma tista' tinqasam biex jinħarbu r-regoli ta' finanzjament preskritti f'dan ir-Regolament.

    Artikolu 162

    Entitajiet li għandhom tir ta' interess Ewropew ġenerali

    (L-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju)

    Entità li għandha għan ta' interess Ewropew ġenerali hi:

    ▼M2

    (a) Korp Ewropew involut fl-edukazzjoni, it-taħriġ, l-informazzjoni, l-innovazzjoni jew ir-riċerka u l-istudju dwar politiki Ewropej, kwalunkwe attività li tikkontribwixxi għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza jew id-drittijiet tal-bniedem, jew korp Ewropew ta’ l-istandards,

    ▼B

    (b) qafas Ewropew li jirrapreżenta entitajiet li ma jagħmlux qliegħ attivi fl-Istati Membri jew fil-pajjiżi kandidati u jġibu ‘l quddiem prinċipji u politika konsistenti ma' l-għanijiet tat-Trattati.

    ▼M3

    Artikolu 163

    Partenarjati

    (Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Għotjiet speċifiċi jistgħu jiffurmaw parti minn qafas ta’ partenarjat.

    2.  Qafas ta’ partenarjat jista’ jkun stabbilit bħala kooperazzjoni fit-tul bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarji ta’ l-għotjiet. Din tista’ tieħu l-forma ta’ ftehim ta’ qafas ta’ partenarjat jew deċiżjoni ta’ qafas ta’ parternarjat.

    Il-ftehim jew deċiżjoni ta’ qafas ta’ partenarjat għandhom jispeċifikaw l-għanijiet komuni, in-natura ta' azzjonijiet ippjanati ta' darba jew bħala parti minn programm ta' xogħol ta' kull sena, il-proċedura ta' għoti ta' konċessjonijiet speċifiċi, skond il-prinċipji u regoli tal-proċedura f'dan it-Titolu, u d-drittijiet ġenerali u l-obbligi ta' kull parti skond il-ftehim jew deċiżjoni speċifiċi.

    It-tul tal-partenarjat ma’ jistax jaqbeż l-erba’ snin, ħlief f’każijiet eċċezzjonali, ġustifikati b'mod partikolari mis-suġġett tal-qafas ta’ partenarjat.

    Uffiċjali ta’ l-awtorizzazzjoni ma jistgħux jużaw il-ftehimiet jew deċiżjonijiet ta’ qafas ta’ partenarjat b’mod mhux xieraq jew jużawhom b'mod li l-iskop jew l-effett ikun kuntrarju għall-prinċipji ta' trasparenza jew trattament ugwali ta' l-applikanti.

    3.  Ftehimiet jew deċiżjonijiet ta’ qafas ta’ partenarjat għandhom ikunu meqjusa bħala għotjiet għall-iskopijiet tal-proċedura ta' l-aġġudikazzjoni; huma għandhom ikunu suġġetti għall-proċeduri ta’ pubblikazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 167.

    4.  Għotjiet speċifiċi bbażati fuq il-ftehimiet jew deċiżjonijiet ta’ qafas ta’ partenarjat għandhom jingħataw skond il-proċeduri stabbiliti f’dawk il-ftehimiet jew deċiżjonijiet, f’konformità mal-prinċipji ta' dan it-Titolu.

    Huma għandhom ikunu suġġetti għall-proċeduri tal-pubblikazzjoni ex post stabbiliti fl-Artikolu 169.

    ▼B

    Artikolu 164

    Kontenut ta' ftehim ta' konċessjonijiet

    (L-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.   ►M3  Il-ftehim ta' l-għotja għandu b'mod partikolari jippreskrivi: ◄

    (a) is-suġġett;

    (b) il-benefiċjarju;

    (ċ) iż-żmien, jiġifieri:

    (i) meta jidħol fis-seħħ u meta jintemm;

    (ii) is-sena ta' meta jibda u kemm iddum l-azzjoni jew is-sena finanzjarja li tkun qed titħallas

    ▼M3

    (d) l-ispiża totali stmata ta’ l-azzjoni u l-fondi tal-Komunità stipulati, bħala limitu globali espress bħala valur assolut, miżjud kif inhu xieraq permezz ta' indikazzjoni ta':

    (i) ir-rata massima ta’ fondi ta’ l-ispejjeż ta’ l-azzjoni jew programm ta’ xogħol approvat fil-każ imsemmi fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 108a(1) tar-Regolament Finanzjarju;

    (ii) l-iffinanzjar b' somma ta’ darba u/jew rata fissa msemmi fil-punti (b) u (c) ta’ l-Artikolu 108a(1) tar-Regolament Finanzjarju;

    (iii) taħlita ta' (i) u (ii);

    ▼B

    (e) deskrizzjoni ddettaljata ta' l-azzjoni jew, għal konċessjoni operattiva, tal-programm ta' xogħol approvat għal dik is-sena finanzjarja mill-uffiċċjal li jawtorizza;

    ▼M3

    (f) it-termini u kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-ftehimiet kollha ta’ dak it-tip, bħall-aċċettazzjoni mill-benefiċjarju ta’ verifiki mill-Kummissjoni, OLAF u l-Qorti ta’ l-Awdituri u tar-regoli ta’ publikazzjoni ex post imsemmija fl-Artikolu 169, skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 ( 22 ); dawn it-termini ġenerali għandhom mill-inqas:

    (i) jispeċifikaw li l-liġi tal-Komunità hija l-liġi li tapplika għall-ftehim ta’ l-għotja, ikkumplimentata, fejn hu meħtieġ, mil-liġi nazzjonali kif speċifikat fil-ftehim ta’ l-għotja;

    (ii) jispeċifikaw il-qorti kompetenti li tisma’ t-tilwim;

    (g) il-baġit globali stmat;

    ▼B

    (h) meta l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni tinvolvi l-ksib, il-prinċipji msemmijin fl-Artikolu 184 jew ir-regoli tal-ksib li jrid iħares il-benefiċjarju;

    ▼M3

    (i) ir-responsabbiltajiet tal-benefiċjarju, għallinqas rigward ġestjoni finanzjarja tajba u l-preżentazzjoni ta' rapporti dwar l-attivitajiet u rapporti finanzjarji; Fejn xieraq, għandhom jiġu stabbiliti miri intermedji, li fihom dawk ir-rapporti jkunu dovuti;

    ▼B

    (j) l-arranġamenti u limiti ta' żmien biex dawk ir-rapporti ikunu approvati u tħallas il-Kummissjoni;

    ▼M3

    (k) kif ikun xieraq, dettalji ta’ l-ispejjeż eliġibbli ta’ l-azzjoni jew programm ta’ xogħol approvat u/jew tal-finanzjament b’somom ta' darba jew rata fissa msemmija fl-Artikolu 108a(1) tar-Regolament Finanzjarju;

    (l) dispożizzjonijiet li jirregolaw il-wiri pubbliku ta' referenza għall-appoġġ mill-Baġit tal-Komunitajiet Ewropej, sakemm dan ma jkunx possibbli jew xieraq skond id-deċiżjoni sostanzjata ta' l-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni.

    ▼M2

    1a.  Il-ftehim ta’ għotja jista’ jistipula l-arranġamenti u l-limiti taż-żmien għas-sospensjoni b’konformità ma’ l-Artikolu 183.

    ▼M3

    2.  Fil-każi msemmija fl-Artikolu 163, id-deċiżjoni ta’ qafas ta’ partenarjat jew ftehim ta’ qafas ta’ partenarjat għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (c)(i), (d)(i), (f), (h), (i), (j) u (k) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

    Id-deċiżjoni jew ftehim speċifiċi għandu jkun fihom l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) (c), (d), (e), (g) u (k) tal-paragrafu 1 u, fejn meħtieġ, il-punt (i) tiegħu.

    ▼B

    3.  Ftehim ta' konċessjonijiet jistgħu ikunu emendati biss bi ftehim ieħor bil-miktub. Ftehim ieħor ta' dan it-tip ma jistax ikollhom l-iskop jew l-effett li jibdlu l-ftehim b'mod li jpoġġi dubju fuq id-deċiżjoni ta' l-għoti tal-konċessjoni jew li jkun kuntrarju għat-trattament ugwali ta' l-applikanti.

    ▼M3

    4.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 3 japplikaw mutatis mutandis għad-deċiżjonijiet ta' l-għotjiet.

    Parti mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi pprovduta fis-sejħa għall-proposti jew fi kwalunkwe dokument relatat, minflok fid-deċiżjoni ta' l-għotja.

    ▼B



    KAPITOLU 2

    Prinċipji ta' l-għoti

    Artikolu 165

    Regola li ma jsirx qliegħ

    (L-Artikolu 109(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M3

    1.  Għal kull benefiċjarju, qligħ hu definit bħala:

    (a) fil-każ ta’ għotja għal azzjoni, bilanċ pożittiv ta’ dħul fuq l-ispejjeż tal-benefiċjarju meta t-talba tkun saret għall-ħlas finali;

    (b) fil-każ ta’ għotja operattiva, bilanċ favorevoli fuq il-baġit operattiv tal-benefiċjarju;

    2.  Iffinanzjar permezz ta’ somom ta’ darba u rati fissi għandu jiġi deċiż skond l-Artikolu 181 fuq il-bażi ta' l-ispejjeż jew il-kategorija ta' l-ispejjeż li jirrelataw magħhom, stabbiliti permezz ta’ mezzi oġġettivi bħal data statistiċi, b’tali mod li jkun eskluż qligħ a priori. Fuq l-istess bażi, dawn l-ammonti għandhom jiġu valutati mill-ġdid u, fejn hu xieraq, aġġustati mill-Kummissjoni kull sentejn.

    F’dak il-każ, u għal kull għotja, l-assenza ta' qligħ hija verifikata fiż-żmien meta jiġu stabbiliti l-ammonti.

    Fejn il-kontrolli ex-post fuq l-avveniment li jiġġenera juru li l-avveniment ma jkunx seħħ u jkun sar ħlas mhux dovut lill-benefiċjarju fuq finanzjament permezz ta’ somma ta’ darba jew rata fissa, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirkupra sa l-ammont tal-finanzjament permezz ta’ somma ta’ darba jew rata fissa u, fil-każ ta’ dikjarazzjoni falza dwar il-finanzjament permezz ta’ somma ta’ darba jew rata fissa, li timponi pieni finanzjarji sa 50 % mill-ammont totali tal-finanzjament permezz ta’ somma ta’ darba jew rata fissa.

    Dawn il-kontrolli huma bla ħsara għall-verifika u ċ-ċertifikazzjoni ta’ spejjeż attwali meħtieġa għall-ħlas ta’ għotjiet jew partijiet minn forom kombinati ta' għotjiet li jikkonsistu fil-ħlas lura ta' proporzjon speċifikat ta' l-ispejjeż eliġibbli.

    ▼M2

    3.  Fil-każ ta’ għotjiet operattivi lil korpi ta' interess Ewropew ġenerali, il-Kummissjoni għandha tkun intitolata li tirkupra l-persentaġġ tal-profitt annwali li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni komunitarja għall-baġit operattiv tal-korpi kkonċernati fejn dawn il-korpi huma wkoll iffinanzjati minn awtoritajiet pubbliċi li huma obbligati li jirkupraw il-persentaġġ tal-profitt annwali li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tagħhom. Għall-fini tal- kalkolazzjoni ta’ l-ammont li għandu jiġi rkuprat, ma għandux jittieħed f’kunsiderazzjoni fil-baġit operattiv il-persentaġġ li jikkorrispondi għall-kontribuzzjonijiet f'oġġetti.

    ▼M3

    Artikolu 165a

    Regola tal-kofinanzjament

    (Artikolu 109 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-kofinanzjament jirrikjedi li parti mill-ispejjeż ta’ azzjoni jew l-ispejjeż biex titmexxa entità jinġarru mill-benefiċjarju ta’ għotja, jew permezz ta’ kontribuzzjoni oħra minbarra dik tal-Komunità.

    2.  Fil-każ ta’ għotjiet li jieħdu waħda mill-forom previsti fil-punti (b) jew (c) ta’ l-Artikolu 108a(1), jew taħlita ta’ dawn, il-kofinanzjament għandu jkun valutat biss fl-istadju ta’ l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni għall-għotja.

    ▼M1

    Artikolu 166

    Programmazzjoni annwali

    (l-Artikolu 110(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.   ►M3  Programm ta' kull sena għall-konċessjonijiet għandu jitħejja minn kull uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli. Dan il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mill-istituzzjoni u ppubblikat fuq is-sit ta’ l-internet ta’ l-istituzzjoni mill-aktar fis possibbli, jekk meħtieġ matul is-sena ta’ qabel, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena finanzjarja. ◄

    Il-programm ta’ xogħol jispeċifika l-att ta’ bażi, l-għanjiet, id-dati tas-sejħa ta’ l-offerti bl-ammont indikattiv tagħhom u r-riżultati mistennija.

    2.  Kull emenda sostanzjali fil-programm ta’ xogħol li qiegħed jitwettaq ikun suġġett għall-adozzjoi u pubblikazzjoni kumplimentari skond l-emendi mniżżla fil-paragrafu 1.

    ▼B

    Artikolu 167

    Kontenut tas-sejħiet għall-proposti

    (L-Artikolu 110(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Sejħiet għall-proposti jispeċifikaw:

    (a) l-għanijiet li jridu jintlaħqu

    ▼M3

    (b) l-eliġibbilta, esklużjoni, għażla u għoti kif imsemmija fl-Artikoli 114 u 115 tar-Regolament Finanzjarju, u d-dokumenti ta' sostenn relevanti;

    ▼B

    (ċ) l-arranġamenti għall-finanzjament mill-Komunità;

    (d) l-arranġamenti u d-data finali biex jingħataw il-proposti u d-data ta' meta jistgħu jibdew l-azzjonijiet u d-data li fiha ppjanat l-għeluq tal-proċedura ta' l-għoti.

    ▼M3

    2.  Sejħiet għall-proposti għandhom ikunu ppubblikati fuq is-sit ta' l-Internet ta' l-istituzzjonijiet Ewropej u possibilment b'kull mezz xieraq ieħor, inkluż il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, sabiex tingħata l-akbar pubbliċità possibbli fost benefiċjarji potenzali. Huma jistgħu jiġu ppubblikati matul is-sena ta' qabel l-implimentazzjoni tal-baġit. Kull modifika tal-kontenut tas-sejħiet għall-proposti hija wkoll suġġetta għall-pubblikazzjoni taħt l-istess kundizzjonijiet.

    ▼B

    Artikolu 168

    Eċċezzjonijiet għas-sejħiet għall-proposti

    (L-Artikolu 110(1) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Konċessjonijiet jistgħu jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti fil-każi li ġejjin biss:

    (a) għal għajnuna umanitarja, fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1257/96 ( 23 ) u għajnuna għal sitwazzjonijiet ta' kriżi fis-sens tal-paragrafu 2;

    (b) f'emerġenzi eċċezzjonali oħrajn li jkunu ssostanzjati sew;

    ▼M2

    (c) lil korpi b’monopolju de jure jew de facto, issostanzjat kif imiss fid-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni;

    ▼M3

    (d) għal korpi identifikati bl-att bażiku, fis-sens ta’ l-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju, bħala benefiċjarji ta’ għotja.

    ▼M3

    (e) fil-każ tar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, għal korpi identifikati fil-programm annwali ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, fejn l-att bażiku jipprovdi espressament għal dik il-possibbiltà, u bil-kundizzjoni li l-proġett ma jkunx jaqa’ taħt sejħa għal proposti;

    (f) għal azzjonijiet b’karatteristiki speċifiċi li jeħtieġu tip partikulari ta’ korp minħabba fil-kompetenza teknika tiegħu, il-livell għoli ta’ speċjalizzazzjoni tiegħu jew il-poter amministrattiv tiegħu, bil-kundizzjoni li l-azzjonijiet ikkonċernati ma jkunux jaqgħu taħt sejħa għal proposti ppubblikata jew ippjanata. Dawn il-każijiet għandhom jiġu ssostanzjati kif xieraq fid-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni.

    ▼B

    2.  Sitwazzjonijiet ta' kriżi għandha tinftiehem, għal pajjiżi terzi, bħala sitwazzjonijiet li jheddu l-liġi u l-ordni, is-sigurta u s-sigurezza ta' l-individwi, li hemm biża' li tista' tikber f'konflitt bl-armi jew li tiddestabilizza l-pajjiż u li tista' tagħmel ħsara serja lil:

    (a) il-protezzjoni tal-valuri komuni, l-interessi fondamentali, l-indipendenza u l-integrita' ta' l-Unjoni Ewropea;

    (b) is-sigurta' ta' l-Unjoni Ewropea, żamma tal-paċi u sigurta' internazzjonali, promozzjoni tal-koperazzjoni internazzjonali jew żvilupp u tisħIħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, rispett għad-drittijiet umani u libertajiet fondamentali, skond l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 381/2001/ ( 24 ).

    Artikolu 169

    Pubblikazzjoni ta' wara

    (L-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M3

    1.  L-għotjiet kollha aġġudikati matul sena finanzjarja, ħlief boroż ta' studju mħallsa lil persuni naturali, għandhom ikunu ppubblikati bi preżentazzjoni standardizzata f'post apposta u faċilment aċċessibbli fuq is-sit ta' l-Internet ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità fl-ewwel nofs tas-sena ta' wara l-għeluq tas-sena tal-baġit li għaliha jkunu ngħataw.

    Fil-każi fejn il-ġestjoni hi ddelegata lill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 54 tar-Regolament Finanzjarju, għandha ssir referenza mill-inqas għall-indirizz tas-sit ta' l-Internet fejn jinsab dan it-tagħrif jekk ma jkunx ippubblikat direttament fil-post apposta fuq is-sit ta' l-Internet ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità.

    It-tagħrif jista' jkun ippubblikat, fi preżentazzjoni standardizzata, b'kull mezz xieraq ieħor, inkluż il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    ▼B

    2.  Li ġej għandu jkun ippubblikat bil-qbil tal-benefiċjarju skond il-punt (f) ta' l-Artikolu 164(1):

    (a) l-isem u l-indirizz tal-benefiċjarji;

    (b) is-suġġett ta' l-għotja;

    ▼M3

    (c) l-ammont aġġudikat u, ħlief fil-każ ta’ finanzjament permezz ta’ somma ta’ darba jew rata fissa kif imsemmi fl-Artikolu 108a (1)(b) u (c) tar-Regolament Finanzjarju, ir-rata ta’ finanzjament ta’ l-ispejjeż ta’ l-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma approvat.

    ▼B

    L-obbligi preskritti fl-ewwel sottoparagrafu jistgħu jitneħħew jekk il-pubblikazzjoni tat-tagħrif tista' thedded is-sigurta tal-benefiċjarji jew ikun ta' ħsara għall-interessi tan-negozju tagħhom.

    ▼M3

    3.  Wara l-pubblikazzjoni skond il-paragrafu 2, meta mitluba mill-awtorità baġitarja, il-Kummissjoni għandha tibgħat lil din ta’ l-aħħar rapport dwar:

    (a) in-numru ta’ applikanti fis-sena ta' qabel;

    (b) in-numru u l-perċentwal ta’ applikazzjonijiet aċċettati għal kull sejħa għal proposti;

    (c) it-tul medju tal-proċedura mid-data ta’ l-għeluq tas-sejħa għall-proposti sa l-aġġudikazzjoni ta’ l-għotja;

    (d) In-numru u l-ammont ta' l-għotjiet fejn il-pubblikazzjoni ex post ma saritx fis-snin ta' qabel għar-raġunijiet tas-sikurezza tal-benefiċjarji jew il-ħarsien ta' l-interessi kummerċjali tagħhom.

    Artikolu 169a

    Tagħrif għall-applikanti

    (Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-Kummissjoni għandha tipprovdi tagħrif u pariri lill-applikanti b’dawn il-mezzi li ġejjin:

    (a) tistabbilixxi standards konġunti għall-forom ta’ applikazzjoni għal għotjiet simili u tissorvelja d-daqs tal-formoli ta’ applikazzjoni u l-faċilità li biha jistgħu jinqraw;

    (b) tipprovdi informazzjoni lil applikanti potenzjali b’mod partikolari permezz ta’ laqgħat u l-għoti ta’ kotba ta’ informazzjoni.

    (c) iżżomm fil-Fajl ta' l-Entitajiet Legali msemmi fl-Artikolu 64 data permanenti għall-benefiċjarji.

