This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02000L0060-20090113
Directive 2000/60/EC of the European Parliament and of the Council of 23 October 2000 establishing a framework for Community action in the field of water policy
Consolidated text: Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma
Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma
2000L0060 — MT — 13.01.2009 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA 2000/60/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
ID-DEĊIŻJONI Nru 2455/2001/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL ta' l-20 ta' Novembru 2001 |
L 331 |
1 |
15.12.2001 |
|
DIRETTIVA 2008/32/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Marzu 2008 |
L 81 |
60 |
20.3.2008 |
|
DIRETTIVA 2008/105/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-16 ta’ Diċembru 2008 |
L 348 |
84 |
24.12.2008 |
ID-DIRETTIVA 2000/60/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-23 ta' Ottubru 2000
li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEJA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),
Waqt li jaġixxu bi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 4 ) u fid-dawl tat-test konġunt approvat fit-18 ta' lulju tas-sena 2000 mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni,
Billi:
(1) |
L-ilma mhuwiex prodott kummerċjali bħal kull prodott ieħor imma, pjuttost, wirt li għandu jiġi protett, difiż u ttrattat bħala tali. |
(2) |
Il-konklużjonijiet tas-Seminar Ministerjali tal-Politika Komunitarja ta' l-ilma fi Frankfurt fl-1988 enfasizza il-ħtieġa ta' leġislazzjoni Komunitarja li tkopri kwalità ekoloġika. Il-Kunsill fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Ġunju tal-1988 ( 5 ) talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposti biex tittejjeb il-kwalità ekoloġika ta' l-ilmijiet tal-wiċċ Komunitarji. |
(3) |
Id-dikjarazzjoni tas-Seminar Ministerjali fuq l-ilma ta' taħt l-art, miżmuma f'The Hague fl-1991 irrikonoxxiet il-ħtieġa li tittieħed azzjoni biex tiġi evitata deterjorazzjoni għal żmien twil fil-kwalità u l-kwantità ta' ilma ħelu u talbet programm ta' azzjonijiet sabiex ikunu implimentati sas-sena 2000 bl-għan ta' mmaniġġjar sostenibbli u protezzjoni ta' riżorsi ta' l-ilma ħelu. Fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Frar 1992 ( 6 ) u l-20 ta' Frar tal-1995 ( 7 ), il-Kunsill talab programm ta' azzjoni għall-ilma ta' taħt l-art u reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE tas-17 ta' Diċembru tal-1979 fuq il-protezzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art minn tniġġis kawżat minn ċerti sustanzi perikolużi ( 8 ), bħala parti minn politika ġenerali fuq il-protezzjoni ta' l-ilma ħelu. |
(4) |
Ilmijiet fil-Komunità huma taħt pressjoni dejjem tiżdied mit-talba dejjem tikber għall-kwantitajiet suffiċenti ta' ilma ta' kwalità tajba għal kull skop. Fl-10 ta' Novembru tal-1995, l-Aġenzija Ewropea ta' l-ambjent fir-rapport tagħha 'Ambjent fl-Unjoni Ewropea - 1995' ippreżentat rapport aġġornat dwar l-istat ta' l-ambjent, waqt li kkonfermat il-ħtieġa għal azzjoni sabiex ikunu protetti l-ilmijiet Komunitarji, kemm f'termini kwalitattivi kif ukoll f'termini kwantitattivi. |
(5) |
Fit-18 ta' Diċembru tal-1995, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jeħtieġu, inter alia, it-tfassil ta' Direttiva qafas ġdida li tistabbilixxi l-prinċipji bażiċi ta' politika sostenibbli ta' l-ilma fl-Unjoni Ewropea u tistieden lill-Kummisjoni biex tipproponi proposta. |
