EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02002A0430(03)-20110101

Consolidated text: Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport ta' Merkanzija u Passiġġieri permezz tal-Linji tal-Ferroviji u tat-Triq

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2002/309(3)/2011-01-01

2002A3430 — MT — 01.01.2011 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport ta' Merkanzija u Passiġġieri permezz tal-Linji tal-Ferroviji u tat-Triq

(ĠU L 114, 30.4.2002, p.91)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

DECISION No 2/2004 OF THE COMMUNITY/SWITZERLAND INLAND TRANSPORT COMMITTEE of 22 June 2004 (*)

  L 75

60

22.3.2005

 M2

DEĊIŻJONI Nru 1/2009 TAL- KOMUNITÀ/L-IŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT INTERN tas-16 ta’ Ġunju 2009

  L 273

15

17.10.2009

►M3

DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KOMUNITÀ/KUMITAT TAL-ISVIZZERA DWAR IT-TRASPORT INTERN tat-22 ta’ Diċembru 2010

  L 19

34

22.1.2011



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

FTEHIM

bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport ta' Merkanzija u Passiġġieri permezz tal-Linji tal-Ferroviji u tat-Triq



IL-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Isvizzera”, minn naħa waħda,

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “il-Komunità”, min-naħa l-oħra,

flimkien minn issa 'l quddiem imsejħa “il-Partijiet Kontraenti”,

KONXJI mill-interess reċiproku tal-Partijiet Kontraenti fil-promozzjoni tal-koperazzjoni u l-kummerċ, b'mod partikolari billi jagħtu aċċess lil xulxin għas-suq tat-trasport, kif ipprovdut taħt l-Artikolu 13 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bil-Linji tal-Ferroviji u bit-Triq fit-2 ta' Mejju 1992, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Ftehim ta' l-1992,

WAQT LI JIXTIEQU li jiżviluppaw il-politika kordinata tat-trasport immirata biex tinkoraġġixxi l-użu tal-mezzi li jġorru l-passiġġieri u l-merkanzija li huma aktar tajbin ambjentalment bl-iskop li jgħaqqdu l-ħarsien ambjentali ma' l-effiċjenza tas-sistemi tat-trasport, l-aktar fir-reġjun ta' l-Alpi,

WAQT LI JIXTIEQU li jiżguraw kompetizzjoni b'saħħitha fost il-mezzi varji tat-trasport u billi dawn il-mezzi tat-trasport għandhom ikopru l-ispejjeż li jidħlu fihom,

KONXJI mill-bżonn li jiżguraw konsistenza bejn il-politika Svizzera tat-trasport u l-prinċipji ġenerali taħt il-politika tal-Komunità tat-trasport, b'mod partikolari fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni ta' qafas leġislattiv u regolatorju kordinat,

FTEHMU KIF ĠEJ:



TITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Prinċipji ġenerali u għanijiet

1.  Dan il-Ftehim bejn il-Komunità u l-Isvizzera huma mmirat, minn naħa waħda, biex jilliberalizza l-aċċess mill-Partijiet Kontraenti għas-suq tat-trasport ta' xulxin għat-trasport ta' passiġġieri u merkanzija bit-triq jew bil-ferrovija b'tali mod li jiżgura amministrazzjoni aktar effiċjenti tat-traffiku li jużaw toroq li minn bażi teknika, ġeografika u ekonomika, huma l-aħjar għall-mezzi kollha tat-trasport koperti minn dan il-Ftehim u, min-naħa l-oħra, biex jibni l-bażi għal politika kordinata tat-trasport.

2.  Id-disposizzjonijiet tal-Ftehim u l-applikazzjoni tagħhom huma bbażati fuq ir-reċiproċità u l-għażla libera tal-mezz tat-trasport.

3.  Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li ma jieħdux miżuri diskriminatorji meta japplikaw dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Skop

1.  Dan il-Ftehim għandu jgħodd għat-trasport miż-żewġ naħat tal-merkanzija u l-passiġġieri bit-triq bejn il-Partijiet Kontraenti, għal traffiku li jaqsam it-territorju tal-Partijiet, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim ta' l-1992 u suġġett għall-Artikolu 7(3), għat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u l-merkanzija fuq bażi triangolari u għall-kummerċ lokali Svizzeru.

2.  Dan il-Ftehim għandu jgħodd għat-trasport internazzjonali bil-ferrovija tal-passiġġieri u l-merkanzija u għat-trasport internazzjonali konġunt. M'għandux japplika għal impriżi tal-linji tal-ferrovija li l-attivitajiet tagħhom huma limitati biss għal operazzjonijiet ta' l-ibliet, madwar l-ibliet, jew reġjonali.

3.  Dan il-Ftehim għandu jgħodd għall-operazzjonijiet tat-trasport li jitwettqu mill-impriżi tat-trasport bit-triq jew minn impriżi tal-linji tal-ferrovija stabbiliti f'waħda mill-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.  Trasport Bit-Triq

Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim:

 “l-impieġ ta' operatur tal-ġarr bit-triq” ifisser l-attività ta' kull impriża li ġġorr il-merkanzija għall-kiri jew rigal jew permezz ta' vettura bil-mutur jew tagħqid ta' vetturi,

 “l-impieġ ta' operatur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq” ifisser l-attività ta' kull impriża li taħdem, għall-kiri jew rigal, fit-trasport internazzjonali tal-passiġġieri permezz ta' coach jew karozza tal-linja,

 “impriża” tfisser kull persuna naturali, kull persuna legali, kemm jekk taħdem bi qligħ jew le, kull assoċjazzjoni jew grupp ta' persuni mingħajr personalità legali, kemm jekk bil-qligħ jew le, jew kull korp uffiċjali, kemm jekk għandu l-personalità legali tiegħu jew huwa dipendenti fuq awtorità li għandha t-tali personalità,

 “vettura” tfisser vettura bil-mutur irreġistrata fit-territorju tal-Parti Kontraenti jew tagħqid ta' vetturi li l-unit li jinġarr tagħhom huwa rreġistrat fit-territorju ta' Parti Kontraenti u maħsub esklussivament għat-trasport tal-merkanzija, jew kull vetturi bil-magna magħmula hekk u armata biex tkun tajba biex iġġorr aktar minn disa' persuni, inkluż ix-xufier, u maħsuba għal dak l-iskop,

 “trasport internazzjonali” ifisser vjaġġ imwettaq minn vettura, li l-punt tat-tluq tagħha qiegħed f'territorju ta' Parti Kontraenti waħda u d-destinazzjoni tiegħu qegħda fuq it-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra jew f'pajjiż terz, jew viċe versa, u l-moviment ta' vettura mhux mgħobbija dwar il-vjaġġ imsemmi qabel; jekk il-punt tat-tluq jew id-destinazzjoni tal-vjaġġ qiegħed f'pajjiż terz, it-trasport irid isir mill-vettura rreġistrata fil-Parti Kontraenti fejn qiegħed il-punt tat-tluq jew id-destinazzjoni tal-vjaġġ,

 “transitu” ifisser it-trasport tal-merkanzija jew passiġġieri (mingħajr tgħabbija jew ħatt) u l-moviment ta' vetturi mhux mgħobbija tul it-territorju ta' Parti Kontraenti,

 “kummerċ lokali Svizzeru” ifisser kull trasport ta' merkanzija għall-kiri jew rigal minn Stat Membru wieħed tal-Komunità lejn Stat Membru ieħor minn vettura rreġistrata fl-Isvizzera, kemm jekk, matul l-istess vjaġġ u bl-użu tar-rotta normali, il-vettura tgħaddi mill-Isvizzera, jew le,

 “operazzjonijiet ta' trasport triangolari li jinvolvu pajjiżi terzi” ifissru kull trasport ta' passiġġieri jew merkanzija minn territorju ta' Parti Kontraenti waħda għal pajjiż terz, u viċe versa, minn vettura rreġistrata fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra, kemm jekk, matul l-istess vjaġġ u bl-użu ta' l-istess rotta, il-vettura tgħaddi mill-pajjiż li hija rreġistrata fih, jew le,

 “awtorizzazzjoni” tfisser, l-awtorizzazzjoni, il-liċenza jew il-konċessjoni meħtieġa taħt il-leġislazzjoni tal-Parti Kontraenti.

2.  Trasport Bil-Linji Tal-Ferrovija

Għall-Iskopijiet Ta' Dan Il-Ftehim:

 “impriża tal-linji tal-ferroviji” tfisser kull impriża privata jew pubblika li l-kummerċ ewlieni tagħha huwa li tipprovdi servizzi tat-trasport bil-linji tal-ferrovija għal merkanzija u/jew passiġġieri bil-ħtieġa li l-impriża għandha tiżgura l-ġarr bil-ġbid; it-tali ġbid jista' jkun ipprovdut bl-użu ta' ħażna li ddur li m'hijiex il-proprjetà ta' l-impriża kkonċernata tal-linji tal-ferroviji u li tuża persunal li mhux impjegat direttament mill-impriża kkonċernata tal-linji tal-ferroviji,

 “gruppi internazzjonali” ifissru kull assoċjazzjoni ta' mill-anqas żewġ impriżi tal-linji tal-ferroviji stabbiliti fi Stati Membri differenti tal-Komunità, jew, fil-każ ta' waħda minnhom, fl-Isvizzera, bl-iskop li tipprovdi servizzi ta' trasport internazzjonali bejn il-Komunità u l-Isvizzera,

 “amministratur ta' l-infrastruttura” ifisser kull korp jew impriża pubblika responsabbli b'mod partikolari biex tistabbilixxi u żżomm l-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji, kif ukoll biex topera s-sistemi ta' kontroll u sigurtà,

 “liċenza” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti ta' Parti Kontraenti, li biha hija rikonoxxuta l-kapaċità tagħha bħala impriża tal-linji tal-ferroviji. Din il-kapaċità tista' tkun limitata għall-operazzjoni ta' tipi speċifiċi tas-servizzi tat-trasport,

 “awtorità tal-liċenzar” tfisser il-korp inkarigat minn kull Parti Kontraenti bil-ħruġ tal-liċenzi,

 “triq tal-ferrovija” tfisser il-kapaċità ta' l-infrastruttura meħtieġa biex ferrovija tivvjaġġa bejn żewġ postijiet f'mument partikolari,

 “allokazzjoni” tfisser l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-linji tal-ferroviji minn korp ta' l-allokazzjoni,

 “korp ta' l-allokazzjoni” tfisser l-awtorità u/jew l-amministratur ta' l-infrastruttura nnominat minn waħda mill-Partijiet Kontraenti għall-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura,

 “servizzi fl-ibliet u madwar l-ibliet” ifissru s-servizzi tat-trasport imħaddma f'ċentru ta' l-ibliet u konurbazzjoni, kif ukoll il-ħtiġiet bejn it-tali ċentru jew konurbazzjoni u ż-żoni ta' madwaru,

 “servizzi reġjonali” ifissru s-servizzi tat-trasport imħaddma biex jaqdu l-bżonnijiet tat-trasport ta' reġjun,

 “trasport magħqud” ifisser it-trasport tal-merkanzija minn vetturi li jġorru merkanzija tqila jew units tat-tagħbija li jagħmlu parti mill-vjaġġ tagħhom bil-linji tal-ferroviji kif ukoll jibdew u/jew jispiċċaw il-vjaġġ bit-triq,

 “prezzijiet kompetittivi tat-trasport tal-linji tal-ferroviji”: prezzijiet tat-trasport bil-linji tal-ferroviji li jitqiesu kompetittivi jekk il-prezzijiet medji tat-trasport bil-linji tal-ferroviji fl-Isvizzera m'humiex ogħla mill-ispejjeż tat-trasport bit-triq, kif definit fAnness 9, għal rotta simili.

Artikolu 4

Riservi taħt il-Ftehim ta' l-1992

Bla ħsara għad-deroga introdotta taħt dan il-Ftehim, id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet Kontraenti li joħorġu mill-Ftehim ta' l-1992 ma jkunux affettwati mid-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.



TITOLU II

TRASPORT INTERNAZZJONALI BIT-TRIQ



A.

DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 5

Dħul fl-okkupazzjoni

1.  Impriżi li jixtiequ joperaw bħala burdnara professjonali tat-toroq għandhom iħarsu t-tliet ħtiġiet li ġejjin:

(a) reputazzjoni tajba;

(b) saħħa finanzjarja xierqa;

(ċ) kompetenza professjonali.

2.  Id-disposizzjonijiet applikabbli f'dan il-qasam huma ppreżentati fit-taqsima 1 ta' Anness 1.

Artikolu 6

Livelli soċjali

Id-disposizzjonijiet soċjali applikabbli f'dan il-qasam huma ppreżentati fit-taqsima 2 ta' Anness 1.

Artikolu 7

Livelli tekniċi

1.  Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3, l-Isvizzera għandha tadotta, mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-firma ta' dan il-Ftehim, arranġamenti li huma ekwivalenti għal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar il-kondizzjonijiet tekniċi li jirregolaw it-trasport bit-triq, kif ippreżentati fit-taqsima 3 ta' Anness 1.

2.  L-Isvizzera għandha jkollha perjodu transitorju ta' sentejn, mid-data ta' meta dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ, biex tagħmel il-leġislazzjoni tagħha dwar il-kontrolli tekniċi fuq il-vetturi ekwivalenti għal-liġi tal-Komunità.

3.  Mill-1 ta' Jannar 2001, il-limitu attwali totali bit-tagħbija applikat mill-Isvizzera għal vetturi artikolati u ferroviji tat-triq għandu jkun ta' 34 tunnellata metrika għat-tipi kollha tat-traffiku.

Mill-1 ta' Jannar 2005, l-Isvizzera għandha tagħmel il-leġislazzjoni tagħha dwar l-ogħla limiti permessi ta' toqol għal dawn il-vetturi fi traffiku internazzjonali ekwivalenti għal dik fis-seħħ fil-Komunità fid-data tal-firma tal-Ftehim.

4.  L-introduzzjoni tal-piżijiet imħallsa għall-użu tat-triq definiti fl-Artikolu 40 għandhom ikomplu parallelli maż-żieda gradwali fil-limitu tat-toqol kif ipprovdut fil-paragrafu 3.

5.  Kull Parti Kontraenti tintrabat li ma tapplikax għall-vetturi approvati fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra kondizzjonijiet li huma aktar ristrettivi minn dawk fis-seħħ fit-territorju tagħha stess.

Artikolu 8

Arranġamenti transitorji li jirregolaw it-toqol tal-vetturi

1.  Bil-ħsieb ta' introduzzjoni gradwali ta' l-arranġamenti definittivi definiti fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 7(3), it-trasport ta' merkanzija permezz ta' vettura li t-toqol attwali tagħha mgħobbija huwa aktar minn 28 t (qabel il-31 ta' Diċembru 2000) jew 34 t (bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-31 ta' Diċembru 2004) iżda ma jaqbiżx l-40 t, mill-punt tat-tluq fil-Komunità lejn destinazzjoni lil hinn miż-żona Svizzera viċin il-fruntiera, kif definit fAnness 6, (u viċe versa) jew fi transitu tul l-Isvizzera jkun suġġett għal kwota bbażata fuq il-pagament ta' piż supplimentari dwar l-użu ta' l-infrastruttura, skond il-proċeduri ppreżentati fil-paragrafi 2, 3 u 4. Fil-każ tal-vetturi rreġistrati fl-Isvizzera, din il-kwota tista' tintuża wkoll għall-operazzjonijiet tat-trasport ġewwa l-Isvizzera.

2.  Il-Komunità għandha tirċievi kwota ta' 250 000 awtorizzazzjoni għas-sena 2000. L-Isvizzera għandha tirċievi kwota ta' 250 000 awtorizzazzjoni għas-sena 2000. Fil-każ li l-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2000, in-numru ta' awtorizzazzjonijiet għas-sena 2000 għandu jitnaqqas fuq bażi pro rata.

3.  Il-Komunità għandha tirċievi kwota ta' 300 000 awtorizzazzjoni għas-sena 2001 u għas-sena 2002. L-Isvizzera għandha tirċievi kwota ta' 300 000 awtorizzazzjoni għas-sena 2001 u għas-sena 2002.

4.  Il-Komunità għandha tirċievi kwota ta' 400 000 awtorizzazzjoni għas-sena 2003 u għas-sena 2004. L-Isvizzera għandha tirċievi kwota ta' 400 000 awtorizzazzjoni għas-sena 2003 u għas-sena 2004.

5.  L-użu ta' l-awtorizzazzjonijiet ipprovduti fil-paragrafi 2, 3, u 4 għandu jkun suġġett, fil-każ ta' kull operatur, kemm jekk Svizzeru jew tal-Komunità, għal pagament ta' miżata għall-użu ta' l-infrastruttura Svizzera, maħduma u imposta skond il-proċeduri stabbiliti fAnness 2.

6.  B'effett mill-1 ta' Jannar 2005, il-vetturi skond il-livelli tekniċi stabbiliti fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 7(3) ikunu eżentati, taħt l-Artikolu 32, minn kull kwota jew arranġament ta' awtorizzazzjoni.



B.

TRASPORT INTERNAZZJONALI TA' MERKANZIJA BIT-TRIQ

Artikolu 9

Trasport ta' merkanzija bejn it-territorji tal-Partijiet Kontraenti

1.  It-trasport internazzjonali ta' merkanzija bit-triq għall-kiri jew rigal, kif ukoll vjaġġi mhux mgħobbija bejn it-territorji tal-Partijiet Kontraenti għandu jsir taħt l-awtorizzazzjoni tal-Komunità għat-trasportaturi tal-Komunità, ippreżentata fir-Regolament (KEE) Nru 881/92 u li mudell tagħha jingħata fAnness 3, u taħt awtorizzazzjoni simili Svizzera għat-trasportaturi Svizzeri.

2.  Fil-każ ta' l-operazzjonijiet tat-trasport li jaqgħu taħt l-iskop ta' dan il-Ftehim, dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jieħdu post l-awtorizzazzjonijiet bilaterali li jitpartu bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Isvizzera li kienu meħtieġa sad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

3.  L-operazzjonijiet tat-trasport riferuti fAnness 4 għandhom ikunu eżenti minn kull awtorizzazzjoni tat-trasport u minn kull sistema ta' liċenzi.

4.  Il-proċeduri li jirregolaw il-ħruġ, it-tiġdid, u l-irtirar ta' l-awtorizzazzjonijiet u l-proċeduri li jirregolaw l-assistenza bejn xulxin ikunu koperti mid-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 881/92 għat-trasportaturi tal-Komunità u mid-disposizzjonijiet ekwivalenti Svizzeri.

Artikolu 10

Trasport ta' merkanzija fi transitu tul it-territorju tal-Partijiet Kontraenti

1.  It-trasport internazzjonali ta' merkanzija għall-kiri jew rigal kif ukoll il-movimenti ta' vetturi vojta fi transitu tul it-territorju tal-Partijiet Kontraenti għandhom ikunu derogati. Dawn l-operazzjonijiet tat-trasport għandhom jitwettqu taħt il-liċenzi riferuti fl-Artikolu 9.