    ▼B

    Artikolu 170

    Finanzjament Konġunt

    (L-Artikolu 111 tar-Regolament Finanzjarju)

    Azzjoni tista' tkun iffinanzjata minn linji ta' budget separati u minn għadd ta' uffiċċjali li jawtorizzaw.

    Artikolu 171

    Effett retroattiv għal treġija ta' għajnuna umanitarja u sitwazzjonijiet ta' kriżi

    (L-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju)

    Biex ikun żgurat li operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja u operazzjonijiet f'sitwazzjonijiet ta' kriżi fis-sens ta' l-Artikolu 168(2) jitmexxew effiċjentement, l-ispejjeż li jrid iħallas benefiċjarju qabel id-data li jitfa' l-applikazzjoni ikun eliġibbli għall-finanzjament tal-Komunità biss fil-każi li ġejjin:

    (a) meta n-nefqa għandha x'taqsam biex l-applikant jimla il-ħażniet tiegħu biex jintużaw f'konnessjoni ma' l-azzjoni li għaliha qed tingħata l-konċessjoni;

    (b) f'eċċezzjoni u għal raġunijiet issostanzjati sew, meta deċiżjoni ta' finanzjament u l-ftehim tal-konċessjoni jipprovdu għal dan espliċitament billi jagmlu d-data ta' l-eliġibbilta qabel id-data biex jintefgħu l-appliakzzjonijiet.

    Artikolu 172

    Finanzjament konġunt minn barra

    (L-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M1

    1.  Il-benefiċjarju jiġġustifika l-ammont ta’ kofinanzjament li sar, kemm f’riżorsi proprji, kemm fil-forma ta’ trasferimenti finanzjarji li ġejjin minn terzi, kif ukoll f’oġġetti, ħlief fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet ta’ ammont fiss u ta’ skali ta’ spejjeż unitarji msemmija fl-Artikolu 181(1).

    ▼B

    2.   ►M2  L-uffiċjal awtorizzanti jista’ jaċċetta ko-finanzjament f' oġġetti, jekk dan jitqies neċessarju jew xieraq. ◄ F'każi hekk, il-valur tal-kontribuzzjonijiet ma jistax jaqbeż:

    (a) jew l-ispejjeż li tassew tħallsu u dan sostnut sew b'dokumenti taż-żamm tal-kotba;

    (b) l-ispejjeż ġeneralment aċċettati fis-suq imdaħħal.

    Kontribuzzjonijiet li jinvolvu art jew proprjetà kif imsemmi fl-Artikolu 116(1) ma jitqisux meta jinħadem l-ammont ta' finanzjament konġunt.

    ▼M2

    3.  Għal għotjiet b’valur totali ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 25 000, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, jwarrab l-obbligu li jipprovdi l-evidenza għall-kofinanzjament msemmija fil-paragrafu 1.

    Fejn benefiċjarju wieħed jingħata diversi għotjiet f’sena finanzjarja, il-limitu ta’ EUR 25 000 għandu japplika għat-total ta’ dawk l-għotjiet.

    ▼M3

    4.  Il-prinċipju tal-kofinanzjament għandu jkun ikkunsidrat bħala rispettat fejn il-kontribuzzjoni tal-Komunità tkun imfassla sabiex tkopri ċerti spejjeż amministrattivi ta' istituzzjoni finanzjarja, inkluż, fejn ikun xieraq, miżata varjabbli li tikkostitwixxi inċentiva relatata ma' l-eżekuzzjoni, b’relazzjoni mat-tmexxija ta’ proġett jew programm li jifforma ħaġa sħiħa indissolubbli.

    Artikolu 172a

    Spejjeż eliġibbli

    (Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Spejjeż eliġibbli huma spejjeż imġarrba mill-benefiċjarju ta’ għotja li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

    (a) jiġu kkawżati waqt li tkun għaddejja l-azzjoni jew il-pjan ta' ħidma, bl-eċċezzjoni ta' spejjeż relatati mar-rapporti finali u ċ-ċertifikati tal-verifika;

    (b) ikunu indikati fl-istima tal-baġit globali ta’ l-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma;

    (c) ikunu neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma li jkun is-suġġett tal-ftehim;

    (d) ikunu identifikabbli u verifikabbli, u b'mod partikolari jkunu rreġistrati fir-rekords tal-kontabilità tal-benefiċjarju u kkalkulati skond l-istandards tal-kontabilità applikabbli tal-pajjiż fejn il-benefiċjarju jkun stabbilit u skond il-prattika normali tal-kontabilità ta' l-ispejjeż tal-benefiċjarju;

    (e) ikunu jikkonformaw ma' l-obbligi tal-leġiżlazzjoni fiskali u soċjali applikabbli;

    (f) ikunu raġonevoli, ġustifikati u jikkonformaw mal-ħtiġijiet tal-ġestjoni finanzjara tajba, b’mod partikolari dwar l-ekonomija u l-effiċjenza ekonomika.

    2.  Suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, u dawk inklużi fl-att bażiku, l-ispejjeż li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli mill-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli:

    (a) spejjeż relatati ma’ garanzija bankarja jew garanzija simili li għandha titpoġġa mill-benefiċjarju ta' l-għotja skond l-Artikolu 118 tar-Regolament Finanzjarju;

    (b) spejjeż relatati mal-verifiki esterni mitluba mill-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni responsabbli jew meta ssir it-talba għall-finanzjament jew meta ssir it-talba għall-ħlas;

    (c) taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa, u li ma tistax tiġi rifondata lill-benefiċjarju skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli;

    (d) spejjeż ta’ deprezzament, sakemm dawn ikunu effettivament inġarru mill-benefiċjarju;

    (e) spejjeż ta’ nfiq amministrattivi, staff u tagħmir, inklużi l-ispejjeż tal-pagi tal-persunal ta' l-amministrazzjonijiet nazzjonali sakemm dawn ikunu relatati ma' l-ispejjeż ta' attivitajiet li l-awtorità pubblika relevanti ma kenitx twettaqhom kieku ma jkunx sar il-proġett ikkonċernat.

    Artikolu 172b

    Prinċipju tad-degressività

    (Artikolu 113(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    Fejn l-għotjiet operattivi jitnaqqsu, dan għandu jsir b'mod proporzjonat u ġust.

    Artikolu 172c

    Applikazzjonijiet ta' finanzjament

    (Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-arranġamenti għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għal għotjiet għandhom ikunu determinati mill-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni responsabbli, li jista' jagħżel il-metodu tas-sottomissjoni. Applikazzjonijiet għal għotjiet jistgħu jsiru permezz ta’ ittra jew permezz ta’ mezzi elettroniċi.

    Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula għandhom ikunu non-diskriminatorji fin-natura tagħhom u m’għandux ikollhom l-effett li jnaqqsu l-aċċess ta’ l-applikanti għall-proċedura ta’ aġġudikazzjoni.

    Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula għandhom ikunu tali li jiżguraw li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

    (a) kull sottomissjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħha;

    (b) l-integrità tad-data għandha tiġi ppreżervata;

    (c) il-kunfidenzjalità tal-proposti għandha tiġi ppreżervata.

    Għall-fini tal-punt (c), l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jeżamina l-kontenut ta' l-applikazzjonijiet biss wara li jkun skada l-limitu ta' żmien stabbilit għas-sottomissjoni tagħhom.

    L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jitlob li s-sottomissjoni elettronika tkun akkumpanjata minn firma elettronika avvanzata fit-tifsira tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 25 ).

    2.  Meta l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jawtorizza s-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet b’mezzi elettroniċi, l-għodda użati u l-karatteristiċi tekniċi tagħhom għandhom ikunu non-diskriminatorji fin-natura tagħhom, ġeneralment disponibbli u interoperabbli mal-prodotti tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni f'użu ġenerali. L-informazzjoni li tirrigwarda l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet, inkluża encryption għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni ta’ l-applikanti.

    Minbarra dan, il-mezzi biex jintlaqgħu l-applikazzjonijiet b’mod elettroniku għandhom jiggarantixxu s-sigurtà u l-kunfidenzjalità.

    3.  Fejn is-sottomissjoni tkun permezz ta’ ittra, l-applikanti jistgħu jagħżlu li jissottomenttu l-applikazzjonijiet:

    (a) jew bil-posta jew b’servizz tal-kurjer, f’liema każ is-sejħa għall-proposti għandha tispeċifika li l-evidenza għandha tikkonsisti fid-data ta’ meta tintbagħat, il-marka tal-posta jew id-data ta’ l-irċevuta tad-depożitu;

    (b) bl-idejn sa l-uffiċċji ta’ l-istituzzjoni mill-applikant personalment jew permezz ta’ aġent, għal liema fini s-sejħa għall-proposti għandha tispeċifika d-dipartiment li għandu l-applikazzjonijiet għandhom jitwasslu fi skambju ma’ fattura ffirmata u datata.

    ▼B



    KAPITOLU 3

    Proċedura għall-għoti

    Artikolu 173

    Applikazzjonijiet ta' finanzjament.

    (L-Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M3

    1.  Applikazzjonijiet isiru fuq il-formola stabbilita skond il-punt (a) ta' l-Artikolu 169a li tiġi pprovduta mill-uffiċjali li jawtorizzaw responsabbli u skond il-kriterji stabbiliti fl-att bażiku u s-sejħa għall-proposti.

    ▼M2

    2.  L-applikazzjoni għandha turi l-istatus legali ta’ l-applikant u l-kapaċità finanzjarja u operattiva tiegħu li jwettaq l-azzjoni proposta jew il-programm ta’ ħidma, skond l-Artikolu 176(4).

    Għal dak l-iskop, l-applikant għandu jissottometti dikjarazzjoni fuq l-unur tiegħu u, għal applikazzjonijiet għal għotja li taqbeż l-EUR 25 000, kwalunkwe dokumenti ta’ prova mitluba, fuq il-bażi ta’ l-istima tiegħu tar-riskju, mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli. It-talba għal dawn id-dokumenti għandha tkun indikata fis-sejħa għall-proposti.

    Id-dokumenti ta’ appoġġ għandhom jikkonsistu b’mod partikolari fil-kont tal-qligħ u t-telf u l-karta tal-bilanċ għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ngħalqu.

    ▼M3

    3.  Il-baġit għall-azzjoni jew il-baġit operattiv mehmuż ma’ l-applikazzjoni għandu jkollu dħul u spiża ta’ bilanċ, suġġett għal dispożizzjonijiet għal varjazzjonijiet possibbli fir-rata tal-kambju, u għandu jindika l-ispejjeż li huma eliġibbli għal finanzjament mill-baġit tal-Komunità.

    ▼B

    4.   ►M2  Fejn l-applikazzjoni tittratta għotjiet għal azzjoni li għaliha l-ammont jeċċedi EUR 500 000 jew għotjiet operattivi li jaqbżu EUR 100 000, għandu jkun ippreżentat rapport ta’ verifika esterna prodott minn awditur estern approvat. Dak ir-rapport għandu jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli. ◄

    Id-dispożizzjonijiet fl-ewwel sottoparagrafu jgħoddu biss għall-ewwel applikazzjoni li benefiċjarju jagħmel lil uffiċċjal li jawtorizza f'sena ta' budget tkun liema tkun.

    Fil-każ ta' ftehim li jorbot lill-Kummissjoni u għadd ta' benefiċjarji, dawk il-limiti jkunu jgħoddu għal kull benefiċjarju.

    ▼M2

    Fil-każ ta' sħubiji msemmijin fl-Artikolu 163, ir-rapport tal-verifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, li tkopri l-aħħar sentejn finanzjarji disponibbli għandha tkun konkluża qabel il-ftehim ta’ qafas ikun konkluż.

    L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, skond l-analiżi tiegħu tar-riskju, iwarrab l-obbligu ta’ verifika msemmi fl-ewwel subparagrafu għal stabbilimenti ta’ edukazzjoni sekondarja u għolja u benefiċjarji li aċċettaw obbligi in solidum fil-każ ta’ ftehimiet ma’ numru ta’ benefiċjarji.

    ▼M2

    L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal korpi pubbliċi u organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 43(2).

    ▼B

    5.  L-applikant juri l-egħjun ta' u l-ammonti milqugħin minn kull finanzjament ieħor jew li kien applika għalih fl-istess sena finanzjarja għall-istess azzjoni jew għal kull azzjoni oħra u għal attivitajiet ta' rutina.

    ▼M3

    Artikolu 174

    Evidenza ta' non-esklużjoni

    (Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju)

    Applikanti għandhom jiddikjaraw fuq il-kelma tagħhom li ma jkunux jinsabu f'xi qagħda minn dawk li hemm lista tagħhom fl-Artikolu 93(1) u 94 tar-Regolament Finanzjarju. L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jista', skond l-analiżi tiegħu tar-riskju, jitlob l-evidenza msemmija fl-Artikolu 134. L-applikanti għandhom jipprovdu din il-prova, sakemm ma tkunx teżisti impossibbiltà materjali rikonoxxuta mill-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli.

    ▼M3

    Artikolu 174 a

    Applikanti li m’għandhomx personalità ġuridika

    (Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju)

    Meta tiġi sottomessa applikazzjoni għal għotja minn applikant li ma jkollux personalità legali, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 114(2) tar-Regolament Finanzjarju, ir-rappreżentanti ta' dan l-applikant għandhom jippruvaw li jkollhom il-kapaċità li jidħlu f’rabtiet legali f’isem l-applikant, u għandhom joffru garanziji finanzjarji ekwivalenti għal dawk ipprovduti minn persuni legali.

    ▼M3

    Artikolu 175

    Pieni finanzjarji u amministrattivi

    (Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju)

    Pieni finanzjarji jew amministrattivi, jew it-tnejn, jistgħu jiġu imposti fuq applikanti li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz, żbalji sostanzjali jew li kkommettew irregolaritajiet jew frodi, skond il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 134b fi proporzjon mal-valur ta’ l-għotjiet ikkonċernati.

    Dawn il-pieni finanzjarji jew amministrattivi, jew it-tnejn, jistgħu jiġu imposti wkoll fuq benefiċjarji li jkunu nstabu fi ksur serju ta’ l-obbligi kuntrattwali tagħhom.

    ▼M3

    Artikolu 175a

    Il-kriteriji ta’ l-eliġibbiltà

    (Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-kriterji ta’ eliġibilità għandhom jiġu ppubblikati fis-sejħa għal proposti.

    2.  Il-kriterji ta’ eliġibilità għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni f’sejħa għal proposti. Dawk il-kriterji għandhom jiġu stabbiliti b'attenzjoni xierqa għall-għanijiet ta' l-azzjoni u għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ta' trasparenza u ta' non-diskriminazzjoni.

    Artikolu 175b

    Għotjiet ta’ valur baxx ħafna

    (Artikolu 114(3) tar-Regolament Finanzjarju)

    Għotjiet ta’ valur baxx ħafna huma definiti bħala għotjiet li ma jaqbżux EUR 5 000.

    ▼B

    Artikolu 176

    Kriterji għall-għażla

    (L-Artikolu 115(1)tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-kriterji ta' l-għażla jkunu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti u jkunu magħmulin b'mod li tista' ssir evalwazzjoni tal-kapaċitajiet finanzjarji u operattivi ta' l-applikant biex dan ilesti l-azzjoni jew il-programm ta' xogħol li jkun qed jipproponi.

    2.  L-applikant irid ikollu egħjun sodi u biżżejjed biex isostni l-attivita' tiegħu tul iż-żmien li fih se ssir l-azzjoni jew is-sena li għaliha qed tingħata l-konċessjoni u biex jieħu sehem fil-finanzjament tagħha. L-applikant irid ikollu l-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa biex ilesti l-azzjoni proposta jew il-programm ta' xogħol, sakemm mhux previst mod ieħor fl-att bażiku.

    ▼M2

    3.  Il-kapaċà finanzjarja u operattiva għandha tkun ivverifikata b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ analiżi tad-dokumenti ta' sostenn imsemmija fl-Artikolu 173 u mitluba mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli fis-sejħa għall-proposti.

    ▼M3

    jekk ma kienu ntalbu l-ebda dokumenti ta’ appoġġ fis-sejħa għall-proposti u jekk l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jkollu dubji dwar il-kapaċità finanzjarja jew operattiva ta’ l-applikanti, huwa għandu jitlobhom jipprovduh b’dokumenti xierqa.

    ▼B

    4.   ►M2  Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja b’konformità mal-paragrafu 3 ma għandhiex tapplika għal persuni naturali li rċevew boroż ta’ studju, għal korpi pubbliċi jew għal organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 43(2). ◄

    Fil-każijiet ta' sħubija msemmijin fl-Artikolu 163, dik il-verifika ssir qabel ma jintlaħaq il-ftehim strutturali

    Artikolu 177

    Kriterji għall-għoti

    (L-Artikolu 115(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-kriterji għall-għoti jkunu ppubblikati fis-sejħa għall-proposti.

    2.  Il-kriterji għall-għoti jkunu b'mod li l-konċessjonijiet jistgħu jingħataw jew għall-azzjonijiet li jkabbru l-effikaċja tal-programm tal-Komunità li jkunu qed jimplimentaw jew ta' l-entitajiet li l-programm ta' xogħol tagħhom qiegħed biex jilħaq l-istess riżultat. Dawk il-kriterji jkunu ddefiniti b'mod li jiżgura li l-fondi tal-Komunità ikunu mmexxija sew.

    Dawn il-kriterji jkunu applikati b'mod li tista' ssir l-għażla ta' azzjonijiet jew programmi ta' xogħol ippjanati li l-Komunità tkun konfidenti li jaqbu ma' l-għanijiet u l-prioritajiet tagħha u li jiggarantixxu l-viżibbilta tal-finanzjament tal-Komunità.

    3.  Il-kriterji ta' l-għoti jkunu ddefiniti b'mod li wara tkun tista' ssir evalwazzjoni.

    Artikolu 178

    Evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet u l-għoti

    (L-Artikolu 116 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.   ►M3  L-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jaħtar kumitat biex jevalwa l-proposti, ħlief fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi mod ieħor fil-qafas ta' xi programm settorjali speċifiku. L-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni jista' jappunta dan il-kumitat qabel id-data finali għas-sottomissjoni tal-proposti stipulata fil-punt (d) ta' l-Artikolu 167. ◄

    Il-kumitat ikun magħmul mill-inqas minn tliet persuni li jirrapreżentaw mill-inqas żewġ entitajiet organizzattivi tal-Kummissjoni u mingħajr l-ebda rabta ġerarkika bejniethom. Biex ma jkunx hemm konflitt ta' interessi, dawk il-persuni jkunu suġġetti għall-obbligi preskritti fl-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju.

    Fir-rappreżentazzjonijiet u l-entitajiet lokali msemmijin fl-Artikolu 254 u l-entitajiet iddelegati msemmijin fl-Artikolu 160(1), jekk ma jkunx hemm entitajiet separati, ma tibqax il-ħtieġa li jkun hemm entitajiet organizzattivi bl-ebda rabta ġerarkika bejniethom.

    Esperti minn barra jistgħu jgħinu lill-kumitat jekk l-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jiddeċiedi li jista' jsir hekk.

    ▼M3

    1a.  L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu, fejn ikun xieraq, jaqsam il-proċess f’diversi stadji proċedurali. Ir-regoli li jirregolaw il-proċess huma mħabbra fis-sejħa għall-proposti.

    Fejn sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta' sottomissjoni f'żewġ stadji, dawk l-applikanti biss li jissodisfaw il-kriterji ta' evalwazzjoni għall-ewwel stadju għandhom jintalbu jissottomettu proposta sħiħa fit-tieni stadju.

    Fejn sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta' evalwazzjoni f'żewġ stadji, dawk il-proposti biss li jgħaddu mill-ewwel stadju, fuq il-bażi ta’ l-evelwazzjoni ta’ sett limitat ta’ kriterji, għandhom jgħaddu għal aktar evalwazzjoni.

    L-applikanti li l-proposti tagħhom ikunu rrifjutati fi kwalunkwe stadju għandhom jiġu infurmati f’konformità ma’ l-Artikolu 116 (3) tar-Regolament Finanzjarju.

    Kull stadju sussegwenti tal-proċedura għandu jkun distint b’mod ċar minn dak ta’ qablu.

    L-istess dokumenti u informazzjoni m’għandhomx jintalbu aktar minn darba matul l-istess proċedura.

    ▼M3

    2.  Madankollu il-kumitat ta' evalwazzjoni, jew fejn ikun xieraq, l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jista' jitlob lil applikant biex jipprovdi iktar materjal jew biex jikkjarifika d-dokumenti ta' sostenn mogħtija f'konnessjoni ma’ l-applikazzjoni, b’mod partikolari fil-każ ta’ żbalji materjali evidenti.

