EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02002D0741-20081219

Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ settembru 2002 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti ta’ l-eko-tikketta Komunitarja lil karta għall-ikkuppjar u karta grafika u li temenda d-Deċiżjoni 1999/554/KE (innotifikata taħt id-dokument numru C(2002) 3294) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2002/741/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/741/2008-12-19

2002D0741 — MT — 19.12.2008 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ settembru 2002

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti ta’ l-eko-tikketta Komunitarja lil karta għall-ikkuppjar u karta grafika u li temenda d-Deċiżjoni 1999/554/KE

(innotifikata taħt id-dokument numru C(2002) 3294)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/741/KE)

(ĠU L 237, 5.9.2002, p.6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Ġunju 2007

  L 173

29

3.7.2007

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1288/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008

  L 340

115

19.12.2008




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ settembru 2002

li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għoti ta’ l-eko-tikketta Komunitarja lil karta għall-ikkuppjar u karta grafika u li temenda d-Deċiżjoni 1999/554/KE

(innotifikata taħt id-dokument numru C(2002) 3294)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/741/KE)



IL- KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta ta’ l-għoti ta’ l-eko-tikketta Komunitarja ( 1 ), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Taħt ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 l-eko-tikketta tal-Komunità tista’ tingħata lil prodott li għandu karatteristiċi li jippermettulu li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal titjib in konnessjoni ma’ aspetti ambjentali importanti.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li kriterji speċifiċi dwar l-eko-tikketta għandhom ikunu stabbiliti skond il-gruppi ta’ prodott.

(3)

Huwa jipprovdi wkoll li r-reviżjoni tal-kriterji ta’ l-eko-tikketta, kif ukoll tar-rekwiżiti ta’ stima u verifikazzjoni konnessi mal-kriterji, għandha ssir fiż-żmien dovut qabel tmiem il-perjodu ta’ validità tal-kriterji speċifikati għal kull grupp ta’ prodott. Riżultat ta’ dik ir-reviżjoni għandu jkun proposta għal titwil, irtirar jew reviżjoni.

(4)

Huwa xieraq li jkunu riveduti l-kriterji ekoloġiċi li kienu stabbiliti b’Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/554/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li jistabbilixxu l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja ta’ l-eko-tikketta tal-Komunità lil karta għall-ikkuppjar ( 2 ) biex jirriflettu l-iżviluppi fis-suq. Fl-istess ħin, id-definizzjoni tal-grupp ta’ prodott għandha tkun immodifikata (tinbidel) biex tinkludi karta grafika.

(5)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ġdida għandha tkun addottata li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi speċifiċi għal dan il-grupp ta’ prodott, li jkunu validi għal perjodu ta’ ħames snin.

(6)

Huwa xieraq li, għal perjodu limitat ta’ mhux iktar minn 12-il xahar, kemm il-kriterji l-ġodda stabbiliti b’din id-Deċiżjoni u kemm il-kriterji stabbiliti bid-Deċiżjoni 1999/554/KE għandhom ikunu validi fl-istess żmien, biex jippermettu żmien suffiċjenti għal kumpaniji li ngħataw jew li applikaw għall-għotja ta’ l-eko-tikketta għall-prodotti tagħhom qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni li jaddattaw dawk il-prodotti biex jikkonformaw mal-kriterji l-ġodda.

(7)

Il-miżuri li din id-Deċiżjoni tipprovdi għalihom huma bbażati fuq l-abbozz ta’ kriterji żviluppati mill-Bord ta’ l-Unjonu Ewropea dwar l-Eko-Ttikkettjar stabbilit taħt l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000.

(8)

Il-miżuri li din id-Deċiżjoni tipprovdi għalihom huma skond l-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Biex tingħata l-eko-tikketta tal-Komunità taħt ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, karta għandha taqa’ ġol-grupp ta’ prodott “karta għall-ikkuppjar u karta grafika” kif iddefinit fl-Artikolu 2, u għandha tikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi ddikjarati fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.  Il-grupp ta’ prodott “karta għall-ikkuppjar u karta grafika” għandu jikkomprendi folji jew rollijiet ta’ karta mhix stampata li jintużaw għall-istampar jew ikkuppjar jew kitba jew disinn.

2.  Karta ta’ gazzetti, karta termikament sensittiva u karta mingħajr karbonju mhumiex inklużi fil-grupp ta’ prodott.

Artikolu 3

Għal għanijiet amministrattivi in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp ta’ prodott “karta għall-ikkuppjar u karta grafika” għandu jkun “011”.

Artikolu 4

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 1999/554/KE huwa ssostitwit b’li ġej:

“Artikolu 3

Id-definizzjoni tal-grupp ta’ prodott u l-kriterji ekoloġiċi speċifiċi għall-grupp ta’ prodott għandhom ikunu validi sal-31 ta’ Awissu 2003.”

▼M2

Artikolu 5

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘karta għall-ikkuppjar u karta grafika’, kif ukoll ir-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Mejju 2010.

