EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02001R1339-20090211

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 tat-28 ta' Ġunju tas-sena 2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni ta' l-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala l-munita unika tagħhom

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/1339/2009-02-11

2001R1339 — MT — 11.02.2009 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1339/2001

tat-28 ta' Ġunju tas-sena 2001

li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni ta' l-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala l-munita unika tagħhom

(ĠU L 181, 4.7.2001, p.157)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 45/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008

  L 17

4

22.1.2009




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1339/2001

tat-28 ta' Ġunju tas-sena 2001

li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001, li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni ta' l-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala l-munita unika tagħhom



IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 miġjub fih,

Wara li kkunsidra il-proposti mressqa mill-Kummissjoni ( 1 ), u

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 );

Billi:

(1)

Fil-proċess ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 ( 3 ), il-Kunsill iddeċieda li l-Artikoli 1 sa 11 tiegħu għandhom jkollhom effett f'dawk l-Istati Membri li adottaw il-euro bħala l-munita unika tagħhom.

(2)

Iżda, huwa importanti li l-euro għandu jkollu l-istess livell ta' protezzjoni f'dawk l-Istati Membri li m'adottawx, u li l-prekawzjonijiet neċessarji għandhom jittieħdu għal dak l-għan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



▼M1

Artikolu 1

L-applikazzjoni tal-Artikoli 1 sa 11 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 kif ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 44/2009 ( 4 ) hija b’dan estiża għall-Istati Membri li m’adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom.

▼B

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2002. Iżda, għandu jidħol fis-seħħ mid-data tal-publikazzjoni tiegħu, għal karti tal-flus u muniti li għadhom ma nħarġux iżda li hemm il-ħsieb li jinħarġu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU C 337 E, tat-28.11.2000, p. 264.

( 2 ) Opinjoni mogħtija fit-3 ta' Mejju tas-sena 2001 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 3 ) Ara paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

( 4 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1).

Top