    L-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni għandu jżomm rekords xierqa tal-kuntatti ma’ l-applikanti matul il-proċedura.

    ▼B

    3.  Kif il-kumitat ta' l-evalwazzjoni ilesti xogħlu, il-membri tal-kumitat jiffirmaw reġistru tal-proposti li jkunu eżaminaw, u li jkun fih stima tal-kwalità tal-proposti u jidentifikaw dawk li jstgħu jirċievu xi finanzjament. Fejn meħtieġ ir-reġistru jpoġġi l-proposti eżaminati fi gradi.

    Ir-reġistru jintrefa' għall-quddiem.

    4.  L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli imbagħad jiddeċiedi, u mill-inqas irid jgħid:

    (a) is-suġġett u l-ammont totali tad-deċiżjoni.

    (b) l-isem tal-benefiċjarji, it-titolu ta' l-azzjonijiet, l-ammonti aċċettati u għalfejn saret dik l-għażla, inkluż fejn m'hemmx qbil mal-fehma tal-kumitat ta' l-evalwazzjoni;

    (ċ) l-ismijiet ta' applikanti li ma ntlaqgħux u għalfejn ma ntlaqgħux;

    5.  Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 4 ma jgħoddux għal benefiċjarji ta' għotjiet li huma identifikati fl-att bażiku.

    ▼M2

    Artikolu 179

    Tagħrif għall-applikanti

    (L-Artikolu 116 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-applikanti għandhom jiġu mgħarrfa kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien 15-il ġurnata kalendarja wara li d-deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni tkun intbagħtet lill-benefiċjarji.

    ▼B



    KAPITOLU 4

    Ħlas u kontroll

    Artikolu 180

    Dokumenti ta' sostenn għal talba għall-pagamenti

    (L-Artikolu 117 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M2

    1.  Għal kull għotja, il-prefinanzjament jista' jinqasam f’diversi porzjonijiet.

    Il-ħlas sħiħ tal-ħlas il-ġdid tal-prefinanzjament għandu jkun suġġett għal konsum ta' mill-inqas 70 % ta' l-ammont kollu ta' kull prefinanzjament ieħor preċedenti.

    Fejn il-konsum tal-prefinazjament preċedenti huwa ta’ anqas minn 70 %, l-ammont tal-ħlas il-ġdid tal-prefinanzjament għandu jitnaqqas bl-ammonti mhux użati tal-ħlas preċedenti ta’ prefinanzjament.

    Id-dikjarazzjoni tal-ħruġ tal-benefiċjarju għandha tingħata bħala sostenn ta’ kwalunkwe talba għal ħlas ġdid.

    ▼M1

    1a  Il-benefiċjarju għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 104, jiċċertifika fuq l-unur tiegħu li l-informazzjoni mniżżla fit-talb tiegħu ta’ ħlas hi sħiħa, ta’ min jafdaha u sinċiera. Dan għandu jiċċertifika wkoll li l-ispejjeż li saru jkunu jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli, b’konformità mad-dipsożizzjonijiet tal-konvenzjoni dwar is-sussidju, u li t-talbiet għall-ħlas ikunu ssostanzjati b’dokumenti ta’ appoġġ xierqa li jistgħu jiġu kkontrollati.

    ▼B

    2.   ►M1   ►M2  Ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti, prodott minn awditur approvat jew fil-każ ta' korpi pubbliċi, minn uffiċjal pubbliku kompetenti u indipendenti, jista' jintalab mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli bħala sostenn għal kull ħlas fuq il-bażi ta' l-istima tiegħu tar-riskji. Fil-każ ta' għotja għal azzjoni jew għotja operattiva, iċ-ċertifikat għandu jkun mehmuż mat-talba għall-ħlas. Iċ-ċertifikat għandu jiċċertifika, f’konformità mal-metodoloġija approvata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, li l-ispejjeż dikjarati mill-benefiċjarju fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li fuqhom it-talbiet għall-ħlas ikunu bbażati huma reali, irreġistrati b’mod preċiż u eliġibbli skond il-ftehim ta’ l-għotja. ◄

    ▼M2

    Minbarra fil-każ ta’ somom ta’ darba u finanzjament b’rata fissa, iċ-ċertifikat fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti għandhom ikunu obbligatorji għal ħlasijiet interim għal kull sena finanzjara u għal ħlasijiet ta’ bilanċi fil-każijiet li ġejjin:

    ▼M3

    (a) Għotjiet għal azzjoni ta’ EUR 750 000 jew aktar, meta l-ammonti kumulattivi tat-talbiet għal ħlas ikunu ta’ anqas minn EUR 325 000.

    ▼B

    b) f’każ ta’ sussidji ta’ tħaddim ta’ 100 000 euro jew aktar. ◄

    ▼M1 —————

    ▼M2

    Fuq il-bażi ta’ l-istima tiegħu tar-riskji, L-uffiċċjal awtorizzanti responsabbli, jista' wkoll ineħħi l-obbligu li jkun ipprovdut dan iċ-ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti fil-każ ta':

    ▼M1

    a) il-korpi pubbliċi u l-korpi internazzjonali mniżżla fl-Artikolu 43;

    b) il-benefiċjarji ta’ sussidji għal dak li għandu x’jaqsam ma’ għajnuna umanitarja u t-tmexxija ta’ sitwazzjonijet ta’ kriżi, minbarra għal ħlasijiet ta’ bilanċ;

    c) Għall-ħlasijiet ta’ bilanċ, il-benefiċjarji ta’ sussidji għal dak li għandu x’jaqsam ma’ għajnuna umanitarja li ffirmaw konvenzjoni ta’ qafas ta’ sħubija, imniżżla fl-Artikolu 163, u li għandhom sistema ta’ kontroll li toffri garanziji ekwivalenti għal dawn il-ħlasijiet;

    ▼M3

    (d) Benefiċjarji ta’ għotjiet multipli li jkunu pprovdew ċertifikazzjoni indipendenti li toffri garanziji ekwivalenti dwar is-sistemi ta’ kontroll u metodoloġija użati għat-tħejjija tal-klejms tagħhom.

    ▼B

    Meta jkun hemm ftehim li jorbot lill-Kummissjoni ma' għadd ta' benefiċjarji, il-limiti msemmijin fil-punti (a) u (b) tat-tieni sottoparagrafu jgħoddu għal kull benefiċjarju.

    ▼M3

    Artikolu 180a

    Forom ta’ għotjiet

    (Artikolu 108a tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Għotjiet komunitarji fil-forma msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 108a(1) tar-Regolament Finanzjarju, għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż eliġibbli, li huma definiti bħala spejjeż li fil-fatt tħallsu mill-benefiċjarju u soġġetti għal stima preliminari tal-baġit kif sottomessa mal-proposta u inkluża fil-ftehim jew deċiżjoni ta’ l-għotja.

    2.  Somom ta’ darba kif imsemmija fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 108a(1) tar-Regolament Finanzjarju għandhom ikopru f’termini globali ċerti spejjeż meħtieġa għat-twettiq ta’ azzjoni, jew għall-operazzjoni annwali ta’ benefiċjarju, skond it-termini tal-ftehim u fuq il-bażi ta’ stima.

    3.  Iffinanzjar b’rata fissa kif imsemmi fil-punt (c) ta l-Artikolu 108a(1) tar-Regolament Finanzjarju għandu jkopri kategoriji speċifiċi ta’ nefqa li huma identifikati b’mod ċar minn qabel kemm billi jiġi applikat perċentwal iffissat minn qabel jew permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ skala standard ta’ spejjeż għal kull unità.

    ▼M3

    Artikolu 181

    Somom ta’ darba u ffinanzjar b’rata fissa

    (Artikolu 108a tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni tawtorizza l-użu ta' dawn li ġejjin:

    (a) somma ta’ darba (lump sum) waħda jew aktar b’valur ta’ EUR 25 000 jew anqas għal kull waħda, li jkopru kategorija differenti waħda jew aktar ta’ spejjeż eliġibbli;

    (b) finanzjament b’rata fissa, b’mod partikulari fuq il-bażi ta’ l-iskala mehmuża mar-Regolament ta’ l-Istaff jew kif approvat kull sena mill-Kummissjoni, għall-ispejjeż ta’ l-akkomodazzjoni u l-allowances ta’ kuljum għal spejjeż ta' missjonijiet.

    Din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiddetermina l-ammont massimu għat-total ta’ dan il-finanzjament awtorizzat, skond l-għotja jew tip ta’ għotja.

    2.  Fejn ikun xieraq, somom ta’ darba li jaqbżu valur għal kull waħda ta’ EUR 25 000 għandhom ikunu awtorizzati fl-att bażiku li għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ l-aġġudikazzjoni u l-ammonti massimi.

    Dawn l-ammonti għandhom jiġu aġġustati kull sentejn mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ mezzi oġġettivi, bħal data statistiċi, kif imsemmi fl-Artikolu 165(2).

    3.  Id-deċiżjoni jew ftehim ta’ l-għotja jistgħu jawtorizzaw, fil-forma ta’ rati fissi, iffinanzjar ta’ l-ispejjeż indiretti tal-benefiċjarju sa massimu ta’ 7 % mill-ispejjeż eliġibbli diretti totali għall-azzjoni, ħlief fejn il-benefiċjarju jkun qed jirċievi għotja operattiva ffinanzjata mill-baġit tal-Komunità. Il-limitu ta’ 7 % jista’ jinqabeż permezz ta’ deċiżjoni mmotivata tal-Kummissjoni.

    4.  Il-ftehim ta’ l-għotja għandu jkun fih id-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiġi vverifikat li l-kundizzjonijiet għall-aġġudikazzjoni tal-finanzjament b'somom ta’ darba jew rati fissi jkunu ġew irrispettati.

    ▼B

    Artikolu 182

    Garanziji bil-quddiem

    (L-Artikolu 118 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M2

    1.  Sabiex jillimita r-riskji finanzjarji konnessi mal-ħlas tal-pre-finanzjament, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, fuq il-bażi ta’ l-istima tiegħu tar-riskji, jew jobbliga lill-benefiċjarju li jiddepożita garanzija bil-quddiem, għall-istess ammont bħall-pre-finanzjament, jew jaqsam il-ħlas f’diversi porzjonijiet.

    Madankollu, għal għotjiet b’valur ta’ anqas minn jew ugwali għal EUR 10 000, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jobbliga lill-benefiċjarju jiddepożita garanzija bil-quddiem biss f’każijiet sostanzjati kif jixraq.

    Din il-garanzija tista' wkoll tintalab mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, skond l-istima tiegħu tar-riskji, fid-dawl tal-metodu tal-finanzjament stabbilit fil-ftehim ta' l-għotja.

    Meta tkun meħtieġa garanzija, din tkun suġġetta għall-istima u l-approvazzjoni ta’ l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

    ▼B

    2.   ►M2  Fejn il-prefinanzjament jirrappreżenta aktar minn 80 % mill-ammont totali ta’ l-għotja u jeċċedi EUR 60 000, tkun meħtieġa garanzija. ◄

    Għal OMG li jaħdmu fil-qasam ta' azzjonijiet esterni, dik il-garanzija tintalab għal finanzjament minn qabel ta' iktar minn EUR 1 000 000 jew jirrapreżenta iktar minn 90 % ta' l-ammont kollu tal-konċessjoni.

    Il-garanzija tkun tgħodd għal żmien twil biżżejjed biex tilħaq tkun attivata.

    3.   ►M1  Il-garanzija hi mogħtija minn korp bankarju jew istituzzjoni finanzjarja stabbiliti f’wieħed mill-Istati Membri. Meta l-benefiċjarji hu stabbilit f’pajjiż terz, l-uffiċjal li jawtorizza kompetenti jista’ jaċċetta li korp bankarju jew istituzzjoni finanzjarja stabbiliti f'dan il-pajjiż terz jista’ jipprovdi garazija bħal din jekk jestima li din ta' l-aħħar tippreżenta assigurazzjonijiet u karatteristiċi ekwivalenti għal dawk ipprovduti minn korp bankarju jew istituzzjoni finanzjarja stabbiliti fi Stat Membru.

    Fuq talba tal-benefiċjarju, din il-garanzja tista’ tiġi mibdula minn garanzija in solidum minn terz jew mill-garanzija konġunta irrevokabbli u inkondizzjonata tal-benefiċjarji ta’ azzjoni li huma partijiet ta’ l-istess konvenzjoni ta’ sussidju wara approvazzjoni mill-uffiċjal li jawtorizza kompetenti. ◄

    Il-garanzija tkun bl-ewro.

    Din tpoġġi l-bank jew lill-istituzzjoni finanzjarja, lit-terza parti jew lill-benefiċjarji l-oħrajn bħala rahan kollaterali u irrevokabbli, jew l-ewwel garanti li jissejjaħ biex jagħmel tajjeb għall-obbligi tal-benefiċjarju tal-konċessjoni.

    4.  Il-garanzija tinħall meta l-finanzjament minn qabel jibda jitħallas b'pagamenti temporanji jew bi ħlas ta' bilanċi skond il-kondizzjonijiet preskritti fil-ftehim tal-konċessjoni.

    ▼M1

    Fil-każijiet imniżżla fil-paragrafu1, it-tieni inċiż, hi meħlusa biss meta jsir il-ħlas tal-bilanċ.

    ▼B

    5.  L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jista' jneħħi l-obbligu preskritt fil-paragrafu 2 għal entitajiet tas-settur pubbliku u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmijin fl-Artikolu 43.

    L-uffiċċjal li jawtorizza responsabbli jista' jeżenta benefiċjarji li laħqu ftehim strutturali ta' sħubija skond l-Artikolu 163 minn dak l-obbligu.

    ▼M1

    Artikolu 183

    Sospensjoni u tnaqqis ta’ sussidji

    (l-Artikolu 119 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uffiċjal kompetenti jissospendi l-ħlasijiet fil-każijiet li ġejjin:

    a) f’każ ta’ nuqqas ta’ esekuzzjoni, ta’ esekuzzjoni ħażina, jew ta’ esekuzzjoni parzjali jew tard ta’ l-azzjoni jew programm ta’ xogħol awtorizzat;

    b) meta l-ammonti li jaqbżu l-limiti ta' finanzjament stipulati mill-konvenżjoni ġew imħallsa, b'mod partikolari jekk l-azzjoni jew il-programm ta' xogħol awtorizzat ġew esegwiti bi spejjeż anqas minn dak li ġie maħsub fil-bidu;

    c) meta l-ammonti mħallsa b’konformità mal-konvenzjoni ta’ sussidju jkunu aktar mill-ispejjeż reali li saru mill-benefiċjarju għall-azzjoni jew meta l-baġit ta’ l-azzjoni jew ta’ tħaddim ikollu bilanċ favurih a posteriori.

    Skond il-fażi ta’ fejn waslet il-proċedura, wara li jkun ta lill-benefiċjarju(i), l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tiegħu jew tagħhom, l-uffiċjal, jew inaqqas is-sussidju, jew jitlob rifużjoni pro rata mill-benefiċjarju jew benefiċjarji

    ▼B



    KAPITOLU 5

    Implimentazzjoni

    ▼M3

    Artikolu 184

    Kuntratti ta’ implimentazzjoni

    (Artikolu 120 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Bla ħsara għall-applikazzjoni tad-direttiva dwar l-akkwisti pubbliċi, fejn l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet assistiti tirrikjedi l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti ta’ appalt, il-benefiċjarji ta’ għotjiet għandhom jaġġudikaw il-kuntratt lill-offerta li toffri l-aħjar valur għall-flus, jiġifieri lill-offerta li toffri l-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità, filwaqt li tingħata attenzjoni biex jiġu evitati kwalunkwe kunflitti ta’ interessi.

    2.  Fejn l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet assistiti tkun tirrikjedi l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratt ta’ appalt b’valur ta’ aktar minn EUR 60 000, l-uffiċjal ta’ l-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jobbliga lill-benefiċjarji li jobdu regoli speċjali minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

    Dawk ir-regoli speċjali għandhom ikunu bbażati fuq dawk misjuba fir-Regolament Finanzjarju u stabbiliti b’kunsiderazzjoni xierqa għall-valur tal-kuntratti kkonċernati, id-daqs relattiv tal-kontribuzzjoni tal-Komunità f’relazzjoni ma’ l-ispiża totali ta’ l-azzjoni u r-riskju. Dawn ir-regoli speċjali għandhom jiġu inklużi fid-deċiżjoni jew il-ftehim ta' l-għotja.

    ▼M3

    Artikolu 184a

    Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi

    (Artikolu 120(2) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Sakemm l-għanijiet jew riżultati miksuba jkunu ddettaljati biżżejjed fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 120(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju, il-marġini tad-diskrezjoni jista’ jitqies li jkun ġie eżawrit jekk id-deċiżjoni jew il-ftehim ta’ l-għotja jispeċifikaw ukoll:

    (a) l-ammonti minimi u massimi ta' l-appoġġ finanzjarju li jistgħu jitħallsu lil parti terza u l-kriterji biex ikun determinat l-ammont preċiż;

    (b) it-tipi differenti ta’ attività li jistgħu jirċievu dan l-appoġġ finanzjarju, fuq il-bażi ta' lista fissa.

    2.  Għall-fini ta’ l-Artikolu 120(2)(c), l-ammont massimu ta' appoġġ finanzjarju li jista’ jitħallas lil partijiet terzi minn benefiċjarju huwa EUR 60 000, b’massimu ta’ EUR 200 għal kull parti terza.

    ▼B



    TITOLU VII

    PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET U ŻAMMA TAL-KOTBA



    KAPITOLU 1

    Preżentazzjoni tal-kontijiet

    Artikolu 185

    Rapport dwar it-treġija tal-budget u treġija finanzjarja matul is-sena.

    (L-Artikolu 122 tar-Regolament Finanzjarju)

    Ir-rapport dwar it-treġija tal-budget u treġija finanzjarja matul is-sena jrid jagħti deskrizzjoni eżatta ta':

    (a) l-għanijiet li ntlaħqu għas-sena, skond il-prinċipju tat-treġija finanzjarja tajba;

    (b) il-qagħda finanzjarja u l-eventi li kellhom effett qawwi fuq attivitajiet matul is-sena.

    ▼M3

    Ir-rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja għandu jkun separat mir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit imsemmija fl-artikolu 121 tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼B

    Artikolu 186

    Eċċezzjoni għall-prinċipji taż-żamma tal-kotba

    (L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    Meta, f'każ speċifiku, l-uffiċċjali tal-kontijiet iqisu li għandha ssir eċċezzjoni fil-kontenut ta' wieħed mill-prinċipji ddefiniti fl-Artikoli 187 sa 1941, dik l-eċċezzjoni tkun issostanzjata sew u rrapurtata fl-anness tar-rendikonti finanzjarji msemmijin fl-Artikolu 203.

    Artikolu 187

    Prinċipju ta' negozju li jħalli qliegħ

    (L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-prinċipju ta' negozju li jħalli qliegħ ifisser li għall-iskopijiet tat-tħejjija tar-rendikonti finanzjarji, l-istituzzjonijiet u l-entitajiet msemmijin ►M3  fl-Artikolu 121 ◄ tar-Regolament Finanzjarju ikunu meqjusin daqs li kieku kienu stabbiliti għal żmien indefinit.

    2.  Fejn hemm indikazzjonijiet oġġettivi li istituzzjoni jew entità imsemmijin ►M3  fl-Artikolu 121 ◄ tar-Regolament Finanzjarju mhux se tibqa' taħdem, l-uffiċċjal tal-kontijiet jippreżenta dak it-tagħrif fl-anness, juri r-raġunijiet. L-uffiċjal tal-kontijiet japplika r-regoli taż-żamma tal-kotba bit-tir li jiddetermina l-valur tal-likwidazzjoni ta' l-istituzzjonijiet jew entità mdaħħlin.

    Artikolu 188

    Prinċipju ta' prudenza

    (L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-prinċipju tal-prudenza jfisser li l-assi u d-dħul ma jitniżżlux ikbar milli huma u l-piżijiet u l-ispejjeż ma jitniżżlux inqas milli huma. Madankollu, il-prinċipju tal-prudenza ma jħallix li jinħolqu riservi moħbijin jew dispożizzjonijiet mingħajr bżonn.

    Artikolu 189

    Prinċipju ta' metodi taż-żamm tal-kotba konsistenti

    (L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-prinċipju ta' metodi taż-żamm tal-kotba konsistenti ifisser li l-istruttura tal-komponenti tar-rendikonti finanzjarji u l-metodi taż-żamm tal-kotba u regoli għall-valutazzjoni ma jistgħux jinbidlu minn sena għall-oħra.