▼B

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

QAFAS

L-għanijiet tal-kriterji

Dawn il-kriterji jimmiraw b’mod partikolari għal:

 it-tnaqqis ta’ tfigħ f’ilmijiet ta’ sustanzi tossiċi jew ewtrofiċi,

 it-tnaqqis ta’ ħsara jew riskji ambjentali konnessi ma’ l-użu ta’ enerġija (sħana globali, aċidifikazzjoni, tnaqqis ta’ ożonu, tnaqqis ta’ riżorsi li ma jiġġeddux) billi jitnaqqsu l-konsum ta’ enerġija u emissjonijiet fl-arja konnessi magħha,

 it-tnaqqis ta’ ħsara jew riskji ambjentali konnessi ma’ l-użu ta’ kimiċi perikolużi,

 l-applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ mmaneġġjar sostenibbli għall-protezzjoni ta’ foresti.

Il-kriterji huma stabbiliti f’livelli li jippromwovu l-ittikkettjar ta’ karta għall-ikkuppjar u karta grafika li għandhom impatt ambjentali iktar baxx.

Rekwiżiti għal stima u verifikazzjoni

Ir-rekwiżiti speċifiċi għal stima u verifikazzjoni huma indikati ġo kull kriterju.

Fejn l-applikant huwa rikjest jagħti dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analisi, rapportijiet ta’ testijiet, jew evidenza oħra biex juri konformità mal-kriterji, huwa mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew il-fornitur(i) tiegħu u/jew il-fornitur(i) tagħhom, eċċ., kif xieraq.

Fejn xieraq, metodi ta’ testijiet barra minn dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk l-ekwivalenza tagħhom hija aċċettata mill-korp kompetenti li jistima (jeżamina) l-applikazzjoni.

Fejn possibbli, ittestjar għandu jsir minn laboratorji akkreditati kif xieraq li jissodisfaw ir-rekwiżiti komplessivi espressi fl-istandard EN ISO 17025.

Fejn xieraq, korpi kompetenti jistgħu jeżiġu dokumentazzjoni ta’ sostenn u jistgħu jagħmlu verifiki indipendenti.

Huwa rrakkomandat li jqisu l-implimentazzjoni ta’ skemi kkonoxxuti ta’ mmaneġġjar ambjentali, bħal EMAS jew ISO 14001, meta jistmaw (jeżaminaw) il-konformita ta’ applikazzjonijiet u mmonitorjar mal-kriterji: (Nota:Mhuwiex rikjest li skemi ta’ mmaneġġjar bħal dawn (tali) ikunu implimentati).

KRITERJI

1.   Emissjonijiet fl-ilma u arja

(a)  COD, Kubrit (S), NOx: Għal kull parametru, l-emissjonijiet fl-arja u/jew ilma mill-polpa jew il-produzzjoni tal-karta għandha tkun espressa f’termini ta’ punti (PCOD, PS, PNOx) kif dettaljat hawn iktar ‘l isfel.

Ebda mill-punti individwali PCOD, PS, jew PNOx m’għandu jkun ta’ iktar minn 1,5.

In-numru totali ta’ punti (Ptotal = PCOD + PS + PNOx) m’għandux ikun ta’ iktar minn 3,0.

Il-kalkolu ta’ PCOD għandu jsir kif ġej (il-kalkoli ta’ PS u PNOx għandhom isiru eżattament fl-istess manjiera).

Kalkolu għal produzzjoni tal-polpa: Għal kull polpa użata, l-emissjonijiet COD konnessi (CODpolpa, espressa f’kg/tunnellata metrika ta’ arja niexfa - ADT), għandha tkun diviża bil-valur ta’ referenza għal dak it-tip ta’ polpa (referenzaCOD, polpa) mogħti fit-tabella hawn iktar ’l isfel. Dawn il-kwozjenti għandhom ikunu peżati skond il-proporzjoni ta’ kull polpa wżata (pi fir-rigward ta’ karta mniddija), u magħduda flimkien biex jagħtu n-numru ta’ punti għall-produzzjoni ta’ polpa(PCOD, polpa). Għalhekk:

COD, polpa = (pi× CODpolpa, i/CODreferenza, polpa)

Kalkolu għall-produzzjoni ta’ karta: In-numru ta’ punti għall-produzzjoni ta’ karta (PCOD, karta) għandu jkun ikkalkolat billi jkunu diviżi l-emissjonijiet konnessi COD (CODkarta) bil-valur ta’ referenza għal karta (CODreferenza, karta) mogħti fit-tabella hawn iktar ’l isfel. Għalhekk:

PCOD, karta = CODkarta/CODreferenza, karta

Kalkolu komplessiv ta’ punti PCOD: Valur komplessiv ta’ referenza għal polpa peżat fuq il-polpi differenti użati (CODpeżat referenza, polpa) għandu jkun ikkalkolat:

CODpeżat referenza, polpa = >ISO_7>Ó (>ISO_1>pi× CODreferenza, polpa)

Fl-aħħar, il-punti għal produzzjoni ta’ polpa u karta għandhom jingħaqdu biex jagħtu n-numru komplessiv ta’ punti (PCOD) kif ġej:

PCOD = PCOD, polpa × CODpeżat referenza, polpa/(CODpeżat referenza, polpa + CODreferenza, karta) +PCOD, karta × CODreferenza, karta/(CODpeżat referenza, polpa + CODreferenza, polpa)

Tabella ta’ valuri ta’ referenza għal emissjonijiet minn tipi differenti ta’ polpa u minn produzzjoni ta’ polpa



Grad ta’ polpa/karta

Emissjonijiet (kg/ADT)