(6) |
Fil-21 ta' Frar tal-1996 il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-politika ta' l-ilma tal-Komunità Ewropea li tistabbilixxi l-prinċipji għal politika Komunitarja ta' l-ilma. |
(7) |
Fid-9 ta' Settembru tal-1996 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq programm ta' azzjoni għal protezzjoni integrata u mmaniġġjar ta' l-ilma ta' taħt l-art ( 9 ). F'dik il-proposta il-Kummissjoni mmirat lejn il-ħtieġa li jkunu stabbiliti proċeduri għar-regolazzjoni sabiex jittella' l-ilma ħelu u għall-monitoraġġ tal-kwalità u l-kwantità ta' l-ilma ħelu. |
(8) |
Fid-29 ta' Mejju tal-1996 il-Kummissjoni adottat komunikazzjoni għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq l-użu bil-għaqal u konservazzjoni ta' artijiet mistagħdra, li rrikonoxxiet il-funzjonijiet importanti li għandhom fil-protezzjoni tar-riżorsi ta' l-ilma. |
(9) |
Huwa meħtieġ li tiġi żviluppata politika Komunitarja integrata fuq l-ilma. |
(10) |
Il-Kunsill fil-25 ta' Ġunju tal-1996, il-Kumitat tar-Reġjuni fid-19 ta' Settembru tal-1996, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali fis-26 ta' Settembru tal-1996, u l-Parlament Ewropew fit-23 t' Ottubru tal-1996 kollha talbu lill-Kummissjoni biex tipproponi proposta għal Direttiva tal-Kunsill li twaqqaf qafas għal politika Ewropea ta' l-ilma. |
(11) |
Kif stabbilit fl-Artikolu 174 tat-Trattat, il-politika Komunitarja fuq l-ambjent għandha tikkontribwixxi għal għanijiet ta'priservar, protezzjoni u titjib tal-kwalità ta' l-ambjent, f'użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali, u li din tkun bażata fuq il-prinċipju prekawzjonarju, u fuq il-prinċipji li, azzjonijiet preventivi għandhom jittieħdu, il-ħsara għall-ambjent trid, bħala prijorità, tkun ikkoreġuta fil-bidu u li minn iniġġeż iħallas. |
(12) |
Skond l-Artikolu 174 tat-Trattat, fil-preparazzjoni tal-politika tagħha fuq l-ambjent, il-Komunità għanda tieħu in konsiderazzjoni ta' data xjentifika u teknika disponibbli, kundizzjonijiet ta' l-ambjent fir-reġjuni varji tal-Komunità, u l-iżvilupp sħiħ ekonomiku u soċjali tal-Komunità u l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni tagħha kif ukoll il-benefiċċji potenzjali u l-ispejjeż ta' l-azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni. |
(13) |
Hemm diversi kundizzjonijiet u ħtiġiet fil-Komunità li jeħtieġu soluzzjonijiet speċifiċi differenti. Id-diversità trid tiġi kunsidrata fl-ippjanar u l-eżekuzzjoni ta' miżuri biex tkun żgurata l-protezzjoni u l-użu sostenibbli ta' l-ilma fil-qafas tal-baċin tax-xmara. Id-deċiżjonijiet iridu jittieħdu viċin kemm jisa' jkun tal-lokazzjonijiet fejn l-ilma huwa affetwat jew użat. Trid tingħata prijorità għal azzjoni li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri mit-tfassil ta' programmi ta' miżuri aġġustati għal kundizzjonijiet reġjonali u lokali. |
(14) |
Is-suċċess ta' din id-Direttiva jibbaża fuq koperazzjoni mill-viċin u azzjoni koerenti f'livell Komunitarju, livell tal-Istati Membri u lokali kif ukoll fuq informazzjoni, konsultazzjoni u involviment tal-pubbliku, inklużi l-utenti. |
(15) |
Il-forniment ta' l-ilma huwa servizz ta' interess ġenerali kif imsemmi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq servizzi ta' interess ġenerali fl-Ewropa ( 10 ). |
(16) |