    2.  L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni ma jistax jitlaq il-prinċipju ta' metodi taż-żamm tal-kotba konsistenti ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari:

    (a) f'każ ta' bidla kbira fin-natura ta kif taħdem l-entità;

    (b) meta l-bidla ssir biex ikun hemm preżentazzjoni aħjar ta' l-operazzjoni tal-kontijiet.

    Artikolu 190

    Prinċipju li t-tagħrif ikun jista' jitqabbel

    (L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-prinċipju li t-tagħrif ikun jista' jitqabbel ifisser li għal kull punt, ir-rendikonti finanzjarji jridu juru l-istess punt tas-sena l-oħra.

    2.  Meta, skond il-Paragrafu 1, il-preżentżazzjoni jew il-klassifikazzjoni ta' wieħed mill-komponenti tar-rendikonti finanzjarji tinbidel, l-ammonti korrispondenti tas-sena ta' qabel jinġiebu jaqblu u jkunu kklassifikati mill-ġdid.

    Meta l-punti ma jistgħux ikunu kklassifikati mill-ġdid, dan irid ikun spjegat fl-anness imsemmi fl-Artikolu 203.

    Artikolu 191

    Prinċipju tal-Materjalita'

    (L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-prinċipju tal-materjalita' ifisser li l-ħidmiet kollha li għandhom x'jaqsmu mat-tagħrif imfittex iridu jitqiesu fir-rendikonti finanzjarji. Il-materjalita' tkun stmata b'mod partikolari billi ssir referenza għan-natura tat-tranżazzjoni jew l-ammont.

    2.  Tranżazzjonijiet jistgħu jinġabru meta:

    (a) t-tranżazzjonijiet ikunu ta' natura identika, ukoll jekk l-ammonti ikunu kbar;

    (b) l-ammonti tant ikunu żgħar li jistgħu ma jitqisux;

    (ċ) li t-tranżazzjonijiet jinġabru jgħin il-kjarifika tar-rendikonti finanzjarji.

    Artikolu 192

    Prinċipju li ma jsirx netting

    (L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-prinċipju li ma jsirx netting ifisser li dak li għandu jinġabar u d-djun ma jistgħux jaqtgħu lil xulxin, u lanqas ma jistgħu spejjeż u dħul, ħlief meta l-ispejjeż u dħul ġejjin mill-istess tranżazzjoni, minn tranżazzjonijiet bħal xulxin jew minn operazzjonijiet ta' protezzjoni ta' investiment u sakemm ma jkunux individwalment materjali.

    Artikolu 193

    Prinċipju tar-realta qabel l-apparenza

    (L-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-prinċipju tar-realta qabel l-apparenza jfisser li l-accounting events reġistrati fir-rendikonti finanzjarji jkunu ppreżentati billi jkun hemm refernza għan-natura ekonomika tagħhom.

    Artikolu 194

    Prinċipju taż-żamma tal-kotba bbażat fuq l-akkumulazzjoni

    (L-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-prinċipju taż-żamma tal-kotba bbażat fuq l-akkumulazzjoni jfisser li t-tranżazzjonijiet u events jitniżżlu fil-kontijiet meta jiġru u mhux meta l-ammonti jiddaħħlu jew jinġabru tassew. Jitniżżlu taħt is-snin finanzjarji li marbutin magħhom.

    2.  Il-metodi taż-żamma tal-kotba previsti fl-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju jispeċifikaw l-obligating event biex titniżżel tranżazzjoni fil-kontijiet.

    ▼M2 —————

    ▼B

    Artikolu 199

    Kontijiet tal-outturn ekonomiku

    (L-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-kontijiet tal-outturn ekonomiku iridu juru d-dħul u spejjeż għas-sena, ikklassifikati skond in-natura tagħhom.

    ▼M2 —————

    ▼B

    Artikolu 201

    Lista ta' dħul u nfiq

    (L-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-lista tad-dħul u nfiq trid turi l-moviment tat-teżor.

    It-teżor irid ikun magħmul minn dawn li ġejjin:

    (a) kontanti disponibbli;

    (b) kontijiet bankarji u depożiti li jitħallsu malli jkun hemm bżonn; u

    (ċ) assi disponibbli oħrajn li jistgħu jinbidlu f'kontanti malajr u li l-valur tagħhom ma jvarjax.

    ▼M2 —————

    ▼B

    Artikolu 203

    L-anness tar-rendikont finanzjarju

    (L-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-anness imsemmi fl-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju jiffurmaw parti integrali mir-rendikonti finanzjarji. Irid ikollu mill-inqas it-tagħrif li ġej:

    (a) prinċipji, regoli u metodi għaż-żamma tal-kotba;

    (b) noti ta' spjegazzjoni, li jipprovdu iktar tagħrif li ma jinsabx fir-rendikonti finanzjarji meħtieġ għal stampa eżatta;

    (ċ) rabtiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li juru intitolamenti u obbligi li mhux inklużi fil-karta tal-bilanċ li jista' jkollhom impatt materjali fuq l-assi u l-piżijiet, il-qagħda finanzjarja jew ir-riżultat ta' l-entità kkonċernata.

    Artikolu 204

    Noti ta' spjegazzjoni

    (L-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju)

    In-noti ta' spjegazzjoni jkunu ppreżentati b'referenzi għall-punti li huma marbutin magħhom fir-rendikont finanzjarju u fl-istess ordni ta' preżentazzjoni.

    Artikolu 205

    Il-kont tal-budget ta' kwantitajiet maħdumin

    (L-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-kont tal-budget ta' kwantitajiet maħdumin irid ikun fihom:

    (a) tagħrif dwar dħul, li jkun fih:

    (i) bidliet fl-istimi tad-dħul tal-budget;

    (ii) kwantitajiet maħdumin ta' dħul;

    (iii) intitolamenti stabbiliti;

    (b) tagħrif li juri bidliet fir-rabta totali u appropjazzjonijiet disponibbli ta' ħlas;

    (ċ) tagħrif li juri kif intużaw ir-rabtiet totali u appropjazzjonijiet disponibbli ta' ħlas;

    (d) tagħrif dwar rabtiet pendenti, dawk li saru tul is-sena ta' qabel u dawk li saru matul is-sena.

    2.  Dwar tagħrif fuq dħul, jinhemeż rendikont li juri, għal kull Stat Membru, kif inhuma maqsumin ir-riżorsi proprji li għad iridu jinġabru fl-aħħar tas-sena finanzjarja u koperti b'ordni ta' rkupru.

    Artikolu 206

    L-anness tal-kont tal-budget ta' kwantitajiet maħdumin

    (L-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-Anness tal-kont tal-budget ta' kwantitajiet maħdumin imsemmi fl-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju irid ikun fih mill-inqas:

    (a) tagħrif fuq il-prinipji tal-budget, tipi ta' appropjazzjonijiet u l-istruttura tal-budget;

    (b) tagħrif fuq rabtiet pendenti;

    (ċ) it-tagħrif meħtieġ biex wieħed ikun jista' jifhem sew il-kwantitajiet maħdumin tal-budget.



    KAPITOLU 2

    (Kapitolu 3 tar-Regolament Finanzjarju)

    Żamm tal-Kotba



    Taqsima 1

    Organizzazzjoni tal-kontijiet

    Artikolu 207

    Organizzazzjoni tal-kontijiet

    (L-Artikolu 132 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-uffiċjal tal-kontijiet ta' kull istituzzjoni u entità msemmija ►M3  fl-Artikolu 121 ◄ tar-Regolament Finanzjarju iħejju dokumenti li jiddeskrivu l-organizzazzoni tal-kontijiet u l-proċeduri taż-żamma tal-kotba ta' l-istituzzjoni tiegħu u jżommhom aġġornati.

    2.  Ftit li xejn tagħrif għandu jintuża tagħrif li mhux ġej mill-kontijiet għat-tħejjija tar-rendikonti finanzjarji.

    3.  Dħul u nfiq tal-budget jiddaħħal ġos-sistema kkompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 208, skond in-natura ekonomika tal-proċedura, bħala dħul jew infiq kurrenti jew bħala kapital.

    Artikolu 208

    Sistemi kkompjuterizzati

    (L-Artikolu 132 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Iż-żamm tal-kotba jsir bl-għajnuna ta' sistema kkompjuterizzata integrata.

    2.  Meta ż-żamm tal-kotba jsir permezz ta' sistemi u sottosistemi kkompjuterizzati, sistemi u sottosistemi hekk ikunu iridu jkunu deskritti kompletament.

    Dik id-deskrizzjoni tiddefinixxi l-kontenut ta' x'għandu jiddaħħal u fejn u x'tagħmel is-sistema bl-operazzjonijiet individwali. Trid turi kif is-sistema tiggarantixxi li kull operazzjoni tista' tkun ivverifikata mill-bidu sat-tmiem u li kull bidla li ssir fis-sistemi u sottosistemi jistgħu ikunu magħrufin in-natura tagħha u min għamilha.

    Id-deskrizzjoni tas-sistemi u sottosistemi kkompjuterizzati għaż-żamm tal-kotba trid tgħid fejn ikollhom x'jaqsmu mas-sistema ċċentralizzata taż-żamm tal-kotba, b'mod partikolari rigward it-trasferiment tat-tagħrif u r-rikonċiljazzjoni tal-bilanċi.

    3.  L-aċċess għas-sistemi u sottosistemi għandu jkun ristrett għal nies li jkunu mniżżlin f'lista ta' nies awtorizzati li jużaw is-sistemi, li tkun għand kull istituzzjoni u jżommuha aġġornata.



    Taqsima 2

    Reġistri tal-kontijiet

    Artikolu 209

    Reġistri tal-kontijiet

    (L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Kull istituzzjoni u kull entità msemmija fl- ►M3  Artikolu 121 ◄ tar-Regolament Finanzjarju iżżomm ġurnal, reġistru ġenerali u inventarju.

    2.  Ir-reġistri tal-kontijiet ikun fihom dokumenti elettroniċi identifikati mill-uffiċċjal tal-kontijiet u joffru garanzija sħiħa biex jintużaw bħala evidenza.

    3.  Annotazzjonijiet fil-ġurnal ikunu ttrasferiti fir-reġistru ġenerali, kull waħda skond il-karta tal-kontijiet msemmija fl-Artikolu 212.

    4.  Il-ġurnal u r-reġistru ġenerali jistgħu jinqasmu f'ġurnali speċjali u reġistri speċjali daqs kemm ikun meħtieġ biex ilaħħqu mal-bżonn.

    5.  Annotazzjonijiet imniżżlin f'ġurnali speċjali u reġistri speċjali ikunu ċċentralizzati fil-ġurnal u r-reġistru ġenerali mill-inqas darba fix-xahar.

    Artikolu 210

    Bilanċ ta' prova

    (L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull istituzzjoni u entità msemmija ►M3  fl-Artikolu 121 ◄ tar-Regolament Finanzjarju jistabbilixxu bilanċ ta' prova li jkopri l-kontijiet kollha tal-kontijiet ġenerali, inklużi l-kontijiet mgħoddija matul dik is-sena, f'kull każ bi:

    (a) numru tal-kont;

    (b) deskrizzjoni;

    (ċ) debiti totali;

    (d) krediti totali;

    (e) bilanċ.

    ▼M2

    Artikolu 211

    Rikonċiljazzjonijiet tal-kontabilità

    (L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Id-data fil-ktieb ġenerali għandha tinżamm u tkun organizzata b'tali mod li tiġġustifika l-kontenut ta' kull wieħed mill-kontijiet inklużi fil-bilanċ ta' prova.

    2.  Għal dak li jikkonċerna l-inventarju ta’ assi fissi, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 220 sa 227 għandhom japplikaw.

    ▼B



    Taqsima 3

    Karta tal-kontijiet

    ▼M2 —————

    ▼B



    Taqsima 4

    Registrazzjoni

    Artikolu 213

    Annotazzjonijiet fil-kontijiet

    (L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-annotazzjonijiet isiru bil-metodu tal-partita doppja, fejn kull moviment jew varjazzjoni mniżżla fil-kontijiet ikunu rrapreżentati b'annotazzjoni li tistabbilixxi ekwivalenza bejn l-amont iddebitat u l-ammont ikkreditat fil-kontijiet diversi milqutin b'dik l-annotazzjoni.

    2.  Il-kontroparti bl-ewro ta' tranżazzjoni li tkun saret b'munita oħra li mhux ewro tinħadem u tiddaħħal fil-kontijiet.

    Tranżazzjonijiet f'muniti barranin f'kontijiet li jistgħu ikunu rrivalutati, iridu jkunu rrivalutati mill-inqas kull darba li jingħalqu l-kontijiet.

    Dik ir-rivalutazzjoni tkun mibnija fuq ir-rati preskritti skond l-Artikolu 8.

    ▼M2

    Ir-rata li għandha tintuża għall-kambju bejn l-ewro u munita oħra biex titħejja l-karta tal-bilanċ fil-31 ta' Diċembru tas-sena N tkun dik ta' l-aħħar ġurnata tax-xogħol tas-sena N.

    ▼M2

    3.  Ir-regoli tal-kontabilità adottati taħt l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jispeċifikaw ir-regoli tal-kambju u valutazzjoni mill-ġdid li għandhom jiġu pprovduti għall-finijiet ta' kontabilità fuq il-bażi tad-dovuti.

    ▼B

    Artikolu 214

    Reġistrazzjonijiet tal-kontijiet

    (L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    Ir-reġistrazzjonijiet kollha tal-kontijiet jispeċifikaw l-oriġini, kontenut u referenza biex jitniżżel kull oġġett ta' tagħrif u r-referenzi u r-referenzi tad-dokumenti ta' sostenn relevanti.

    Artikolu 215

    Dokumenti ta' Sostenn

    (L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Kull annotazzjoni tkun ibbażata fuq dokument ta' sostenn bid-data u innumerat, magħmul fuq il-karta jew fuq mezz li wieħed jista' joqgħod fuqu u li jiggarantixxi li l-kontenut tiegħu ikun protett għaż-żmien preskritt fl-Artikolu 49.

    2.  Operazzjonijiet ta' l-istess tip, li jkunu saru fl-istess post u fl-istess jum jistgħu jinġabru f'dokument ta' sostenn wieħed.

    Artikolu 216

    Reġistrazzjoni fil-ġurnal

    (L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    Operazzjonijiet taż-żamma tal-kotba jitniżżlu fil-ġurnal b'wieħed mill-metodi li ġejjin, li ma jeskludux lil xulxin:

    (a) jum b'jum, operazzjoni b'operazzjoni;

    (b) fl-għamla ta' sommarju ta' kull xahar tat-totali involuti fl-operazzjonijiet, sakemm jinżammu dokumenti li minnhom tista' ssir verifikazzjoni ta' operazzjonijiet individwali jum b'jum.

    Artikolu 217

    Validazzjoni ta' l-annotazzjonijiet

    (L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Annotazzjonijiet fil-ġurnal u f'reġistru ta' inventarju ikunu ffinalizzati permezz ta' proċedura ta' validazzjoni li ma tippermettix li tinbidel jew titħassar l-annotazzjoni.

    2.  Proċedura ta' l-għeluq maħsuba biex tiffriża l-kronoloġija tar-reġistrazzjonijiet u li tiggarantixxi li ma jistgħux jintmessu trid tkun implimentata qabel ma jkunu ppreżentati r-rendikonti finanzjarji finali l-iktar tard.



    Taqsima 5

    Rikonċiljazzjoni u verifikazzjoni

    Artikolu 218

    Rikonċiljazzjoni tal-kontijiet

    (L-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-bilanċ tal-kontijiet fil-bilanċ ta' prova ikun irrikonċiljat perjodikament, u mill-inqas fl-għeluq annwali, bit-tagħrif mis-sistemi ta' treġija użati mill-uffiċċjali li jawtorizzaw għat-treġija ta' l-assi u l-piżijiet u biex jiddaħħlu kuljum fis-sistema tal-kontijiet.

    2.  Perjodikament, u mill-inqas kull meta jingħalqu l-kontijiet, l-uffiċċjal tal-kontijiet jara li t-tagħrif fir-reġistru ta' l-inventarju msemmi fl-Artikolu 209 jaqbel mal-qagħda attwali, b'mod partikolari rigward:

    (a) flus il-bank, b'rikonċiljazzjoni tar-rendikonti tal-kontijiet mill-istituzzjonijiet finanzjarji;

    (b) flus fl-uffiċċji tal-flus, bir-rikonċiljazzjoni mat-tagħrif fil-ktieb tal-flus.

    Il-kontijiet ta' l-assi fissi jkunu rriveduti skond l-Artikolu 224.

    3.  Il-kontijiet ta' assoċċjazzjonijet istituzzjonali jridu jkunu rrikonċiljati u mgħoddija kull xahar.

    4.  Il-kontijiet ta' sospensjoni iridu jkunu rriveduti mill-uffiċċjal tal-kontijiet biex jgħaddu malajr kemm jista' jkun.



    Taqsima 6

    Kontijiet tal-budget

    Artikolu 219

    Kontenut u żamm tal-kontijiet tal-budget

    (L-Artikolu 137 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Għal kull sottodiviżjoni tal-budget, il-kontijiet tal-budget iridu juru:

    (a) fil-każ ta' nfiq:

    (i) l-appropjazzjonijiet awtorizzati fil-budget inizjali, l-appropjazzjonijiet mdaħħlin f'budgets li jemendaw, l-appropjazzjonijiet ġejjin minn qabel, l-appropjazzjonijiet disponibbli wara li jinġabar id-dħul assenjat, trasferimenti ta' appropjazzjonijiet u l-appropjazzjonijiet kollha disponibbli b'hekk;

    (ii) l-impenni u pagamenti għall-aħħar sena finanzjarja;

    (b) fil-każ ta' dħul:

    (i) l-istimi mniżżlin fil-budget inizjali, l-istimi mniżżlin f'budgets li jemendaw, dħul assenjat u l-ammonti totali ta' stimi ddeterminati hekk;

    (ii) l-intitolamenti stabbiliti u l-ammonti rċevuti għas-sena finanzjarja in kwistjoni;

    (ċ) l-impenni li għad iridu jitħallsu u d-dħul li għad irid jinġabar li ġejjin minn snin finanzjarji ta' qabel.

    L-appropjazzjonijiet ta'impenji u appropjazzjonijiet ta' pagamenti msemmijin fil-punt (a) ta' l-ewwel sottoparagrafu iridu jiddaħħlu u jintwerew separatament.

    L-impenni provviżorji globali li għandhom x'jaqsmu mal- ►M3  FAEG ◄ u l-pagamenti korrispondenti iridu jkunu rreġistrati wkoll fil-kontijiet tal-budget.

    Dawk l-impenni jkunu ppreżentati għall-appropjazzjonijiet totali ►M3  FAEG ◄ .

    2.  Il-kontijiet tal-budget iridu juru separatament:

    (a) l-użu ta' appropjazzjonijiet ġejjin minn qabel u l-appropjazzjonijiet għas-sena;

    (b) l-għeluq ta' impenji pendenti.

    Fuq in-naħa tad-dħul, ammonti li jridu jinġabru minn snin finanzjarji ta' qabel iridu jintwerew separatament.

    3.  Il-kontijiet tal-budget jistgħu organizzati b'mod li minnhom tista' tinħareġ sistema ta' kontabilità ta' l-ispejjeż.

    4.  Il-kontijiet tal-budget jinżammu permezz ta' sistemi ta' kompjuter, f'kotba jew fuq karti ta' l-iskedar.



    KAPITOLU 3

    (Kapitolu 4 tar-Regolament Finanzjarju)

    Inventarji tal-Proprjetà

    Artikolu 220

    Inventarji tal-Proprjetà

    (L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    Is-sistema ta' inventarji ta' proprjetà tkun stabbilita mill-uffiċċjal li jawtorizza b'għajnuna teknika mill-uffiċċjal tal-kontijiet. Dik is-sistema ta' inventarju trid tagħti t-tagħrif kollu meħtieġ biex jinżammu l-kotba u għas-salvagwardja ta' l-assi.

    Artikolu 221

    Salvagwardja tal-proprjetà

    (L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull istituzzjoni trid taddotta dispożizzjonijiet dwar is-salvagwardja tal-proprjetà li hemm fil-karti tal-bilanċi rispettivi u tiddeċiedi liema dipartimenti amministrattivi huma responsabbli għas-sistema ta' inventarju.