CODreferenza

Sreferenza

NO referenz

Polpa kimika (kraft u l-oħrajn kollha ħlief sulfit)

18,0

0,6

1,6

Polpa kimika (sulfit)

25,0

0,6

1,6

CTMP

15,0

0,2

0,3

TMP/polpa ta’ njam mitħun

3,0

0,2

0,3

Fibra ta’ polpa rriċiklata

2,0

0,2

0,3

Karta (fabbriki mhux integrati fejn il-polpi kollha jinbiegħu polpi tas-suq)

1,0

0,3

0,8

Karta (fabbriki oħra)

1,0

0,3

0,7

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn konness li għandha tinkludi rapporti ta’ testijiet li jużaw il-metodi ta’ test li ġejjin: COD: ISO 6060; NOx: ISO 11564; S(oxid.): EPA nru.8; S(red.): EPA no 16A; S kontenut ta’ żejt: ISO 8754:1995; S kontenut ta’ faħam: ISO 351.

Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl u l-kalkolu tal-punti għal COD, S u NOx. Hija għandha tinkludi l-emissjonijiet kollha ta’ S u NOx li jiġru matul il-produzzjoni ta’ polpa u karta, inkluż fwar iġġenerat barra l-post tal-produzzjoni, ħlief dawk l-emissjonijiet konnessi mal-produzzjoni ta’ elettriċità. Kejlijiet (Qisien) għandhom jinkludu bajli ta’ rkupru, kalkari tal-ġir, bajli tal-fwar u fran għal qerda ta’ gassijiet jintnu ħafna. Emissjonijiet diffużi (li jixterrdu) għandhom jiqiesu. Valuri ta’ emissjonijiet irrapportati għal S fl-arja għandhom jinkludu kemm emissjonijiet ossidizzati u kemm imnaqqsa ta’ S (sulfid ta’ dimetil, merkaptan ta’ metil, sulfid ta’ idroġenu u simili). L-emissjonijiet S konnessi mal-ġenerazzjoni ta’ enerġija bi sħana taż-żejt, faħam u karburanti esterni oħra b’kontenut magħruf ta’ S jistgħu jkunu kkalkolati minflok imkejla (meqjusa), u għandhom jitqiesu (jittieħdu in konsiderazzjoni).

Kejlijiet (Qisien) ta’ emissjonijiet fl-ilma għandhom jittieħdu fuq kampjuni mhux filtrati u mhux qiegħda jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament minn impjant pubbliku ta’ trattament. Il-perjodu għall-kejlijiet (qisien) għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kejlijiet (qisien) għandhom ikunu bbażati għall-inqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli ta’ l-impjant. Il-kejl (qies) għandu jkun rappreżentattiv tal-kampnja rispettiva.

(b)  AOX: L-emissjonijiet AOX mill-produzzjoni ta’ kull polpa użata m’għandhom ikunu iktar minn 0,25 kg/ADT.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti rapporti ta’ testijiet billi juża l-metodu ta’ test li ġej: AOX ISO 9562 (1989). Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn għandha tinkludi indikazzjoni tal-frekwenza tal-kejl (qies). AOX għandu jkun imkejjel biss fi proċessi fejn komposti tal-kloru jintużaw għall-bleaching (tibjid) tal-polpa. AOX m’għandux għalfejn ikun imkejjel (meqjus) fl-effluent minn produzzjoni ta’ karta mhux integrata jew fl-effluent minn produzzjoni ta’ polpa mingħajr bleaching jew fejn il-bleaching huwa magħmul b’sustanzi bla kloru.

Kejlijiet (Qisien) għandhom jittieħdu fuq kampjuni mhux filtrati u mhux qiegħda jew wara trattament fl-impjant jew wara trattament b’impjant ta’ trattament pubbliku. Il-perjodu għall-kejlijiet (qisien) għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni ta’ matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ġdid jew impjant ta’ produzzjoni mibni mill-ġdid, il-kejlijiet (qisien) għandhom ikunu ibbażati fuq għall-inqas 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli ta’ l-impjant. Il-kejl (qies) għandu jkun rappreżentattiv għall-kampanja ripettiva.

(ċ)  CO 2: L-emissjonijiet ta’ dijossidu minn sorsi li ma jiġġeddux m’għandhomx ikunu ta’ iktar minn 1 000 kg kull tunnellata metrika ta’ karta prodotta, inklużi emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ elettriċità (kemm fil-post kemm barra l-post). Għal fabbriki mhux integrati (fejn il-polpi kollha użati huma polpi tas-suq mixtrija) l-emissjonijiet m’għandhomx ikunu ta’ iktar minn 1 100 kg kull tunnellata metrika. L-emissjonijiet għandhom ikunu kkalkolati bħala s-somma ta’ l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ polpa u karta.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn konnessa.

L-applikant għandu jagħti data ta’ l-emissjonijiet fl-arja tad-dijossidu karboniku. Dan għandu jinkludi s-sorsi kollha ta’ karburanti li ma jiġġeddux matul il-produzzjoni ta’ polpa u karta, inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni ta’ elettriċità (kemm fuq il-post kemm barra l-post).