2.  Il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' l-Artikolu 9 għandhom jgħoddu.

Artikolu 11

Transitu tul l-Awstrija

Sistema ta' ecopoints ekwivalenti għal dawk ipprovduti taħt l-Artikolu 11 tal-Protokoll 9 ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija ma' l-Unjoni Ewropea għandhom jgħoddu għall-operaturi Svizzeri fi transitu tul it-territorju ta' l-Awstrija fil-limiti tal-validità ta' dan il-Protokoll. Il-metodu ta' kalkolu u r-regoli u l-proċeduri ddettaljati għall-amministrazzjoni u l-kontroll ta' l-ecopoints għandhom ikunu definiti taħt arranġament amministrattiv li għandu jkun stabbilit bil-ftehim konġunt bejn il-Partijiet Kontraenti mat-tmiem ta' dan il-Ftehim u għandhom ikunu konformi mutatis mutandis mad-disposizzjonijiet tal-Protokoll 9 imsemmi qabel.

Artikolu 12

Kummerċ lokali Svizzeru

1.  Mill-2001, il-kummerċ lokali Svizzeru jkun permess suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

 it-tali operazzjonijiet tat-trasport jitwettqu bl-awtorizzazzjoni Svizzera riferuta fl-Artikolu 9(1),

 huma jkunu ristretti għal operazzjoni waħda tat-trasport, fuq ir-rotta lura, u jkomplu wara t-trasport tal-merkanzija bejn l-Isvizzera u Stat Membru tal-Komunità.

2.  Sa dik id-data, madankollu, tkompli tkun permessa l-eserċizzju tad-drittijiet eżistenti taħt il-ftehim bilaterali fis-seħħ. Dawn id-drittijiet huma mniżżla fAnness 5 ta' dan il-Ftehim.

3.  Mill-2005, il-kummerċ lokali Svizzeru jkun kompletament derogat. L-operazzjonijiet tat-trasport jitwettqu bil-liċenza Svizzera riferuta fl-Artikolu 9(1),

Artikolu 13

Operazzjonijiet triangolari tat-trasport li jinvolvu pajjiżi terzi

1.  L-arranġamenti li jirregolaw it-trasport triangolari li jinvolvi pajjiżi terzi għandhom ikunu stabbiliti bil-ftehim konġunt mal-konklużjoni tal-ftehim meħtieġ bejn, minn naħa waħda, il-Komunità u l-pajjiżi terzi kkonċernati u, min-naħa l-oħra, l-Isvizzera u l-pajjiżi terzi kkonċernati. L-iskop ta' dawn l-arranġamenti huwa li jiżguraw ir-reċiproċità ta' trattament bejn il-Komunità u l-operaturi Svizzeri dwar it-trasport triangolari.

2.  Sal-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi kkonċernati, dan il-Ftehim ma jaffettwax id-disposizzjonijiet dwar it-trasport triangolari kif ippreżentati fil-ftehim bilaterali konkluż bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Isvizzera dwar it-trasport li jinvolvi pajjiżi terzi. Dawn id-drittijiet huma mniżżla fAnness 5 ta' dan il-Ftehim.

3.  Wara d-definizzjoni ta' l-arranġamenti riferuti fil-paragrafu 1, l-Isvizzera għandha, sa fejn hemm bżonn, tikkonkludi jew tadatta l-ftehim bilaterali ma' dawn il-pajjiżi terzi.

Artikolu 14

Trasport bejn żewġ posizzjonijiet li jinsabu fit-territorju ta' Stat Membru tal-Komunità jew bejn żewġ posizzjonijiet li jinsabu fit-territorju Svizzeru

It-trasport bejn żewġ posizzjonijiet li jinsabu fit-territorju ta' Stat Membru tal-Komunità b'vettura rreġistrata fl-Isvizzera u t-trasport bejn żewġ posizzjonijiet li jinsabu fit-territorju Svizzeru minn vettura rreġistrata fi Stat Membru tal-Komunità m'humiex awtorizzati taħt dan il-Ftehim.

Artikolu 15

Projbizzjoni fuq sewqan bil-lejl u sewqan nhar ta' Ħadd u eżenzjonijiet mil-limitu tat-toqol

1.  Il-projbizzjoni fuq is-sewqan bil-lejl fit-territorju Svizzeru għandha tgħodd biss bejn l-22.00 u l-05.00.

2.  L-eżenzjonijiet mil-limitu tat-toqol u mill-projbizzjoni tas-sewqan bil-lejl u nhar ta' Ħadd huma ppreżentati fAnness 6.

3.  L-eżenzjonijiet mill-projbizzjoni tas-sewqan bil-lejl jingħataw b'mod mhux diskriminatorju u jistgħu jinkisbu minn uffiċċju wieħed. Jingħataw kontra l-pagament ta' miżata biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi.

Artikolu 16

Tneħħija ta' ċerti eżenzjonijiet mil-limitu tat-toqol

Id-disposizzjonijiet ta' Anness 6 (II)(3) u (4) tal-Ftehim ta' l-1992 m'għandhomx japplikaw aktar mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim.



Ċ.

TRASPORT INTERNAZZJONALI TAL-PASSIĠĠIERI BIL-COACH U BIL-KAROZZI TAL-LINJA

Artikolu 17

Kondizzjonijiet applikabbli għat-trasportaturi

1.  It-trasportaturi li joperaw għall-kiri jew rigal jitħallew iwettqu s-servizzi tat-trasport definiti fl-Artikolu 1 ta' Anness 7, mingħajr diskriminazzjoni lejn iċ-ċittadinanza jew il-post ta' l-istabbiliment, sakemm dawk it-trasportaturi:

 huma awtorizzati fl-Istat Membru tal-Komunità fejn huma stabbiliti jew fl-Isvizzera biex iwettqu t-trasport bil-coach jew bil-karozzi tal-linja fil-forma ta' servizzi regolari, inklużi s-servizzi regolari speċjali, jew is-servizzi okkażjonali,

 iħarsu l-ħtiġiet legali dwar is-siġurtà fit-toroq sa fejn il-livelli għax-xufiera u l-vetturi huma kkonċernati.

2.  It-trasportaturi li jaħdmu għal rashom jitħallew iwettqu s-servizzi tat-trasport definiti fl-Artikolu 1(3) ta' Anness 7, mingħajr diskriminazzjoni lejn iċ-ċittadinanza jew il-post ta' l-istabbiliment, sakemm dawk it-trasportaturi:

 huma awtorizzati fl-Istat Membru tal-Komunità fejn huma stabbiliti jew fl-Isvizzera biex iwettqu t-trasport bil-coach jew bil-karozzi tal-linja skond il-kondizzjonijiet ta' l-aċċess għas-suq imniżżla mil-leġislazzjoni nazzjonali,

 iħarsu l-ħtiġiet legali dwar is-siġurtà fit-toroq sa fejn il-livelli għax-xufiera u l-vetturi huma kkonċernati.

3.  It-trasportaturi li jħarsu l-kondizzjonijiet ippreżentati fil-paragrafu 1 jistgħu jwettqu operazzjonijiet internazzjonali ta' trasport tal-passiġġieri bil-coach u bil-karozzi tal-linja sakemm, fil-każ tat-trasportaturi tal-Komunità, għandhom liċenza tal-Komunità jew, fil-każ tat-trasportaturi Svizzera, għandhom liċenza simili Svizzera.

Il-mudell għat-tali liċenzi u l-proċeduri biex jinkisbu, l-użu u t-tiġdid tagħhom ikun kif imniżżel fir-Regolament (KEE) Nru 684/92, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 11/98, għat-trasportaturi tal-Komunità u l-leġislazzjoni ekwivalenti Svizzera.

Artikolu 18

Aċċess għas-suq

1.  Servizzi okkażjonali kif riferut fl-Artikolu 1(2.1) ta' Anness 7 ma jeħtiġux awtorizzazzjoni.

2.  Is-servizzi regolari speċjali, kif definiti fl-Artikolu 1(1.2) ta' Anness 7 ma jkunux jeħtieġu awtorizzazzjoni, jekk huma koperti, fit-territorju tal-Komunità, b'kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur.

3.  Vjaġġi bla tagħbija mill-vetturi dwar l-operazzjonijiet tat-trasport riferuti fil-paragrafi 1 u 2 l-istess ma jkunux jeħtieġu awtorizzazzjoni.

4.  Skond l-Artikoli 2 et seq. ta' Anness 7, awtorizzazzjoni hija meħtieġa għal servizzi regolari.

5.  Skond l-Artikoli 2 et seq. ta' Anness 7, awtorizzazzjoni tkun meħtieġa għal servizzi regolari soċjali, li mhux koperti, fit-territorju tal-Komunità, b'kuntratt konkluż bejn l-organizzatur u t-trasportatur.

Fl-Isvizzera, it-tali servizzi ma jkunux jeħtieġu awtorizzazzjoni.

6.  L-operazzjonijiet tat-trasport bit-triq li jaħdmu għal rashom definiti fl-Artikolu 1(3), ta' Anness 7 ma jkunux jeħtieġu awtorizzazzjoni iżda jkunu suġġetti, fit-territorju tal-Komunità, għal sistema ta' ċertifikati.

Artikolu 19

Operazzjonijiet triangolari tat-trasport li jinvolvu pajjiżi terzi

1.  L-arranġamenti li jirregolaw it-trasport triangolari li jinvolvi pajjiżi terzi għandhom ikunu stabbiliti bil-ftehim konġunt mal-konklużjoni tal-ftehim meħtieġ bejn, minn naħa waħda, il-Komunità u l-pajjiżi terzi kkonċernati u, min-naħa l-oħra, l-Isvizzera u l-pajjiżi terzi kkonċernati. L-iskop ta' dawn l-arranġamenti huwa li jiżguraw ir-reċiproċità ta' trattament bejn il-Komunità u l-operaturi Svizzeri dwar it-trasport triangolari.

2.  Sal-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità u l-pajjiżi terzi kkonċernati, dan il-Ftehim ma jaffettwax id-disposizzjonijiet dwar it-trasport riferuti fil-paragrafu 1 kif ippreżentati fil-ftehim bilaterali konkluż bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Isvizzera dwar it-trasport li jinvolvi pajjiżi terzi. Dawn id-drittijiet huma mniżżla fAnness 8 ta' dan il-Ftehim.

3.  Wara d-definizzjoni ta' l-arranġamenti riferuti fil-paragrafu 1, l-Isvizzera għandha, sa fejn hemm bżonn, tikkonkludi jew tadatta l-ftehim bilaterali ma' dawn il-pajjiżi terzi.

Artikolu 20

Trasport bejn żewġ posizzjonijiet li jinsabu fit-territorju ta' l-istess Parti Kontraenti

1.  It-trasport bejn żewġ posizzjonijiet li jinsabu fit-territorju ta' l-istess Parti Kontraenti bit-trasportaturi stabbiliti fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra mhux awtorizzar taħt dan il-Ftehim.

2.  Madankollu, ikompli jkun permess li d-drittijiet eżistenti jkunu eżerċitati taħt il-ftehim bilaterali konkluż bejn l-Istati Membri tal-Komunità u l-Isvizzera li hemm fis-seħħ, sakemm m'hemmx diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi tal-Komunità u m'hemmx distorsjoni tal-kompetizzjoni. Dawn id-drittijiet huma mniżżla fAnness 8 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 21

Proċeduri

Il-proċeduri li jirregolaw il-ħruġ, l-użu, it-tiġdid, u t-tmiem ta' l-awtorizzazzjonijiet u l-proċeduri li jirregolaw l-assistenza bejn xulxin ikunu koperti mid-disposizzjonijiet ta' Anness 7 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 22

Disposizzjoni transitorja

L-awtorizzazzjonijiet dwar is-servizzi li jeżistu fil-ħin tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu, sal-punt li s-servizzi kkonċernati jkomplu jkunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni.



TITOLU III

TRASPORT INTERNAZZJONALI TAL-LINJI TAL-FERROVIJI

Artikolu 23

Indipendenza ta' l-amministrazzjoni

Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu:

 li jiggarantixxu l-indipendenza ta' l-amministrazzjoni ta' l-impriżi tal-linji tal-ferroviji, prinċipalment billi jagħtuhom statut indipendenti, b'hekk jagħtuhom il-kapaċità li jadattaw l-attivitajiet tagħhom għas-suq u jamministraw l-affarijiet tagħhom taħt ir-responsabbiltà tal-korpi tagħhom tar-regolazzjoni,

 li jifirdu l-amministrazzjoni ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji mill-provvediment tas-servizzi tat-trasport tal-linji tal-ferroviji, mill-anqas fuq livell ta' żamma tal-kotba; għajnuna mħallsa lil waħda minn dawn iż-żewġ oqsma ta' attività ma tistax tkun ittrasferita għall-oħra.

Artikolu 24

Aċċess u drittijiet ta' transitu dwar l-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji

1.  L-impriżi tal-linji tal-ferroviji u l-gruppi internazzjonali jkollhom l-aċċess u/jew id-drittijiet ta' transitu definiti fil-leġislazzjoni tal-Komunità riferuta fAnness 1, taqsima 4.

2.  L-impriżi tal-linji tal-ferroviji stabbiliti fit-territorju ta' Parti Kontraenti waħda għandhom jingħataw id-dritt ta' l-aċċess għall-infrastruttura fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra bil-għan li joperaw is-servizzi konġunti internazzjonali tat-trasport.

3.  L-impriżi tal-linji tal-ferroviji u l-gruppi internazzjonali li jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom ta' l-aċċess jew ta' transitu għandhom jikkonkludu il-ftehim amministrattiv, tekniku u finanzjarju meħtieġ ma' l-amministraturi ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji wżati bil-għan li jkunu rregolati l-kontroll tat-traffiku u l-kwistjonijiet tas-sigurtà dwar is-servizzi internazzjonali tat-trasport riferuti fil-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 25

Liċenzi tal-linji tal-ferroviji

1.  L-għoti ta' liċenza xierqa għat-tip tas-servizz ikkonċernat ta' linji tal-ferroviji għandu jkun kondizzjoni ta' qabel għal kull talba għall-aċċess jew transitu li tinvolvi l-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji, u għalhekk, id-dritt biex ikunu pprovduti s-servizzi tat-trasport. Madankollu, it-tali liċenza minnha nnifisha ma tagħtix id-dritt ta' l-aċċess għall-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji.

2.  Impriża tal-linji tal-ferroviji għandha tkun intitolata biex tapplika għal-liċenza fl-Isvizzera jew fl-Istati Membri tal-Komunità li hija stabbilita fihom. Il-Partijiet Kontraenti m'għandhomx joħorġu liċenzi jew jestendu l-validità tagħhom meta l-ħtiġiet ta' dan il-Ftehim ma tħarsux.

3.  Taħt ir-responsabbiltà tal-Partijiet Kontraenti, il-liċenzi għandhom jinħarġu mill-awtorità responsabbli mil-liċenzi speċjalment innominati għall-impriżi eżistenti u ġodda.

4.  Il-liċenzi għandhom ikunu rikonoxxuti fil-Komunità jew fl-Isvizzera fuq bażi reċiproka.

5.  Għandhom ikunu suġġetti għall-ħtiġiet stabbiliti mill-Partijiet Kontraenti dwar reputazzjoni tajba, saħħa finanzjarja, kompetenza professjonali u kopertura minn obbligi ċivili matul il-perjodu sħiħ tal-validità tagħhom. Id-disposizzjonijiet applikabbli f'dan il-qasam huma ppreżentati fit-Taqsima 4 ta' Anness 1.

6.  Liċenza għandha tkun valida sakemm l-impriża tal-linji tal-ferroviji taqdi l-obbligi tagħha taħt id-disposizzjonijiet fuq imsemmija. Madankollu, l-awtorità responsabbli tista' teħtieġ li l-liċenzi jkunu riveduti f'intervalli regolari.

7.  Il-proċeduri għall-kontroll, emendi, sospensjoni jew irtirar ta' liċenza jkunu rregolati mid-disposizzjonijiet legali fuq imsemmija.

Artikolu 26

Ħruġ ta' ċertifikat tas-sigurtà

1.  Il-Partijiet Kontraenti għandhom ukoll jeħtieġu li l-impriżi tal-linji tal-ferroviji jibagħtu ċertifikat li jistabbilixxi l-ħtiġiet tas-sigurtà imposti fuqhom bil-għan li jiżguraw servizz ħieles mir-rikju fuq ir-rotot kkonċernati.

2.  Impriża tal-linji tal-ferroviji tista' tapplika għal ċertifikat tas-sigurtà għand korp innominat mill-Parti Kontraenti li fit-territorju tagħha tinsab l-infrastruttura wżata mill-korp tal-linji tal-ferroviji.

3.  Biex tikseb ċertifikat tas-sigurtà, l-impriża tal-linji tal-ferroviji trid timxi mal-liġi Svizzera dwar dik il-parti tar-rotta li tinsab fl-Isvizzera u mal-liġi tal-Komunità dwar dik il-parti tar-rotta li tinsab fit-territorju tal-Komunità.

Artikolu 27

Allokazzjoni tat-toroq tal-ferroviji

1.  Kull Parti Kontraenti għandha tinnomina l-korp responsabbli biex talloka l-kapaċità, kemm jekk ikun awtorità speċifika jew l-amministratur ta' l-infrastruttura. B'mod partikolari, il-bord ta' l-allokazzjoni, li jkun avżat bit-triqat disponibbli kollha tal-ferrovija, għandu jiżgura li:

 il-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji tkun allokata fuq bażi ġusta u mhux diskriminatorja u li,

 bla ħsara għall-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, il-proċedura ta' l-allokazzjoni tippermetti użu effettiv ottimali ta' l-infrastruttura.

2.  Impriża tal-linji tal-ferroviji jew gruppi internazzjonali li japplikaw għal triq waħda jew aktar tal-ferroviji għandhom jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom lill-korp jew korpi ta' l-allokazzjoni tal-Parti Kontraenti li fit-territorju tagħha jinsab il-punt tat-tluq tas-servizz ikkonċernat. Il-korp ta' l-allokazzjoni li għandu saret applikazzjoni għall-kapaċità ta' l-infrastruttura għandu minnufih javża l-kontroparti ta' din it-talba. Dan ta' l-aħħar għandu jieħu deċiżjoni mhux aktar tard minn xahar wara li jirċievi t-tagħrif meħtieġ; kull korp ta' l-allokazzjoni għandu jkollu d-dritt li jirrifjuta applikazzjoni. Il-korp ta' l-allokazzjoni li għandu saret applikazzjoni għandu, flimkien mal-kontroparti tiegħu, jieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni mhux aktar tard minn xahrejn wara li jintbagħat it-tagħrif kollu meħtieġ. Il-proċeduri li jieħdu ħsieb l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għall-kapaċità ta' l-infrastruttura huma rregolati mid-disposizzjonijiet ippreżentati fit-Taqsima 4 ta' Anness 1.

3.  Il-Komunità u l-Isvizzera jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li prijorità tingħata lis-servizzi tal-linji tal-ferroviji li ġejjin fl-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji:

(a) is-servizzi pprovduti fl-interess pubbliku;

(b) is-servizzi operati kompletament jew parzjalment fuq infrastruttura mibnija jew żviluppata għal dawn is-servizzi (per eżempju linji tal-ġarr speċjali ta' veloċità qawwija u speċjalizzati).