    ▼M2

    Artikolu 222

    Id-dħul ta' oġġetti fl-inventarju

    (L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-oġġetti kollha b’perjodu ta’ l-użu ta’ aktar minn sena, li ma humiex oġġetti ta’ konsum, u li għandhom prezz tax-xiri jew spiża tal-produzzjoni li huwa ogħla minn dak indikat fir-regoli tal-kontabilità adottati taħt l-Artikolu 133 tar-Regolament Finanzjarju għandhom jiddaħħlu fl-inventarju u jiġu rreġistrati fil-kontijiet ta’ l-assi fissi.

    ▼B

    Artikolu 223

    Kontenut ta' l-inventarju għal kull oġġett

    (L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-inventarju jkun fih deskrizzjoni xierqa ta' kull oġġett u jispeċifika fejn qiegħed, meta nkiseb u kemm jiswa.

    Artikolu 224

    Kontrolli ta' l-inventarju

    (L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kontrolli ta' l-inventarju li jagħmluhom l-istituzzjonijiet iridu jsiru b'mod li jiżgura li kull oġġett jeżisti fiżikament u jaqbel ma' l-annotazzjoni rilevanti fl-inventarju. Kontrolli hekk isiru skond programm ta' verifikazzjoni ta' kull sena, ħlief għal assi fissi tanġibbli u le, li jridu jkunu kkontrollati mill-inqas kull tliet snin.

    Artikolu 225

    Bejgħ mill-ġdid ta' proprjetà

    (L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    Membri, uffiċjali jew impjegati oħrajn u kull persunal ieħor ta' l-istituzzjonijiet u entitajiet msemmijin fl- ►M3  Artikolu 121 ◄ tar-Regolament Finanzjarju ma jistgħux jiksbu oġġetti li dawn l-istituzzjonijiet u entitajiet ibiegħu mill-ġdid, ħlief dawk l-oġġetti li jerġgħu jinbiegħu bi proċedura pubblika ta' offerti.

    Artikolu 226

    Proċedura għall-bejgħ ta' assi fissi

    (L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Bejgħ ta' assi fissi jkun irreklamat lokalment b'mod xieraq jekk l-oġġett jiswa iktar minn EUR 8 100 jew iktar. Iż-żmien bejn il-pubblikazzjoni ta' l-aħħar notifikazzjoni u l-għeluq tal-kuntratt ta' bejgħ ma jistax ikun inqas minn erbatax-il jum kalendarju.

    Dak il-bejgħ ikun suġġett ta' avviż ta' bejgħ ipubblikat fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej, jekk il-valur ta' xiri jkun EUR 391 100 jew iktar. Jista' jitpoġġa reklamar xieraq ukoll fl-istampa ta' l-Istati Membri. Iż-żmien bejn id-data tal-pubblikazzjoni ta' l-avviż fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-għeluq tal-kuntratt ta' bejgħ m'għandux ikun inqas minn xahar.

    2.  L-istituzzjonijiet jistgħu ma jagħmlux riklami meta l-ispejjeż għar-riklami jkunu ogħla mid-dħul mistenni mill-operazzjoni.

    3.  L-istituzzjonijiet għandhom dejjem jaħdmu biex iġibu l-aħjar prezz mill-bejgħ ta' l-assi fissi.

    Artikolu 227

    Proċeduri biex jitneħħew l-assi fissi

    (L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uffiċċjal li jawtorizza jagħmel rendikont jew reġistrazzjoni kull meta tinbiegħ xi proprjetà fl-inventarju, tingħata b'xejn, tintrema, tinkera jew tonqos għax tintilef, tinsteraq jew għal xi raġuni oħra.

    Ir-rendikont jew ir-reġistrazzjoni b'mod partikolari jridu jgħidu jekk l-oġġett iridx jitħallas minn xi uffiċjal jew impjegat ieħor tal-Kummissjoni jew xi ħadd ieħor.

    Meta proprjetà fissa jew stallazzjonijiet kbar jingħataw b'xejn, irid isir kuntratt u l-każ jiġi mgħarraf f'rapport annwali li jintbgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta jkun ippreżentat l-abbozz tal-budget.



    IT-TIENI PARTI

    DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI



    ▼M3

    TITOLU I

    (TITOLU II TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU)

    FONDI STRUTTURALI, FOND TA’ KOEŻJONI, FOND EWROPEW GĦAS-SAJD, U FOND AGRIKOLU GĦALL-IŻVILUPP RURALI

    ▼B

    Artikolu 228

    Ħlas lura ta' pagamenti akkont

    (L-Artikolu 157 tar-Regolament Finanzjarju)

    Skond ir-regolamenti dwar ►M3  il-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għas-Sajd u l-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali ◄ , il-ħlas lura sħiħ jew f' parti minn pagamenti akkont għal xi operazzjoni ma jnaqqasx il-kontribuzzjoni mill-Fond għall-operazzjoni kkonċernata.

    Ammonti li jerġgħu jitħallsu jikkostitwixxu dħul assenjat skond il-punt (f) ta' l-Artikolu 18(1) tar-Regolament Finanzjarju.



    TITOLU II

    (TITOLU III TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU)

    RIĊERKA

    Artikolu 229

    Tipi ta' operazzjonijiet

    (L-Artikolu 160 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-appropjazzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku jintużaw biex issir azzjoni diretta, azzjoni indiretta taħt il-programm ta' struttura għar-riċerka msemmi fl-Artikolu 166 tat-Trattat tal-KE, u l-azzjoni msemmija fl-Artikolu 165 ta' dak it-Trattat bil-parteċipazzjoni fi programmi u attivitajiet kompetittivi mmexxija miċ-Ċentru tar-Riċerka Kontġunta (JRC)

    2.  Azzjoni diretta ssir mill-istabbilimenti tal-JRC u skond il-prinċpju għandha titħallas mill-budget. Tkun magħmula minn:

    (a) programmi ta' riċerka;

    (b) attivitajiet ta' riċerka esploratorji;

    (ċ) attivitajiet ta' appoġġ xjentifiku u tekniku ta' natura istituzjonali.

    3.  Azzjoni indiretta tkun magħmula minn programmi li jkunu saru taħt appalti ma' partijiet terzi. Il-JRC tista' tieħu sehem f'dawk l-attivitajiet fuq l-istess bażi bħal partijiet terzi.

    4.  Biex ikun żgurat li l-politika ta' riċerka nazzjonali u l-politika tar-riċerka tal-Komunità jaqblu ma' xulxin, il-Kummissjoni tista' tieħu inizjattivi skond l-Artikolu 165 tat-Trattat tal-KE u spejjeż esklussivament amministrattivi tħallashom mill-budget.

    5.  Minbarra l-programmi speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 166(3) tat-Trattat tal-KE, il-Komunità tista' taddotta:

    (a) programmi supplimentari li jieħdu sehem fihom biss xi Stati Membri, skond l-Artikolu 168 tat-Tratta tal-KE;

    (b) programmi li jkunu qed isiru minn diversi Stati Membri, inkluża l-parteċipazzjoni fl-istrutturi maħluqin biex isiru dawk il-programmi, skond l-Artikolu 169 tat-Trattat tal-KE;

    (ċ) koperazzjoni ma' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali skond l-Artikolu 170 tat-Trattat tal-KE;

    (d) xogħol konġunt, skond l-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE.

    6.  L-attivitajiet ta' natura kompetittiva mmexxija mill-JRC jkunu magħmulin minn:

    (a) attivitajiet ta' appoġġ xjentifiku u tekniku taħt il-programmi strutturali ta' riċerka u żvilupp tekonoloġiku, li fil-prinċipju titħallas kompletament mill-budget;

    (b) is-servizzi għal partijiet terzi.

    ▼M3

    7.  L-estimi ta’ l-ammont riċevibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 160(1a) tar-Regolament Finanzjarju għandhom jintbagħtu lill-uffiċjali tal-kontabilità għar-reġistrazzjoni.

    ▼B

    Artikolu 230

    Regoli li jgħoddu għall-JRC

    (L-Artikolu 161 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-istimi ta' l-ammonti li għandhom jittieħdu msemmijin fl-Artikolu 161(2) tar-Regolament Finanzjarju jintbgħatu lill-uffiċċjal tal-kontijiet biex jirreġistrahom.

    2.  Meta l-attivitajiet li jagħmlu l-JRC għal partijiet terzi jinvolvu l-ksib, il-proċedura tal-ksib għandha tħares il-prinċipju tat-trasparenza u trattament ugwali.



    TITOLU III

    (TITOLU IV TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU)

    AZZJONIJIET ESTERNI



    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 231

    Azzjonijiet li jistgħu jitħallsu

    (L-Artikolu 162 tar-Regolament Finanzjarju)

    Appropjazzjonijiet għall-azzjonijiet imsemmijin fit-Titolu IV, Kapitolu I tat-Tieni Parti tar-Regolament Finanzjarju jistgħu b'mod partikolari iħallsu appalti ta' ksib, konċessjonijiet, inklużi sussidji bl-imgħax, self speċjali, garanziji fuq self u għajnuna finanzjarja, appoġġ għall-budget u forom speċifiċi oħra ta' għajnuna għall-budget.



    KAPITOLU 2

    Implimentazzjoni ta' azzjonijiet

    Artikolu 232

    Ftehim ta' finanzjament fi treġija ċċentralizzata

    (L-Artikolu 166 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M3

    1.  Qabel ma jintlaħaq ftehim ta' finanzjament għal azzjoni li tkun se tkun suġġetta għal ġestjoni deċentralizata, l-uffiċjal ta' l-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jiżgura permezz ta' kontrolli tad-dokumenti u fuq il-post, li s-sistema ta' ġestjoni stabbilita mill-pajjiż terz benefiċjarju għall-ġestjoni tal-fondi tal-Komunità tkun tikkonforma ma' l-Artikolu 56 tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼B

    2.  Kull ftehim ta' finanzjament milħuq fil-kuntest ta' treġija ddeċentralizzata trid, fis-sħiħ jew f'parti, skond il-grad ta' deċentralizzazzjoni miftiehem, tippreskrivi espliċitament dispożizzjonijiet:

    ▼M3

    (a) li jiżgura konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 56(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju;

    (b) li jiddikjara li, jekk il-kriterji minimi stabbiliti fl-Artikolu 56(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju ma jibqgħux jiġu osservati, il-Kummissjoni tista’ tissospendi jew ittemm l-implimentazzjoni tal-ftehim;

    ▼B

    (ċ) li jiddefinixxu l-proċedura kuntrarja biex jgħaddu l-kontijiet, kif previst fl- ►M3  Artikolu 53c ◄ tar-Regolament Finanzjarju, li jista' jintuża biex jidentifika r-responsabbilta' tal-pajjiż terz;

    ▼M3

    (d) li jwaqqaf il-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 53(c) tar-Regolament Finanzjarju u speċifikati fl-Artikolu 42, b’mod partikulari għal dak li jirrigwarda l-irkuprar permezz ta’ tpattija (offsetting) fejn l-azzjoni tkun totalment deċentralizzata;

    ▼M3

    (e) dispożizzjonijiet dwar il-pubblikazzjoni tal-benefiċjarji tal-fondi li joħorġu mill-baġit.

    3.  Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 2 għandhom jobbligaw lill-pajjiż terz sabiex jippubblika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 169(2), skond il-preżentazzjoni standard, f'post apposta u faċilment aċċessibbli tas-sit ta' l-internet tagħha. jekk din il-pubblikazzjoni fuq l-internet tkun impossibbli, l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata bi kwalunkwe mezz xieraq ieħor, inkluż il-ġurnal uffiċjali nazzjonali.

    Il-pubblikazzjoni għandha ssir matul l-ewwel nofs tas-sena ta' wara l-għeluq tas-sena tal-baġit li għaliha l-fondi jkunu ġew attribwiti lill-pajjiż terz.

    Il-pajjjiż terz għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-indirizz tal-post tal-pubblikazzjoni u referenza għandha ssir għal dan l-indirizz fil-post iddedikat tas-sit ta' l-internet ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 169(1). Jekk l-informazzjoni tiġi ppubblikata b'mod ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti lill-Kummissjoni d-dettalji kollha tal-mezzi użati.

    ▼B

    Artikolu 233

    Self Speċjali

    (L-Artikolu 166 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kuntratt ta' self isir bejn il-Kummissjoni, waqt li taġixxi għal Komunità, u min qed jissellef għal kull proġett ta' investiment imħallas minn self speċjali.

    ▼M3

    Artikolu 233a

    Id-diżimpenn awtomatiku ta' l-impenji maqsuma użati fil-programmi multi-annwali

    (Artikolu 166(3) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Fl-ikkalkular tad-diżimpenn awtomatiku stipulat fl-Artikolu 166(3)(a) tar-Regolament Finanzjarju, l-elementi li ġejjin m'għandhomx jiġu inklużi:

    (a) dik il-parti mill-impenji tal-baġit li għaliha tkun saret dikjarazzjoni ta' nfiq iżda li r-rimbursar tagħhom ikun ġie interrott jew sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta' Diċembru tas-sena n + 3;

    (b) dik il-parti ta' l-impenji tal-baġit li għaliha ma jkunx possibbli li jsir il-ħlas jew dikjarazzjoni tan-nefqa għal raġunijiet ta’ force majeure li jkunu jaffettwaw serjament l-implimentazzjoni tal-programm.

    Awtoritajiet nazzjonali li jgħidu li jkun hemm force majeure għandhom juru l-konsegwenzi diretti fuq l-implimentazzjoni tal-programm kollu jew parti minnu.

    2.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-pajjiżi benefiċjarji u l-awtoritajiet ikkonċernati kmieni biżżejjed jekk ikun hemm riskju ta’ diżimpenn awtomatiku. Hija għandha tinfurmahom dwar l-ammont involut kif indikat mill-informazzjoni fil-pussess tagħha. Il-pajjiżi benefiċjarji għandu jkollhom xahrejn minn meta jirċievu din l-informazzjoni sabiex jaqblu ma' l-ammont ikkonċernat jew ma' l-osservazzjonijiet preżenti. Il-Kummissjoni għandha twettaq diżimpenn awtomatiku mhux aktar tard minn disa’ xhur wara l-limitu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 166(3)(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju.

    3.  Fil-każ ta’ diżimpenn awtomatiku, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-programmi kkonċernati għandu jitnaqqas, għas-sena kkonċernata, bl-ammont awtomatikament diżimpenjat. Il-pajjiż benefiċjarju għandu jipproduċi pjan revedut ta’ finanzjament li jaqsam it-tnaqqis ta’ l-għajnuna bejn il-prijoritajiet u l-miżuri jekk relevanti. Jekk ma tagħmilx dan, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammonti allokati għal kull prijorità u miżura jekk relevanti pro rata.

    ▼B

    Artikolu 234

    Kontijiet Bankarji

    (L-Artikolu 166 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.   ►M1  Għat-twettiq tal-ħlasijiet fil-munita ta’ l-Istat benefiċjarju, kontijiet denominati f’euro huma miftuħa ma' istituzzjoni finanzjarja fl-Istat benefiċjarju jew f’wieħed mill-Istati Membri, f'isem il-Kummissjoni, jew bi ftehim komuni, f'isem il-benefiċjarju. ◄ Il-fondi jridu jkunu jistgħu jintgħarfu mit-titoli ta' dawk il-kontijiet.

    2.  Il-kontijiet imsemmijin fil-Paragrafu 1 ikollhom biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħtiġiet attwali ta' flus. Trasferimenti jsiru bl-ewro u maqlubin, fejn meħtieġ, għall-munita ta' l-Istat riċevitur u meta jrid isir pagament, skond l-Artikoli 7 u 8.



    KAPITOLU 3

    Ksib

    Artikolu 235

    Kiri ta' bini

    (L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uniċi kuntratti ta' bini li jistgħu jitħallsu minn appropjazzjonijiet operattivi għal azzjonijiet esterni huma dawk li għandhom x'jaqsmu ma' kiri ta' bini li jkun diġa mibni meta ssir il-kera. Dawn il-kuntratti jkunu ppubblikati kif preskritt fl-Artikolu 119.

    Artikolu 236

    Definizzjonijiet

    (L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Appalti ta' servizzi jkun fihom appalti ta' studju u għajnuna teknika.

    Appalt ta' studju hu appalt ta' servizz bejn fornitur u l-awtorità ta' l-appalti li jinkludi studji għall-identifikazzjoni u t-tħejjija ta' proġetti, kemm hu ta' min jagħmel il-proġett, studji ekonomiċi u tas-suq, studji tekniċi u verifiki.

    Appalt ta' għajnuna teknika hu meta l-fornitur jintalab jagħti sehmu permezz ta' parir, biex imexxi jew jissorvelja proġett jew biex jipprovdi l-konsulenti speċifikati fl-appalt.

    2.  Meta pajjiż terz ikollu persunal ta' treġija kkwalifikat fid-dipartimenti tiegħu jew entitajiet b'parteċipazzjoni fis-settur pubbliku, l-appalti jistgħu isiru direttament minn dawn id-dipartimenti jew entitajiet permezz ta' xogħol dirett.

    Artikolu 237

    Dispożizzjonijiet speċjali dwar limiti u arranġamenti biex jingħataw appalti esterni

    (L-Artikolu 167(1)(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.   ►M3  L-Artikoli 118 sa 121, bl-eċċezzjoni tad-definizzjoni, Artikolu 122(3) u (4), Artikoli 123, 126 sa 129, 131(3) sa (6), Artikolu 139(2), Artikoli 140 sa 146, Artikolu 148 u Artikoli 151, 152 u 158(a) m’għandhomx japplikaw għal kuntratti ta’ xiri konklużi jew f’isem l-awtoritajiet kontraenti msemmija fil-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu (a) u (b) ta’ l-Artikolu 167(1) tar-Regolament Finanzjarju. ◄

    Implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ksib skond dan il-Kapitolu ikunu deċiżi mill-Kummissjoni.

    2.  Fin-nuqqas ta' ħarsien tal-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 1, infiq fuq l-operazzjonijiet in kwistjoni mhux eliġibbli għal finanzjament mill-Komunità.

    ▼M3 —————

    ▼B

    4.  Dan il-Kapitolu ma jgħoddx għall-awtoritajiet ta' l-appalti msemmijin fil-punt (b) ta' l-Artikolu 167(1) tar-Regolament Finanzjarju, fejn, wara l-kontrolli msemmijin fl-Artikolu 35, il-Kummissjoni tkun awtorizzathom jużaw il-proċeduri tal-ksib tagħhom stess skond treġija iddeċentralizzata.

    Artikolu 238

    Ksib mill-awtoritajiet ta' l-appalti msemmijin fl-Artikolu 167(1) (ċ) tar-Regolament Finanzjarju

    (L-Artikolu 167(1)(ċ) tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu ma jgħoddux għal ksib mill-awtoritajiet ta' l-appalti msemmijin fil-punt (ċ) ta' l-Artikolu 167(1) tar-Regolament Finanzjarju.

    2.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu ma jgħoddux għal azzjonijiet skond ir-Regolament (KE) Nru 1257/96.

    3.  Il-proċeduri speċifiċi ta' ksib li għandhom jintużaw fil-każi msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 tiddeċidihom il-Kummissjoni skond il-prinċipji msemmijin fl-Artikolu 184.

    4.  Fin-nuqqas ta' ħarsien tal-proċeduri msemmijin fil-paragrafu 3, l-infiq fuq l-operazzonijiet in kwistjoni ma jkunx eliġibbli biex jitħallas mill-Komunità.

    Artikolu 239

    Irreklamar u non-diskriminazzjoni

    (L-Artikoli 167 u 168 tar-Regolament Finanzjarju)

    Il-Kummissjoni tieħu l-miżuri implimentattivi meħtieġa biex tiggarantixxi parteċipazzjoni vasta kemm jista' jkun, fuq termini ugwali, f'offerti kompettitivi għall-appalti mħallsin mill-Komunità. Għal dak il-għan, trid tingħata attenzjoni biex:

    (a) tkun żgurata pubblikazzjoni xierqa minn qabel, b'biżżejjed żmien, ta' l-avviżi ta' tagħrif minn qabel, avviżi ta' appalti u avviżi ta' għoti;

    (b) tkun eliminata kull prattika jew speċifikazzjoni teknika diskriminatorja li tista' ttellef milli jkun hemm parteċipazzjoni vasta fuq termini ugwali ta' persuni naturali jew legali msemmijin fl-Artikolu 168 tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 240

    Irreklamar

    (L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    ▼M2

    1.  L-avviż ta’ pre-informazzjoni għal sejħiet interni għall-offerti għandu jintbagħat lill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kmieni kemm jista’ jkun għal kuntratti ta' provvista u servizz u kemm jista' jkun malajr wara d-deċiżjoni li tawtorizza l-programm għal kuntratti ta' xogħol.