Il-fatturi ta’ emissjonijiet li ġejjin għandom jintużaw fil-kalkolu ta’ l-emissjonijiet tas-CO

2

minn karburanti:



Faħam

CO2, emissjoni fossili

Unità

KK Karburant

95

g CO2, fossili/MJ

Żejt mhux maħdum (krud)

73

g CO2, fossili/MJ

Żejt għal fuel 1

74

g CO2, fossili/MJ

Żejt tal-fuel 2 5

77

g CO2, fossili/MJ

LPG

69

g CO2, fossili/MJ

Gass naturali

56

g CO2, fossili/MJ

Grid electricity

400

g CO2, fossili/KWh

Għal grid electricity, il-valur imsemmi fit-tabella hawn iktar ’il fuq (il-medja Ewropea) għandu jintuża sakemm l-applikant ma jippreżentax dokumentazzjoni li tistabbilixxi valur medju għall-fornitur(i) tiegħu ta’ elettriċità, f’liema każ l-applikant jista’ juża dan il-valur minflok il-valur imsemmi fit-tabella.

Il-perjodu għall-kalkoli jew bilanċji tal-massa għandhom ikunu bbażati fuq il-produzzjoni ta’ matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq għall-inqas 45 jum sussegwenti ta’ ħidma stabbli ta’ l-impjant. Il-kalkoli għandhom ikunu rappreżentattivi għall-kampanja rispettiva.

2.   Użu ta’ enerġija

(a) Elettriċità: Il-konsum ta’ elettriċità konnessa mal-produzzjoni ta’ polpa u karta għandha tkun espressa f’termini ta’ punti (PE) kif dettaljat hawn iktar ’l isfel.

In-numru ta’ punti, PE, għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 1,5.

Il-kalkolu ta’ PE għandu jsir kif ġej

Kalkolu għal produzzjoni ta’ polpa: Għal kull polpa i wżata, il-konsum ta’ elettriċita konness (Epolpa, i espressa f’kWh/ADT) għandu jkun ikkalkolat:

Epolpa, i = Elettriċità prodotta internament + elettriċità – elettriċità minbjugħa

Dan il-valur għandu jkun diviż bil-valur ta’ referenza għal dak it-tip ta’ polpa (Ereferenza, polpa) mogħti fit-tabella hawn taħt iktar ’l isfel. Dawn il-kwożjenti għandhom ikunu peżati skond il-proporzjoni ta’ kull polpa użata (pi fir-rigward ta’ karta mniddija) u magħduda flimkien biex jagħtu n-numru ta’ punti għall-konsum ta’ elettriċita wżata fil-produzzjoni ta’ polpa (PE, polpa). Għalhekk:

E, polpa = (pi × Epolpa, i/Ereferenza, polpa)

Kalkolu għal produzzjoni ta’ karta B’mod simili, il-konsum ta’ elettriċità konnes mal-produzzjoni ta’ karta (Ekarta) għandu jkun ikkalkolat bil-valur ta’ referenza għal dak it-tip ta’ karta (Ereferenza, karta) mogħti fit-tabella hawn iktar ’l isfel,:

Epaper = Elettriċita prodotta internament + elettriċità - elettriċità mibjugħa

PE, karta = Ekarta/Ereferenza, karta

Kalkolu komplessiv ta’ punti PE: Valur ta’ referenza peżata komplessiv għal polpa (referenza Epeżata, polpa), għandu jkun ikkalkolat kif ġej:

referenza Epeżata, polpa = (pi Ereferenza, polpa)

Fl-aħħar, il-punti għal produzzjoni ta’ polpa u karta għandhom jingħaqdu biex jagħtu n-numru komplessiv ta’ punti (PE) kif ġej:

E = PE, polpa referenza Epeżata, polpa/(Epeżat referenza, polpa + Ereferenza, karta) + PE, karta Ereferenza, karta/(Epeżat referenza, polpa + Ereferenza, karta)

(b) Karburanti (sħana): Il-konsum ta’ karburanti konnessi mal-produzzjoni ta’ polpa u karta għandu jkun espress f’termini ta’ punti (PF) kif dettaljat hawn iktar ‘l isfel.

In-numru ta’ punti, PF, għandu jkun inqas minn jew ugwali għal 1,5.

Il-kalkolu ta’ PF għandu jsir kif ġej.

Kalkolu għal produzzjoni ta’ polpa: Għal kull polpa i użata, il-konsum ta’ karburanti konness (Fpolpa, i espressa f’kWh/ADT) għandu jkun ikkalkolat:

Fpolpa, i = karburanti prodotti internament + - karburanti mixtrija - karburanti mibjugħa - 1,25 × elettriċita prodotta internament

Nota:

Fpolpa, i (u l-kontribuzzjoni tiegħu għal PF, polpa) m’għandux għalfejn ikun ikun ikkalkolat għal polpa mekkanika ħlief jekk hija polpa mekkanika fis-suq imnixxfa bl-arja li fiha għall-inqas 90 % materja niexfa.