Aktar integrazzjoni ta' protezzjoni u mmaniġġjar sostenibbli ta' ilma f'oqsma oħra ta' politika Komunitarja bħal enerġija, trasport, agrikoltura, sajd, politika reġjonali u turiżmu huwa meħtieġ. Din id-Direttiva trid tipprovdi bażi għal djalogu li jibqa' għaddej u għal żvilupp ta' strateġiji dwar aktar integrazzjoni ta' oqsma politiċi. Din id-Direttiva tista' wkoll tagħmel kontribuzzjoni importanti għal oqsma oħra ta' koperazzjoni bejn l-Istati Membri, inter alia, il-perspettiva Ewropea dwar l-iżvilupp spazjali (ESDP). |
(17) |
Politika effettiva u koerenti ta' l-ilma trid tieħu in konsiderazzjoni l-vulnerabbiltà ta' ekosistemi akkwatiċi li jinsabu viċin il-kosta u estwarji jew ġo golfijiet jew ibħra relativament magħluqa, peress li l-ekwilibriju tagħhom huwa influenzat ħafna mill-kwalità ta' l-ilmijiet interni li jnixxu għal ġo fihom. Protezzjioni ta' l-istat ta' ilma fi ħdan baċini tax-xmara jipprovdu benefiċji ekonomiċi billi jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-popolazzjoni tal-ħut, inklużi popolazzjoni tal-ħut tal-kosta. |
(18) |
Politika Komunitarja ta' l-ilma teħtieġ qafas leġiżlattiv trasparenti, effettiv u koerenti. Il-Komunità trid tipprovdi prinċipji komuni u l-qafas ġenerali għal azzjoni. Din id-Direttiva għandha tipprovdi għal dan il-qafas u tikkordina u ssaħħaħ, u, f'perspettiva itwal, tiżviluppa aktar il-prinċipji u strutturi ġenerali għall-protezzjoni u użu sostenibbli ta' ilma fil-Komunità skond il-prinċipji tas-sussidjarjeta‘. |
(19) |
Din id-Direttiva timmira sabiex iżżomm u ttejjeb l-ambjent akwatiku fil-Komunità. Dan l-iskop huwa primarjament konċernat mal-kwalità tal-ilmijiet konċernati. Il-kontroll tal-kwantità huwa element anċillari fl-assigurazzjoni tal-kwalità ta' l-ilma u b'hekk miżuri fuq il-kwantità, li għandhom l-għan li jassiguraw kwalità tajba, iridu jkunu stabbiliti wkoll. |
(20) |
L-istatus kwantitattiv ta' korp ta' ilma ta' taħt l-art jista' jkollu impatt fuq il-kwalità ekoloġiku ta' l-ilma tal-wiċċ u ekosistemi terrestri assoċjati ma' dak il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art. |
(21) |
Il-Komunità u l-Istati Membri huma parti f'numru ta' ftehim internazzjonali li jkun fihom obbligazzjonijiet importanti fuq il-protezzjoni ta' ilmijiet marittimi mit-tniġġiż, partikolarment il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' l-ambjent Marittimu taż-Żona tal-Baħar Baltiku, iffirmat f'Helsinki fid-9 ta' April ta l-1992 u approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/157/KE ( 11 ), il-Konvenzjoni għal Protezzjoni ta' l-ambjent Martittimu ta' l-Atlantiku tal-Grigal, iffirmata f'Pariġi fit-22 ta' Settembru tal-1992 u approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/249/KE ( 12 ), u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni Kontra t-Tniġġiż tal-Baħar Mediterran, iffirmata f'Barċellona fis-16 ta' Frar tal-1976 u approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/585/KEE ( 13 ), u l-Protokoll tagħha għall-Protezzjoni Kontra t-Tniġġiż mis-Sorsi Bażati fuq l-Art tal-Baħar Mediterran, iffirmata f'Ateni fiż-17 ta' Mejju tal-1980 u approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 83/101/KEE ( 14 ). Din id-Direttiva hija maħsuba biex tikkontribwixxi sabiex il-Komunità u l-Istati Membri ikunu kapaċi jilħqu dawk l-obbligazzjonijiet. |
(22) |
Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi sabiex jittnaqqsu b'mod progressiv l-emissjonijiet ta' sustanzi perikolużi għall-ilma. |
(23) |