4.  Il-Komunità u l-Isvizzera jistgħu jagħtu struzzjonijiet lill-korp ta' l-allokazzjoni biex jagħti drittijiet speċjali dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura fuq bażi mhux diskriminatorja lill-impriżi tal-linji tal-ferroviji li joperaw ċerti tipi ta' servizzi jew jipprovdu t-tali servizzi f'ċerti żoni jekk it-tali drittijiet huma indispensabbli biex jiżguraw servizzi pubbliċi adegwati jew użu effiċjenti tal-kapaċità ta' l-infratruttura jew li jippermettu li jkunu ffinanzjati infrastrutturi ġodda.

5.  Il-Partijiet Kontraenti jitgħu jipprovdu għall-possibbiltà li l-applikazzjonijiet għall-aċċess ta' l-infrastruttura jkunu akkumpanjati minn depożitu jew sigurtà simili.

6.  Il-Komunità u l-Isvizzera għandhom iħejju u jippubblikaw il-proċeduri biex jallokaw il-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija. Għandhom javżaw b'dan lill-Kumitat Konġunt imwaqqaf taħt l-Artikolu 51 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 28

Kontijiet u miżati ta' l-utent

1.  Il-kontijiet ta' l-amministratur ta' l-infrastruttura jridu mill-anqas jibbilanċjaw meta kkunsidrati tul perjodu raġonevoli ta' żmien bejn, minn naħa waħda d-dħul li qed jakkumula minn dawn il-miżati u minn kontribuzzjonijiet possibbli mill-Istat u, min-naħa l-oħra, l-ispejjeż ta' l-infrastruttura.

2.  L-amministratur ta' l-infrastruttura għandu japplika miżata għall-utenti ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji, li jkun responsabbli biex jamministraha, li għandha titħallas mill-impriżi tal-linji tal-ferroviji jew il-gruppi internazzjonali li jużaw din l-infrastruttura.

3.  Il-miżati ta' l-utenti ta' l-infrastruttura jkunu stabbiliti l-aktar fuq il-bażi tat-tip ta' servizz, il-perjodu tas-servizz, l-istat tas-suq u n-natura u l-livell tat-tqagħbir ordinarju fuq l-infrastruttura.

4.  Il-miżati għandhom jitħallsu lill-amministratur(i) ta' l-infrastruttura.

5.  Kull Parti Kontraenti għandha tistabbilixxi l-proċeduri biex ikunu stabbiliti l-miżati, wara konsultazzjonijiet ma' l-amministratur ta' l-infrastruttura. Il-miżati imposti fuq servizzi ta' natura ekwivalenti fl-istess suq għandhom japplikaw mingħajr diskriminazzjoni.

6.  L-amministratur ta' l-infrastruttura għandu, fi żmien xieraq, javża l-impriżi tal-linji tal-ferroviji jew gruppi internazzjonali li jużaw l-infrastruttura tiegħu sabiex jipprovdu s-servizzi riferuti fl-Artikolu 24 bil-bidliet ewlenin kollha fil-kwalità jew il-kapaċità ta' l-infrastruttura kkonċernata.

Artikolu 29

Appelli

1.  Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-deċiżjonijiet li ma' l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura jew mal-ġbir tal-miżati huma suġġetti għall-appell quddiem korp indipendenti. Dan il-korp għandu jagħti l-ġudizzju tiegħu fi żmien xahrejn minn meta jirċievi t-tagħrif kollu meħtieġ.

2.  Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-deċiżjonijiet li jittieħdu skond il-paragrafu 1 u ma' l-Artikolu 25(3) huma suġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja.



TITOLU IV

POLITIKA KKORDINATA TAT-TRASPORT



A.

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 30

Għanijiet

1.  Il-Partijiet Kontraenti qablu li jiżviluppaw, kif u meta meħtieġ, politika kkordinata tat-trasport li tkopri l-passiġġieri u l-merkanzija. L-għan ta' din il-politika huwa li jgħaqqad l-effiċjenza tas-sistemi tat-trasport mat-tħaris ta' l-ambjent sabiex tkun żgurata mobilità sostenibbli.

2.  Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu kull sforz biex joħolqu kondizzjonijiet komparabbli b'mod wiesgħa tat-trasport, inklużi arranġamenti tat-taxxi, fit-territorji rispettivi tagħhom, b'mod partikolari bil-ħsieb li jevitaw id-diverżjoni tat-traffiku fir-reġjuni ta' l-Alpi u biex jiżguraw tqassim aħjar tat-traffiku f'dawk iż-żoni.

Artikolu 31

Miżuri

1.  Għal dan il-għan, il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri biex jiżguraw kompetizzjoni b'saħħitha bejn u fil-varji mezzi tat-trasport u biex jiffaċilitaw l-użu ta' mezzi aktar ambjentali biex iġorru l-passiġġieri u l-merkanzija.

2.  Minbarra d-disposizzjonijiet ippreżentati fit-Titoli II u III, dawn il-miżuri għandhom jinkludu:

 l-iżvilupp ta' l-infrastrutturi transalpini tal-linji tal-ferroviji u li jsiru disponibbli s-servizzi disponibbli tat-trasport tal-linji tal-ferroviji u s-servizzi konġunti tat-trasport li huma kompetittivi rigward prezz u kwalità,

 l-introduzzjoni ta' sistemi xierqa ta' miżati għat-trasport tat-toroq,

 miżuri ta' appoġġ.

3.  Il-miżuri meħuda mill-Partijiet Kontraenti taħt dan il-Ftehim ikunu implimentati gradatament u, sa fejn possibbli, f'manjiera kkordinata.

Artikolu 32

Prinċipji

Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 47, il-miżuri ppreżentati fl-Artikolu 31 għandhom iħarsu l-prinċipji li ġejjin:

 l-ebda diskriminazzjoni, kemm jekk diretta jew indiretta, fuq bażi taċ-ċittadinanza tat-trasportatur, il-post tar-reġistrazzjoni tal-vettura, jew l-oriġini u/jew id-destinazzjoni ta' l-operazzjoni tat-trasport,

 l-għażla ħielsa tal-mezz tat-trasport,

 l-ebda restrizzjoni kwantitattivà unilaterali,

 territorjalità,

 proporzjonalità fl-imposizzjoni ta' piżijiet dwar l-ispejjeż tat-trasport, li jestendu wkoll għal kriterji dwar it-tip ta' vettura,

 trasparenza,

 kondizzjonijiet komparabbli ta' l-użu tat-toroq transalpini differenti,

 li jkun evitat kull tfixkil fil-mixi tat-traffiku fir-reġjuni Alpini,

 reċiproċità.



B.

TRASPORT BIL-LINJI TAL-FERROVIJI U KONĠUNT

Artikolu 33

Għanijiet

1.  Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-għan li jistabbilixxu kapaċità tat-trasport tal-linji tal-ferroviji u konġunta li hija adegwata fuq bażi ta' kapaċità u li hija kompetittiva, kemm bħala ekonomija kif ukoll fuq bażi tal-kwalità tas-servizz, bi trasport tat-triq għar-reġjun Alpin, waqt li fl-istess ħin jirrispettaw il-prinċipji ppreżentati fl-Artikolu 32 u li jiżguraw mhux biss il-mod liberu kif jilagħbu l-forzi tas-suq, l-aktar billi jinfetaħ l-aċċess għall-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji kif ipprovdut fit-Titolu III, iżda wkoll l-indipendenza ta' l-impriżi tal-linji tal-ferroviji.

2.  Għal dan il-għan, il-Partijiet Kontraenti għandhom:

 fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom jieħdu l-miżuri ta' l-infrastruttura u operazzjonali meħtieġa, fl-Isvizzera u fit-territorju tal-Komunità, biex jiżguraw viabilità fit-tul, koeżjoni, u integrazzjoni tal-kapaċità Svizzera f'sistema ta' linji tal-ferroviji ta' distanzi twal,

 ukoll jintrabtu li jiżviluppaw l-interkonnessjoni u interoperazzjonalità tan-networks tat-trasport tal-linji tal-ferroviji u konġunti. Għandhom jiżguraw li l-koperazzjoni meħtieġa għal dan l-iskop ma' l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet internazzjonali kkonċernati u jagħtu struzzjonijiet lill-Kumitat Konġunt biex jissorvelja dawn l-aspetti.

3.  Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li, waqt li qed idaħħlu gradatament l-arranġamenti tat-taxxa tat-triq riferuta fl-Artikolu 40, għandhom ukoll jieħdu passi biex jipprovdu l-utenti b'kapaċità ta' trasport tal-linji tal-ferroviji u konġunt li, fuq bażi tal-kapaċità, prezz u kwalità, huwa tali li jiżgura tqassim ekwitabbli tat-traffiku fit-toroq varji transalpini.

Artikolu 34

Kapaċità tal-provvista tal-linji tal-ferroviji

1.  Il-Partijiet Kontraenti jikkonfermaw l-impenni rispettivi tagħhom kif ippreżentati fl-Artikoli 5 u 6 tal-Ftehim ta' l-1992, li fihom huma mistenni li l-Isvizzera tibni konnessjoni ta' linji ġodda tal-ferroviji fl-Alpi (NRLA) u l-Komunità għandha żżid il-kapaċità ta' l-aċċess tat-tramuntana u tan-nofsinhar tat-toroq għall-NRLA. Barra minn hekk, ftehmu li dawn l-infrastrutturi l-ġodda tal-linji tal-ferroviji jinbnew skond il-kejl tat-tgħabbija C ta' l-IUR.

2.  Għall-Komunità l-miżuri ta' l-infrastruttura riferuti fil-paragrafu 1 jagħmlu parti mill-miżuri li ttieħdu taħt, u skond, id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-linji ta' gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropew, inklużi l-fwies tat-trasport tal-linji tal-ferroviji u konġunt fl-Alpi u, b'mod partikolari, it-toroq ta' l-aċċess għall-infrastrutturi Svizzeri tal-linji tal-ferroviji u l-istallazzjoni tat-trasport konġunt.

3.  Iż-żewġ Partijiet Kontraenti għandhom jaħdmu flimkien biex jippermettu l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom li jippjanaw u jimplimentaw, f'manjiera kkordinata, il-miżuri tat-trasport ta' l-infrastruttura, tal-linji tal-ferroviji, u konġunt meħtieġa biex jaqdu l-impenni riferuti fil-paragrafi 1 u 2 u biex jarmonizzaw l-iskeda tax-xogħol skond il-kapaċità meħtieġa. Għal dan il-għan, għandhom ifittxu li jipproduċu rendiment fuq l-investiment u għandhom jieħdu l-miżuri xierqa fil-Kumitat Konġunt.

4.  Il-Kumitat Konġunt għandu jiatbbilixxi sottokumitat bir-responsabbiltà li jara l-kordinazzjoni tal-proġetti ta' l-infrastruttura fir-reġjun ta' l-Alpi. Is-sottokumitat għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti ta' l-Isvizzera, il-Komunità u l-Istati Membri tal-Komunità li jinsabu fir-reġjun ta' l-Alpi.

Artikolu 35

Parametri ekonomiċi

1.  Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu dak kollu meħtieġ biex jilħqu l-għan ippreżentat fl-Artikolu 33. Għal dan il-għan, għandhom jieħdu l-passi biex jiżguraw li t-trasport tal-merkanzija bit-trasport tal-linji tal-ferroviji u konġunt fl-Isvizzera, inkluż it-trasport akkumpanjat konġunt, jibqa' kompetittiv, f'termini ta' prezz u kwalità tas-servizz, bit-trasport tat-triq fuq l-istess rotot, waqt li fl-istess ħin tonora l-garanziji dwar l-indipendenza ta' l-impriżi tal-linji tal-ferroviji.

2.  Bil-ħsieb li tkun stabbilita kapaċità xierqa ta' trasport tal-linji tal-ferroviji u konġunt, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju għall-investiment fl-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji, tagħmir fiss u mobbli meħtieġ għat-trasbord bejn il-modi ta' fuq l-art, tagħmir tat-trasport speċifikament adattat għat-trasport konġunt u wżat għat-trasport konġunt u, sa fejn tippermetti l-leġislazzjoni rispettiva tagħhom, l-ispejjeż ta' l-operazzjoni tas-servizzi tat-trasport konġunt li jaqsmu t-territorju Svizzeru, sakemm dawn il-miżuri jgħinu t-titjib fil-livell tal-kwalità u kompetittività fuq bażi tal-prezzijiet tal-kapaċità tat-trasport tal-linji tal-ferroviji u konġunt u ma joħolqux distorzjoni sproporzjonata ta' kompetizzjoni fost l-operaturi. Ir-responsabbiltà tal-prezzijiet tat-trasport tal-linji tal-ferroviji tkompli tkun eserċitata mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti.

3.  Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jikkonkludu kuntratti tas-servizz pubbliku ma' l-impriżi tal-linji tal-ferroviji sabiex jiggarantixxu servizzi adegwati tat-trasport bil-linji tal-ferroviji, wara li jkunu kkunsidrati l-fatturi soċjali u ambjentali.

4.  Kull waħda mill-Partijiet Kontraenti għandha tieħu l-passi, fil-limiti tal-kompetenzi tagħha, biex tiżgura li l-effett fuq is-suq ta' kull għajnuna uffiċjali li tingħata minn waħda mill-Partijiet Kontraenti ma titbaxxix bl-imġieba tal-Parti Kontraenti l-oħra jew entità stabbilita fit-territorju tagħha jew fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra.

5.  Il-Kumitat Konġunt għandu jissorvelja l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu mill-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 36

Parametri ta' kwalità

1.  Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jagħmlu dak kollu meħtieġ biex jilħqu l-għanijiet ippreżentati fl-Artikolu 33. Għal dan il-għan, jintrabtu li jippromwovu t-transport konġunt.

2.  Matul il-fażi transitorja riferuta fl-Artikolu 8, l-Isvizzera wkoll tintrabat, skond it-Titolu II tal-Ftehim ta' l-1992, li tistabbilixxi kapaċità akkumpanjata ta' trasport konġunt (“rolling highway”) li hija kompetittiva f'termini ta' kwalità u ta' prezz mat-trasport tat-triq.

3.  Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu dak kollu meħtieġ biex jippromwovu t-trasport konġunt. B'mod partikolari, għandhom jieħdu l-passi biex jiżguraw li d-disposizzjonijiet li ġejjin huma applikati:

 konformità mar-regolamenti li jirregolaw l-i standards tekniċi u soċjali għat-trasport bit-triq, l-aktar dwar il-ħin tas-sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ, limiti ta' veloċità u l-i standards ta' l-ogħla toqol u qisien,

 tnaqqis fil-kontrolli tal-fruntiera tat-trasport tal-linji tal-ferroviji u t-trasferiment ta' dawn il-kontrolli sal-punt tal-wasla jew tat-tluq skond il-Konvenzjoni ta' l-20 ta' Mejju 1987 bejn il-Komunità u l-Isvizzera u bejn il-pajjiżi ta' l-EFTA dwar proċedura komuni ta' transitu,

 faċilitazzjoni ta' l-organizzazzjoni tal-linja tat-trasport konġunt billi jkunu ssimplifikati l-kondizzjonijiet regolatorji u amministrattivi li jirregolaw kull waħda mill-Partijiet Kontraenti,

 provvidiment ta' inċentivi għall-operaturi tat-trasport konġunt u operaturi tal-linji tal-ferroviji biex tittejjeb il-kwalità tas-servizz tagħhom.

Lista tal-parametri tal-linji tal-ferroviji hija ppreżentata fAnness 9. Dawn il-parametri għandhom ikunu kkunsidrati meta jintuża l-Artikolu 46.

4.  Taħt l-iskop ta' dawn il-poteri, il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-miżuri xierqa jittieħdu biex jippermettu l-ħolqien malajr tal-kurriduri tal-ġarr bil-linji tal-ferroviji. Għandhom iżommu lil xulxin informati regolarment b'kull miżura li jipproponu dwar dawn il-kuriduri tal-linji tal-ferroviji.

5.  Il-Kumitat Konġunt għandu jħejji rapport kull sentejn dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri riferuti f'dan l-Artikolu.



Ċ.

SISTEMI TA' MIŻATI TAT-TRASPORT TAT-TRIQ

Artikolu 37

Għanijiet

Taħt l-iskop tal-poteri tagħhom u skond il-proċeduri rispettivi tagħhom u ma' l-għanijiet tat-Titolu III tal-Ftehim ta' l-1992, il-Partijiet għandhom jistabbilixxu huma stess l-għan li gradatament jintroduċu s-sistemi tal-miżati kapaċi jimponu lill-vetturi tat-triq u mezzi oħra tat-trasport l-ispejjez li joħolqu.

Artikolu 38

Prinċipji

1.  Is-sistemi tal-miżati għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji ppreżentati fl-Artikolu 32, l-aktar il-prinċipji tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni, il-proporzjonalità, u t-trasparenza.

2.  Il-piżijiet għandhom ikunu magħmula minn taxxi fuq il-vetturi, taxxi fuq il-karburanti u miżati fuq l-użu tan-network tat-toroq.

3.  Biex ifittxu li jiksbu l-għanijiet riferuti fl-Artikolu 37, preferenza għandha tingħata lill-miżuri li ma jirriżultawx li jdawwru t-traffiku l-bogħod mill-aktar triq xierqa teknikament, ekonomikament u ġeografikament bejn il-punt tat-tluq u l-punt ta' l-aħħar destinazzjoni ta' l-operazzjoni tat-trasport.

4.  Il-miżuri għandhom ikunu applikati b'tali mod li ma jwaqqfux il-moviment liberu tal-merkanzija jew tas-servizzi bejn il-Partijiet Kontraenti, l-aktar dwar l-amministrazzjoni jew il-ġbir tal-miżati u l-piżijiet għall-użu tat-toroq, in-nuqqas ta' kontrolli jew verifiki sistematiċi fuq il-fruntieri bejn il-Partijiet Kontraenti u n-nuqqas ta' formalitajiet eċċessivi. Sabiex tevita diffikoltajiet dwar dan, l-Isvizzera għandha tfittex li tapplika r-regoli tal-Komunità fis-seħħ f'dan il-qasam.

5.  Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom jgħoddu għall-vetturi li għandhom toqol massimu awtorizzat (MAW), iddikjarat fid-dokument tar-reġistrazzjoni tagħhom, ta' 12-il tunnellata metrika jew aktar. Madankollu, dan il-Ftehim m'għandux iwaqqaf l-adozzjoni minn waħda mill-Partijiet Kontraenti, fit-territorju tagħha, ta' miżuri nnominati biex jinkludu vetturi li għandhom MAW ta' anqas minn 12-il tunnellata metrika.

6.  Il-Partijiet Kontraenti m'għandhomx jagħtu lid-ditti, inklużi l-impriżi tat-trasport, xi għajnuna diretta jew indiretta ta' l-Istat iddisinjata biex ikun aktar faċli għal dawk id-ditti li jifilħu għall-piż tal-piżijiet tat-trasport imposti taħt is-sistemi tal-miżati pprovduti f'dan il-Ftehim.

Artikolu 39

Interoperabilità ta' l-istrumenti

Il-Partijiet Kontraenti għandhom iżommu konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt biex jiksbu livell xieraq ta' interoperabilità tas-sistemi elettroniċi għall-ġbir tal-piżijiet għall-użu tat-toroq.