Fpolpa, i għandu jkun diviż bil-valur ta’ referenza għat-tip rispettiv ta’ polpa (Freferenza, polpa) mogħti fit-tabella hawn iktar ’l isfel. Dawn il-kwożjenti għandhom ikunu peżati skond il-proporzjon ta’ kull polpa użata (pi fir-rigward ta’ polpa mniddija) u magħduda flimkien biex jagħtu n-numru ta’ punti għall-karburanti fil-produzzjoni tal-polpa (PF, polpa). Għalhekk:

Pf karta = Ó (pi × Fkarta, i/Friferenza, karta)

Kalkolu għal produzzjoni ta’ karta: B’mod simili il-konsum ta’ karburanti konness mal-produzzjoni ta’ karta (Fkarta, espress f’kWh/ADT), għandu jkun ikkalkolat kif ġej:

Fkarta = Karburanti prodotti internament + karburanti mixtrija - karburanti mibjugħa - 1,25 × elettriċità prodotta internament

PF, karta = Fkarta/Freferenza, karta

Kalkolu komplessiv ta’ punti PF: Valur ta’ referenza peżat komplessiv għal polpa (Freferenza peżata, polpa), għandu jkun ikkalkolat:

Freferenza peżata, polpa = (pi Freferenza, polpa)

Fl-aħħar, il-punti għal produzzjoni ta’ polpa u karta għandhom jingħaqdu biex jagħtu n-numru komplessiv ta’ punti (PF) kif ġej:

PF = PF, polpa × Freferenza peżata, polpa/(Freferenza peżata, polpa + Freferenza, karta) + PF, karta × Freferenza, karta/(Freferenza peżata, polpa + Freferenza, karta)

Tabella ta’ valuri ta’ referenza għal elettriċita u karburanti



Grad ta’ polpa

Karburanti kWh/ADT Freferenza

Elettriċità kWh/ADT Ereferenza

Polpa kimika

4 000

(

Nota:

għal polpa tas-suq imnixxfa bl-arja li fiha għall-inqas 90 % materja niexfa (admp), dan il-valur jista’ jogħla fil-grad b’25 % għat-tnixxif

)

800

Polpa mekkanika

900

(

Nota:

dan il-valur ikun applikabbli biss għal admp

)

2 500

Polpa ta’ fibra rriċiklata

1 800

(

Nota:

għal admp, dan il-valur jista’ jogħla fil-grad b’25 % għat-tnixxif

)

800



Grad ta’ karta

Karburanti kWh/

Elettriċità kWh/

Karta fina bla njam mhux miksija

Karta għal perjodiċi (SC)

1 800

600

Miksija

Karta fina bla njam

Karta miksija għal perjodiċi (LWC, MWC)

1 800

800

Stima u verifikazzjoni (kemm għal (a) u kemm għal (b): L-applikant għandu jagħti kalkoli dettaljati li juru konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad- dokumentazzjoni ta’ sostenn kollha konnessi. Id-dettalji rrapportati għandhom għalhekk jinkludu l-konsum totali ta’ elettriċita u karburanti.

L-applikant għandu jikkalkola l-inputs kollha ta’ enerġija, diviżi fi sħana/karburanti u elettriċità użati matul il-produzzjoni ta’ polpa u karta, inkluża l-enerġija wżata fit-tneħħija tal-linka fi skart ta’ karti għall-produzzjoni ta’ karta rriċiklata. Enerġija użata fit-trasport ta’ materji primi, kif ukoll konverżjoni u ppakkjar, mhix inkluża fil-kalkoli tal-konsum ta’ enerġija.

L-enerġija totali ta’ sħana tinkludi l-karburanti kollha mixtrija. Tinkludi wkoll l-enerġija ta’ sħana rkuprata minn liquors (likwidi, likuri) u skartijiet inċinerattivi minn proċessi fuq il-post (e.g. skart ta’ l-injam, serratura, liquors (likwidi, likuri) skart tal-karta, taqtigħ ta’ karta), kif ukoll sħana rkuprata mill-ġenerazzjoni interna ta’ elettriċità - b’danakollu, l-applikant jeħtieġ biss jgħodd 80 % ta’ l-enerġija ta’ sħana minn sorsi bħal dawn (tali) meta jikkalkola l-enerġija totali ta’ sħana.

Enerġija elettrika tfisser elettriċita importata netta ġejja minn grid u ġenerazzjoni interna ta’ qawwa elettrika. Elettriċità użata għal trattament ta’ skart ta’ ilma m’hemmx għalfejn tkun inkluża.

Fejn fwar huwa ġġenerat b’użu ta’ elettriċità bħala sors ta’ sħana, il-valur ta’ sħana tal-fwar għandu jkun ikkalkolat, imbagħad diviż b’0,8 u miżjud mat-total ta’ konsum.

3.   Fibri - immaneġġjar sostenibbli ta’ foresti

Fibri jistgħu jkunu fibri ta’ l-injam, jew fibri rriċiklati minn karta rkuprata, jew fibri oħra ta’ ċelluloża. Fibri minn karti mqatta’ minn fabbriki tal-karti m’għandhomx ikunu kkunsidrati bħala fibri rriċiklati.

Għall-inqas 10 % ta’ fibri ta’ njam verġni minn foresti għandu jiġi minn foresti li huma ċċertifikati bħala li humma mmaneġġjati biex jimplimentaw il-prinċipji u l-miżuri mmirati biex jiżguraw immaneġġjar sostenibbli ta’ foresti.

Il-fibri ta’ njam verġni minn foresti li jibqa’ għandhom jiġu minn foresti li huma mmaneġġjati biex jimplimentaw il-prinċipji u l-miżuri mmirati biex jiżguraw l-immaneġġjar sostenibbli ta’ foresti.