Prinċipji komuni huma meħtieġa sabiex jikkordinaw l-isforzi tal-Istati Membri biex tittejjeb il-protezzjoni tal-ilmijiet Komunitarji f'termini ta' kwantità u kwalità, sabiex jippromwovu użu sostenibbli ta' l-ilma, biex jikkontribwixxu għall-kontroll ta' problemi ta' l-ilma lil hinn mill-fruntiera, biex jipproteġu ekosistemi akkwatiċi u ekosistemi terrestri f'artijiet mistagħdra li direttament jiddependu fuqhom, u s-salvagwardja u l-iżvilupp tal-użu potenzjali tal-ilmijiet Komunitarji. |
(24) |
Kwalità tajba ta' l-ilma tikkontribwixxi sabiex ikun żgurat il-forniment ta' l-ilma tax-xorb għall-popolazzjoni. |
(25) |
Definizzjonijiet komuni tal-istat ta' l-ilma f'termini ta' kwalità u, fejn hu relevanti għall-iskop tal-protezzjoni ta' l-ambjent, ta' kwantità, iridu jkunu mwaqqfa. Għandhom ikunu ffissati għanijiet ambjentali biex jiżguraw stat tajjeb fl-ilma tal-wiċċ u tal-qiegħ fil-Komunità u li tkun imwaqqfa d-deterjorazzjoni fl-istat tal-ilmijiet f'livell Komunitarju. |
(26) |
L-Istati Membri jridu jimmiraw biex jilħqu l-għan ta' għall-inqas stat tajjeb ta' ilma billi jiddefinixxu u jimplimentaw il-miżuri meħtieġa fi ħdan il-programmi integrati ta' miżuri, filwaqt li jikkunsidraw il-ħtiġiet Komunitarji eżistenti. Fejn stat ta' ilma tajjeb jeżisti diġa, għandu jkun miżmum. Għal ilma ta' taħt l-art, b'żieda mal-ħtieġa ta' stat tajjeb, kull trend sinifikanti u sostnuta ta' żieda fil-konċentrazzjoni ta' xi kontaminant trid tkun identifikata u mreġġa lura għal li kienet. |
(27) |
L-għan aħħari ta' din id-Direttiva huwa li jkunu eliminati sustanzi perikolużi prioritarji u li tgħin sabiex jinkisbu konċentrazzjonijiet fl-ambjent marittimu viċin tal-background values għal sustanzi li jfiġġu b'mod naturali naturali. |
(28) |
Ilmijiet tal-wiċċ u tal-qiegħ huma fil-prinċipju riżorsi naturali li jiġġeddu; partikolarment, il-ħidma sabiex ikun żgurat stat tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art, teħtieġ azzjoni bikrija u ppjanar stabbli fit-tul ta' miżuri ta' protezzjoni, minħabba d-dewmien naturali ta' żmien fil-formazzjoni u t-tiġdid tiegħu. Dan it-tul ta' żmien għat-titjib irid jiġi kkunsidrat fl-orarji meta jkunu qed jiġu stabbiliti miżuri sabiex jinkiseb stat tajjeb ta' ilma ta' taħt l-art u ttreġġieħ lura għal dak li kien ta' kull trend sostnuta fiż-żieda fil-konċentrazzjoni ta' kull kontaminant fl-ilma ta' taħt l-art. |
(29) |
Sabiex jinkisbu l-għanijiet maħsuba f'din id-Direttiva, u fit-twaqqif ta' programm ta' miżuri sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw il-programm ta' miżuri f'fażijiet sabiex jitqassmu l-ispejjeż tal-implimentazzjoni. |
(30) |
Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni sħiħa u konsistenti ta' din id-Direttiva, kull estensjoni fit-tul ta' żmien trid issir fuq bażi ta' kriterji xierqa, evidenti u trasparenti u tkun ġustifikata mill-Istati Membri fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċini tax-xmara. |
(31) |
F'każi fejn korp ta' l-ilma ikun tant affetwat minn attività umana jew il-kondizzjoni naturali tiegħu tkun tant li jkun unfeasable jew għoli wisq biex jintlaħaq stat tajjeb, għanijiet ambjentali anqas stretti jistgħu ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta' kriterja xierqa, evidenti u trasparenti, u għandhom jittieħdu l-passi prattikabbli biex tiġi prevenuta aktar deterjorazzjoni tal-istat tal-ilmijiet. |
(32) |