    ▼B

    2.  Għall-iskopijiet ta' dan il-Kapitolu, l-avviż ta' l-appalt tkun ippubblikata:

    (a) mill-inqas fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fl-internet għal sejħiet internazzjonali għall-offerti;

    (b) mill-inqas fil-gazzetta uffiċċjali ta' l-Istat riċevitur jew f'pubblikazzjoni ekwivalenti għal sejħiet lokali għall-offerti.

    Meta l-avviż ta' l-appalt tkun ippubblikat lokalment ukoll, irid ikun identiku bħall-dak ippublikat fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fuq l-internet u jridu jkunu ppubblikati flimkien. Il-Kummissjoni għandha r-responsabbilta' li tippubblika fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fuq l-internet. Jekk l-avviż ikun ippubblikat lokalment, dan jista' jsir mill-benefiċjarju.

    ▼M3

    3.  L-avviż ta’ l-aġġudikazzjoni għandu jintbagħat meta jiġi ffirmat il-kuntratt ħlief fejn, jekk ikun għadu meħtieġ, il-kuntatt kien iddikjarat sigriet jew fejn it-twettiq tal-kuntratt ikollu jkun akkumpanjat minn miżuri speċjali ta' sigurtà, jew meta l-ħarsien ta' l-interessi essenzjali ta' l-Unjoni Ewropea, jew il-pajjiż benefiċjarju jitolbu dan, u fejn il-pubblikazzjoni ta' l-avviż ta’ aġġudikazzjoni titqies bħalal mhux xierqa.

    ▼B

    Artikolu 241

    Limiti u proċeduri għall-għoti ta' appalt ta' servizzi

    (L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-limiti u l-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju ikunu kif ġej għal appalti ta' servizzi:

    ▼M2

    (a) għal kuntratti b’valur ta’ EUR 200 000 jew aktar: stedina internazzjonali ristretta għall-offerti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 122(2) u l-punt (a) ta’ l-Artikolu 240(2);

    ▼B

    (b) għal appalti li jiswew inqas minn EUR 200 000: proċedura ta' kompetizzjoni nnegozjata fis-sens ta' paragrafu 3, sakemm ma jistax jintuża appalt strutturali li diġa' jeżisti jew meta ntuża', ma rnexxiex.

    ▼M3

    Kuntratti b’valur ta’ anqas minn EUR 10 000 jistgħu jingħataw fuq bażi ta' offerta waħda.

    ▼B

    2.  Fil-proċedura internazzjonali ristretta msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-avviż ta' l-appalt irid jgħid l-għadd ta' kandidati li jkunu mistiednin biex jitfgħu l-offerti. Għal appalti ta' servizzi l-għadd ta' dawk li jitfgħu l-offerti jkun bejn erbgħa u tmienja. L-għadd ta' kandidati li jistgħu jitfgħu l-offerti jrid ikun biżżejjed biex jiżgura kompetizzjoni ġenwina.

    Il-lista ta' kandidati magħżula tkun ippubblikata fuq is-sit ta' l-internet tal-Kummissjoni.

    ▼M2

    Jekk in-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji ta’ selezzjoni jew il-livelli minimi ta' kapaċità huma anqas min-numru minimu, l-awtorità kontraenti tista' tistieden sabiex jitfgħu offerta biss lil dawk il-kandidati li jissodisfaw il-kriterji sabiex jitfgħu offerta.

    ▼M2

    3.  Taħt il-proċedura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti għandha tfassal lista ta' mill-anqas tliet appaltaturi ta' l-għażla tagħha. Il-proċedura tinvolvi offerti kompetittivi, mingħajr ma jkun ippubblikat avviż u tissejjaħ proċedura kompetittiva nnegozjata mhux koperta mill-Artikolu 124.

    Offerti għandhom jinfetħu u jiġu valutati minn kumitat ta’ valutazzjoni bil-kompetenza teknika u amministrattiva meħtieġa. Il-membri tal-kumitat ta’ valutazzjoni għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ imparzjalità.

    Jekk wara konsultazzjoni ma’ l-appaltaturi, l-awtorità kontraenti tirċievi offerta waħda biss li tkun valida f’sens amministrattiv u tekniku, il-kuntratt jista’ jiġi aġġudikat sakemm ikunu ntlaħqu l-kriterji ta’ l-aġġudikazzjoni.

    ▼B

    4.  L-offerti jintbagħtu f'pakkett jew envelop li jkun fih żewġ enveloppi separati u ssiġillati, wieħed bil-kliem envelop A - Offerta Teknika u l-ieħor bil-kliem Envelop B - Offerta finanzjarja. L-envelop ta' barra jkollu:

    (a) l-indirizz fejn iridu jintbagħtu l-offerti kif muri fid-dokument ta' l-offerti;

    (b) ir-referenza għas-sejħa għall-offerti li qed twieġeb għaliha din l-offerta;

    (ċ) fejn jixraq, in-numri tal-lottijiet li qed tintefa' l-offerta għalihom;

    (d) il-frażi “M'għandux jinfetaħ qabel is-sessjoni tal-ftuħ ta' l-offerti”, fl-ilsien tad-dokumenti ta' l-offerta.

    Jekk fid-dokumenti ta' l-offerti kienu mistennija xi intervisti, il-bord ta' l-għażla jista' jintervista lill-membri prinċipali ta' l-iskwadra ta' l-esperti proposta fl-offerti li kienu teknikament aċċettabbli, wara li jkun stabbilixxa bil-miktub il-konklużjonijiet provviżorji tiegħu u qabel ma jikkonkludi definittivament l-evalwazzjoni ta' l-offerti tekniċi. F'każi hekk il-bord ta' l-għażla jintervista lill-esperti, preferibbilment flimkien jekk huma parti minn skwadra, u qrib biżżejjed biex ikunu jistgħu isiru xi paraguni. L-intervisti jsiru skond disinn standard li l-bord ta' l-għażla jkun qabel fuqu minn qabel u jkun applikat fuq l-esperti jew skwadri kollha msejħa għal intervista. Id-data u l-ħin ta' l-intervista jrid ikun mgħarraf lil dawk li tefgħu l-offerti mill-inqas għaxart ijiem kaledarji minn qabel. F'każ ta' forza maġġuri, li ma tħallix dawk li jagħmlu l-offerti imorru għall-intervista, irid jintbagħtilhom data u ħin ġdid.

    5.  Il-kriterji ta' l-għoti ta' l-appalt iridu jidentifikaw l-offerta li tagħti l-aħjar valur għal prezzha.

    L-offerta li tagħti l-aqwa valur għal prezzha tintgħażel skond tqassim ta' 80/20 fuq kwalità teknika u prezz. Għal dak l-iskop:

    (a) il-punteġġ mogħti għal offerti tekniċi ikun immoltiplikat b' 0.80;

    (b) il-punteġġ mogħti għall-prezzijiet ikun immoltiplikat b'0.20.

    Artikolu 242

    Proċedura nnegozjata għal appalti ta' servizzi

    (L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.   ►M2  Għal kuntratti ta’ servizz, awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-proċedura nnegozjata b’offerta waħda biss fil-każijiet li ġejjin: ◄

    (a) meta għal raġunijiet ta' urġenza estrema maħluqa minn eventi li l-awtoritajiet ta' l-appalti ma setgħux raw minn qabel u li mhux minħabba fihom, il-limitu ta' żmien għall-proċeduri msemmi fil-punti (a),(b) u (ċ) ta' l-Artikolu 91(1) tar-Regolament Finanzjarju ma jistax jinżamm;

    (b) meta s-servizzi jingħataw f'idejn entitajiet tas-settur pubbliku jew lill-istituzzjonijiet li ma jagħmlux profitt u għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' natura istituzzjonali jew maħsubin biex jagħtu għajnuna lill-ġnus f'qasam soċjali;

    (ċ) għal servizzi li huma estensjoni ta' servizzi mibdijin, bla ħsara għall-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 2;

    (d) meta l-proċedura ta' l-appalti ma tkunx irnexxiet, jiġifieri, meta ma tkun intlaqgħet l-ebda offerta siewja kemm finanzjarjament kif ukoll teknikament, f'dak il-każ, wara li titħassar il-proċedura għall-offerti, l-awtorità ta' l-appalti tista' tinnegozja ma' wieħed minn dawk li tefgħu l-offerti jew iktar, milli tkun għażlet hi fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm it-termini oriġinali ta' l-appalt ma jinbidlux sostanzjalment;

    (e) meta l-appalt ikkonċernat isegwi kompetizzjoni u, skond ir-regoli li jkunu jgħoddu, irid jingħata lill-kandidat li rnexxa jew lill-wieħed mill-kandidati li rnexxew, f'dak il-każ il-kandidati kollha li rnexxew ikunu misteidna biex jieħdu sehem fin-negozjati;

    (f) meta, għal raġunijiet tekniċi, jew minħabba raġunijiet marbutin mal-protezzjoni ta' drittijiet esklusivi, l-applt jista' jingħata biss lill-fornitur ta' servizz partikolari;

    ▼M2

    (g) fil-każ li tentattiv wieħed għall-użu tal-proċedura kompetittiva nnegozjata wara l-użu bla suċċess ta’ kuntratt ta’ qafas ikun falla. F’dan il-każ, wara li tkun ġiet ikkanċellata l-proċedura kompetittiva nnegozjata, l-awtorità kontraenti tista’ tinnegozja ma’ appaltatur wieħed jew aktar ta’ l-għażla tagħha, minn fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm it-termini oriġinali tal-kuntratt ma jkunux inbidlu sostanzjalment;

    ▼M3

    (h) Għal kuntratti ddikjarati bħala sigrieti, jew għal kuntratti li t-twettiq tagħhom irid ikun akkumpanjat minn miżuri speċjali ta’ sigurtà jew meta l-ħarsien ta’ l-interessi essenzjali ta’ l-Unjoni Ewropea jew il-pajjiż benefiċjarju jitlob dan.

    ▼B

    Għall-iskopijiet ta' punt (a) ta' l-ewwel sottoparagrafu, il-ħidmiet magħmulin f'sitwazzjonijiet ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 168(2) jingħaddu daqs li jissodisfaw il-prova ta' urġenza estrema. L-uffiċċjal bid-delegazzjoni li jawtorizza, fejn jixraq, flimkien ma' l-uffiċċjali bid-delegazzjoni li jawtorizzaw l-oħrajn, jistabbilixxi li teżisti sitwazzjoni ta' urġenza estrema u jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu regolarment rigward il-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba.

    ▼M2

    Fejn il-Kummissjoni ma tkunx l-awtorità kontraenti, l-użu tal-proċedura nnegozjata hi soġġetta għall-kunsens minn qabel ta' l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

    ▼B

    2.  Servizzi fejn diġa nbdiet estensjoni ta' servizzi, kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, huma kif ġej:

    (a) servizzi oħrajn li ma jaqgħux taħt l-appalt ewlieni imma li, minħabba ċirkustanzi imprevvisti, saru meħtieġa għall-appalt, sakemm is-servizz l-ieħor ma jistax jinfired mill-appalt ewlieni teknikament u ekonomikament mingħajr inkonvenjent serju għall-awtorità ta' l-appalti u l-ammont totali ma jaqbiżx il-50 % tal-valur ta' l-appalt prinċipali;

    ▼M2

    (b) servizzi addizzjonali li jikkonsistu fir-repetizzjoni ta’ servizzi simili fdati lill-kuntrattur li jipprovdi servizzi taħt l-ewwel kuntratt, sakemm:

    (i) avviż ta’ kuntratt kien ippubblikat għall-provvista ta’ l-ewwel servizz u l-possibbiltà li tintuża l-proċedura nnegozjata għal servizzi ġodda għall-proġett u l-ispiża stmata kienu ġew indikati b’mod ċar fl-avviż tal-kuntratt ippubblikat għall-ewwel servizz;

    (ii) l-estensjoni tal-kuntratt hija waħda biss u għal valur u tul ta’ żmien li ma jeċċedix il-valur u t-tul ta’ żmien tal-kuntratt inizjali.

    ▼M2 —————

    ▼B

    Artikolu 243

    Limiti u proċeduri għall-għoti ta' appalti ta' fornitura

    (L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Għal appalti ta' fornitura, il-limiti u l-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju ikunu kif ġej:

    ▼M2

    a) għal kuntratti b’valur ta’ EUR 150 000 jew aktar: stedina miftuħa internazzjonali għall-offerti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 122(2) u l-punt (a) ta’ l-Artikolu 240(2);

    b) għal kuntratti b’valur ta’ ►M3  EUR 60 000 ◄ jew aktar iżda anqas minn EUR 150 000: sejħa miftuħa lokali għall-offerti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 122(2) u punt (b) ta’ l-Artikolu 240(2);

    ▼M3

    (c) għal kuntratti b’valur ta’ anqas minn EUR 60 000: proċedura nnegozjata kompetittiva fis-sens ta’ paragrafu 2.

    Kuntratti b’valur ta’ anqas minn EUR 10 000 jistgħu jingħataw fuq bażi ta' offerta waħda.

    ▼M2

    2.  Taħt il-proċedura msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti għandha tfassal lista ta' mill-anqas tliet fornituri ta' l-għażla tagħha. Il-proċedura tinvolvi offerti kompetittivi, mingħajr ma jkun ippubblikat avviż u tissejjaħ proċedura kompetittiva nnegozjata mhux koperta mill-Artikolu 124.

    Offerti għandhom jinfetħu u jiġu valutati minn kumitat ta’ valutazzjoni bil-kompetenza teknika u amministrattiva meħtieġa. Il-membri tal-kumitat ta’ valutazzjoni għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ imparzjalità.

    Jekk wara konsultazzjoni mal-fornituri, l-awtorità kontraenti tirċievi offerta waħda biss li tkun valida f’sens amministrattiv u tekniku, il-kuntratt jista’ jiġi aġġudikat sakemm ikunu ntlaħqu l-kriterji ta’ l-aġġudikazzjoni.

    ▼B

    3.  Kull offerta teknika u finanzjarja trid titpoġġa f'envelop wieħed u ssiġillat, hu nnifsu impoġġi f'pakkett jew envelop ieħor. L-envelop ta' ġewwa jrid ikollu:

    (a) l-indirizz fejn iridu jintbagħtu l-offerti kif muri fid-dokument ta' l-offerti;

    (b) ir-referenza għas-sejħa għall-offerti li qed twieġeb għaliha din l-offerta;

    (ċ) fejn jixraq, in-numri tal-lottijiet li qed tintefa' l-offerta għalihom;

    (d) il-frażi “M'għandux jinfetaħ qabel is-sessjoni tal-ftuħ ta' l-offerti”, fl-ilsien tad-dokumenti ta' l-offerta.

    Fil-post u l-ħin stabbiliti fid-dokumenti ta' l-offerti, l-offerti jifetħu fil-pubbliku mill-kumitat ta' evalwazzjoni. Fil-ftuħ pubbliku ta' l-offerti, l-ismijiet ta' min tefa' l-offerti, il-prezzijiet ikkwotati, il-provediment tal-garanzija meħtieġa għall-offerta u kull formalita oħra li l-awtorità ta' l-appalti tqis meħtieġ li xxandar.

    4.  Fil-każ ta' appalt ta' fornitura li ma jinvolvix servizz wara l-bejgħ, l-uniku kriterju għall-għoti jkun il-prezz.

    Meta l-proposti għas-servizz ta' wara l-bejgħ ikunu jgħoddu partikolarment, l-offerta li tagħti l-aħjar valur għall-prezzha tista' tintgħażel, b'konsidrazzjoni xierqa għall-kwalità tas-servizz offrut u l-prezz ikkwotat.

    Artikolu 244

    Proċeduri nnegozjati għal appalti ta' fornitura

    (L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.   ►M2  Kuntratti ta’ forniment jistgħu jiġu aġġudikati permezz ta’ proċedura nnegozjata b’offerta waħda biss fil-każijiet li ġejjin: ◄

    (a) meta għal raġunijiet ta' urġenza estrema maħluqa minn eventi li l-awtoritajiet ta' l-appalti ma setgħux raw minn qabel u li mhux minħabba fihom, il-limitu ta' żmien għall-proċeduri msemmi fil-punti (a), (b) u (ċ) ta' l-Artikolu 91(1) tar-Regolament Finanzjarju ma jistax jinżamm;

    (b) meta meħtieġ min-natura jew karatteristiċi partikolari tal-provvisti, per eżempju, fejn il-kuntratt jista' jsir biss minn min għandu l-brevetti jew liċenzji li juża l-brevetti;

    (ċ) għal iktar konsinni tal-fornitur oriġinali maħsubin bħala bdil parzjali ta' provvisti normali jew installazzjonijiet jew bħala estensjoni ta' provvisti installazzjonijiet li diġa hemm, meta bidla ta' fornitur iġġiegħel lill-awtorità ta' l-appalti tikseb tagħmir b'karatteristiċi tekniċi li jwaslu għal inkompatibbilità jew diffikultajiet tekniċi kbar fit-tħaddim u l-manutenzjoni;

    (d) meta l-proċedura ta' l-appalti ma tkunx irnexxiet, jiġifieri, meta ma tkun intlaqgħet l-ebda offerta siewja kemm finanzjarjament kif ukoll teknikament. F'dak il-każ, wara li titħassar il-proċedura għall-offerti, l-awtorità ta' l-appalti tista' tinnegozja ma' wieħed minn dawk li tefgħu l-offerti jew iktar, milli tkun għażlet hi fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm it-termini oriġinali ta' l-appalt ma jinbidlux sostanzjalment;

    ▼M2

    (e) fejn wara żewġ tentattivi l-proċedura għall-offerti kompetittiva nnegozjata tkun mingħajr suċċess, jiġifieri, fejn l-ebda offerta valida f’sens amministrattiv u tekniku jew fejn ma tkunx waslet l-ebda offerta siewja f'sens kwalitattiv u/jew finanzjarju, f’liema każ, wara li l-proċedura kompetittiva nnegozjata tkun tħassret, l-awtorità kontraenti tista’ tinnegozja ma’ appaltatur wieħed jew aktar ta’ l-għażla tagħha, minn fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm it-termini oriġinali tal-kuntratt ma jkunux inbidlu sostanzjalment;

    ▼M3

    (f) Għal kuntratti ddikjarati bħala sigrieti, jew għal kuntratti li t-twettiq tagħhom irid ikun akkumpanjat minn miżuri speċjali ta’ sigurtà jew meta l-ħarsien ta’ l-interessi essenzjali ta’ l-Unjoni Ewropea jew il-pajjiż benefiċjarju jitlob dan;

    (g) għal kuntratti fir-rigward ta’ provvisti kkwotati u mixtrija f'suq tal-prodotti;

    (h) għal kuntratti fir-rigward ta’ xiri b’termini partikolarment vantaġġjużi, jew mingħand fornitur li jkun se jtemm l-attivitajiet tan-negozju tieghu b’mod definit, jew ir-riċevituri jew il-likwidaturi ta’ falliment, ftehim mal-kredituri, jew proċedura simili skond il-liġi nazzjonali.

    ▼M2

    Fejn il-Kummissjoni ma tkunx l-awtorità kontraenti, l-użu tal-proċedura nnegozjata hi soġġetta għall-kunsens minn qabel ta' l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

    ▼B

    2.  Għall-iskopijiet ta' punt (a) tal-paragrafu 1, il-ħidmiet li jsiru f'sitwazzjonijiet ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 168(2) jitqiesu li jissodisfaw il-prova ta' urġenza estrema. L-uffiċċjal b'delegazzjoni li jawtorizza, fejn jixraq flimkien ma' l-uffiċċjali bid-delegazzjoni li jawtorizzaw ikkonċernati, jistabbilixxu li teżisti sitwazzjoni ta' urġenza estrema u jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu regolarment b'konsiderazzjoni għall-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba.

    Artikolu 245

    Limiti u proċeduri għall-għoti ta' appalti ta' xogħlijiet

    (L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Il-limiti u l-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju ikunu kif ġej għal appalti ta' xogħlijiet:

    ▼M2

    (a) għal kuntratti b’valur ta’ EUR 5 000 000 jew aktar:

    (i) stedina miftuħa internazzjonali għall-offerti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 122(2) u l-punt (a) ta’ l-Artikolu 240 (2);

    (ii) eċċezzjonalment, minħabba fil-karatteristiċi ta’ ċerti xogħlijiet u wara l-qbil ta’ l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jekk il-Kummissjoni mhix l-awtorità kontraenti, sejħa internazzjonali ristretta għall-offerti fit-tifsira ta' l-Artikolu 122(2) u punt (a) ta' l-Artikolu 240(2).