Artikolu 40

Miżuri Svizzeri

1.  Bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet ippreżentati fl-Artikolu 37 u minħabba ż-żidiet fil-limiti tat-toqol stipulati fl-Artikolu 7(3), l-Isvizzera għandha ddaħħal taxxa mhux diskriminatorja fuq il-vetturi, f'żewġ stadji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2001 u l-1 ta' Jannar 2005 rispettivament. B'mod partikolari, it-taxxa għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji riferuti fl-Artikolu 38(1) u fuq il-proċeduri ppreżentati fAnness 10.

2.  Il-piżijiet għandhom ikunu ddifferenzati skond it-tliet kategoriji ta' l-i standards ta' l-emissjoni (euro). Taħt is-sistema tat-taxxa applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005, id-differenza fil-piż minn kategorija waħda għall-oħra trid tkun kbira kemm jista' jkun iżda ma tridx taqbeż il-15 % tal-medja peżata tal-piżijiet riferuti fil-paragrafu 4.

3.  

(a) Taħt is-sistema tat-taxxa applikabbli mill-1 ta' Jannar 2001, l-ammonti massimi fil-każ ta' vettura li mgħobbija għandha toqol attwali ta' mhux aktar minn 34 t u tivvjaġġa distanza ta' 300km tul l-Alpi ma jistgħux jaqbżu 205 CHF għal vettura li mhix konformi ma' l-i standards ta' l-EURO, 172 CHF għal vettura konformi ma' l-i standard I ta' l-EURO u 145 CHF għal vettura konformi ma' l-i standard II ta' l-EURO.

(b) Bħala deroga mill-paragrafu (a), il-Komunità għandha, għall-perjodu mill-1 Jannar 2001 sal-31 Diċembru 2004, tirċievi kwota fis-sena għal 220 000 vjaġġ uniku minn vetturi vojta jew vetturi li jġorru prodotti ħfief, sakemm it-toqol totali attwali mgħobbija tal-vettura ma jaqbiżx it-28 tunnellata metrika, fi transitu tul l-Alpi Svizzeri, ma' pagament ta' miżata għall-użu ta' l-infrastruttura. Din il-miżata tkun ta' 50 CHF fis-sena 2001, 60 CHF fl-2002, 70 CHF fl-2003 u 80 CHF fl-2004. L-Isvizzera għandha wkoll tirċievi kwota suġġetta għall-istess kondizzjonijiet. Dawn il-vjaġġi għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura ta' kontroll tas-soltu.

4.  Taħt is-sistema tat-taxxa applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005, il-medja peżata tal-piżijiet m'għandhiex taqbeż it-325 CHF għall-vetturi li għandhom toqol totali attwali mgħobbija ta' mhux aktar minn 40 t u li jivvjaġġaw distanza ta' 300 km tul l-Alpi. Il-miżata għall-aktar kategorija ta' tniġġiż m'għandhiex taqbeż it-380 CHF.

5.  Parti mill-miżati riferuti fil-paragrafi 3 u 4 tista' tkun magħmula mill-piżijiet ta' l-użu tat-toroq għall-użu ta' l-infrastruttura speċjalizzata ta' l-Alpi. Din il-parti ma tridx tikkostitwixxi aktar minn 15 % tal-piżijiet riferuti fil-paragrafi 3 u 4.

6.  Il-peżati riferuti fil-paragrafu 4 għandhom ikunu stabbiliti skond in-numru ta' vetturi għal kull kategorija normali ta' l-EURO li topera fl-Isvizzera. In-numru ta' vetturi f'kull kategorija jkun stabbilit fuq il-bażi taċ-ċensimenti li jkunu eżaminati mill-Kumitat Konġunt. Il-Kumitat Konġunt għandu jistabilixxi l-peżati fuq il-bażi ta' l-eżamijiet, l-ewwel waħda ssir qabel l-1 ta' Lulju 2004, imwettaq kull sentejn, sabiex jikkunsidraw ix-xejriet fl-istruttura tal-flotta tal-vetturi li topera fl-Isvizzera u l-bidliet ta' l-i standards ta' l-EURO.

Artikolu 41

Miżuri tal-Komunità

Il-Komunità għandha tkompli tiżviluppa s-sistemi tal-miżati applikabbli fit-territorju tagħha, li jirriflettu l-ispejjeż li joħorġu mill-użu ta' l-infrastruttura. Dawn is-sistemi għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji ta' “ħlas ta' l-utent”.

Artikolu 42

Reviżjoni tal-livell tal-miżati

1.  Fl-1 ta' Jannar 2007, u f'intervalli ta' kull sentejn wara, il-livelli massimi tal-miżati stabbiliti fl-Artikolu 40(4) għandhom ikunu emendati skond ir-rati ta' l-inflazzjoni fl-Isvizzera matul is-sentejn ta' qabel. Għal dan l-iskop, l-Isvizzera għandha tibgħat lill-Kumitat Konġunt, sat-30 ta' Settembru l-aktar tard tas-sena ta' qabel l-aġġustament, l-informazzjoni statistikali meħtieġa li fuqha għandu jibbaża l-aġġustament li qed ikun ikkunsidrat. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa', fuq talba tal-Komunità, fi żmien 30 ġurnata minn meta jirċievi din il-komunikazzjoni, biex iżomm konsultazzjonijiet dwar l-aġġustament li qed ikun ikkunsidrat.

Jekk, matul il-perjodu ta' bejn il-firma ta' dan il-Ftehim u l-31 ta' Diċembru 2004, ir-rata medja fis-sena ta' l-inflazzjoni fl-Isvizzera taqbeż it-2 %, il-livelli massimi tal-miżati stabbiliti fl-Artikolu 40(4) għandhom ikunu aġġustati biex jikkunsidraw biss l-inflazzjoni li taqbeż ir-rata fis-sena ta' 2 %. Għandha tgħodd il-proċedura stabbilita fis-subparagrafu ta' qabel.

2.  B'effett mill-1 ta' Jannar 2007, il-Kumitat Konġunt jista', fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet, jirrevedi l-livelli masimi tal-miżati stabbiliti fl-Artikolu 40(4) bil-għan li jkunu aġġustati bil-ftehim ta' bejniethom. Din ir-reviżjoni għandha ssir fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

 il-livell u l-istruttura tat-taxxi fiż-żewġ Partijiet Kontraent, l-aktar dwar it-toroq komparabbli transalpini,

 it-tqassim tat-traffiku bejn it-toroq komparabbli transalpini,

 xejriet fit-tqassim tal-modi fir-reġjun ta' l-Alpi,

 l-iżvilupp ta' l-infrastruttura tal-linji transalpini tal-ferroviji.



D.

MIŻURI TA' APPOĠĠ

Artikolu 43

Faċilitazzjoni tal-kontrolli tal-fruntiera

1.  Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu li jnaqqsu u jissimplifikaw il-formalitajiet assoċjati ma' l-operazzjonijiet tat-trasport, b'mod partikolari fil-qasam tad-dwana.

2.  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-simplifikazzjoni ta' l-ispezzjonijiet u l-formalitajiet dwar it-trasport tal-merkanzija tal-21 ta' Novembru 1990, il-Konvenzjoni dwar il-proċedura ta' transitu komuni ta' l-20 ta' Mejju 1987 u, fil-każ tat-trasport bil-linji tal-ferroviji, il-ftehim bejn id-ditti tal-linji tal-ferroviji dwar spezzjonijiet tekniċi għall-assenjament ta' vaguni tal-merkanzija għall-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali għandu jservi bħala l-bażi tal-miżuri li jittieħdu mill-Partijiet Kontraenti skond il-paragrafu 1.

Artikolu 44

Standards ekoloġiċi għal vetturi kummerċjali

1.  Bil-għan li jkun żgurat ħarsien aħjar ta' l-ambjent u mingħajr preġudizzju għall-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 7, il-Partijiet Kontraenti għandhom ifittxu, b'mod partikolari, li jdaħħlu standards ekoloġiċi li jipprovdu livell għoli ta' protezzjoni sabiex jitnaqqas il-gass ta' l-ispurgar, emissjonijiet ta' partiċelli u ħsejjes minn vetturi ta' merkanzija tqila.

2.  Il-Partijiet Kontraenti għandhom iżommu konsultazzjonijiet regolari matul it-tħejjija ta' dawn l-i standards.

3.  Il-kategorija ta' emissjoni ta' l-EURO għall-vetturi ta' merkanzija tqila (kif definita fil-leġislazzjoni tal-Komunità), jekk mhux iddikjarata fid-dokument tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, trid tkun aċċertata mid-data ta' meta l-vettura tidħol l-ewwel fis-servizz, kif hemm dikjarat fuq dak id-dokument, jew, fejn ikun il-każ, minn dokument speċjali addizzjonali maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat tal-ħruġ tad-dokumenti.

Artikolu 45

Osservatorju tat-traffiku

1.  Osservatorju permanenti għas-sorveljanza tat-traffiku tat-triq, tal-linji tal-ferroviji u t-traffiku konġunt fir-reġjun ta' l-Alpi għandu jkun stabbilit hekk kif dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ. Għandu jirrapporta kull sena dwar xejriet tat-traffiku lill-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 51 ta' dan il-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt jista' wkoll jitlob l-osservatorju biex iħejji rapport speċjali, b'mod partikolari f'każijiet fejn huma applikati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 46 u 47 ta' dan il-Ftehim.

2.  Ix-xogħol ta' l-osservatorju jkun iffinanzjat mill-Partijiet Kontraenti, fil-proporzjon li jkun deċiż mill-Kumitat Konġunt.

3.  Il-Partijiet Kontraenti għandhom jistabilixxu l-proċeduri amministrattivi li jirregolaw l-operazzjoni ta' l-osservatorju permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt li għandha tittieħed fl-ewwel laqgħa tiegħu.



E.

MIŻURI KORRETTIVI

Artikolu 46

Miżuri unilaterali ta' salvagwardji

1.  Jekk, wara l-1 ta' Jannar 2005, minkejja l-prezzijiet kompetittivi tal-linji tal-ferroviji u l-applikazzjoni tajba tal-miżuri pprovduti fl-Artikolu 36 dwar il-parametri tal-kwalità, hemm diffikoltajiet fil-mixi tat-traffiku tat-toroq transalpini Svizzeri u jekk, fuq perjodu ta' 10 ġimgħat, ir-rata medja ta' l-użu tal-kapaċità tal-linji tal-ferroviji fl-Isvizzera (trasport konġunt akkumpanjat jew mhux akkumpanjat) huwa anqas minn 66 %, l-Isvizzera tista', bħala deroga mid-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 40(4) u (5), iżżid il-piżijiet ipprovduti fl-Artikolu 40(4) b'mhux aktar minn 12,5 %. L-introjtu kollu minn din iż-żieda għandu jintuża biex jgħin it-trasport tal-linji tal-ferroviji u t-trasport konġunt isiru aktar kompetittivi mat-trasport bit-triq.

2.  Meta jiġru l-istess ċirkostanzi bħal dawk ippreżentati fil-paragrafu 1 fuq it-territorju tagħha, il-Komunità tista', suġġetta għall-kondizzjonijiet komparabbli, tieħu miżuri korrettivi simili.

3.  

(a) Il-miżura ta' hawn fuq għandha tkun limitata fl-iskop u bħala żmien għal dak kollu li huwa strettament meħtieġ biex tirranġa s-sitwazzjoni. Iż-żmien tal-miżura ma jistax jaqbeż is-sitt xhur iżda jista' jkun estiż għal perjodu wieħed ieħor ta' sitt xhur. Aktar estensjonijiet jistgħu jkunu miftehma mill-Kumitat Konġunt.

(b) Fejn waħda mill-Partijiet Kontraenti, f'okkażjoni qabel, applikat il-miżuri riferuti fil-paragrafu 1 jew 2, rikors ieħr għat-tali miżuri minn dik il-Parti Kontraenti jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

 fejn iż-żmien tal-miżuri ta' qabel ma jaqbiżx is-sitt xhur, aktar miżuri jistgħu jittieħdu biss wara perjodu ta' 12-il xahar mid-data meta jieqfu l-miżuri ta' qabel,

 fejn iż-żmien tal-miżuri ta' qabel qabeż is-sitt xhur, aktar miżuri jistgħu jittieħdu biss wara perjodu ta' 18-il xahar mid-data meta jieqfu l-miżuri ta' qabel,

 taħt l-ebda ċirkostanzi ma jistgħu jkunu introdotti miżuri ta' salvagwardji aktar minn darbtejn matul ħames snin mid-data ta' meta t-tali miżuri kienu introdotti l-ewwel darba.

Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi, bi ftehim komuni, li jidderoga minn dawn il-kondizzjonijiet f'każijiet speċifiċi.

4.  Qabel jittieħdu l-miżuri pprovduti fil-paragrafi ta' qabel, il-Parti Kontraenti kkonċernata għandha tavża lill-Kumitat Konġunt bl-intenzjoni tagħha. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' biex jeżamina l-kwistjoni. Għajr fejn il-Kumitat Konġunt jiddeċiedi mod ieħor, il-Parti Kontraenti kkonċernata tista' tieħu l-miżura kkonċernata wara perjodu ta' 30 ġurnata mid-data ta' l-avviż tal-miżura lill-Kumitat Konġunt.

Artikolu 47

Miżuri ta' salvagwardji konsenswali

1.  Fil-każ ta' tfixkil serju fil-mixi tat-traffiku transalpin, li jippreġudika l-kisba ta' l-għanijiet ippreżentati fl-Artikolu 30 ta' dan il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa', fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti, sabiex jiddeċiedi l-miżuri xierqa biex jieħu ħsieb din is-sitwazzjoni. Il-Parti Kontraenti li qed tagħmel it-talba għandha minnufih tavża l-osservatorju tat-traffiku, li għandu jirrapporta dwar is-sitwazzjoni u dwar kull miżura li għandha tittieħed fi żmien 14-il ġurnata.

2.  Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' fi żmien 15-il ġurnata minn meta tintbagħat it-talba. Għandu jeżamina s-sitwazzjoni, waqt li jikkunsidra r-rapport ta' l-osservatorju tat-traffiku. Fi żmien 60 jum mill-ewwel laqgħa dwar il-kwistjoni, il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi fuq il-miżuri li għandhom jittieħdu. Dan il-perjodu jista' jkun estiż bi ftehim komuni.

3.  Dawn il-miżuri ta' salvagwardji għandhom ikunu limitati, bħala skop u żmien, għal dak kollu li huwa strettament meħtieġ biex jirranġaw is-sitwazzjoni. Prijorità trid tingħata lil opzjonijiet li jfixklu l-operazzjoni tal-Ftehim mill-anqas kemm jista' jkun.

Artikolu 48

Miżuri dwar kriżi

Jekk il-mixi tat-traffiku transalpin huwa mfixkel serjament minħabba raġunijiet ta' forza maġġuri, bħal fil-każ ta' disastru naturali, il-Partijiet Kontraenti, kull waħda fit-territorju tagħha stess, għandhom jieħdu l-azzjonijiet kollha miftehma biex iġibu lura jew iżommu l-mixi tat-traffiku. Prijorità għandha tingħata għal tagħbija sensittiva bħal merkanzija li teħżien.



TITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 49

Implimentazzjoni tal-Ftehim

1.  Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu kull miżura xierqa, kemm ġenerali kif ukoll partikolari, biex jiżguraw li jitwettqu l-obbligi skond dan il-Ftehim.

2.  M'għandhomx jieħdu xi miżuri li x'aktarx tfixkel il-kisba ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

3.  Id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim dwar il-limiti massimi awtorizzati tat-toqol għall-vetturi li jingħaqdu ma' oħrajn u ferroviji tat-triq u għas-sistemi tal-miżati tat-trasport għandhom ikunu implimentati taħt proċedura b'żewġ stadji, mill-1 ta' Jannar 2001 sal-31 ta' Diċembru 2004 u mill-1 ta' Jannar 2005.

Artikolu 50

Miżuri ta' rettifika

Jekk Parti Kontraenti waħda tinduna li l-Parti Kontraenti l-oħra naqset li tħares l-obbligi mniżżla f'dan il-Ftehim jew naqset li timplimenta deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, il-Parti Kontraenti nġurjata tista', wara konsultazzjoniet ġewwa l-Kumitat Konġunt, tieħu l-miżuri xierqa biex iżżomm il-bilanċ ta' dan il-Ftehim. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu lill-Kumitat Konġunt it-tagħrif kollu meħtieġ biex ikun jista' jwettaq eżami fil-fond tas-sitwazzjoni.

Artikolu 51

Kumitat Konġunt

1.  Kumitat Konġunt magħruf bħala “l-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/l-Isvizzera” hawnhekk huwa stabbilit; ikun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti u jkun responsabbli mill-amministrazzjoni u l-applikazzjoni sewwa ta' dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, għandu jħejji r-rakkomandazzjonijiet. Għandu jieħu deċiżjonijiet fuq kwistjonijiet ipprovduti taħt dan il-Ftehim; dawn id-deċiżjonijiet għandhom isiru mill-Partijiet Kontraenti skond ir-regoli tagħhom stess. Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu bi ftehim komuni.

2.  B'mod partikolari, il-Kumitat Konġunt għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza u l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim u, b'mod partikolari, l-Artikoli 27(6), 33, 34, 35, 36, 39, 40, 42, 45, 46, 47 u 54. Għandu jimplimenta l-klawżoli ta' l-adattament u tar-reviżjoni riferuti fl-Artikoli 52 u 55.

3.  Sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni sodisfaċenti ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu skambju ta' tagħrif fuq bażi regolari u, fuq it-talba ta' waħda minnhom, għandhom iżommu konsultazzjonijiet fil-Kumitat Konġunt. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu skambju ta' tagħrif ipprovdut mill-awtoritajiet responsabbli biex japplikaw dan il-Ftehim u, b'mod partikolari, biex joħorġu awtorizzazzjonijiet u biex iwettqu l-ispezzjonijiet. Dawn l-awtoritajiet għandhom jidħlu fi skambju dirett ta' korrispondenza.

4.  Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta, b'deċiżjoni, ir-regoli tiegħu ta' proċedura li għandhom jinkludu, fost disposizzjonijiet oħra, il-proċeduri biex jittellgħu l-laqgħat, jinħatar il-President u jitniżżlu l-kondizzjonijiet tar-riferenza ta' dan ta' l-aħħar.

5.  Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' kif u meta hemm bżonn, u mill-anqas darba fis-sena. Kull Parti Kontraenti tista' titlob li ssir laqgħa.

6.  Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi t-tali partijiet jew gruppi ta' esperti li jqis li hemm bżonn biex jgħinuh fil-qadi tal-kompiti tiegħu.

7.  Dan il-Kumitat għandi jaqdi wkoll id-dmirijiet li qabel kienu jsiru mill-Kumitat Konġunt magħruf bħala “l-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Komunità/l-Isvizzera” stabbilit taħt l-Artikolu 18 tal-Ftehim ta' l-1992.

Artikolu 52

Żvilupp tal-liġijiet

1.  Suġġett għall-konformità mal-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni u mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, dan il-Ftehim ma jippreġudikax id-dritt ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti li temenda b'mod unilaterali l-leġislazzjoni domestika tagħha fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim.