Jista' jkun hemm raġunijiet għal eżenzjonijiet mill-ħtiġiet biex tiġi prevenuta aktar deterjorazzjoni jew sabiex jinkiseb stat tajjeb taħt kundizzjonijiet speċifiċi, jekk in-nuqqas huwa ir-riżultat ta' ċirkostanzi imprevisti jew eċċezzjonali, partikolarment dulluvji u nuqqas ta' xita, jew, għal raġunijiet ogħla ta' interess pubbliku, ta' modifikazzjonijiet ġodda għall-karatteristiċi fiżiċi ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ jew alterazzjonijiet sal-livell ta' korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art, sakemm il-passi kollha prattikabbli jittieħdu biex jitnaqqsu l-impatti ta' ħsara fuq l-istat tal-korp ta' l-ilma. |
(33) |
L-għan sabiex jinkiseb stat tajjeb ta' ilma jrid ikun segwit għal kull baċin tax-xmara, sabiex miżuri fir-rigward ta' l-ilma tal-wiċċ u tal-qiegħ li jappartjenu għall-istess sistema ekoloġika, idroloġika u idroġeoloġika, ikunu kordinati. |
(34) |
Għall-iskopijiet ta' protezzjoni ta' l-ambjent hemm ħtieġa kbira għal integrazzjoni akbar ta' aspetti kwalitattivi u kwantitattivi kemm ta' l-ilma tal-wiċċ u kemm ta' l-ilma ta' taħt l-art, filwaqt li jkunu kunsidrati l-kundizzjonijiet ta' tnixxija naturali ta' l-ilma fi ħdan iċ-ċiklu idroloġiku. |
(35) |
Fi ħdan baċin tax-xmara fejn l-użu ta' l-ilma jista' jkollu effetti li jmorru lil hinn mill-fruntiera, il-ħtiġiet sabiex jinkisbu l-għanijiet ambjentali stabbiliti f'din id-Direttiva, u partikolarment il-programmi kollha tal-miżuri, iridu jkunu kordinati għad-distrett sħiħ tal-baċin tax-xmara. Għal baċini tax-xmara li jmorru lil hinn mill-fruntiera tal-Komunità, l-Istati Membri jridu jagħmlu ħilithom biex jiżguraw il-kordinazzjoni xierqa ma' l-Istati relevanti li mhumiex membri. Din id-Direttiva hija maħsuba biex timplimenta l-obbligazzjonijiet Komunitarji taħt konvenzjonijiet internazzjonali fuq il-protezzjoni u l-immaniġġjar ta' l-ilma, partikolarment il-Konvenzjoni tan-Nazzjoni Uniti fuq il-protezzjoni u l-użu ta' korsijiet ta' l-ilma li jaqbżu l-fruntiera u lagi internazzjonali, approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/308/KE ( 15 ) u kull ftehim suċċessiv dwar l-applikazzjoni tagħha. |
(36) |
Huwa meħtieġ li jsiru analiżi tal-karatteristiċi ta' baċin tax-xmara u tal-impatti ta' attività umana kif ukoll analiżi ekonomiċi ta' użu ta' l-ilma. L-iżvilupp fi stat ta' ilma jrid ikun immonitorjat mill-Istati Membri fuq bażi sistematika u komparabbli fil-Komunità kollha. Din l-informazzjoni hija meħtieġa sabiex tipprovdi bażi serja għall-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi ta' miżuri mmirati sabiex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti b'din id-Direttiva. |
(37) |
L-Istati Membri jridu jidentifikaw l-ilmijiet użati għat-teħid ta' ilma tax-xorb u jiżguraw konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE tal-15 tal-Lulju tal-1980 dwar il-kwalità ta' ilma maħsub għal konsum uman ( 16 ). |
(38) |
L-użu ta' strumenti ekonomiċi mill-Istati Membri jista' jkun xieraq bħala parti minn programm ta' miżuri. Il-prinċipju tal-irkuprar tal-ispejjeż tas-servizzi ta' l-ilma, inklużi l-ispejjeż ambjentali u tar-riżorsi assoċjati ma' ħsara jew impatt negattiv fuq l-ambjent akkwatiku jrid jiġi kunsidrat bi qbil, partikolarment, mal-prinċipju ta' minn iniġġes iħallas. Analiżi ekonomika tas-servizzi ta' l-ilma bbażata fuq previżjonijiet fit-tul tal-forniment u t-talba għall-ilma fid-distrett tal-baċin tax-xmara ser tkun meħtieġa għal dan l-iskop. |
(39) |
Hemm bżonn ta' prevenzjoni jew tnaqqis tal-impatt tal-inċidenti fejn l-ilma huwa aċċidentalment imniġġes. Miżuri bl-għan li jagħmlu dan iridu jkunu inklużi fil-programm ta' miżuri. |