    (b) għal kuntratti b’valur ta’ EUR 300 000 jew aktar iżda anqas minn EUR 5 000 000: sejħa miftuħa lokali għall-offerti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 122(2) u punt (b) ta’ l-Artikolu 240(2);

    ▼B

    (ċ) għal appalti li jiswew inqas minn EUR 300 000: proċedura nnegozjata kompetittiva fis-sens tal-paragrafu 2;

    ▼M3

    Kuntratti b’valur ta’ anqas minn EUR 10 000 jistgħu jingħataw fuq bażi ta' offerta waħda.

    ▼M2

    2.  Taħt il-proċedura msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, l-awtorità kontraenti għandha tfassal lista ta' mill-anqas tliet kuntratturi ta' l-għażla tagħha. Il-proċedura tinvolvi offerti kompetittivi, mingħajr ma jkun ippubblikat avviż u tissejjaħ proċedura kompetittiva nnegozjata mhux koperta mill-Artikolu 124.

    Offerti għandhom jinfetħu u jiġu valutati minn kumitat ta’ valutazzjoni bil-kompetenza teknika u amministrattiva meħtieġa. Il-membri tal-kumitat ta’ valutazzjoni għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ imparzjalità.

    Jekk wara konsultazzjoni mal-kuntratturi, l-awtorità kontraenti tirċievi offerta waħda biss li tkun valida f’sens amministrattiv u tekniku, il-kuntratt jista’ jiġi aġġudikat sakemm ikunu ntlaħqu l-kriterji ta’ l-aġġudikazzjoni.

    ▼B

    3.  Il-kriterji ta' l-għażla jridu jinkludu l-ħila ta' min jitfa' l-offerta li jagħmel appalti simili, b'mod partikolari b'referenza għal xogħlijiet li saru fi snin riċenti. Meta l-għażla ssir b'dan il-mod u minħabba li offerti inammissibbli jkunu diga sfaw eliminati, l-uniku kriterju ta' għażla jkun il-prezz.

    4.  Kull offerta teknika u finanzjarja trid titpoġġa f'envelop wieħed u ssiġillat, hu nnifsu impoġġi f'pakkett jew envelop ieħor. L-envelop ta' ġewwa jrid ikollu:

    (a) l-indirizz fejn iridu jintbagħtu l-offerti kif muri fid-dokument ta' l-offerti;

    (b) ir-referenza għas-sejħa għall-offerti li qed twieġeb għaliha din l-offerta;

    (ċ) fejn jixraq, in-numri tal-lottijiet li qed tintefa' l-offerta għalihom;

    (d) il-frażi “M'għandux jinfetaħ qabel is-sessjoni tal-ftuħ ta' l-offerti”, fl-ilsien tad-dokumenti ta' l-offerta.

    L-offerti jinfetħu fil-pubbliku mill-kumitat ta' evalwazzjoni fil-post u l-ħin stabbiliti fid-dokumenti ta' l-offerti. Fil-ftuħ pubbliku ta' l-offerti, l-ismijiet ta' min tefa' l-offerti, il-prezzijiet ikkwotati, il-provediment tal-garanzija meħtieġa għall-offerta u kull formalita oħra li l-awtorità ta' l-appalti tqis meħtieġ li xxandar.

    Artikolu 246

    Użu tal-proċedura nnegozjata għal appalti ta' xogħlijiet

    (L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.   ►M2  Kuntratti tax-xogħol jistgħu jiġu aġġudikati permezz ta’ proċedura nnegozjata b’offerta waħda biss fil-każijiet li ġejjin: ◄

    (a) meta għal raġunijiet ta' urġenza estrema maħluqa minn eventi li l-awtoritajiet ta' l-appalti ma setgħux raw minn qabel u li mhux minħabba fihom, il-limitu ta' żmien għall-proċeduri msemmi fil-punti (a),(b) u (ċ) ta' l-Artikolu 91(1) tar-Regolament Finanzjarju ma jistax jinżamm;

    (b) għal xogħlijiet oħra mhux inklużi fl-appalt inizjali imma, li minħabba ċirkustanzi imprevvisti, saru meħtieġa biex isir ix-xogħol deskritt fihom, Bla ħsara għall-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 2;

    (ċ) meta l-proċedura ta' l-appalti ma tkunx irnexxiet, jiġifieri, meta ma tkun intlaqgħet l-ebda offerta siewja kemm finanzjarjament kif ukoll teknikament. F'każi hekk, wara li titħassar il-proċedura għall-offerti, l-awtorità ta' l-appalti tista' tinnegozja ma' wieħed minn dawk li tefgħu l-offerti jew iktar, milli tkun għażlet hi fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm it-termini oriġinali ta' l-appalt ma jinbidlux sostanzjalment;

    ▼M2

    (d) fejn wara żewġ tentattivi l-proċedura għall-offerti kompetittiva nnegozjata tkun mingħajr suċċess, jiġifieri fejn ma tkun waslet fejn l-ebda offerta valida f’sens amministrattiv u tekniku jew l-ebda offerta siewja f'sens kwalitattiv u/jew finanzjarju. F’dak il-każ, wara li l-proċedura kompetittiva nnegozjata tkun tħassret, l-awtorità kontraenti tista’ tinnegozja ma’ appaltatur wieħed jew aktar ta’ l-għażla tagħha, minn fost dawk li jkunu ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, sakemm it-termini oriġinali tal-kuntratt ma jitbiddlux sostanzjalment;

    ▼M3

    (e) Għal kuntratti ddikjarati bħala sigrieti, jew għal kuntratti li t-twettiq tagħhom irid ikun akkumpanjat minn miżuri speċjali ta’ sigurtà jew meta l-ħarsien ta’ l-interessi essenzjali ta’ l-Unjoni Ewropea jew il-pajjiż benefiċjarju jitlob dan.

    ▼B

    Għall-iskopijiet tal-punt (a) ta' l-ewwel sottoparagrafu, ħidmiet li jkunu saru f'sitwazzjonijiet ta' kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 168(2) jitqiesu li jissodisfaw il-prova ta' urġenza estrema. L-uffiċċjal bid-delegazzjoni li jawtorizza, fejn jixraq, flimkien ma' l-uffiċċjali bid-delegazzjoni li jawtorizzaw l-oħrajn, jistabbilixxi li teżisti sitwazzjoni ta' urġenza estrema u jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu regolarment rigward il-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba.

    ▼M2

    Fejn il-Kummissjoni ma tkunx l-awtorità kontraenti, l-użu tal-proċedura nnegozjata hi soġġetta għall-kunsens minn qabel ta' l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

    ▼B

    2.  Ix-xogħlijiet imsemmijin fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jingħata jingħata lill-appaltatur li diġa' jkun qed jagħmel ix-xogħol:

    (a) meta xogħlijiet hekk ma jistgħux jinfirdu teknikament jew ekonomikament mill-kuntratt ewlieni mingħajr inkonvenjent serju għall-awtorità ta' l-appalti;

    (b) meta xogħlijiet hekk, għalkemm jistgħu jinfirdu mill-prestazzjoni ta' l-appalt l-oriġinali, huma meħtieġa bil-fors biex dan jitlesta;

    (ċ) meta l-valur totali ta' l-appalti mogħtija għal xogħol ieħor mhux iktar minn 50 % tal-valur ta' l-appalt ewlieni.

    Artikolu 247

    Użu tal-proċedura nnegozjata għal appalti ta' bini

    (L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    Appalti ta' bini kif imsemmi fl-Artikolu 225 jistgħu jingħataw bi proċedura nnegozjata wara li saret tfittxija fis-suq lokali u wara li l-Kummissjoni tat il-qbil tagħha jekk hi ma tkunx l-awtorità ta' l-appalti.

    Artikolu 248

    Għażla tal-proċedura ta' ksib għal appalti mħalltin

    (L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    Fil-każ ta' kuntratti li jinvolvu fornitura ta' servizzi u fornitura ta' provvisti jew li jridu jsiru xi xogħlijiet, l-awtorità ta' l-appalti, wara li l-Kummissjoni tagħti l-qbil tagħha sakemm ma tkunx l-awtorità ta' l-appalti, tiddetermina l-limiti u l-proċeduri li jgħoddu b'refernza għall-aspett predominanti stmat fuq il-bażi ta' valur relattiv u xi jfissru l-komponenti diversi fit-tħaddim ta' l-appalt.

    Artikolu 249

    Dokumenti ta' l-offerti

    (L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Id-dokumenti ta' l-offerti msemmijin fl-Artikolu 130 isiru fuq il-bażi ta' l-aħjar prattika internazzjonali u skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu rigward irreklamar u kuntatti bejn l-awtorità ta' l-appalti u min jitfa' l-offerti.

    2.  Għal appalti ta' servizzi, l-iskeda ta' l-offerta jrid ikollha dawn id-dokumenti:

    (a) istruzzjonijiet għal min jitfa' l-offerti, li jrid ikollhom:

    (i) it-tip ta'appalt;

    (ii) il-kriterji għall-għoti u kemm huma importanti

    (iii) il-possibbilta ta' intervisti u meta jsiru;

    (iv) jekk humiex permessi varjanti;

    (v) kemm mix-xogħol jista' jitgħadda lil ħaddieħor;

    (vi) l-ogħla budget li hemm għall-appalt;

    (vii) il-munita ta' l-offerti;

    (b) lista ta' l-appaltaturi li ntgħażlu mill-appaltaturi kollha (fejn tissemma' l-projbizzjoni għall-assoċjazzjoni);

    (ċ) kondizzjonijiet ġenerali għal appalti ta' servizzi;

    (d) kondizzjonijiet speċifiċi li jsaħħu, jissuplimentaw jew inaqqsu mill-kondizzjonijiet ġenerali;

    (e) termini ta' referenza li jindikaw iż-żmien kif għandu jitqassam il-proġett u d-dati meta l-esperti prinċipali jridu jkunu disponibbli;

    (f) skeda tal-prezzijiet (irid jimliha min qed jitfa' l-offerta);

    (g) formola ta' l-offerta;

    (h) formola ta' l-appalt;

    (i) formoli għall-garanziji bankarji (jew bħalhom) biex jitħallas il-finanzjament minn qabel.

    3.  Għal appalti ta' fornitura, l-iskeda ta' l-offerta jrid ikollha id-dokumenti li ġejjin:

    (a) istruzzjonijiet għal min jitfa' l-offerti, li jrid ikollhom:

    (i) il-kriterji ta' l-għażla u ta' l-għoti;

    (ii) jekk humiex permessi varjanti;

    (iii) il-munita ta' l-offerti;

    (b) kondizzjonijiet ġenerali għal appalti ta' fornitura;

    (ċ) kondizzjonijiet speċifiċi li jsaħħu, jissuplimentaw jew inaqqsu mill-kondizzjonijiet ġenerali;

    (d) annessi tekniċi li jkun fihom pjanijiet, speċifikazzjonijiet tekniċi u kif inhu ppjanat li jsir l-appalt;

    (e) skeda tal-prezzijiet (irid jimliha min qed jitfa' l-offerta);

    (f) formola ta' l-offerta;

    (g) formola għall-appalt;

    (h) formoli tal-garanziji tal-bank (jew bħalhom) għal:

    (i) l-offerta;

    (ii) il-ħlas bil-quddiem, u

    (iii) prestazzjoni kif suppost

    4.  Għal appalti ta' xogħlijiet, l-iskeda ta' l-offerta jrid ikun fiha d-dokumenti li ġejjin:

    (a) struzzjonijiet għal min jitfa' l-offerti, li jrid ikollhom:

    (i) il-kriterji ta' l-għażla u ta' l-għoti;

    (ii) jekk humiex permessi varjanti; u

    (iii) il-munita ta' l-offerti;

    (b) kondizzjonijiet ġenerali għal appalti ta' xogħlijiet;

    (ċ) kondizzjonijiet speċifiċi li jsaħħu, jissuplimentaw jew inaqqsu mill-kondizzjonijiet ġenerali;

    (d) annessi tekniċi li jkun fihom pjanijiet, speċifikazzjonijiet tekniċi u kif inhu ppjanat li jsir l-appalt;

    (e) skeda ta' prezzijiet (jimliha min qed jitfa' l-offerta) u kif huma mqassmin il-prezzijiet;

    (f) il-formola ta' l-offerta;

    (g) il-formola ta' l-appalt;

    (h) formoli tal-garanziji tal-bank (jew bħalhom) għal:

    (i) l-offerta;

    (ii) il-ħlas bil-quddiem;

    (iii) prestazzjoni kif suppost.

    5.  Fil-każ ta' kontradizzjoni, il-kondizzjonijiet imsemmijin fil-punt (d) tal-paragrafu 2, punt (ċ) tal-paragrafu 3 u punt (ċ) tal-paragrafu 4 jirbħu lill-kondizzjonijiet ġenerali.

    Artikolu 250

    Garanziji

    (L-Artikoli 102 u 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Permezz tad-deroga mill-Artikolu 150, garanziji bil-quddiem iridu jkunu bl-ewro jew bil-munita ta' l-appalt li qed ikopru.

    2.  L-awtorità ta' l-appalti tista' titlob garanzija għall-offerta, fis-sens ta' dan il-Kapitolu, li tkun tirrapreżenta minn 1 % sa 2 % tal-valur totali ta' l-appalt għal fornitura u appalti ta' xogħlijiet; ikun jaqbel mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 150. Tinħall meta jingħata l-appalt. Tinżamm meta offerta li ssir sad-data ta' l-għeluq tkun irtirata sussegwentement.

    ▼M2

    3.  Fejn il-prefinanzjament jeċċedi EUR 150 000 għandha tkun meħtieġa garanzija. Madankollu, fejn il-kuntrattur tkun entità pubblika, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, skond il-valutazzjoni tiegħu tar-riskju, iwarrab dak l-obbligu.

    Il-garanzija tinħall kif u meta l-finanzjament minn qabel jitnaqqas mill-pagamenti temporanji jew ħlas ta' bilanċi lill-kuntrattur skond it-termini tal-kuntratt.

    4.  Garanzija ta’ eżekuzzjoni tista’ tkun meħtieġa mill-awtorità kontraenti għal ammont ipprovdut fil-fajl ta’ l-offerta u li jikkorrispondi l-aktar għal bejn 5 u 10 % tal-valur totali tal-kuntratt. Din il-garanzija għandha tkun determinata fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi bħat-tip u l-valur tal-kuntratt.

    Madankollu, garanzija ta’ l-eżekuzzjoni għandha tkun meħtieġa fejn jinqabżu l-limiti li ġejjin:

    (i) EUR 345 000 għal kuntratti ta' xogħlijiet,

    (ii) EUR 150 000 għal kuntratti ta' xogħlijiet.

    Il-garanzija għandha tibqa’ valida almenu sa' l-aċċettazzjoni finali tal-provvisti u x-xogħlijiet. Jekk il-kuntratt ma jiġix eżegwit kif jixraq, il-garanzija għandha tinżamm fit-totalità tagħha.

    ▼B

    Artikolu 251

    Limiti ta' żmien għall-proċeduri

    (L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  L-offerti jridu jkunu għand l-awtorità ta' l-appalti fl-indirizz mogħti fl-istedina għall-offeri u mhux iktar tard mid-data u l-ħin murija fuq l-istess dokument. Il-limitu ta' żmien biex jintlaqgħu l-offerti u talbiet għall-parteċipazzjoni, preskritti mill-awtoritajiet ta' l-appalti, jkunu twal biżżejjed biex il-partijiet interessati jkollhom żmien raġonevoli u xieraq biex iħejju u jitfgħu l-offerti tagħhom.

    Għal appalti ta' servizzi, iż-żmien minimu bejn id-data li tintbagħat l-istedina biex isiru l-offerti u d-data finali li fiha jintlaqgħu l-offerti irid ikun ta' ħamsin jum. Madankollu, f'każi urġenti u bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, jistgħu ikunu awtorizzati limiti ta' żmien oħrajn.

    2.  Dawk li jitfgħu l-offerti jistgħu jagħmlu mistoqsijiet bil-miktub sa wieħed u għoxrin jum qabel id-data ta' l-għeluq biex jintlaqgħu l-offerti. L-awtorità ta' l-appalti trid tagħti t-tweġibiet sa ħdax-il jum qabel id-data ta' l-għeluq biex jintbagħtu l-offerti.

    3.  Fi proċeduri internazzjonali ristretti, il-limitu għaż-żmien biex jintlaqgħu l-offerti ma jkunx inqas minn tletin jum mid-data li jkun ippubblikat fiha l-avviż ta' l-appalt. Il-perjodu bejn id-data li fiha ntbagħtet l-istedina u d-data finali biex jintlaqgħu l-offerti ma jkunx inqas minn ħamsin jum. Madankollu, f'xi każi eċċezzjonali u bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, jistgħu ikunu awtorizzati limiti ta' żmien oħrajn.

    4.  Fi proċeduri internazzjonali miftuħin, il-limiti ta' żmien biex jintlaqgħu l-offerti, li jibda mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta' l-appalt, ikun mill-inqas:

    (a) 90 jum għal appalti ta' xogħlijiet,

    (b) 60 jum għal appalti ta' fornitura.

    Madankollu, f'xi każi eċċezzjonali u bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, jistgħu ikunu awtorizzati limiti ta' żmien oħrajn.

    5.  Fi proċeduri lokali miftuħin, il-limiti ta' żmien biex jintlaqgħu l-offerti, li jibda mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta' l-appalt, ikun mill-inqas:

    (a) 60 jum għal appalti ta' xogħlijiet;

    (b) 30 jum għal appalti ta' fornitura.

    Madankollu, f'xi każi eċċezzjonali u bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, jistgħu ikunu awtorizzati limiti ta' żmien oħrajn.

    6.  Għall-proċeduri kompetittivi nnegozjati msemmijin fil-punt (b) ta' l-Artikolu 241(1), punt (ċ) ta' l-Artikolu 243(1) u l-punt (ċ) ta' l-Artikolu 245(1), il-kandidati jingħataw mill-inqas tletin jum minn meta tintbagħat l-istedina għall-offerti biex jagħmlu l-offerti tagħhom.

    7.  Għal appalti ta' servizz, il-perjodu ta' validita' ta' l-offerti jkun disgħin ġurnata kalendarja mid-data ta' l-għeluq biex jintefgħu l-offerti. F'każi eċċezzjonali, qabel ma jiskadi ż-żmien ta' validita', l-awtorità ta' l-appalti tista' ssaqsi li dawk li jkunu tefgħu l-offerti biex itawwlu ż-żmien b'għadd speċifiku ta' ġranet sa mhux iktar minn erbgħin ġurnata kalendarja. Min tintagħżillu l-offerta irid iżomm il-validita' ta' l-offerta għal sittin ġurnata kalendarja oħra mid-data tan-notifika ta' l-għoti ta' l-appalt.

    8.  Għal appalti ta' fornitura, il-perjodu ta' validita' ta' l-offerti jkun disgħin ġurnata kalendarja mid-data ta' l-għeluq biex jintefgħu l-offerti. F'każi eċċezzjonali, qabel ma jiskadi l-perjodu tal-validita', l-awtorità ta' l-appalti tista' ssaqsi lil dawk li tefgħu l-offerti biex itawwlu ż-żmien b'għadd speċifiku ta' ġranet sa mhux iktar minn erbgħin ġurnata kalendarja. Min tintagħżillu l-offerta irid iżomm il-validita' ta' l-offerta għal sittin ġurnata kalendarja oħra mid-data tan-notifika ta' l-għoti ta' l-appalt.

    9.  Għal appalti ta' xogħlijiet, il-perjodu ta' validita' ta' l-offerti jrid ikun disgħin ġurnata mid-data ta' l-għeluq biex jintefgħu l-offerti. F'każi eċċezzjonali, qabel ma jiskadi l-perjodu tal-validita', l-awtorità ta' l-appalti tista' ssaqsi lil dawk li tefgħu l-offerti biex itawwlu ż-żmien b'għadd speċifiku ta' ġranet sa mhux iktar minn erbgħin ġurnata kalendarja. Min tintagħżillu l-offerta irid iżomm il-validita' ta' l-offerta għal sittin ġurnata kalendarja oħra mid-data tan-notifika ta' l-għoti ta' l-appalt.

    10.  Il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 sa 9 huma mogħtija fi ġranet kalendarji.

    Artikolu 252

    Kumitat ta' l-evalwazzjoni

    (L-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  It-talbiet kollha għall-parteċipazzjoni u l-offerti ddikjarati li jissodisfaw il-ħtiġiet ikunu evalwati u ggradati minn kumitat ta' evalwazzjoni skond il-kriterji ta' esklużjoni, għażla u għoti mħabbra minn qabel. Dan il-kumitat ikollu għadd ta' membri bil-fard, mill-inqas tlieta, bil-kompetenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex iqisu l-offerti.