2.  Hekk kif waħda mill-Partijiet Kontraenti tħejji leġislazzjoni ġdida f'qasam kopert minn dan il-Ftehim, għandha formalment titlob l-opinjoni ta' l-esperti tal-Parti Kontraenti l-oħra. Matul il-perjodu ta' qabel l-adozzjoni formali ta' din il-leġislazzjoni ġdida, il-Partijiet Kontraenti għandhom iżommu lil xulxin informati u għandhom iżommu konsultazzjonijiet kif u meta hemm bżonn. Fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti, skambju preliminari ta' opinjonijiet għandu jsir fil-Kumitat Konġunt, b'mod partikolari, dwar l-impatt li tali emenda jkollha fuq l-operazzjoni tal-Ftehim.

3.  Fil-mument ta' l-adozzjoni tal-leġislazzjoni emendata, u sa, l-aktar tard, tmint ijiem wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew fil-Kompilazzjoni Uffiċjali tal-Liġijiet u d-Digrieti Federali, il-Parti Kontraenti kkonċernata għandha tavża lill-Parti Kontraenti l-oħra bit-test ta' dawn id-disposizzjonijiet ġodda. Fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti, skambju ta' opinjonijiet għandu jsir fil-Kumitat Konġunt dwar l-impatt ta' l-emenda fuq l-operazzjoni ta' dan il-Ftehim mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data ta' meta tintbagħat it-talba.

4.  Il-Kumitat Konġunt għandu jew:

 jadotta deċiżjoni u jirrevedi l-Annessi 1, 3, 4 u 7 jew, jekk meħtieġ, jipproponi li d-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ikunu riveduti, sabiex jiddaħħlu fihom, kif u meta meħtieġa u fuq il-bażi tar-reċiproċità, l-emendi tal-leġislazzjoni kkonċernata, jew

 jadotta deċiżjoni li biha l-emendi tal-leġislazzjoni kkonċernata jitqiesu li huma konformi ma' dan il-Ftehim, jew

 jiddeċiedi fuq xi miżura oħra mmirata biex tissalvagwardja l-funzjoni sewwa ta' dan il-Ftehim.

5.  Il-Kumitat Konġunt għandu jiddeċiedi fuq il-proċeduri biex dan il-Ftehim ikun adattat għad-disposizzjonijiet relevanti ta' ftehim futuri bejn il-Komunità jew l-Isvizzera, minn naħa waħda, u pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra, kif riferuti fl-Artikoli 13 u 19.

6.  Bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom, skond l-iskeda stabbilita fl-Artikolu 49, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-drittijiet u l-obbligi ekwivalenti għal dawk li hemm fl-istrumenti legali tal-Komunità, kif imniżżla fAnness I, ikunu applikati b'mod attiv matul ir-relazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 53

Kunfidenzjalità

Ir-rappreżentanti, l-esperti u l-aġenti l-oħra tal-Partijiet Kontraenti jkunu meħtieġa, anki wara t-tmiem ta' l-appuntamenti tagħhom, li ma jikxfux tagħrif miksub fil-kuntest ta' dan il-Ftehim u li, bin-natura tiegħu stess, huwa kopert mill-obbligu tas-sigriet professjonali.

Artikolu 54

Soluzzjoni ta' tilwim

Kull Parti Kontraenti tista' tressaq kwistjoni taħt tilwima li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim lill-Kumitat Konġunt, li għandu jfittex li jsolvi t-tilwima. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun ipprovdut bl-informazzjoni relevanti kollha għal eżami fil-fond tas-sitwazzjoni bil-għan li jsib soluzzjoni aċċettabbli. Għal dan il-għan, il-Kumitat Konġunt ikun meħtieġ li jeżamina l-possibbiltajiet kollha biex iżomm il-funzjoni tajba ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 55

Reviżjoni tal-Ftehim

1.  Jekk waħda mill-Partijiet Kontraenti tixtieq li d-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ikunu riveduti, għandha tavża lill-Kumitat Konġunt b'dan. Suġġetta għall-paragrafi 2 u 3, il-verżjoni emendata ta' dan il-Ftehim għandha tidħol fis-seħħ x'ħin jitlestew l-proċeduri interni rispettivi.

2.  L-Annessi 1, 3, 4 u 7 jistgħu jkunu emendati b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt skond l-Artikolu 51(1) sabiex jikkunsidraw l-iżviluppi fil-leġislazzjoni tal-Komunità f'dan il-qasam.

3.  L-Annessi 5, 6, 8 u 9 jistgħu jkunu emendati b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt skond l-Artikolu 51(1).

Artikolu 56

Annessi

Annessi 1 sa 10 għandhom jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim.

Artikolu 57

Applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu jgħodd, minn naħa waħda, għat-territorji fejn it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea huwa applikat u skond il-kondizzjonijiet mniżżla f'dan it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta' l-Isvizzera.

Artikolu 58

Klawżoli finali

1.  Dan il-Ftehim ikun irratifikat jew approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri tagħhom stess. Jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar ta' wara l-aħħar notifika tad-depożitu ta' l-istrumenti ta' ratifikazzjoni jew approvazzjoni tas-seba' ftehim li ġejjin:

 Ftehim dwar it-Trasport ta' Merkanzija u Passiġġieri bil-Linji tal-Ferroviji u tat-Triq,

 Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni,

 Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru,

 Ftehim dwar il-Kummerċ fi Prodotti Agrikoli,

 Ftehim dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku dwar l-Istima ta' Konformità,

 Ftehim dwar Ċerti Aspetti ta' Akkwisti li jsiru mill-Gvern,

 Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika.

2.  Dan il-Ftehim ikun konkluż wara perjodu inizjali ta' seba' snin. Ikun jiġġedded indefinittivament sakemm il-Komunità jew l-Isvizzera ma tavżax lill-Parti Kontrenti l-oħra bil-kuntrarju qabel jiskadi l-perjodu inizjali. Fejn jingħata t-tali avviż, il-paragrafu 4 għandu jgħodd.

3.  Il-Komunità jew l-Isvizzera jistgħu jemmu dan il-Ftehim billi javżaw id-deċiżjoni tagħhom lill-Parti Kontraenti l-oħra. Fejn jingħata t-tali avviż, il-paragrafu 4 għandu jgħodd.

4.  Is-seba' ftehim riferuti fil-paragrafu 1 għandhom jieqfu jkunu applikabbli sitt xhur wara r-riċevuta ta' l-avviż tan-nuqqas tat-tiġdid, kif riferut fil-paragrafu 2, jew tat-tmiem, kif riferut fil-paragrafu 3.

Hecho en Luxemburgo, el veintiuno de junio de mil novecientos noventa y nueve, en doble ejemplar en lenguas alemana, danesa, española, finesa, francesa, griega, inglesa, italiana, neerlandesa, portuguesa y sueca, siendo cada uno de estos textos igualmente auténtico.

Udfærdiget i Luxembourg, den enogtyvende juni nitten hundrede og nioghalvfems, i to eksemplarer på dansk, engelsk, finsk, fransk, græsk, italiensk, nederlandsk, portugisisk, spansk, svensk og tysk, idet hver af disse tekster har samme gyldighed.

Geschehen zu Luxemburg am einundzwanzigsten Juni neunzehnhundertneunundneunzig in zwei Urschriften in dänischer, deutscher, englischer, finnischer, französischer, griechischer, italienischer, niederländischer, portugiesischer, spanischer und schwedischer Sprache, wobei jeder dieser Wortlaute gleichermaßen verbindlich ist.

Έγινε στο Λουξεμβούργο, στις είκοσι μία Ιουνίου χίλια εννιακόσια ενενήντα εννέα, εις διπλούν στην αγγλική, γαλλική, γερμανική, δανική, ελληνική, ισπανική, ιταλική, ολλανδική, πορτογαλική, σουηδική, και φινλανδική γλώσσα, κάθε κείμενο από τα οποία είναι αυθεντικό.

Done at Luxembourg on the twenty-first day of June in the year one thousand and ninety-nine, and drawn up in duplicate in the Danish, Dutch, English, Finnish, French, German, Greek, Italian, Portuguese, Spanish and Swedish languages, each text being equally authentic.

Fait à Luxembourg, le vingt-et-un juin mil neuf cent quatre-vingt dix-neuf, en double exemplaire en langues allemande, anglaise, danoise, espagnole, finnoise, française, grecque, italienne, néerlandaise, portugaise et suédoise, chacun de ces textes faisant également foi.

Fatto a Lussemburgo, addì ventuno giugno millenovecentonovantanove, in duplice copia, in lingua danese, finlandese, francese, greca, inglese, italiana, olandese, portoghese, spagnola, svedese e tedesca, ciascun testo facente ugualmente fede.

Gedaan te Luxemburg, de eenentwintigste juni negentienhonderd negenennegentig, in twee exemplaren in de Deense, de Duitse, de Engelse, de Finse, de Franse, de Griekse, de Italiaanse, de Nederlandse, de Portugese, de Spaanse en de Zweedse taal, zijnde alle teksten gelijkelijk authentiek.

Feito em Luxemburgo, em vinte e um de Junho de mil novecentos e noventa e nove, em duplo exemplar nas línguas alemã, dinamarquesa, espanhola, finlandesa, francesa, grega, inglesa, italiana, neerlandesa, portuguesa e sueca, fazendo fé qualquer dos textos.

Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäensimmäusenä päivänä kesäkuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäyhdeksän kahtena kappaleena englannin, espanjan, hollannin, italian, kreikan, portugalin, ranskan, ruotsin, saksan, suomen ja tanskan kielellä, ja kaikki teksti ovat yhtä todistusvoimaiset.

Utfärdat i Luxemburg den tjugoförsta juni nittonhundranittionio i två exemplar på det danska, engelska, finska, franska, grekiska, italienska, nederländska, portugisiska, spanska, svenska och tyska språket, vilka samtliga texter är lika giltiga.

Por la Comunidad Europea

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Voor de Europese Gemeenschap

Pela Comunidade Europeia

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

signatory

signatory

Por la Confederación Suiza

For Det Schweiziske Edsforbund

Für der Schweizerischen Eidgenossenschaft

Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération suisse

Per la Confederazione svizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

Pela Confederação Suíça

Sveitsin valaliiton puolesta

På Schweiziska Edsförbundets vägnar

signatory

signatory

LISTA TA' ANNESSI



Anness 1:

L-Artikoli 5(2), 6, 7(1), 24(1), 25(5) u 27(2): disposizzjonijiet applikabbli

Anness 2:

L-Artikolu 8(5): regoli għall-applikazzjoni tal-piżijiet ipprovduti fl-Artikolu 8

Anness 3:

L-Artikolu 9(1): mudell ta' l-awtorizzazzjoni tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq

Anness 4:

L-Artikolu 9(3): lista tat-tipi tal-merkanzija li għandhom ikunu eżentati minn kull sistema ta' liċenzi u minn kull awtorizzazzjoni

Anness 5:

L-Artikoli 12 u 13: lista tad-drittijiet eżistenti tal-ftehim bilaterali fis-seħħ

Anness 6:

L-Artikolu 15(2): eżenzjonijiet mil-limiti tat-toqol u mill-projbizzjoni tas-sewqan bil-lejl u nhar ta' Ħadd

Anness 7:

L-Artikoli 17, 18 u 21: trasport internazzjonali ta' passiġġieri, bil-coach u bil-karozza tal-linja, u l-proċedura ta' l-awtorizzazzjoni

Anness 8:

L-Artikoli 19 u 20: lista tad-drittijiet eżistenti tal-ftehim bilaterali fis-seħħ

Anness 9:

L-Artikolu 36: parametri tal-kwalità għas-servizzi tat-trasport bil-linji tal-ferroviji u trasport konġunt

Anness 10:

L-Artikolu 40(1): regoli għall-applikazzjoni tal-piżijiet ipprovduti fl-Artikolu 40

▼M3

ANNESS 1

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI

Skont l-Artikolu 52(6) ta’ dan il-Ftehim, l-Isvizzera għandha tapplika d-dispożizzjonijiet legali ekwivalenti għal dawn li ġejjin:

Dispożizzjonijiet rilevanti tal-Liġi Komunitarja

TAQSIMA 1 –   DĦUL GĦALL-IMPJIEG

 Id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport ta’ passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta’ trasport nazzjonali jew internazzjonali (ĠU L 124, 23.5.1996, p. 1), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 98/76/KE tal-1 ta' Ottubru 1998 (ĠU L 277, 14.10.1998, p. 17).

TAQSIMA 2 –   STANDARDS SOĊJALI

 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 68/2009 tat-23 ta’ Jannar 2009 (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 3).

 Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 484/2002 tal-1 ta' Marzu 2002, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92 u (KEE) Nru 3118/93 għall-iskopijiet li jistabbilixxi attestazzjoni tax-xufiera (ĠU L 76, 19.3.2002, p. 1).

 Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim,

 

(a) L-Artikolu 1 biss tar-Regolament (KE) Nru 484/2002 għandu japplika;

(b) il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera għandhom jeżentaw liċ-ċittadini kollha tal-Konfederazzjoni Svizzera, tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea mill-obbligu li jkollhom attestazzjoni tas-sewwieq.

(c) il-Konfederazzjoni Svizzera ma tistax teżenta liċ-ċittadini ta’ Stati oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt b) mill-obbligu li jkollhom fil-pussess tagħhom attestazzjoni mingħajr ma l-ewwel tikkonsulta u tikseb approvazzjoni mill-Komunità Ewropea.

 Id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ prodotti jew passiggieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4).

 Id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35).

 Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).

 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 tat-23 ta’ Jannar 2009 addattament għad-disa’ darba għall-progress tekniku tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 3).

TAQSIMA 3 –   STANDARDS TEKNIĊI

Vetturi bil-mutur

 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2411/98 tat-3 ta' Novembru 1998 dwar kif jingħaraf fit-traffiku inter-Komunitarju d-distintiv tal-Istat Membru fejn ikunu rreġistrati l-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (ĠU L 299, tal-10.11.1998, p. 1).

 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/542/KEE tal-1 ta' Ottubru 1991 li temenda d-Direttiva 88/77/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu gassużi minn magni li jaħdmu bid-diesel għall-użu f'vetturi (ĠU L 295, tal-25.10.1991, p. 1).

 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/6/KEE tal-10 ta’ Frar 1992 dwar l-istallazzjoni u l-użu ta' apparat li jillimita l-veloċità għal ċerti kategoriji ta' vetturi tal-mutur fil-Komunità (ĠU L 57, 2.3.1992, p. 27), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/85/KE tal-5 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 327, 4.12.2002, p. 8).

 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/24/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 relatata ma' tagħmir li jillimita l-veloċità jew sistemi bħal dawn abbord li jillimitaw il-veloċità ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 154).

 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/97/KEE tal-10 ta' Novembru 1992 li temenda d-Direttiva 70/157/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-livell permissibbli tal-ħoss u s-sistema tal-exhaust tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 371, 19.12.1992, p. 1).

 Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/7/KE tat-18 ta’ Frar 2002 (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 47).

 Id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2000 dwar l-ispezzjoni teknika tal-ġenb tat-triq biex jiġi stabbilit jekk il-vetturi kummerċjali li jiċċirkulaw fil-Komunità humiex tajba għat-triq (ĠU L 203, tal-10.8.2000, p. 1).

 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/20/KE tat-8 ta' April 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-użu mandatorju taċ-ċintorini tas-sigurtà f'vetturi ta' inqas minn 3.5 tunnellati (ĠU L 115, 9.5.2003, p. 63).

 Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/26/KE tat-3 ta' April 2003 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limitaturi tal-veloċità u l-emissjonijiet tal-exhaust ta' vetturi kummerċjali (ĠU L 90, 8.4.2003, p. 37).

 Id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 141, 6.6.2009, p.12).

Trasport ta’ oġġetti perikolużi

 Id-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE tas-6 ta’ Ottubru 1995 dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (ĠU L 249, 17.10.1995, p. 35), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 (ĠU L 162, 21.6.2008, p. 11).

 Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).

 Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim id-derogi li ġejjin tad-Direttiva 2008/68/KE japplikaw fl-Isvizzera:

 

1.    It-trasport bit-triq

Id-derogi għall-Isvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Kunsill tal- 24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

Suġġett: It-trasport ta' fjuwil tad-diżil u ż-żejt għat-tisħin bin-numru NU 1202 fil-kontenituri-tank.

Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.6 u 6.8

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: L-eżenzjonijiet relatati mal-kwantitajiet ittrasportati għal kull unità ta' trasport, ir-regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni ta' tankijiet.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-kontenituri-tank li mhumiex mibnija skont is-6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta' anqas minn jew daqs 1210 l u li jintużaw għat-trasport ta żejt għat-tisħin jew fjuwil tad-diżil bin-numru NU 1202 jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjonijiet skont 1.1.3.6 ADR.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi 1, paragrafi 1.1.3.6.3(b) u 6.14, tal-Ordinanza dwar it–traport fit-toroq ta' oġġetti perikolużi (SDR; RS 741621).

Data ta’ skadenza: 1 ta' Jannar 2017.

Suġġett: L-eżenzjoni mir-rekwiżit li jinġarr dokument tat-trasport għal ċerti kwantitajiet ta' oġġetti perikolużi kif iddefinit f'1.1.3.6.

Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 1.1.3.6 u 5.4.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-rekwiżit li jkun hemm dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: It-trasport ta’ kontenituri vojta mhux imnaddfa li jidħlu fil-Kategorija tat-Trasport 4 u ċilindri tal-gass mimlija jew vojta għal tagħmir tan-nifs għall-użu minn servizzi ta' emerġenza jew bħala tagħmir għal taħt l-ilma, fi kwantitajiet li jaqbżux il-limiti stipulati fi 1.1.3.6, mhuwiex suġġett għall-obbligu li jiġi ttrasportat dokument previst fi 5.4.1.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Appendiċi 1, paragrafi 1.1.3.6.3(c) tal-Ordinanza dwar it–trasport fit-toroq ta' oġġetti perikolużi (SDR; RS 741621).

Data ta’ skadenza: 1 ta' Jannar 2017.

Suġġett: It-trasport ta' tankijiet vojta u mhux imnaddfa minn kumpaniji li jagħtu servizz ta' manutenzjoni lill-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi perikolużi għall-ilma.

Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 6.5, 6.8, u 8.2 u 9.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni ta' tankijiet u vetturi; it-taħriġ tas-sewwieq.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-vetturi u t-tankijiet/kontenituri vojta u mhux imnaddfa użati minn kumpaniji li jagħtu servizz ta' manutenzjoni lill-faċilitajiet tal-ħżin għal-likwidi perikolużi għall-ilma biex iżommu l-likwidi waqt li t-tankijiet wieqfa tkun qed issirilhom il-manutenzjoni mhumiex suġġetti għar-regolamenti tal-kostruzzjoni, it-tagħmir u l-ispezzjoni jew għar-regolamenti dwar l-identifikazzjoni tat-tikkettar u tal-“orange-plate” stipulati mill-ADR. Huma suġġetti għal regolament ta' tikkettar u identifikazzjoni partikolari, u s-sewwieq tal-vettura mhuwiex obbligat li jkun ħa t-taħriġ deskritt fi 8.2

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-appendiċi 1, il-paragrafu 1.1.3.6.3.10. tal-Ordinanza dwar it-trasport fit-toroq ta' oġġetti perikolużi (SDR; RS 741621).

Data ta’ skadenza: 1 ta Jannar 2017.