(40) |
B'konsiderazzjoni ta' prevenzjoni u kontroll ta' tniġġiż, politika komunitarja ta' l-ilma trid tkun ibbażata fuq metodu kombinat li juża' l-kontroll ta' tniġġiż fil-bidu tiegħu, billi jistabbilixxi valuri limiti ta' emmissjonijiet u standards ta' kwalità ambjentali. |
(41) |
Għall-kwantità ta' l-ilma, prinċipji ġenerali jridu jkunu satbbiliti għall-kontroll fuq it-teħid u s-sekwestru sabiex tkun żgurata s-sostenibbilità ambjentali tas-sistemi ta' l-ilma affettwati. |
(42) |
Standards ta' kwalità komuni ambjentali u valuri limiti ta' emmissjoni għal ċerti gruppi jew familji ta' kontaminanti għandhom ikunu stabbiliti bħala ħtiġiet minimi fil-leġislazzjoni Komunitarja. disposizzjonijiet għall-adottazzjoni ta' ċerta standards f'livell komunitarju jridu jkunu assigurati. |
(43) |
Tniġġis mill-ħruġ, emmissjoni jew ħruġ ta' sustanzi perikolużi prioritarji jrid jitwaqqaf jew jiġi mnaqqas f'fażijiet. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu, fuq proposta mill-Kummissjoni, jaqblu fuq is-sustanzi biex jiġu kunsidrati għal azzjoni bħala prijorità u fuq miżuri speċifiċi li jridu jittieħdu kontra t-tniġġis ta' l-ilma b'dawk is-sustanzi, b'konsiderazzjoni tas-sorsi sinifikanti kollha, u jidentifikaw il-livell effettiv tal-infieq u proporzjonali u l-ikkumbinar ta' kontrolli. |
(44) |
Fl-identifikazzjoni ta' sustanzi perikolużi prioritarji, irid jiġi kkunsidrat il-prinċipju prekawzjonarju, li jibbaża partikolarment fuq id-determinazzjoni ta' kull effett ta' ħsara potenzjali tal-prodott u fuq stima xjentifika tar-riskju. |
(45) |
L-Istati Membri jridu jadottaw miżuri biex jeliminaw tniġġiż ta' l-ilma tal-wiċċ minn sustanzi prioritarji u progressivament biex inaqqsu t-tniġġis b'sustanzi oħra, li inkella jxekkel Stati Membri milli jilħqu l-għanijiet għall-korpi ta' l-ilma tal-wiċċ. |
(46) |
Biex tkun assigurata l-parteċipazzjoni tal-pubbliku ġenerali inklużi utenti ta' l-ilma fit-twaqqif u aġġornament tal-pjanijiet ta' l-immaniġġjar tal-baċin tax-xmara, huwa meħtieġ li tkun provduta informazzjoni adattata ta' miżuri maħsuba u biex jiġi rapportat fuq il-progress ma' l-implimentazzjoni tagħhom bi skop għall-involviment tal-pubbliku ġenerali qabel deċiżjonijiet finali fuq il-miżuri meħtieġa huma adottati. |
(47) |
Din id-Direttiva trid tipprovdi mekkaniżmu biex tindirizza xkiel għall-progress fit-titjib tal-istat ta' l-ilma meta dawn jaqgħu barra mill-iskop tal-leġislazzjoni Komunitarja ta' l-ilma, bi skop ta' żvilupp ta' strateġiji Komunitarji xierqa biex jingħelbu. |
(48) |
Il-Kummissjoni trid tippreżenta annwalment pjan aġġornat għal kull inizzjattiva li għandha intenzjoni tipproponi għas-settur ta' l-ilma. |
(49) |
Speċifikazzjonijiet tekniċi jridu jkunu stabbiliti sabiex jiżguraw metodu koerenti fil-Komunità bħala parti minn din id-Direttiva. Kriterji għal evalwazzjoni ta' stat ta' l-ilma huma pass importanti il-quddiem. L-adozzjoni ta' ċerti elementi tekniċi għal żvilupp tekniku u l-istandardizzazzjoni ta' monitoraġġ, metodi ta' teħid ta' kampjun/i u ta' analiżi jridu jkunu adottati bil-proċedura tal-kumitati. Biex ikun promoss ftehim sħiħ u applikazzjoni konsistenti tal-kriterji għal karatterizzazzjoni tad-distretti tal-baċin tax-xmara u evalwazzjoni tal-istat ta' l-ilma, il-Kummissjoni għanda tadotta linji gwida fuq l-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji. |