L-oriġini tal-fibri verġni kollha użati għandu jkun indikat.

Fl-Ewropa, il-prinċipji u l-miżuri li hemm referenza għalihom hawn iktar ’il fuq għandhom għall-inqas jikkorrispondu ma’ dawk tal-Linji ta’ Gwida Pan-Ewropej dwar Livell ta’ Ħidma għal Immaneġġjar Sostenibbli ta’ Foresti, kif approvati mill-Konferenza Ministerjali ta’ Lisbona dwar il-Protezzjoni ta’ Foresti fl-Ewropa (2 sa 4 ta’ Ġuinju 1998). Barra l-Ewropa huma għandhom għall-inqas jikkorrispondu mal-Prinċipji dwar Foresti ta’ l-UNCED (Rio de Janeiro, Ġunju 1992) u, fejn applikabbli, mal-kriterji jew linji ta’ gwida għall-immaneġġjar sostenibbli ta’ foresti kif addottati taħt l-inizzjattivi internazzjonali u reġjonali (ITTO, Proċess ta’ Montreal, Proċess ta’ Tarapoto, Inizjattiva ta’ UNEP/FAO Żona Niexfa ta’ l-Afrika).

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jindika t-tipi, kwantitajiet u oriġini taa’ fibri użati fil-produzzjoni tal-polpa u tal-karta. L-orġini ta’ fibri verġni għandha tkun indikata bi preċiżjoni suffiċjenti li tippermetti, fejn xieraq, li jsiru kontrolli li l-fibri verġni huma foresti mmaneġġjati b’mod sostenibbli. Fejn jintużaw fibri verġni minn foresti, l-applikant għandu jagħti ċertifikat(i) xierqa flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn li turi li l-iskema ta’ ċertifikazzjoni tistma b’mod korrett il-prinċipji u miżuri ta’ mmaneġġjar sostenibbli ta’ foresti msemmi hawn iktar ’il fuq. Għal dawk il-fibri verġni ta’ l-injam minn foresti li mhumiex iċċertifikati bħala li ġejjin minn foresti mmaneġġjati b’mod sostenibbli, l-applikant għandu jagħti d-dikjarazzjonijiet xierqa, karta (charter), kodiċi ta’ kondotta jew stqarrija, li jivverifikazzjoniw li r-rekwiżiti ta’ hawn iktar ’il fuq huma sodisfatti.

4.   Susutanzi kimiċi perikolużi

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jforni list ta’ prodotti kimiċi użati fil-produzzjoni ta’ polpa u karta, flimkien ma’ dokumentazzjoni xierqa (bħal MSDSs). Din il-lista għandha tinkludi l-kwantità, funzjoni u fornituri tal-kimiċi kollha tal-proċess użati.

(a)  Kloru: Gass tal-kloru m’għandux jintuża bżala aġent ta’ bleaching. Dan ir-rekwiżit m’għandux japplika għall-gass tal-kloru konness mal-produzzjoni u l-użu tad-diossidu tal-kloru.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni mill-produttur(i) tal-polpa li gass tal-kloru ma ntużax bħala aġent ta’ bleaching. Nota: filwaqt li dan ir-rekwiżit japplika wkoll għall-bleaching ta’ fibri rriċiklati, huwa aċċettat li l-fibri fiċ-ċiklu preċedenti ta’ ħajjithom setgħu kienu bleached bil-gass tal-kloru.

(b)  APEOs: Alkylphenol ethoxylates jew derivattivi oħra ta’ alkylphenol m’għandhomx jiżdiedu kimiċi ta’ tindif, kimiċi li jneħħu l-linka, aġenti li jimpedixxu r-ragħwa, dispersanti jew kisi (kisjiet). Derivattivi ta’ l-alkylphenol huma ddefiniti bħala sustanzi li wara degradazzjoni jipproduċu l-alkyl phenols.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni(jiet) mill-fornitur(i) tal-kimika tagħhom li alkylphenol ethoxylates jew derivattivi oħra ta’ l-alkylphenol ma żdiedux ma’ dawn il-prodotti.

(ċ)  Monomeri residwi: Il-kwantità totali ta’ monomeri residwi (eskluż acrylamide) li huma assenjati jew jistgħu jkunu assenjati xi waħda mill-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew għaqdiet, taħlitiet tagħhom):

R45 (jista’ jikkawża kanċer (kankru))

R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tintiret)

R49 (jista’ jikkawża kanċer (kankru) bin- (permezz tan-) nifs)

R50/53 (tossiku ħafna għal organiżmi akkwatiċi u jista’ jikkawża fit-tul effetti avversi fl-ambjent akkwatiku)

R51/53 (tossiku għal organiżmi akwatiċi u jista’ jikkawża fit-tul effetti avversi fl-ambjent akkwatiku)

R52/53 (ta’ ħsara għal organiżmi akwatiċi u jista’ jikkawża fit-tul effetti avversi fl-ambjent akkwatiku)

R60 (jista’ jħassar (ixellef, jagħmel ħsara) lill-fertilità))

R61 (jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf)

kif iddefinit fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regoli u disposizzjonijiet amministrattivi konnessi mal-klassifika, ippakkjar u ttikkettjar ta’ sustanzi perikolużi ( 3 ) u l-emendi sussegwenti tagħha, f’kisi, retention aids, fursetti (strengtheners), sustanzi li jbarru l-ilma jew kimiċi użati fi trattament intern jew estern ta’ l-ilma m’għandhomx ikunu ta’ iktar minn 100 ppm (ikkalkolat fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom).