Derogi għall-Isvizzera skont l-Artikolu 6(2)(b)(i) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

Suġġett: It-trasport ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi għal impjanti għar-rimi tal-iskart.

Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 2, 4.1.10, 5.2 u 5.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ imħallat, l-immarkar u t-ttikkettar, id-dokumentazzjoni.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-regoli jinkludu dispożizzjonijiet li jirrelataw għall-klassifikazzjoni ssimplifikata ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi (domestiċi) minn espert rikonoxxut mill-awtorità kompetenti, għall-użu ta' reċipjenti xierqa u għat-taħriġ tas-sewwieq. L-iskart domestiku li ma jistax jiġi kklassifikat mill-espert jista' jiġi ttrasportat għal ċentru ta' trattament fi kwantitajiet żgħar identifikati bill-pakkett u bl-unità tat-trasport.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-appendiċi 1, il-paragrafu 1.1.3.7, tal-Ordinanza dwar it-trasport fit-triq ta' oġġetti perikolużi (SDR; RS 741621).

Kummenti: Dawn ir-regoli jistgħu jiġu applikati għat-trasport ta' skart domestiku li jkun fih oġġetti perikolużi bejn il-postijiet tat-trattament pubbliċi u l-impjanti għar-rimi tal-iskart.

Data ta’ skadenza: 1 ta' Jannar 2017

Suġġett: It-trasport tar-ritorn tal-logħob tan-nar

Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 2.1.2, 5.4.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Il-Klassifikazzjoni u d-Dokumentazzjoni.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Bil-għan li jiġi ffaċilitat it-trasport tar-ritorn tal-logħob tan-nar bin-numri NU 0335,0336 u 0337 minn bejjiegħa bl-imnut għal fornituri, huma previsti l-eżenzjonijiet fir-rigward tal-indikazzjoni tal-massa netta u l-klassifikazzjoni tal-prodott fid-dokument tat-trasport.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-appendiċi 1, il-paragrafu 1.1.3.8, tal-Ordinanza dwar it-trasport fit-triq ta' oġġetti perikolużi (SDR; RS 741621).

Kummenti: Il-verifika iddettaljata tal-kontenuti eżatti ta' kull oġġett ta' prodott mhux mibjugħ f'kull pakkett hija prattikament impossibbli għal prodotti maħsuba għall-kummerċ bl-imnut.

Data ta’ skadenza: 1 ta' Jannar 2017.

Suġġett: Iċ-ċertifikati ta' taħriġ tal-ADR għal vjaġġi li saru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li ġratilhom il-ħsara, jitwettqu tiswijiet, biex jinkiseb l-għarfien espert ta' vettura bit-tank/tank, u għal vjaġġi li saru f'vetturi bit-tank minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vettura kkonċernata.

Ir-referenza għall-Anness I, I.1, għal din id-Direttiva: 8.2.1.

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Is-sewwieqa tal-vetturi għandhom jattendu korsijiet ta’ taħriġ.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Iċ-ċertifikati ta' taħriġ tal-ADR mhumiex rikjesti għal vjaġġi li saru bl-iskop li jiġu ttrasportati vetturi li ġratilhom il-ħsara jew għal provi tas-sewqan relatati ma' tiswijiet, vjaġġi li saru f'vetturi bit-tank bil-għan li jinkiseb l-għarfien espert ta' vettura bit-tank/tank, u għal vjaġġi li saru f'vetturi bit-tank minn esperti responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-vettura kkonċernata.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-istruzzjonijiet tat-30 ta' Settembru 2008 tad-Dipartiment Federali tal-Ambjent, it-Trasport, l-Enerġija u l-Komunikazzjoni (DETEC) dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq.

Kummenti: F'xi wħud mill-każijiet, il-vetturi li ġratilhom il-ħsara jew li qed isirulhom it-tiswijiet u vetturi bit-tank li qed jitħejjew għal spezzjoni teknika jew li qed jiġu vverifikati matul l-ispezzjoni jkunu għadhom qed iġorru oġġetti perikolużi.

Ir-rekwiżiti fil-punt 1.3 u 8.2.3 għadhom applikabbli.

Data ta’ skadenza: 1 ta Jannar 2017.

2.    It-trasport bil-ferrovija

Derogi għall-Isvizzera skont l-Artikolu 6(2)(a) tad-Direttiva 2008/68/KE tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi

Suġġett: It-trasport ta' fjuwil tad-diżil u ż-żejt għat-tisħin bin-numru NU 1202 fil-kontenituri-tank.

Ir-referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 6.8

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Ir-Regolamenti li jikkonċernaw il-kostruzzjoni tat-tankijiet.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Il-kontenituri-tank li mhumiex mibnija skont is-6.8 imma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li jkollhom kapaċità ta' anqas minn jew daqs 1210 l u li jintużaw għat-trasport ta żejt għat-tisħin jew fjuwil tad-diżil bin-numru NU 1202 huma awtorizzati.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-Anness għall-Ordinanza tad-DETEC tat-3 ta' Diċembru 1996 li tirrelata mat-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD, RS 742.401.6) u l-Appendiċi 1, il-Kapitolu 6.14, tal-Ordinanza li tirrelata mat-trasport ta' oġġetti perikolużi bit-triq (SDR, RS 741621).

Data ta’ skadenza: 1 ta' Jannar 2017.

Suġġett: Id-dokument tat-trasport

Ir-referenza għall-Anness II, it-Taqsima II.1, għal din id-Direttiva: 5.4.1.1.1

Il-kontenut tal-Anness għad-Direttiva: Informazzjoni ġenerali rikjesta fid-dokument tat-trasport.

Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-użu ta' terminu kollettiv fid-dokument tat-trasport u lista mehmuża li fiha l-informazzjoni preskritta kif stipulat hawn fuq.

Ir-referenza inizjali għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: L-Anness għall-Ordinanza tad-DETEC tat-3 ta' Diċembru 1996 li tirrelata mat-trasport ta' oġġetti perikolużi bil-ferrovija u bl-installazzjoni tal-funikular (RSD, RS 742.401.6).

Data ta’ skadenza: 1 ta Jannar 2017.

TAQSIMA 4 –   DRITTIJIET TA’ AĊĊESS U TRANŻITU FIR-RIGWARD TAL-FERROVIJI

 Id-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar il-liċenzjar ta' impriżi ferrovjarji (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 70).

 Id-Direttiva tal-Kunsill 95/19/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferroviji u l-ħlas ta' drittijiet tal-infrastruttura (ĠU L 143, 27.6.1995, p. 75).

 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU L 237, 24.8.1991, p. 25).

TAQSIMA 5 –   OQSMA OĦRA

 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/82/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxi tas-sisa fuq żjut minerali (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 19).

 Id-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħtiġijiet minimi tas-sigurtà għall-mini fin-Network Trans-Ewropew tat-Toroq (ĠU L 167, 30.4.2004, p.39).

▼B

ANNESS 2

REGOLI GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET TAL-PIŻIJIET IPROVDUTI FL-ARTIKOLU 8

1. Il-miżata Svizzera għall-vetturi li għandhom toqol attwali totali mgħobbija ta' aktar minn 28 t li jużaw l-awtorizzazzjoni riferuta fl-Artikolu 8(2) m'għandhiex taqbeż:

 180 CHF għal vjaġġ li jgħaddi mill-Isvizzera,

 70 CHF għal vjaġġ bilaterali lura lejn jew mill-Isvizzera.

2. L-ogħla miżata Svizzera għall-vetturi li jużaw l-awtorizzazzjoni riferuta fl-Artikolu 8(3) u li mgħobbija għandhom toqol attwali ta' aktar minn 34 t iżda mhux aktar minn 40 t u jivvjaġġaw distanza ta' 300km tul l-Alpi tkun ta' 205 CHF għal vettura li mhix konformi ma' l-i standards ta' l-EURO, 211 CHF għal vettura konformi ma' l-i standard I ta' l-EURO u 178 CHF għal vettura konformi ma' l-i standard II ta' l-EURO. Il-miżata għandha tkun applikata skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 40.

3. L-ogħla miżata Svizzera għall-vetturi li jużaw l-awtorizzazzjoni riferuta fl-Artikolu 8(4), li mgħobbija għandhom toqol attwali ta' aktar minn 34 t iżda mhux aktar minn 40 t u jivvjaġġaw distanza ta' 300km tul l-Alpi tkun ta' 300 CHF għal vettura li mhix konformi ma' l-i standards ta' l-EURO, 240 CHF għal vettura konformi ma' l-i standard I ta' l-EURO u 210 CHF għal vettura konformi ma' l-i standard II ta' l-EURO. Il-miżata għandha tkun applikata skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 40.

ANNESS 3

image

image

ANNESS 4

TIPI TA' TRASPORT EŻENTI MINN KULL SISTEMA TA' LIĊENZI U MINN KULL AWTORIZZAZZJONI

1. Trasport tal-posta bħala servizz pubbliku

2. Trasport ta' vetturi li nqalagħlhom xi ħsara jew waqfu.

3. Trasport ta' merkanzija f'vetturi bil-magna li t-toqol permess tagħhom mgħobbija, inkluż dak tal-karrijiet, ma jaqbiżx is-6 tunnellati metriċi it-tagħbija permessa li tinġarr bi ħla, inkluża dik tal-karrijiet, ma taqbiżx it-3,5 tunnellati metriċi

4. Trasport ta' merkanzija bil-vetturi bil-magna sakemm jitħarsu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-merkanzija li tinġarr trid tkun il-proprjetà ta' l-impriża jew trid tkun inbiegħet, inxtrat, inkriet jew mikrija, prodotta, estratta, ipproċessata, jew imsewwija mill-impriża;

(b) l-iskop ta' dan il-vjaġġ irid ikun biex iġorr il-merkanzija minn u lejn l-impriża jew biex iċaqlaqhom, jew ġewwa l-impriża jew barra għall-ħtiġiet proprji tagħha;

(ċ) vetturi bil-magna wżati għat-tali trasport iridu jsuquhom l-impjegati ta' l-impriża;

(d) il-vetturi li jġorru l-merkanzija jridu jkunu ta' l-impriża jew inxtraw minnha b'kondizzjonijiet differiti jew mikrija sakemm, fil-każ ta' l-aħħar, iħarsu l-kondizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 84/647/KEE tad-19 ta' Diċembru 1984 dwar l-użu tal-vetturi mikrija mingħajr xufier għat-trasport bit-triq ta' merkanzija.

Dawn id-disposizzjonijiet ma japplikawx għall-użu ta' vettura li tieħu post tal-vettura li tintuża s-soltu minħabba ħsara għal perjodu qasir;

(e) it-trasport ma jridx ikun aktar minn anċillari għall-attivitajiet kollha ta' l-impriża

5. It-trasport tal-prodotti mediċinali, l-apparat, tagħmir u oġġetti oħra meħtieġa għal kura medika f'riliev ta' emerġenza, b'mod partikolari għal disastri naturali.

ANNESS 5

LISTA TAD-DISPOSIZZJONIJIET LI JINSABU FIL-FTEHIM BILATERALI TAT-TRASPORT BIT-TRIQ KONKLUŻI MILL-ISVIZZERA MA' L-ISTATI MEMBRI DIFFERENTI TAL-KOMUNITÀ RIGWARD IT-TRASPORT TAL-MERKANZIJA FI TRAFFIKU TRIANGOLARI



Pajjiż

(data) ta' meta kien ġie iffirmat il-Ftehim

Dħul fis-seħħ

Kondizzjonijiet

Ġermanja

tas-17.12.1953

ta' l-1.2.1954

Artikolu 7

Permezz tal-liġi nazzjonali, traffiku triangolari bħala tali huwa permissibbli; traffiku ieħor l-hekk imsejjaħ triangolari huwa ipprojbit

Awstria

tat-22.10.1958

ta' l-4.4.1959

Artikolu 8

Burdnara intitolati li jaffetwaw il-karreġġjata ta' l-oġġetti huma awtorizzati li jġorru, fil-vetturi irreġistrati f'wieħed mill-Istati Kontraenti

(a)  oġġetti ntiżi lejn jew ġejjin minn wieħed mill-Istati

Belġju

tal-25.2.1975

ta' l-24.7.1975

Artikolu 4(1)(b)

Traffiku triangolari bħala tali huwa permissibbli; traffiku ieħor l-hekk imsejjaħ triangolari huwa ipprojbit

Danimarka

tas-27.8.1981

tal-25.3.1982

Artikolu 4(2)

Karreġġjata minn pajjiż terz lejn il-Parti Kontraenti l-oħra jew mill-Parti Kontraenti l-oħra lejn pajjiż terz hija suġġetta għall-awtorizzazzjoni maħruġa fuq il-bażi ta' każ b'każ mill-Parti Kontraenti l-oħra

Spanja

tat-23.1.1963

tal-21.8.1963

Protokoll tad-29 ta' Ottubru 1971:

Traffiku triangolari bħala tali huwa permissibbli; traffiku ieħor l-hekk imsejjaħ triangolari huwa ipprojbit

Finlandja

tas-16.1.1980

tat-28.5.1981

L-Artikolu 6(2) u l-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt Svizzera-Finlandja tat-23 u l-24 ta' Mejju 1989, il-punt 2.2: traffiku triangolari bħala tali huwa permissibbli; traffiku ieħor l-hekk imsejjaħ triangolari huwa permissibbli suġġett għall-awtorizzazzjoni

Franza

ta' l-20.11.1951

ta' l-1.4.1952

Permezz tal-liġi nazzjonali:

Il-burdnara Svizzeri: it-tipi kollha tat-traffiku triangolari huwa ipprojbit ġewwa Franza:

Il-burdnara Franċiżi: it-tipi kollha tat-traffiku triangolari huwa permissibbli ġewwa l-Isvizzera

Greċja

tat-8.8.1970

tas-6.9.1971

L-Artikolu 3 u l-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt Svizzera-Greċja tal-11 u t-13 ta' Diċembru 1972: it-tipi kollha tat-traffiku triangolari bħala tali huwa permissibbli (permezz ta' kwoti speċjali ta' l-awtorizzazzjoni).

Italja

Il-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt Svizzera-Italja tal-14 ta' Ġunju 1993;

Il-burdnara Svizzeri: awtorizzazzjoni tal-kwota għal traffiku hekk imsejjaħ triangolari huwa ipprojbit;

Il-burdnara Taljani: traffiku triangolari bħala tali huwa permissibbli mingħajr awtorizzazzjoni; awtorizzazzjonijiet tal-kwota għat-traffiku l-ieħor hekk imsejjaħ triangolari

Irlanda

Permezz tal-liġi nazzjonali:

Il-burdnara Svizzeri: it-tipi kollha tat-traffiku triangolari huwa ipprojbit apparti milli meta l-awtorizzazzjoni tkun maħruġa mill-awtoritajiet Irlandiżi

Il-burdnara Irlandiżi: it-tipi kollha tat-traffiku triangolari huwa permissibbli b'relazzjoni ma l-Isvizzera

Lussemburgu

tas-17.5.1972

ta' l-1.6.1972

Il-ftehim japplika biss għall-karreġġjata ta' passiġġieri. L-ebda arranġament ma kien miftiehem rigward il-karreġġjata ta' oġġetti. Traffiku triangolari huwa permissibbli permezz tal-liġi nazzjonali (L-applikazzjoni tal-prinċipju tar-reċiproċità). It-tipi kollha tat-traffiku triangolari huma permissibbli.

Olanda

ta' l-20.5.1952

tal-15.6.1952

Il-ftehim japplika biss għall-karreġġjata ta' passiġġieri. L-ebda arranġament ma kien miftiehem rigward il-karreġġjata ta' oġġetti. Traffiku triangolari huwa permissibbli permezz tal-liġi nazzjonali (L-applikazzjoni tal-prinċipju tar-reċiproċità). It-tipi kollha tat-traffiku triangolari huma permissibbli.

Portugall

tat-28.6.1973

ta' l-1.1.1974

It-tipi kollha tat-traffiku triangolari: deroga permezz tad-deċiżjoni meħudha mill-Kumitat Konġunt Svizzera-Portugall fis-6 ta' Ġunju 1996/

Renju Unit

ta' l-20.12.1974

tal-21.11.1975

L-Artikolu 3(b)

Traffiku triangolari bħala tali huwa permissibbli. It-traffiku l-ieħor hekk imsejjaħ triangolari huwa ipprojbit.

Svezja

tat-12.12.1973

tat-22.4.1974

L-Artikolu 4(1) u (2)

Traffiku triangolari permissibbli permezz ta' l-awtorizzazzjonijiet ta' kwota speċjail.

Traffiku triangolari bħal: meta l-vettura, li tgħaddi mir-rotta normali, tgħaddi mill-pajjiż li hija rreġistrata fih, eż. meta vettura rreġistrata fl-Isvizzera ġġorr merkanzija mill-Ġermanja għall-Italja permezz ta' l-Isvizzera.

Traffiku ieħor hekk imsejjaħ triangolari: meta l-vettura ma tgħaddix mill-pajjiż li hija rreġistrata fih, eż. meta vettura rreġistrata fl-Isvizzera ġġorr merkanzija mill-Ġermanja għall-Italja permezz ta' l-Awstrija.

ANNESS 6

EŻENZJONIJIET MIL-LIMITU TAT-TOQOL U MILL-PROJBIZZJONI TAS-SEWQAN BIL-LEJL U NHAR TA' ĦADD

I.   Eżenzjonijiet mill-limitu tat-toqol matul il-perjodu li jagħlaq fil-31 ta' Diċembru 2004

Għall-vjaġġi li joriġinaw barra u jispiċċaw fiż-żona tal-fruntiera Svizzera ( 1 ), (u viċe versa), eżenzjonijiet huma permessi mingħajr ħlas għal kull merkanzija sa total ta' 40 tunnellata metrika u għall-kontenituri ta' 40 pied ta' l-ISO fi trasport konġunt sa total ta' 44 tunnellata metrika. Għal raġunijiet ta' disinn tat-toroq, ċerti postijiet tad-dwana japplikaw limiti aktar baxxi.

II.   Eżenzjonijiet oħra mil-limitu tat-toqol

Għall-vjaġġi li joriġinaw barra u jispiċċaw barra miż-żona tal-fruntiera Svizzera ( 2 ), (u viċe versa), u li jgħaddu mill-Isvizzera, toqol attwali totali mgħobbi aktar mill-ogħla toqol permess fl-Isvizzera jista' jkun awtorizzat għat-tipi tat-trasport mhux riferuti fl-Artikolu 8:

(a) għat-trasport tal-merkanzija li ma tistax tinqasam, fil-każijiet fejn il-ftehim ma jistgħux ikunu obduti minkejja l-użu ta' vettura xierqa;

(b) għat-trasferimenti jew għall-użu ta' vetturi speċjali, l-aktar tal-vetturi tal-ħidma li, minħabba l-iskop li jintużaw għalih, m'humiex kompatibbli mad-disposizzjonijiet dwar toqol;

(ċ) għat-trasport f'emerġenza ta' vetturi bil-ħsara jew li waqfu;

(d) għat-trasport ta' provvista ta' l-ikel għall-inġenji ta' l-ajru;

(e) ġarr bit-triq matul l-istadji inizjali u finali tat-trasport konġunt, normalment f'raġġ ta' 30km mit-terminal.