(50) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jridu jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju tal-1999 li tistabbilixxi proċeduri għall-eżerċitazzjoni tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni ( 17 ). |
(51) |
L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tilħaq livell ta' protezzjoni tal-ilmijiet għall-inqas ekwivalenti għal dik provduta f'ċerti atti li saru qabel, li b'hekk iridu jiġu mħassra kemm il-darba id-disposizzjonijiet relevanti ta' din id-Direttiva jkunu ġew implimentati bis-sħiħ. |
(52) |
Id-disposizzjonijiet ta' din id-direttiva jieħdu post il-qafas għal kontroll tat-tniġġiż b'sustanzi perikolużi imwaqqaf bid-Direttiva 76/464/KEE ( 18 ). Dik id-Direttiva trid b'hekk titħassar kemm il-darba d-disposizzjonijiet relevanti ta' din id-Direttiva jkunu implimentati bis-sħiħ. |
(53) |
Implimentazzjoni sħiħa u tisħiħ ta' leġislazzjoni eżistenti ta' l-ambjent għall-protezzjoni tal-ilmijiet trid tkun assigurata. Huwa meħtieġ li tkun assigurata l-applikazzjoni adattata tad-disposizzjonijiet li jimplimentaw din id-Direttiva f'kull parti tal-Komunità permezz ta' penali xierqa provduti mill-leġislazzjoni tal-Istati Membri. Dawn il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li tistabbilixxi qafas għall-protezzjoni ta' l-ilmijiet tal-wiċċ interni, ilmijiet temporanji, ilmijiet tal-kosta u ilmijiet ta' taħt l-art li:
(a) jipprevjeni aktar deterjorazzjoni u jipproteġi u jżid l-istatus tal-ekosistemi akkwatiċi u, bil-konsiderazzjoni tal-ħtiġiet tagħhom ta' l-ilma, ekosistemi terrestri u artijiet mistagħdra li jiddependu direttament fuq ekosistemi akkwatiċi;
(b) jippromwovi użu sostenibbli ta' l-ilma bbażat fuq protezzjoni fit-tul ta' riżorsi disponibbli ta' l-ilma;
(ċ) għandu l-għan li jipproteġi u jtejjeb l-ambjent akkwatiku, inter alia, permezz ta' miżuri speċifiċi li jnaqqsu b'mod progressiv il-ħruġ, l-emmissjonijiet u t-telf ta' sustanzi prioritarji u l-waqfien jew waqfien f'fażijiet ta' ħruġ, emmissjonijiet u telf ta' sustanzi prioritarji perikolużi;
(d) jiżgura t-tnaqqis progressiv ta' tniġġiż ta' l-ilma ta' taħt l-art u jipprevjeni aktar tniġġiż tiegħu, u
(e) jikkontribwixxi għal tnaqqis ta' l-effetti ta' dulluvji u nixfa ta' xita
u b'hekk jikkontribwixxi:
— sabiex ikun provdut il-forniment suffiċjenti ta' kwalità tajba ta' ilma tal-wiċċ u tal-qiegħ kif meħtieġ għal użu ta' l-ilma b'mod sostenibbli, bilanċjat u ekwitabbli,
— riduzzjoni sinifikanti fit-tniġġiż ta' l-ilma tal-qiegħ,
— il-protezzjoni ta' ilmijiet territorjali u marittimi, u
— sabiex ikunu milħuqa l-għanijiet ta' ftehim internazzjonali relevanti, inklużi dawk li jimmiraw għal prevenzjoni u eleminazzjoni tat-tniġġiż ta' l-ambjent marittimu, permezz ta' l-azzjoni Komunitarja taħt l-Artikolu 16(3) biex jitwaqqfu jew jitwaqqfu f'fażijiet il-ħruġ, l-emmissjonijiet u t-telf ta' sustanzi prioritarji perikolużi, bl-għan aħħari li jinkisbu konċentrazzjonijiet fl-ambjent marittimu viċin tal-background values għal sustanzi naturali li jokkorru u viċin iż-żero għal sustanzi sintetiċi magħmula mill-bniedem.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
1. |
“ilma tal-wiċċ” : ifisser ilmijiet interni, barra ilma ta' taħt l-art; ilmijiet temporanji u ilmijiet tal-kosta, minbarra fejn jirrigwarda stat kimiku li għali għandhom ikunu inklużi ukoll ilmijiet territorjali. |
2. |
“ilma ta' taħt l-art” : ifisser l-ilma kollu li huwa taħt il-wiċċ ta' l-art fiż-żona ta' saturazzjoni u f'kuntatt dirett mal-ħamrija tal-qiegħ jew ta' taħt. |
3. |