    2.  Jekk il-Kummissjoni mhix l-awtorità ta' l-appalti, trid tkun informata sistematikament. Dejjem tkun mistiedna bħala osservatur għall-ftuħ u l-evalwazzjoni ta' l-offerti u tingħata kopja ta' kull wieħed minnhom. L-awtorità ta' l-appalti tibgħat ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-offerti u proposta għall-għoti ta' l-appalt, lill-Kummissjoni, biex ikun hemm il-qbil tagħha. Ladarba jintlaqa' dan il-qbil, tiffirma' l-kuntratti u tibgħathom lill-Kummissjoni.

    3.  L-offerti li ma jkunx fihom l-oġġetti l-essenzali kollha mitluba fid-dokumenti ta' l-offerta jew li ma jaqblux mal-ħtiġiet speċifiċi preskritti ikunu eliminati.

    ▼M2

    Madankollu, il-kumitat ta’ valutazzjoni jew l-awtorità kontraenti tista’ titlob lill-kandidati jew lill-appaltaturi sabiex jipprovdu materjal addizzjonali jew li jiċċaraw id-dokumenti ta’ prova sottomessi b’konnessjoni mal-kriterji ta' esklużjoni u ta’ selezzjoni, fil-limitu taż-żmien li jispeċifikaw u b'kunsiderazzjoni tal-prinċipju ta' trattament indaqs.

    ▼B

    4.  Fil-każ ta' offerti li jkunu abnormalment baxxi kif imsemmi fl-Artikolu 139, il-kumitat jitlob il-kjarifiki meħtieġa dwar kif inhi magħmula l-offerta.



    KAPITOLU 4

    Konċessjonijiet

    Artikolu 253

    Finanzjament sħiħ

    (L-Artikolu 169 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Permezz tad-deroga mill-ħtiġiet tal-finanzjament konġunt f'konessjoni ma' konċessjonijiet, msemmi fl-Artikolu 109 tar-Regolament Finanzjarju, il-finanzjament sħiħ ta' azzjoni jista' jkun awtorizzat fil-każi li ġejjin, ħlief meta dan ikun ipprojbit mill-att bażiku:

    (a) għajnuna umanitarja, inkluża għajnuna għar-refuġjati, persuni mneħħija minn arthom, riabilitazzjoni u tneħħija ta' mini;

    (b) għajnuna f'sitwazzjonijiet ta' kriżi fis-sens ta' l-Artikolu 168(2);

    (ċ) azzjonijet għall-ħarsien tas-saħħa jew drittijiet fundamentali tal-ġnus;

    (d) azzjonijiet ġejjin mill-implimentazzjoni ta' ftehim ta' finanzjament ma' pajjiżi terzi jew azzjonijiet ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fis-sens ta' l-Artikolu 43;

    ▼M3

    (e) fejn ikun fl-interessi tal-Komunità li tkun id-donatur uniku għal azzjoni, u b’mod partikolari sabiex tkun żgurata l-viżibilità ta’ azzjoni tal-Komunità.

    ▼B

    2.  Fil-każ ta' deroga mill-finanzjament konġunt, tingħata bażi għad-deċiżjoni ta' l-għoti rigward l-azzjoni mdaħħla, kif previst fil-Paragrafu 1.

    L-uffiċċjal li jawtorizza irid ikun jista' juri li finanzjament sħiħ hu meħtieġ biex issir l-azzjoni mdaħħla.

    ▼M3

    Madankollu, fil-każ tal-punt (e) tal-paragrafu 1, għandhom jingħataw raġunijiet fid-deċiżjoni ta' finanzjament tal-Kummissjoni.

    ▼B



    KAPITOLU 5

    Kontijiet ta' flus akkont u inventarji

    Artikolu 254

    Ħolqien ta' kontijiet ta' flus akkont

    (L-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju)

    Biex isir ħlas f'xi kategoriji ta' nfiq, jistgħu jinfetaħ kont ta' flus akkont, jew iktar minn wieħed, f'kull unit lokali ‘il barra mil-Komunità, skond l-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju. Unit lokali jista' jkun, per eżempju, delegazzjoni, uffiċċju jew fergħa tal-Komunità f'pajjiż terz.

    Id-deċiżjoni li tistabbilixxi kont tal-flus akkont tippreskrivi t-termini ta' kif titħaddem skond l-Artikolu 67 u skond il-ħtiġiet speċifiċi ta' kull unit lokali.

    Artikolu 255

    Persuni li jistgħu jamministraw il-kontijiet

    (L-Artikolu 62 tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull istituzzjoni tippreskrivi l-kondizzjonijiet li skondhom il-persunal awtorizzat, li tkun innominat hi stess, biex jamministraw il-kontijiet fil-units lokali msemmijin fl-Artikolu 254 ikunu jistgħu jikkomunikaw l-ismijiet u kampjuni ta' firem lill-istituzzjonijiet finanzjarji lokali.

    Artikolu 256

    Inventarju u rreklamar ta' bejgħ

    (L-Artikolu 138 tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Fil-każ tad-delegazzjonijiet, l-inventarji permanenti ta' proprjetà li tista' tinġarr tal-Komunitajiet jinżammu lokalment. Jintbagħtu regolarment lid-dipartimenti ċentrali skond ir-regoli addottati minn kull istituzzjoni.

    Proprjeta li tista' tinġarr li tkun sejra għand id-delegazzjonijiet titniżżel f'lista provviżorja qabel ma titniżżel fl-inventarji permanenti.

    2.  L-arranġamenti għall-irreklamar ta' bejgħ tal-proprjetà li tista' tinġarr tad-delegazzjonijiet isiru skond l-użanzi lokali.



    TITOLU IV

    (TITOLU V TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU)

    UFFIĊĊJI EWROPEJ

    Artikolu 257

    Skop

    (L-Artikolu 171 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uffiċċji msemmijin fl-Artikolu 171 tar-Regolament Finanzjarju huma kif ġej:

    (a) L-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċċjali;

    (b) L-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi;

    ▼M2

    (c) l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal u l-Iskola Amministrattiva Ewropea magħquda amministrattivament miegħu;

    ▼B

    (d) L-uffiċċju għall-Amministrazzjoni u Ħlas ta' Intitolamenti Individwali;

    (e) L-uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussel u l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fil-Lussemburgu.

    Istituzzjoni jew iktar jistgħu jiftħu uffiċċji oħrajn sakemm dan jista' jkun iġġustifikat bi studju ta' benefiċċju li jittieħed għall-prezzu u jiggarantixxi l-viżibbilta ta' l-azzjoni tal-Komunità.

    ▼M3

    Artikolu 258

    Delegazzjonijiet mill-istituzzjonijiet lil uffiċċji interistituzzjonali

    (l-Artikoli 171 u 174a tar-Regolament Finanzjarju)

    Kull istituzzjoni għandha tkun responsabbli għall-impenji baġitarji. L-Istituzzjonijiet jistgħu jiddelegaw lid-Direttur ta’ l-uffiċċju interistituzzjonali kkonċernat kull att sussegwenti, b’mod partikulari impenji legali, validazzjoni ta’ l-ispiża, awtorizzazzjoni ta’ pagamenti u implimentazzjoni ta’ dħul, u għandhom jistabbilixxu l-limiti u l-kundizzjonijiet għal din id-delega ta’ poteri.

    ▼M3

    Artikolu 258a

    Regoli Speċifiċi għall-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijet Uffiċjali

    (l-Artikoli 171 u 174a tar-Regolament Finanzjarju)

    Rigward l-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali (OPOCE), kull Istituzzjoni għandha tiddeċiedi dwar il-politika tagħha tal-pubblikazzjoni.

    Il-qligħ nett mil-bejgħ tal-pubblikazzjonijiet għandu jerġa' jintuża bħala dħul assenjat mill-istituzzjoni li tkun kitbet dawk il-pubblikazzjonijiet, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju.

    ▼B

    Artikolu 259

    Delegazzjoni mill-uffiċċjal tal-kontijiet ta' xi kompiti

    (L-Artikolu 172 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-uffiċċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni, fuq proposta mill-kumitat ta' treġija ta' l-Uffiċċju kkonċernat, jista' jiddelega xi kompiti minn tiegħu dwar ġbir ta' dħul u l-ħlas ta' nfiq li jsir direttament mill-Uffiċċju kkonċernat, lil xi membru tal-persunal ta' l-Uffiċċju.

    Artikolu 260

    Teżor - kontijiet bankarji

    (L-Artikolu 172 tar-Regolament Finanzjarju)

    Biex jintlaħqu l-ħtiġiet ta' uffiċċju bejn l-istituzzjonijiet, kontijiet bankarji jew ġiro f'uffiċċju postali jistgħu jinfetħu mill-Kummissjoni f'isimha, fuq proposta mill-kumitat ta' treġija.

    ▼M2 —————

    ▼B

    Il-pożizzjoni finali tal-flus għal kull sena tkun irrikonċiljata u rranġata bejn l-uffiċċju kkonċernat u l-Kummissjoni f'għeluq is-sena finanzjarja.

    ▼M3 —————

    ▼B



    TITOLU V

    (TITOLU VI TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU)

    APPROPJAZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI

    Artikolu 262

    Skop

    (L-Artikolu 177 tar-Regolament Finanzjarju)

    L-appropjazzjonijiet amministrattivi li jaqgħu taħt dan it-titolu huma dawk iddefiniti fl-Artikolu 27.

    ▼M2

    Impenji tal-baġit li jikkorrispondu għal approprjazzjonijiet amministrattivi ta' tip komuni għat-titoli kollha u li huma amministrati globalment jistgħu jiġu rreġistrati globalment fil-kontabilità tal-baġit wara l-klassifikazzjoni fil-qosor skond it-tip kif ipporvdut fl-Artikolu 27.

    In-nefqa korrispondenti għandha tiddaħħal għal-linji tal-baġit ta’ kull titolu skond l-istess distribuzzjoni bħal fil-każ ta’ l-approprjrazzjonijiet.

    ▼B

    Artikolu 263

    Bini

    (L-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju)

    Qabel jitlestew l-appalti msemmijin fl-Artikolu 179(3) tar-Regolament Finanzjarju, kull istituzzjoni trid tagħti kommunikazzjoni lill-awtorità tal-budget li jkun fiha t-tagħrif rilevanti kollu fuq il-ħidma ppjanata, kemm se tiswa lill-budget fis-sena finanzjarja kurrenti u għal snin li ġejjin, kemm hi ġġustifikata mill-prinċipju ta' treġija finanzjarja tajba u l-impatt li se jkollha fuq il-perspettiva finanzjarja.

    L-istituzzjoni kkonċernata fl-istess ħin tgħarraf lill-awtorità tal-budget dwar l-iskeda ta' proġetti ta' bini tagħha.

    Artikolu 264

    Garanzija għall-Kera

    (L-Artikolu 177 tar-Regolament Finanzjarju)

    Garanziji għall-kera li tagħti l-Kummissjoni jkunu garanziji bankarji jew depożitu fuq kont bankarju miżmum f'isem il-Kummissjoni u f'isem il-kerrej, bl-ewro, ħlief f'każi ssostanzjati sew.

    ▼M2

    Madankollu, fejn, għal tranżazzjonijiet f’pajjiżi terzi, m’huwiex possibbli li jintuża kwalunkwe wieħed minn dawn il-forom ta’ garanzija fuq il-kiri, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jaċċetta forom oħra sakemm dawk il-forom jassiguraw protezzjoni ekwivalenti ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet.

    ▼B

    Artikolu 265

    Avvanzi lil persunal u membri ta' l-istituzzjonijiet

    (L-Artikolu 177 tar-Regolament Finanzjarju)

    Avvanzi jistgħu jitħallsu, skond il-kondizzjonijiet preskritti fir-regolamenti tal-persunal, lil persunal u lill-membri tal-persunal.



    ▼M3

    TITOLU VI

    (TITOLU VII TAR-REGOLAMENT FINANZJARJU)

    ESPERTI

    Artikolu 265a

    Esperti esterni

    (Artikolu 179a tar-Regolament Finanzjarju)

    1.  Għal valuri ta’ anqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 158(1)(a), esperti esterni jistgħu jintgħażlu fuq il-bażi tal-proċedura deskritta fil-paragrafu 2 għal inkarigi li jinvolvu partikolarment l-evalwazzjoni ta’ proposti u l-għajnuna teknika.

    2.  Għandha tiġi ppubblikata sejħa għall-espressjoni ta’ interess b’mod partikolari fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea jew is-sit ta’ l-internet ta’ l-istituzzjoni sabiex tkun żgurata pubbliċità massima fost kandidati potenzjali u bil-għan li titwaqqaf lista ta’ esperti.

    Il-lista magħmula wara s-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess għandha tkun valida għal mhux aktar mit-tul tal-programm multi-annwali.

    Kull persuna interessata tista' tissottometti applikazzjoni f'kull ħin matul il-perjodu ta' validita' tal-lista, ħlief għall-aħħar tliet xhur ta' dak il-perjodu.

    3.  Applikanti esterni m’għandhomx jidhru fuq il-lista msemmija fil-paragrafu 2 jekk ikunu f’waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni msemmija fl-Artikolu 93 tar-Regolament Finanzjarju.

    4.  Esperti esterni li jidhru fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ l-abilità tagħhom li jwettqu l-inkarigi msemmija fil-paragrafu 1 u skond il-prinċipji ta’ non-diskriminazzjoni, trattament indaqs u assenza ta’ kunflitt ta’ interessi.

    ▼B



    IT-TIELET PARTI

    DISPOŻIZZJONIJIET TEMPORANJI U FINALI



    TITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI

    Artikolu 266

    Trasferiemnti ta' appropjazzjonijiet għal riċerka

    (L-Artikolu 160 tar-Regolament Finanzjarju)

    Għal azzjoni diretta jew indiretta fil-qasam tar-riċerka, msemmija fl-Artikolu 229(2) sa (5), il-proċedura għat-trasferiment ta' appropjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2003 tkun irregolata mill-ewwel u t-tieni paragrafi ta' l-Artikolu 95 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 ta' Diċembru 1977.

    Artikolu 267

    Likwidazzjoni tal-kont tal-garanzija

    1.  Il-kreditu tal-bilanċ tal-kont tal-garanzija miżmum fil-kontijiet ġenerali f'isem kull uffiċċjal tal-kontijiet jew assistent uffiċċjal tal-kontijiet u kkreditat bil-konċessjonijiet speċjali skond l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 Diċembru 1977 iridu jitħallsu lill-persuni kkonċernati jew lil dawk intitolati warajhom b'deċiżjoni ta' l-istituzzjonijiet, wara li jkunu nħallu għas-snin finanzjarji 2001 u 2002 skond il-fehma ta' l-uffiċċjal tal-kontijiet meta ma jkollux x'jaqsam personalment.

    2.  Il-kreditu tal-bilanċ tal-kont tal-garanzija miżmum fil-kontijiet ġenerali f'isem kull amministratur tal-flus akkont ikkreditat bil-konċessjonijiet speċjali skond l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju tal-21 Diċembru 1977 iridu jitħallsu lill-persuni kkonċernati jew lil dawk intitolati warajhom bil-qbil ta', u wara li jkunu vverifikaw, l-uffiċċjal tal-kontijiet u l-uffiċċjal li jawtorizza ikkonċernati.

    3.  Il-kont tal-garanzija jkun ikkreditat b'imgħax li jaqbel mal-medja annwali tar-rati mensili li l-Bank Ċentrali Ewropew japplika fl-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta' rifinanzjament, bl-ewro, kif ippubblikat fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej, sad-data tal-likwidazzjoni.

    Artikolu 268

    Qlib ta' rabtiet jew stimi ta' ammonti dovuti minn qabel l-1 ta' Jannar 2003 għall-ewro

    (L-Artikolu 16 tar-Regolament Finanzjarju)

    Ir-rabtiet tal-budget u l-istimi dovuti msemmijin fl-Artikolu 161(2) tar-Regolament Finanzjarju li saru qabel l-1 ta' Jannar f'munita li mhux l-ewro ikunu kkalkulati bl-ewro mhux iktar tard mill-1 ta' Ġunju 2003 bir-rata msemmija fl-Artikolu 7, li tgħodd fl-1 ta' Jannar 2003.

    ▼M3

    Artikolu 269

    Ġestjoni deċentralizzata ta' l-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni

    (Artikolu 53c tar-Regolament Finanzjarju)

    B'konnessjoni ma’ l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni msemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3906/89 ( 26 ) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 555/2000 ( 27 ), ir-regoli li jikkonċernaw kontrolli stabbiliti fl-Artikolu 35 m'għandhomx jaffettwaw il-ġestjoni deċentralizzata li tkun qed titħaddem diġà fil-pajjiżi kandidati kkonċernati.

    ▼M3

    Artikolu 269a

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    (Artikoli 83 u 95 tar-Regolament Finanzjarju)

    Emendi għall-Artikolu 106(5) għandhom japplikaw għal ħlasijiet dovuti sa mill-1 ta' Jannar 2008.

    L-Artikolu 134a għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

    ▼B



    TITOLU II

    DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 270

    Entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

    (L-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju)

    Entitajiet li tassew jirċievu konċessjonijiet li jitħallsu mill-budget tal-Komunità u li huma inklużi fil-lista magħmula mil-Kummissjoni u mehmuża ma' l-abbozz preliminari tal-budget għal kull sena finanzjarja jkunu suġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikoli 14(2), punt (3)(d) ta' l-Artikolu 46(1) u l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 271

    Aġġornament ta' limiti u ammonti

    ▼M3

    1.  Il-limiti u l-ammonti preskritti fl-Artikoli 54, 67, 119, 126, 128, 129, 130, 135, 151, 152, 164, 172, 173, 175b, 180, 181, 182, 226, 241, 243, 245 u 250 għandhom ikunu aġġornati kull tlett snin mal-movimenti ta' l-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur fil-Komunità.

    ▼M2

    2.  Il-limiti msemmijin fil-punt (b) ta' l-Artikolu 157 u fl-Artikolu 158(1) għall-appalti għandhom ikunu aġġustati kull sentejn skond l-Artikolu 78(1) tad-Direttiva 2004/18/KE.

    ▼B

    3.  Il-Kummissjoni, li tistabbilixxi l-ammonti u l-limiti l-ġodda skond l-iskeda u l-kriterji preskritti fil-paragrafi 1 u 2, jgħarrfu lill-istituzzjonijiet l-oħrajn u jippubblikaw dawk l-ammonti u l-limiti fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 272

    Tħassar

    Regolament (Euratom, KEFA, KE) Nru 3418/93 tħassar.

    Ir-riferenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala riferenza għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 273

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2003.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



    ( 1 ) ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.

    ( 2 ) ĠU L 315, 16.12.1993, p. 1.

    ( 3 ) ĠU L 228, 24.08.2001, p. 8.

    ( 4 ) ĠU L 130, 31.05.2000, p. 1.

    ( 5 ) ĠU L 200, 08.08.2000, p. 35.

    ( 6 ) ĠU L 209, 24.07.1992, p. 1.

    ( 7 ) ĠU L 199, 09.08.1993, p. 1.

    ( 8 ) ĠU L 199, 09.08.1993, p. 54.

    ( 9 ) ĠU L 285, 29.10.2001, p. 1.

    ( 10 ) SEC(1999) 1801.

    ( 11 ) ĠU L 209, 02.08.1997, p. 6.

    ( 12 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

    ( 13 ) ĠU L 134 tat-30.4.2004, p. 114.

    ( 14 ) ĠU L 340 tas-16.12.2002, p. 1.

    ( 15 ) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 48.

    ( 16 ) ĠU C 195, 25.6.1997, p. 1.

    ( 17 ) ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1.

    ( 18 ) ĠU L 166, 28.6.1991, p. 77.

    ( 19 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 3.

    ( 20 ) ĠU L 114, ta’ l-24.4.2001, p. 1.

    ( 21 ) ĠU L 13, tad-19.1.2000, p. 12.

    ( 22 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

    ( 23 ) ĠU L 163, 02.07.1996, p. 1.

    ( 24 ) ĠU L 57, 27.02.2001, p. 5.

    ( 25 ) ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

    ( 26 ) Emendi għall-Artikolu 106(5) għandhom japplikaw għal ħlasijiet dovuti sa mill-1 ta' Jannar 2008.

    ( 27 ) L-Artikolu 134a għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

    Top