III.   Eżenzjonijiet mill-projbizzjoni tas-sewqan bil-lejl u nhar ta' Ħadd

L-eżenzjonijiet mill-projbizzjoni tas-sewqan bil-lejl u nhar ta' Ħadd li ġejjin huma ppjanati:

(a)  mingħajr permess speċjali

 vjaġġi li jsiru biex jipprovdu għajnuna ta' emerġenza f'każ ta' disastri,

 vjaġġi li jsiru biex jipprovdu għajnuna ta' emerġenza f'każ ta' aċċidenti, l-aktar f'aċċidenti tat-trasport pubbliku u tat-traffiku ta' l-ajru

(b)  bil-permess speċjali

Għat-trasport ta' merkanzija li, minħabba n-natura tagħhom, jiġġustifikaw ġarr matul il-lejl u għal raġunijiet ġenwini, ġarr nhar ta' Ħadd:

 prodotti agrikoli li jeħżienu (bħal tut, frott u ħaxix, pjanti (inklużi fjuri maqtugħin) jew meraq magħsur frisk), matul is-sena,

 ħnieżer u tiġieġ għall-qatla,

 ħalib frisk u prodotti tal-ħalib li jeħżienu,

 tagħmir tal-kummiedja, strumenti tal-mużika ta' xi orkestra, armar tat-teatru, eċċ.,

 gazzetti ta' kuljum inkluż komponent editorjali, u kunsinni postali ttrasportati taħt ħtieġa ta' servizz legali.

Biex il-proċeduri ta' l-approvazzjoni ikunu eħfef, awtorizzazzjonijiet validi sa 12-il xahar għal kull numru ta' vjaġġi jistgħu jinħarġu, sakemm il-vjaġġi kollha huma ta' l-istess natura.

ANNESS 7

TRASPORT INTERNAZZJONALI TAL-PASSIĠĠIERI BIL-COACH U BIL-KAROZZI TAL-LINJA

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

1.  Servizzi regolari

1.1. Servizzi regolari huma servizzi li jipprovdu għat-trasport tal-passiġġieri f'intervalli speċifikati tul rotot speċifikati, il-passiġġieri jinġabru u jitniżżlu f'punti ta' waqfien stabbiliti minn qabel. Is-servizzi regolari jkunu miftuħin għal kulħadd, suġġetti, meta jkun il-każ, għal riservi ta' bilfors.

Adattament għall-kondizzjonijiet tat-trasport ta' tali servizz ma jaffettwax il-karattru tiegħu bħala servizz regolari.

1.2. Is-servizzi, organizzati minn min ikun, li jipprovdu għat-trasport ta' kategoriji speċifiċi tal-passiġġieri għall-esklużjoni ta' passiġġieri oħra, sakemm it-tali servizzi jitħaddmu taħt il-kondizzjonijiet speċifikati fil-punt 1.1, jitqiesu li huma servizzi regolari. It-tali servizzi huma minn hawn “il quddiem imsejħa” servizzi regolari speċjali.

Servizzi regolari speċjali għandhom jinkludu:

(a) it-trasport ta' ħaddiema mid-dar għax-xogħol;

(b) trasport lejn u mill-istituzzjoni edukazzjonali għat-tfal ta' l-iskola u l-istudenti;

(ċ) it-trasport tas-suldati u l-familji tagħhom bejn l-Istat ta' oriġini tagħhom u ż-żona tal-kwartieri tagħhom.

Il-fatt li servizz speċjali jista' jvarja skond il-ħtiġiet ta' l-utenti m'għandux jaffettwa l-klassifikazzjoni tiegħu bħala servizz regolari.

1.3. L-organizzazzjoni tas-servizzi parallelli jew temporanji, li jaqdu l-istess pubbliku bħas-servizzi regolari eżistenti, in-nuqqas ta' servizz ta' ċerti waqfiet, u l-qadi ta' waqfiet addizzjonali ta' servizzi regolari eżistenti jkunu rregolati mill-istess regoli bħas-servizzi regolari eżistenti.

2.  Servizzi okkażjonali

2.1. Servizzi okkażjonali huma servizzi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' servizzi regolari, inklużi servizzi regolari speċjali, u li huma kkaratterizzati fuq kollox mill-fatt li huma jġorru gruppi ta' passiġġieri miġbura fuq inizzjattiva tal-klijent jew mit-trasportatur innifsu.

L-organizzazzjoni ta' servizzi parallelli jew temporanji komparabbli mas-servizzi regoli eżistenti u li jaqdu l-istess pubbliku bħal din ta' l-aħħar għandhom ikunu suġġetti għall-awtorizzazzjoni skond il-proċedura mniżżla fit-taqsima I.

2.2. Is-servizzi riferuti fil-punt 2 ma jieqfux ikunu servizzi okkażjonali biss għax huma pprovduti f'ċerti intervalli.

2.3. Is-servizzi okkażjonali jistgħu jkunu pprovduti minn grupp ta' trasportaturi li jaġixxu f'isem l-istess kuntrattur.

L-ismijiet tat-tali trasportaturi u, fejn ikun il-każ, il-punti ta' konnessjoni fit-triq għandhom ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati tal-Komunità Ewropea u ta' l-Isvizzera, skond il-proċeduri li għandhom ikunu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.

3.  Operazzjonijiet tat-trasport tagħhom proprju

L-operazzjonijiet tat-trasport proprju tagħhom huma dawk li jsiru għal skopijiet mhux bil-qligħ u mhux kummerċjali minn persuna naturali jew legali, sakemm:

 l-attività tat-trasport hija biss attività anċillari għal dik il-persuna naturali jew legali,

 il-vetturi wżati huma l-proprjetà ta' dik il-persuna naturali jew legali, jew inkisbu b'kondizzjonijiet differiti minnhom jew kienu suġġetti għal kuntratt ta' kiri fit-tul u jinsaqu minn dik il-persuna naturali jew legali jew minn membri tal-persunal tagħhom.



Taqsima I

SERVIZZI REGOLARI SUĠĠETTI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI

Artikolu 2

Għamla ta' l-awtorizzazzjoni

1.  L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu f'isem l-impriża tat-trasport; ma jistgħux ikunu ttrasferiti minn dan ta' l-aħħar lejn pajjiżi terzi. Madankollu, it-trasportatur li rċieva l-awtorizzazzjoni jista', bil-kunsens ta' l-awtorità riferuta fl-Artikolu 3(1) ta' dan l-Anness, jopera s-servizz permezz ta' subkuntrattur. F'dan il-każ, l-isem ta' l-impriża ta' l-aħħar u l-irwol tagħha bħala subkuntrattur għandhom ikunu indikati fl-awtorizzazzjoni. Is-subkuntrattur irid jaderixxi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17 tal-Ftehim.

Fil-każ ta' l-impriżi assoċjati bil-għan li joperaw servizz regolari, l-awtorizzazzjoni għandha tinħareġ fl-ismijiet ta' l-impriżi kollha. Għandha tingħata lill-impriża li tamministra l-operazzjoni u kopji jingħataw lill-oħrajn. L-awtorizzazzjoni għandha tagħti l-ismijiet ta' l-operaturi kollha.

2.  Il-perjodu tal-validità ta' l-awtorizzazzjoni m'għandux jaqbeż il-ħames snin.

3.  L-awtorizzazzjonijiet għandhom jispeċifikaw dan li ġej:

(a) it-tip ta' servizz;

(b) ir-rotta tas-servizz, b'mod partikolari l-post tat-tluq u l-post tad-destinazzjoni;

(ċ) il-perjodu ta' validità ta' l-awtorizzazzjoni;

(d) il-waqfiet u l-iskeda.

4.  L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-mudell ippreżentat fir-Regolament (KE) Nru 2121/98 ( 3 ).

5.  L-awtorizzazzjonijiet għandhom jintitolaw lid-detentur(i) tagħhom biex joperaw servizzi regolari fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti.

6.  L-operatur tas-servizz regolari jista' juża vetturi addizzjonali biex jieħu ħsieb sitwazzjonijiet temporanji u eċċezzjonali.

F'dan il-każ, it-trasportatur irid jiżgura li d-dokumenti li ġejjin ikunu fil-vettura:

 kopja ta' l-awtorizzazzjoni tas-servizz regolari,

 kopja tal-kuntratt ta' bejn l-operatur tas-servizz regolari u d-ditta li tipprovdi l-vetturi addizzjonali, jew dokument ekwivalenti,

 kopja awtentikata tal-liċenza tal-Komunità fil-każ tat-trasportaturi tal-Komunità, jew liċenza simili Svizzera fil-każ tat-trasportaturi Svizzeri, maħruġa mill-operatur tas-servizz regolari.

Artikolu 3

Sottomissjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni

1.  L-operaturi tal-Komunità li japplikaw għal awtorizzazzjoni għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 684/92, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 11/98, u l-operaturi Svizzeri li japplikaw għal awtorizzazzjoni għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom skond il-kapitolu 5 fl-ordni tal-25 ta' Novembru 1998 dwar konċessjonijiet għat-trasport tal-passiġġieri (OCTV) ( 4 ). Fil-każ ta' servizzi eżenti mill-awtorizzazzjoni fl-Isvizzera iżda suġġetti għall-awtorizzazzjoni fil-Komunità, l-operaturi Svizzeri li japplikaw għal awtorizzazzjoni għandhom jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti Svizzeri jekk il-post tat-tluq tat-tali servizzi qiegħed fl-Isvizzera.

2.  L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-mudell ippreżentat fir-Regolament (KE) Nru 2121/98.

3.  Il-persuni li japplikaw għal awtorizzazzjoni għandhom jipprovdu kull informazzjoni addizzjonali li jqisu relevanti jew li hija mitluba mill-awtorità tal-ħruġ tal-liċenzi. B'mod partikolari, l-applikanti għandhom jipprovdu skeda tas-sewqan li tippermetti li jkun ikkontrollat jekk is-servizz hux konformi mal-leġislazzjoni dwar is-sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ. It-trasportaturi tal-Komunità għandhom ukoll jibagħtu kopja tal-liċenza tal-Komunità tat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq għall-kiri jew rigal, u t-trasportaturi Svizzeri kopja ta' liċenza, maħruġa mill-operatur tas-servizz regolari.

Artikolu 4

Proċedura ta' awtorizzazzjoni

1.  L-awtorizzazzjonijiet jinħarġu bi ftehim ma' l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti li fit-territorju tagħhom il-passiġġieri jittellgħu jew jitniżżlu. L-awtorità tal-ħruġ ta' l-awtorizzazzjoni għandha tibgħat l-istima tagħha li t-tali awtoritajiet – kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tal-Komunità li t-territorju tagħhom jinqasam mingħajr ma jinġabru jew jitniżżlu passiġġieri flimkien ma' kopja ta' l-applikazzjoni u kopji ta' kull dokumentazzjoni oħra relevanti.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Isvizzera u ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li ntalab l-ftehim tagħhom għandhom javżaw lill-awtorità tal-ħruġ bid-deċiżjoni tagħhom fi żmien xahrejn. Dan il-limitu ta' żmien għandu jinħadem mid-data ta' l-irċevuta tat-talba għal opinjoni li tintwera fir-rikonoxximent ta' l-irċevuta. Jekk, matul dan il-perjodu, l-awtorità tal-ħruġ ma tirċevix risposta, l-awtoritajiet ikkonsultati jitqiesu li taw il-ftehim tagħhom, u l-awtorità tal-ħruġ toħroġ l-awtorizzazzjoni.

3.  Bla ħsara għall-paragrafi 7 u 8, l-awtorità tal-ħruġ għandha tieħu deċiżjoni fi żmien erba' xhur mid-data li fiha t-trasportatur jitfa' l-applikazzjoni.

4.  L-awtorizzazzjoni għandha tingħata sakemm:

(a) l-applikant mhux kapaċi jipprovdi s-servizz li huwa s-suġġett ta' l-applikazzjoni bl-apparat direttament għad-disposizzjoni tiegħu;

(b) fil-passat, l-applikant naqas li jħares il-leġislazzjoni nazzjonali jew internazzjonali dwar it-trasport tat-triq, u b'md partikolari l-kondizzjonijiet u l-ħtiġiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-awtorizzazzjonijiet għas-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri bit-triq, jew wettaq ksur serju fil-leġislazzjoni dwar is-sigurtà fit-triq, b'mod partikolari r-regoli applikabbli għall-vetturi u s-sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ tax-xufiera;

(ċ) fil-każ ta' applikazzjoni għat-tiġdid ta' awtorizzazzjoni, il-kondizzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni ma tħarsux;

(d) jintwera li s-servizz li applikaw għalih direttament jikkromprometti l-eżistenza ta' servizzi diġà awtorizzati, għajr f'każijiet fejn is-servizzi regolari kkonċernati huma pprovduti minn trasportatur wieħed jew grupp ta' trasportaturi biss;

(e) jidher li l-applikant bi ħsiebu jopera biss l-aktar servizzi eżistenti profitabbli tar-rotot ikkonċernati;

(f) l-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti tiddeċiedi, fuq bażi ta' analiżi dettaljata, li t-tali servizz se jaffettwa serjament il-vijabilità ta' servizz kompatibbli tal-linji tal-ferroviji fuq it-taqsimiet diretti kkonċernati. Id-deċiżjonijiet kollha li jittieħdu taħt din id-disposizzjoni, u r-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet, għandhom ikunu avżati lit-trasportaturi kkonċernati.

Mill-1 ta' Jannar 2000, fejn servizz internazzjonali eżistenti ta' coach jew ta' karozza tal-linja qed jaffettwa serjament il-vijabilità ta' servizz komparabbli tal-linji tal-ferroviji fuq it-taqsimiet diretti kkonċernati, l-awtorità kompetenti ta' Parti Kontraenti tista', bil-ftehim tal-Kumitat Konġunt, tissospendi jew tirtira l-awtorizzazzjoni ta' l-operazzjoni tas-servizz internazzjonali tal-coach jew tal-karozza tal-linja, wara li jingħata avviż ta' sitt xhur lit-trasportatur.

Il-fatt li trasportatur joffri prezzijiet aktar baxxi minn trasportaturi oħra bit-triq, jew li r-rotta kkonċernata diġà qed titħaddem minn trasportaturi oħra bit-triq, jista' minnu nnifsu ma jikkostitwix ġustifikazzjoni għar-rifjut ta' applikazzjoni.

5.  L-awtorità tal-ħruġ ta' l-applikazzjonijiet tista' ma taċċettax applikazzjonijiet biss għal raġunijiet li huma kompatibbli ma' dan il-Ftehim.

6.  Jekk il-proċedura biex jintlaħaq il-ftehim riferut fil-paragrafu 1 ma twassalx li ftehim jintlaħaq, il-kwistjoni tista' tkun riferuta lill-Kumitat Konġunt.

7.  Il-Kumitat Konġunt għandu, malajr kemm jista' jkun, jieħu deċiżjoni li tidħol fis-seħħ fi żmien 30 ġurnata minn meta tkun avżata lill-Isvizzera u lill-Istati Membri kkonċernati tal-Komunità Ewropea.

8.  Hekk kif il-proċedura mniżżla f'dan l-Artikolu titlesta, l-awtorità tal-ħruġ għandha tavża l-awtoritajiet kollha riferuti fil-paragrafu u għandhom, fejn ikun il-każ, tibgħatilhom kopja ta' l-awtorizzazzjoni.

Artikolu 5

Ħruġ u tiġdid ta' awtorizzazzjonijiet

1.  Hekk kif titlesta l-proċedura mniżżla fl-Artikolu 4, l-awtorità tal-ħruġ għandha jew tagħti l-awtorizzazzjoni jew formalment tirrifjuta l-applikazzjoni.

2.  Deċiżjoni li ma taċċettax applikazzjoni trid tagħti r-raġunijiet għal dak ir-rifjut. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li t-trasportaturi jkollhom l-opportunità li jużaw id-drittijiet tagħhom jekk l-applikazzjoni tagħhom tkun rifjutata.

3.  L-Artikolu 4 ta' dan Anness għandhom jgħodd, mutatis mutandis, għall-applikazzjonijiet għat-tiġdid ta' l-awtorizzazzjonijiet jew għall-bidliet tal-kondizzjonijiet li taħthom is-servizzi suġġetti għall-awtorizzazzjoni jridu jkunu operati.

Fil-każ ta' bidla żgħira fil-kondizzjonijiet ta' l-operazzjoni, b'mod partikolari, l-aġġustament tan-nollijiet jew ta' l-iskeda, l-awtorità tal-ħruġ għandha tipprovdi biss l-informazzjoni kkonċernata lill-awtoritajiet kompetenti lill-Parti Kontraenti l-oħra.

Artikolu 6

Skadenza ta' awtorizzazzjoni

Il-proċedura li għandha tkun segwita dwar l-iskadenza ta' awtorizzazzjoni tkun kif imniżżla fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 684/92 u fl-Artikolu 44 ta' l-OCTV.

Artikolu 7

Obbligi tat-trasportaturi

1.  Għajr f'każ ta' forza maġġuri, l-operatur tas-servizz regolari għandu, sakemm tiskadi l-awtorizzazzjoni, jieħu l-miżuri kollha biex jiggarantixxi servizz tat-trasport li jimxi skond l-i standards tal-kontinwità, regolarità, u l-kapaċità u jħares il-kondizzjonijiet l-oħra mniżżla mill-awtorità kompetenti skond l-Artikolu 2(3) ta' dan l-Anness.

2.  It-trasportatur għandu jippubblika r-rotta tas-servizz, il-waqfiet, l-iskeda, in-nollijiet, u l-kondizzjonijiet tat-trasport – sakemm dawn mhux imniżżlin mil-liġi – b'tali mod li jiżgura li dan it-tagħrif ikun disponibbli mill-ewwel lill-utenti kollha.

3.  Ikun possibbli għall-Isvizzera u għall-Istati Membri kkonċernati tal-Komunità Ewropea, bil-ftehim komuni u bil-ftehim mad-detentur ta' l-awtorizzazzjoni, li jsiru bidliet fil-kondizzjonijiet ta' l-operazzjoni li jirregolaw is-servizz regolari.



Taqsima II

SERVIZZI OKKAŻJONALI U SERVIZZI OĦRA EŻENTI MILL-AWTORIZZAZZJONI

Artikolu 8

Dokument ta' kontroll

1.  Is-servizzi riferuti fl-Artikolu 18(1) tal-Ftehim għandhom isiru taħt il-kopertura ta' dokument ta' kontroll (formula tal-vjaġġ).

2.  It-trasportatur li jopera servizzi okkażjonali jrid jimla formula tal-vjaġġ qabel kull vjaġġ.

3.  Il-kotba tal-formuli tal-vjaġġ għandhom ikunu pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Isvizzera jew ta' l-Istat Membru tal-Komunità Ewropea fejn it-trasportatur huwa stabbilit jew mill-korpi maħtura minn dawk l-awtoritajiet.

4.  Il-mudell tad-dokument ta' kontroll u l-mod kif għandu jintuża jkunu kif imniżżel fir-Regolament Nru 2121/98.

Artikolu 9

Ċertifikat

Iċ-ċertifikat riferut fl-Artikolu 18(6) tal-Ftehim għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti ta' l-Isvizzera jew ta' l-Istat Membru tal-Komunità Ewropea fejn il-vettura hija rreġistrata.