Acrylamide m’għandux ikun preżenti f’kisi, retention aids, fursetti (strengtheners), sustanzi li jbarru l-ilma jew kimiċi użati fi trattament intern jew estern ta’ l-ilma f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 1 000 ppm (ikkalkolat fuq il-bażi tal-kontenut solidu tagħhom).

Il-korp kompetenti jista’ jeżenta lill-applikant minn dawn ir-rekwiżiti in konnessjoni ma’ kimiċi użati fi trattament intern jew estern ta’ l-ilma.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni ta’ konformita ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumentazzjoni xierqa (bħala MSDSs).

(d)  Surfactants fil-formuli għat-tneħħija tal-linka għal fibri mreġġgħin lura: Fejn surfactants jintużaw fi kwantitajiet ta’ lanqas ta’ 100 g/ADT (magħduda fuq is-surfactants kolha użati fil-formuli differenti kollha użati għat-tneħħija tal-linka fil-fibri mreġġgħin lura), kull surfactant għandu jkun bijodegradabbli fil-pront. Fejn surfactants jintużaw fi kwantitajiet ta’ inqas minn 100 g/ADT, kull surfactant għandu jkun jew bijodegradabbli fil-pront jew bijodegradibbli fl-aħħarnett (aħħarija) (ara metodu ta’ test u livelli ta’ pass hawn iktar ’l isfel).

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien mal-folji bid-data dwar is-sigurta tal-materjal relevanti jew rapporti ta’ testijiet għal kull surfactant li għandhom juru l-metodu ta’ test, il-limitu u konklużjoni ddikjarati, billi jintuża wieħed mill-metodi ta’ testijiet u livelli ta’ pass li ġejjin: għal bijodegradibilità fil-pront OECD 301 A-F (jew standards ISO ekwivalenti), b’perċentwal ta’ degradazzjoni fi 28 jum ta’ għall-inqas 70 % għal 301 A u E, u ta’ għall-inqas 60 % għal 301 B, C, D u F; għal bijodegradibilità fl-aħħarnett (aħħarija) OECD 302 A-C (jew standards ISO ekwivalenti), b’perċentwal ta’ degradazzjoni (inkluż assorbiment) fi 28 jum ta’ għall-inqas 70 % għal 302 A u B, u ta’ għall-inqas 60 % għal 302 C.

(e)  Bijoċidi: Il-komponenti attivi f’bijoċidi jew aġenti bijostatiċi użati biex joppponu organiżmi li jifformaw tajn (lgħab) f’sistemi ta’ ċirkolazzjoni ta’ l-ilma li fihom fibri m’għandhomx ikunu potenzjalment bijo-kumulattivi.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien mal-folji bid-data dwar is-sigurtà tal-materjal relevanti jew rapporti ta’ testijiet li għandhom juru l-metodu ta’ test, limitu u konklużjoni ddikjarati, billi jintużaw il-metodi ta’ testijiet li ġejjin: OECD 107, 117 jew 305 A-E.

(f)  Kuluri azo

: Ebda kuluri

azo

m’għandhom jintużaw li jistgħu jaqbdu ma’ xi ammini aromatiċi li ġejjin:



4-aminobifenill

(92-67-1)

benzidine

(92-87-5)

4-chloro-o-toluidine

(95-69-2)

2-naphthylamine

(91-59-8)

o-aminoazotoluene

(97-56-3)

2-amino-4 -nitrotoluene

(99-55-8)

4-chloroaniline

(106-47-8)

2,4-diaminoanisol

(615-05-4)

4,4_-diaminodiphenylmethane

(101-77-9)

3,3_-dichlorobenzidine

(91-94-1)

3,3_-dimethoxybenzidine

(119-90-4)

3,3_-dimethylbenzidine

(119-93-7)

3,3_-dimethyl-4,4_-diaminodiphenylmethane

(838-88-0)

p-cresidine

(120-71-8)

4,4_-methylene-bis-(2-choroaniline)

(101-14-4)

4,4_-oxydianiline

(101-80-4)

4,4_-thiodianiline

(139-65-1)

o-toluidine

(95-53-4)

2,4-diaminotoluene

(95-80-7)

2,4,5-trimethylaniline

(137-17-7)

o-anisidine

(90-04-0)

4-aminoazobenzene

(60-09-3)

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

(g)  Materjali (Sustanzi) għal kuluri: Ebda formula kummerċjali ta’ kuluri m’għandha tintuża fuq polpa jew karta li hija assenjata jew tista’ tkun assenjata fil-ħin ta’ l-applikazzjoni xi waħda mill-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew għaqdiet, taħlitiet tagħhom):

R50 (tossiċi ħafna għal organiżmi akwatiċi),

R51 (tossiċi għal organiżmi akwatiċi),

R52 (ta’ ħsara għal organiżmi akwatiċi),

R53 (jistgħu jikawżaw effetti avversi fit-tul fl-ambjent akwatiku),

skond id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regoli u disposizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri konnessi mal-klassifika, ippakkjar u ttikkettjar ta’ preparazzjonijiet perikolużi ( 4 ), u l-emendi sussegwenti.