Għandu jkun konformi mal-mudell ippreżentat fir-Regolament (KE) Nru 2121/98.



Taqsima III

KONTROLLI U PENALI

Artikolu 10

Biljett tat-trasport

1.  Il-passiġġieri li jużaw servizz regolari, eskluzi s-servizzi regolari speċjali, għandhom ikollhom il-biljetti tat-trasport matul il-vjaġġ tagħhom, jew individwalment jew kollettivament, li juru:

 il-postijiet tat-tluq u d-destinazzjoni u, fejn ikun il-każ, il-vjaġġ lura,

 il-perjodu ta' validità tal-biljett,

 in-noll.

2.  Il-biljett tat-trasport ipprovdut fil-paragrafu 1 għandu jkun ippreżentat meta mitlub minn kull uffiċjal awtorizzat ta' l-ispezzjoni.

Artikolu 11

Spezzjonijiet matul it-triq u fl-impriżi

1.  Fil-każ tat-trasport għall-kiri jew għal rigal, id-dokumenti li ġejjin iridu jinġarru abbord il-vettura u jridu jkunu ppreżentati fuq it-talba ta' kull uffiċjal awtorizzat ta' l-ispezzjoni: kopja awtentikata vera tal-liċenza tal-Komunità għat-trasportaturi tal-Komunità jew ta' liċenza Svizzera simili għat-trasportaturi Svizzeri u, skond it-tip ta' servizz, jew l-awtorizzazzjoni (jew kopja awtentikata tagħha) jew il-formula tal-vjaġġ.

Fil-każ ta' l-operazzjonijiet tat-trasport tagħhom stess, iċ-ċertifikat (jew kopja awtentikata tiegħu) iridu jinġarru abbord il-vettura u jridu jkunu ppreżentati fuq it-talba ta' kull uffiċjal awtorizzat ta' l-ispezzjoni.

Fil-każ tas-servizzi koperti mill-Artikolu 18(2) tal-Ftehim, il-kuntratt jew kopja awtentikata vera tiegħu għandu jservi bħala dokument ta' kontroll.

2.  It-trasportaturi li joperaw il-coaches u l-karozzi tal-linji fit-trasport internazzjonali tal-passiġġieri għandhom jippermettu l-ispezzjonijiet kollha maħsuba biex jiżguraw li l-operazzjonijiet jitwettqu sew, b'mod partikolari dwar is-sewqan u l-perjodi ta' mistrieħ.

Artikolu 12

Assistenza bejn xulxin

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għandhom, meta mitluba, jipprovdu lil xulxin b'kull informazzjoni relevanti fil-pussess tagħhom dwar:

 ksur f'dan il-Ftehim, u ta' regoli oħra li jirregolaw it-trasport internazzjonali tal-passiġġieri permezz ta' coach jew karozza tal-linja fit-territorju tagħhom minn trasportatur minn Parti Kontraenti oħra, u l-penali imposti,

 il-penali imposti fuq it-trasportaturi proprji tagħhom għall-ksur imwettqa fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra.

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li fiha huwa stabbilit it-trasportatur għandhom jirtiraw il-liċenza tal-Komunità jew il-liċenza Svizzera simili jekk id-detentur:

 ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 17(1) tal-Ftehim,

 ipprovda tagħrif mhux eżatt dwar l-informazzjoni meħtieġa biex tinħareġ il-liċenza tal-Komunità jew il-liċenza Svizzera simili.

3.  L-awtorità tal-ħruġ għandha tirtira l-awtorizzazzjoni jekk id-detentur ma jibqax iħares il-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta' dik l-awtorizzazzjoni taħt dan il-Ftehim, b'mod partikolari jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet Kontraenti li fiha huwa stabbilit it-trasportatur jitolbu t-tali rtirar. L-awtorità tal-ħruġ għandha minnufih tavża l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti l-oħra.

4.  Jekk it-trasportatur iwettaq ksur serju jew ripetutament iwettaq ksur żgħar fir-regolamenti tat-trasport u fir-regoli tas-sigurtà fit-triq, b'mod partikolari r-regoli applikabbli għall-vetturi, għas-sewqan, u l-operazzjoni mhux awtorizzata tas-servizzi parallelli jew temporanji riferuti fl-Artikolu 1(2.1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li fiha huwa stabbilit dak it-trasportatur jistgħu, b'mod partikolari, jirtiraw il-liċenza tal-Komunità jew il-liċenza Svizzera simili tiegħu, jew jistgħu temporanjament u/jew parzjalment jirtiraw il-kopji awtentikati tal-liċenza tal-Komunità jew il-liċenza Svizzera simili tiegħu.

Dawn il-penali jkunu stabbiliti skond is-serjetà ta' l-offiża li ssir mid-detentur tal-liċenza tal-Komunità jew ta' liċenza simili Svizzera, u skond in-numru ta' kopji awtentikati li għandu dwar l-operazzjonijiet internazzjonali tiegħu tat-trasport.

ANNESS 8

LISTA TAD-DISPOSIZZJONIJIET LI JINSABU FIL-FTEHIM BILATERALI TAT-TRASPORT BIT-TRIQ KONKLUŻI MILL-ISVIZZERA MA' L-ISTATI MEMBRI DIFFERENTI TAL-KOMUNITÀ RIGWARD L-GĦOTI TA' AWTORIZZAZZJONIJIET GĦAT-TRASPORT TAL-PASSIĠĠIERI FI TRAFFIKU TRIANGOLARI



Pajjiż

(data) ta' meta kien ġie iffirmat il-Ftehim

Dħul fis-seħħ

Kondizzjonijiet

Ġermanja

17.12.1953

1.2.1954

L-Artikoli 4 u 5

— bi qbil mal-liġi nazzjonali

— tirrispetta l-prinċipju tar-reċiproċità

Awstria

22.10.1958

4.4.1959

Artikolu 6

— bi qbil mal-liġi nazzjonali

— tirrispetta l-prinċipju tar-reċiproċità

Belġju

25.2.1975

24.7.1975

Artikolu 3

— bi qbil mal-liġi nazzjonali

Danimarka

27.8.1981

25.3.1982

L-Artikolu 3 u 5

— bi qbil mal-liġi nazzjonali

Spanja

23.1.1963

21.8.1963

L-Artikoli 2 u 3

— awtorizzazzjoni espressa tal-Parti Kontraenti l-oħra

— bi ftehim reċiproku (reċiproċità)

Finlandja

16.1.1980

28.5.1981

Artikolu 3

— bi qbil mal-liġi nazzjonali

Franza

20.11.1951

1.4.1952

Il-Kapitolu II

— bi ftehim reċiproku

— rispettar tal-prinċipju ta' reċiproċità

Greċja

8.8.1970

6.9.1971

Artikolu 2

— bi ftehim reċiproku (reċiproċità)

Italja

_

_

Bi qbil mal-liġi nazzjonali (l-ebda ftehim bilaterali)

Irlanda

_

_

Bi qbil mal-liġi nazzjonali (l-ebda ftehim bilaterali)

Lusemburgu

17.5.1972

1.6.1972

Artikolu 3

Bi qbil mal-liġi nazzjonali

Olanda

20.5.1952

15.6.1952

Paragrafu 2(2)

Bi qbil mal-liġi nazzjonali

Portugall

28.6.1973

1.1.1974

Protokoll tal-ftehim, sezzjonijiet 5 u 6

— ftehim reċiproku

— reċiproċità

Renju Unit

20.12.1974

21.11.1975

Bi qbil mal-liġi nazzjonali (il-ftehim jirrigwarda biss il-karreġġjata ta' oġġetti)

Svezja

12.12.1973

22.4.1974

Artikolu 3

Bi qbil mal-liġi nazzjonali

ANNESS 9

IL-KWALITÀ TAS-SERVIZZI TAT-TRASPORT BIL-LINJI TAL-FERROVIJI U TAT-TRASPORT KONĠUNT

Jekk l-Isvizzera tixtieq tieħu l-miżuri tas-salvagwardji riferuti fl-Artikolu 46 tal-Ftehim, kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu.

1. Il-prezz medju tat-trasport tal-linji tal-ferroviji u tat-trasport konġunt mill-Isvizzera ma jridx ikun ogħla mill-ispiża għal vettura ta' toqol massimu awtorizzat ta' 40 t li tivvjaġġa distanza ta' 300km tul l-Alpi. B'mod partikolari, il-prezz medju mħallas għat-trasport konġunt akkumpanjat (“trakk fuq ferrovija”) ma jridx jaqbeż l-ispejjeż tat-trasport bit-triq (piżijiet tat-triq u spejjeż varjabbli).

2. L-Isvizzera għandha tieħu l-passi biex iżżid il-kompetittività tat-trasport konġunt u tat-trasport tal-merkanzija bil-linji tal-ferroviji tul it-territorju tagħha.

3. Il-parametri wżati fil-valutazzjoni tal-kompetittività tat-trasport konġunt u tat-trasport tal-merkanzija bil-linji tal-ferroviji għandhom mill-anqas jinkludu li ġejjin:

 il-punt sa fejn l-iskedi u l-veloċità jilqgħu l-ħtiġiet ta' l-utenti,

 il-livell sa fejn dawk li jipprovdu s-servizz jiggarantixxu u jaċċettaw ir-responsabbiltà tal-kwalità tiegħu,

 il-punt sa fejn l-operaturi Svizzeri jilqgħu l-impenni tagħhom tal-kwalità tas-servizz jew, jekk jonqsu li jagħmlu dan, il-punt sa fejn il-klijenti jkunu kkompensati,

 kondizzjonijiet ta' riservi.

ANNESS 10

REGOLI GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET TAL-PIŻIJIET IPROVDUTI FL-ARTIKOLU 40

Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 40(3.(b)) u (5), il-piżijiet ipprovduti fl-Artikolu 40 għandhom ikunu applikati kif ġej:

(a) kil-każ ta' l-operazzjonijiet tat-trasport fl-Isvizzera, il-piżijiet għandhom jogħlew jew jitnaqqsu fil-proporzjon sal-punt li d-distanza attwali li saret fl-Isvizzera hija ogħla jew anqas minn 300km;

(b) il-piżijiet għandhom ikunu fil-proporzjon tal-kategorija tat-toqol tal-vettura.

ATT FINALI



Il-plenipotenzarji

tal-KOMUNITÀ EWROPEA

u

tal-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA,

li jiltaqgħu fil-wieħed u għoxrin jum ta' Ġunju fis-sena elf disa' mija u disa' u disgħin fil-Lussemburgu għall-firma tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri bil-linji tal-ferroviji u bit-triq adottaw id-Dikjarazzjonijiet Konġunti msemmija hawn taħt u mehmuża ma' dan l-Att Finali:



 Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Artikolu 38(6),

 Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar aktar negozjati.

Ħadu nota wkoll tad-Dikjarazzjonijiet li ġejjin, annessi ma' dan l-Att Finali:

 Id-Dikjarazzjoni dwar l-attendenza Svizzera fil-kumitati,

 Id-Dikjarazzjoni mill-Isvizzera dwar l-użu tal-kwoti tat-tariffa (40 t),

 Id-Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea dwar l-użu tal-kwoti tat-tariffa (40 t),

 Id-Dikjarazzjoni mill-Isvizzera dwar l-Artikolu 40(4),

 Id-Dikjarazzjoni mill-Isvizzera dwar il-faċilitazzjoni tal-proċeduri tad-dwana (L-Artikolu 43(1)).

Hecho en Luxemburgo, el ventiuno de junio de mil novecientos noventa y nueve.

Udfærdiget i Luxembourg den enogtyvende juni nitten hundrede og nioghalvfems.

Geschehen zu Luxemburg am einundzwanzigsten Juni neunzehnhundertneunundneunzig.

Έγινε στο Λουξεμβούργο, στις είκοσι μία Ιουνίου χίλια εννιακόσια ενενήντα εννέα.

Done at Luxembourg on the twenty-first day of June in the year one thousand nine hundred and ninety-nine.

Fait à Luxembourg, le vingt-et-un juin mil neuf cent quatre-vingt dix-neuf.

Fatto a Lussemburgo, addì ventuno giugno millenovecentonovantanove.

Gedaan te Luxemburg, de eenentwintigste juni negentienhonderd negenennegentig.

Feito em Luxemburgo, em vinte e um de Junho de mil novecentos e noventa e nove.

Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäensimmäisenä päivänä kesäkuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäyhdeksän.

Som skedde i Luxemburg den tjugoförsta juni nittonhundranittionio.

Por la Comunidad Europea

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Voor de Europese Gemeenschap

Pela Comunidade Europeia

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

signatory

signatory

Por la Confederación Suiza

For Det Schweiziske Edsforbund

Für der Schweizerischen Eidgenossenschaft

Για την Ελβετική Συνομοσπονδία

For the Swiss Confederation

Pour la Confédération suisse

Per la Confederazione svizzera

Voor de Zwitserse Bondsstaat

Pela Confederação Suíça

Sveitsin valaliiton puolesta

På Schweiziska Edsförbundets vägnar

signatory

signatory

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

dwar l-Artikolu 38(6)

Il-Partijiet Kontraenti jiddikjaraw li d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 38(6) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni, taħt is-Sistema Federali Svizzera, ta' l-istrumenti li jaqgħu taħt is-sistema Federali ta' ekwilizzazzjoni finanzjarja.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA

dwar aktar negozjati

Il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jidħlu f'negozjati biex jikkonkludu ftehim f'oqsma ta' interess komuni bħall-aġġornament tal-Protokoll 2 tal-Ftehim tal-Kummerċ Ħieles ta' l-1972 u l-parteċipazzjoni Svizzera f'ċerti programmi tal-Komunità ta' taħriġ, żgħażagħ, mezzi tax-xandir, statistikali, u ambjentali. Ix-xogħol preparatorju għal dawn in-negozjati għandu jimxi malajr hekk kif in-negozjati bilaterali kurrenti jkunu konklużi.

DIKJARAZZJONI

dwar l-attendenza Svizzera fil-kumitati

Il-Kunsill jaqbel li r-rappreżentanti ta' l-Isvizzera jistgħu, sa fejn jikkonċernawhom il-kwistjonijiet, jattendu l-laqgħat tal-kumitati u tal-gruppi tal-ħidma ta' esperti li ġejjin, bħala osservaturi:

 il-Kumitati tal-programmi tar-riċerka, inkluż il-Kumitat tar-Riċerka Xjentifika u Teknika (CREST),

 il-Kummissjoni Amministrattiva dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Immigranti,

 il-Grupp ta' Kordinazzjoni dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla,

 il-Kumitati ta' Konsulenza dwar ir-rotot ta' l-ajru u l-applikazzjoni tar-regoli ta' kompetizzjoni fil-qasam tat-trasport bl-ajru.

Ir-rappreżentanti ta' l-Isvizzera ma jkunux preżenti meta dawn il-kumitati jivvotaw.

Fil-każ ta' kumitati oħra li jieħdu ħsieb l-oqsma koperti minn dawn il-ftehim li bihom l-Isvizzera adottat jew l-acquis communautaire jew miżuri ekwivalenti, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti Svizzeri bil-metodu speċifikat fl-Artikolu 100 tal-Ftehim ta' l-EEA.

DIKJARAZZJONI MILL-ISVIZZERA

dwar l-użu tal-kwoti tat-tariffa (40 t)

L-Isvizzera tiddikjara li mhux aktar minn 50 % tal-kwoti pprovduti fl-Artikolu 8 għall-Ftehim tal-vetturi Svizzeri li t-toqol totali attwali mgħobbija tagħhom ma jaqbiżx l-40 t se jintuża għat-trasport ta' l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-transitu.

DIKJARAZZJONI MILL-KOMUNITÀ' EWROPEA

dwar l-użu tal-kwoti tat-tariffa (40 t)

Il-Komunità tiddikjara li, skond l-estimi kurrenti tagħha, tistenna li madwar 50 % tal-kwoti tagħha taħt l-Artikolu 8 se jintużaw għall-operazzjonijiet bilaterali tat-trasport.

DIKJARAZZJONI MILL-ISVIZZERA

dwar l-Artikolu 40(4)

L-Isvizzera tiddikjara, dwar l-applikazzjoni tal-piżijiet riferuti fl-Artikolu 40(4) tal-Ftehim, li se tistabbilixxi l-piżijiet attwali applikabbli sal-ftuħ tal-mina ta' l-ewwel bażi, jew l-1 ta' Jannar 2008, liema jasal l-ewwel, fuq livell taħt l-ogħla ammont permess minn dik id-disposizzjoni. L-Isvizzera bi ħsiebha, fuq bażi ta' dan l-ippjanar kurrenti, li tistabbilixxi l-livell għall-2005, l-2006, u l-2007 bħala 292,50 CHF bħala medja u 350 CHF bħala massimu.

DIKJARAZZJONI MILL-ISVIZZERA

dwar l-iffaċilitar tal-proċeduri tad-dwana (L-Artikolu 43(1))

Sabiex tiffaċilita l-iżdoganar fil-qasmiet tat-triq tal-fruntieri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera, l-Isvizzera qablet mal-miżuri li ġejjin, li jkunu miftehma fuq bażi ta' prijorità, matul il-kors ta' l-1999, fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim ta' l-1992:

 biex tiżgura, bil-koperazzjoni ta' l-uffiċċju doganali tal-ġirien tagħha, li l-ħinijiet ta' l-uffiċċju fil-qasmiet ewlenin tal-fruntiera huma twal biżżejjed sabiex jippermettu li l-HGVs jibdew il-vjaġġ tagħhom tul l-Isvizzera hekk kif tispiċċa l-projbizzjoni tal-ħin bil-lejl, jew biex ikomplu l-vjaġġ tagħhom sakemm tibda l-projbizzjoni. Jekk meħtieġa, miżata żejda li tirrifletti l-ispejjeż addizzjonali tista' tkun imposta għal dan l-skop. Din il-miżata, madankollu, m'għandhiex taqbeż it-8 CHF;

 li jinkiseb, sa l-1 ta' Jannar 2000, u biex jinżamm minn hemm 'il quddiem, bil-koperazzjoni ta' l-awtoritajiet doganali tal-pajjiżi ġirien, ħin għall-iżdoganar għall-HGVs ta' 30 minuta għal kull qasma tal-fruntiera bejn l-Isvizzera u l-Unjoni Ewropea (li jitkejjel mid-dħul għall-ewwel uffiċċju doganali għall-iżdoganar sat-tieni).



( 1 ) Iż-żona tal-fruntiera ta' l-Isvizzera hija definita fAnness 4 tal-minuti tal-ħames laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim ta' l-1992, li nżammet fi Brussel fit-2 ta' April 1998. Ġeneralment hija żona f'raġġ ta' 10 kilometri minn post tad-dwana.

( 2 ) Iż-żona tal-fruntiera ta’ l-Isvizzera hija definita fAnness 4 tal-minuti tal-ħames laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt il-Ftehim ta’ l-1992, li nżammet fi Brussel fit-2 ta’ April 1998. Ġeneralment hija żona f’raġġ ta’ 10 kilometri minn post tad-dwana

( 3 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98 tat-2 ta' Ottubru 1998 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92 u (KE) Nru 12/1999 dwar id-dokumenti għat-trasport tal-passiġġieri bil-coach u bil-karozza tal-linja (ĠU L 268, tat-3.10.1998, p.10).

( 4 ) RS/SR 744.11.

Top