Ebda formula kummerċjali ta’ kuluri m’għandha tintuża fuq kemm polpa kemm karta li fiha iktar minn total ta’ 2 % bil-piż ta’ sustanzi li huma assenjati jew jistgħu jkunu assenjati fil-ħin ta’ l-applikazzjoni xi waħda mill-frażijiet ta’ riskju ta’ hawn iktar ‘il fuq (jew għaqdiet, taħlitiet tagħhom) skond id-Direttiva 67/548/KEE u l-emendi sussegwenti tagħhom.

Dan il-kriterju ma japplikax għal formuli fejn il-klassifika hija biss dovuta għall-preżenza ta’ komponent(i) bi grad ta’ fixation ta’ mill-inqas ta’ 98 %. Il-grad ta’ fixation jittieħed bħala t-total ta’ retenzjoni ta’ kuluri fil-fibri fil-proċess.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn xierqa bħall-Folji bid-Data dwar Sigurtà tal-Materjal relevanti.

(h)  Materjali ta’ kumpless ta’ metall ta’ kuluri jew pigments: Kuluri jew pigments li huma bbażati fuq ċomb, ram, kromju, nikel jew aluminju m’għandhomx jintużaw. Kuluri jew pigments ta’ phthalocyanine tar-ram jistgħu, b’danakollu, jintużaw.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni ta’ konformità.

(i)  Impuritajiet joniċi f’materjal ta’ kuluri: Il-livelli ta’ impuritajiet joniċi fil-materjal ta’ kuluri użati m’għandhomx ikunu iktar minn li ġej: Ag 100 ppm; As 50 ppm; Ba 100 ppm; Cd 20 ppm; Co 500 ppm; Cr 100 ppm; Cu 250 ppm; Fe 2 500 ppm; Hg 4 ppm; Mn 1 000 ppm; Ni 200 ppm; Pb 100 ppm; Se 20 ppm; Sb 50 ppm; Sn 250 ppm; Zn 1 500 ppm.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dikjarazzjoni ta’ konformità.

5.   Immaneġġjar ta’ skart I

Il-postijiet kollha ta’ produzzjoni ta’ polpa u karta għandu jkollhom sistema għall-kontroll ta’ skart (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji relevanti tal-postijiet ta’ produzzjoni ta’ polpa u karta in kwestjoni) u prodotti residwi kkawżati mill-produzzjoni tal-prodott ta’ l-eko-tikketta. Is-sistema għandha tkun iddokumentata jew spjegata fl-applikazzjoni u għandha tinkludi informazzjoni għall-inqas dwar il-punti li ġejjin:

 proċeduri għal separazzjoni u użu ta’ materjali rriċiklati mill-kurrent ta’ skart,

 proċeduri għal rikupru ta’ materajli għal użijiet oħra, bħal inċinerazzjoni biex tiġġenera fwar jew sħana għall-proċess, jew użu agrikolu,

 proċeduri għall-kontroll ta’ skart perikoluż (kif iddefinit mill-awtoritajiet regolatorji relevanti tal-postijiet ta’ produzzjoni ta’ polpa u karta in kwestjoni).

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti deskrizzjoni ta’ l-immaneġġjar ta’ skart għall-postijiet ikkonċernati u dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

6.   Iffittjar għal użu

Il-prodott għandu jkun tajjeb għall-użu.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti dokumentazzjoni xierqa u/jew riżultati ta’ testijiet.

7.   Informazzjoni dwar l-ippakkjar

Il-prodott għandu jġib it-test li ġej (jew test ekwivalenti) dwar ippakkjar primarju u sekondarju: “Dan il-prodott jikkwalifika għall-Fjura għax jissodisfa r-rekwiżiti li, fost oħrajn, jillimitaw emissjonijiet fl-ilma (COD, AOX), fl-arja (S, NOX, CO2), u jillimita l-użu ta’ enerġija, karburanti fossili u sustanzi perikolużi..”“Għal iktar informazzjoni dwar il-Fjura, jekk jogħġbok żur il-web-site: http://europa.eu.int/ecolabel”“Jekk jogħġbok iġbor karta użata għal irriċiklar”. Barra dan, il-manifattur jista’ wkoll jagħti dikjarazzjoni li tindika l-perċentwal minimu tal-fibri rriċiklati.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti kampjun ta’ l-ippakkjar tal-prodott u ta’ l-informazzjoni fornita mal-prodott, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

8.   Informazzjoni li tidher fuq l-eko-tikketta

Il-kaxxa 2 ta’ l-eko-tikketta għandha jkollha t-test li ġej: “tniġġis baxx ta’ arja u ilma użu baxx ta’ enerġija sustanzi ta’ ħsara ristretti”.

Stima u verifikazzjoni: L-applikant għandu jagħti kampjun ta’ l-ippakkjar tal-prodott li juri t-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.



( 1 ) ĠU L 237, tal-21.09.00, pġ. 1.

( 2 ) ĠU L 210, ta’ l-10.08.99, pġ. 16.

( 3 ) ĠU C 196, tas-16.8.1967, pġ. 1.

( 4 ) ĠU L 200, tal-31.05.99, pġ. 1.

Top