“ilma intern” : ifisser kull ilma qiegħed jew li jnixxi fuq wiċċ l-art, u kull ilma ta' taħt l-art madwar l-art tal-linja ta' bażi minfejn il-wisa' tal-ilmijiet territorjali huwa mkejjel. |
4. |
“Xmara” : tfisser korp ta' ilma intern li jnixxi bil-parti l-kbira fuq wiċċ l-art imma li jista' jnixxi taħt l-art f'parti mill-kors tiegħu. |
5. |
“Lag” : ifisser korp ta' l-ilma tal-wiċċ intern qiegħed. |
6. |
“Ilmijiet temporanji” : huma korpi ta' l-ilma tal-wiċċ fil-viċinanza ta' bokki tax-xmara li huma parzjalment salini naturali bħala riżultat tal-prossimità tagħhom għal ilmijiet tal-kosta imma li huma sostanzjalment influenzati minn tnixxija ta' ilma ħelu. |
7. |
“ilma tal-kosta” : ifisser ilma tal-wiċċ fuq il-ġenb tal-linja viċin ta' l-art, li kull punt tiegħu huwa f'distanza ta' mil nawtiku fin-naħa ta' barra tal-baħar mill-aktar punt viċin tal-linja ta' bażi minn fejn il-wisa' tal-ilmijiet territorjali jiġu mkejla, estiż fejn xieraq sal-limitu ta' barra ta' l-ilmijiet transizzjonali. |
8. |
“Korp artifiċjali ta' l-ilma” : ifisser korp ta' l-ilma tal-wiċċ magħmul minn attività tal-bniedem. |
9. |
“Korpta' l-ilma modifikat ħafna” : ifisser korp ta' l-ilma tal-wiċċ fejn bħala riżultat ta' alterazzjonijiet fiżiċi minn attività umana huwa mibdul sostanzjalment naturali, kif nominat minn l-Istati Membri bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Anness II. |
10. |
“Korp ta' ilma tal-wiċċ” : ifisser element diskret u sinifikanti ta' ilma tal-wiċċ bħal lag, reservoir, ilma kurrenti, xmara jew kanal, parti minn ilma kurrenti, xmara jew kanal, ilma transizzjonali jew tul ta' ilma kostali. |
11. |
“Akwifikatur” : ifisser saff jew saffi ta' blat taħt il-wiċċ jew ta' saffi ġeoloġiċi fuq xulxin ta' porożità suffiċenti u permeabilità biex jitħalla jew tnixxija sinifikanti ta' l-ilma ta' taħt l-art jew li jkunu mtella' kwantitajiet sinifikanti ta' ilma ta' taħt l-art. |
12. |
“Korp ta' ilma ta' taħt l-art” : ifisser volum distint ta' ilma ta' taħt l-art b'akwifikatur jew akwifikaturi. |
13. |
“Baċin tax-xmara” : ifisser żona ta' art minn fejn kull ilma ġieri tal-wiċċ inixxi minn sekwenza ta' ilma kurrenti, xmajjar u, possibilment, lagi għal ġo l-baħar minn bokka waħda ta' xmara, estwarju jew delta. |
14. |
“Sotto-baċin” : ifisser iż-żona ta' art minn fejn l-uċuħ kollha jiġru minn ġo serje ta' kurrenti ta' l-ilma, xmajjar u, possibilment, lagi għal punt partikolari f'kors ta' l-ilma (normalment lag jew konfluenzi ta' xmara). |
15. |
“Distrett ta' baċin tax-xmara” : ifisser iż-żona ta' art u baħar, magħmula minn wieħed jew aktar baċini tax-xmara fil-qrib flimkien ma' l-ilmijiet assoċjati tagħhom u ilmijiet tal-kosta, li huwa identifikat taħt l-Artikolu 3(1) bħala l-unità prinċipali għall-immaniġġjar ta' baċini ta' l-ilma. |
16. |
“Awtorità kompetenti” : tfisser awtorità jew awtoritajiet identifikati taħt l-Artikolu 3(2) jew 3(3). |
17. |
“Stat ta' l-ilma tal-wiċċ” : hija l-espressjoni ġenerali ta' stat ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ, stabbilit mill-ifqar stat ekoloġiku u tal-istat kimiku tiegħu. |
18. |
“Stat tajjeb ta' ilma tal-wiċċ” : ifisser l-istat milħuq mill-korp ta' l-ilma tal-wiċċ meta l-istat ekoloġiku u l-istat kimiku tiegħu huma għall-inqas “tajbin”. |
19. |
“Stat ta' l-ilma ta' taħt l-art” : hija l-espressjoni ġenerali ta' stat ta' korp ta' l-ilma ta' taħt l-art, stabbilit mill-ifqar stat kwantitattiv u tal-istat kimiku tiegħu. |
20. |
“Stat tajjeb ta' ilma ta' taħt l-art” : ifisser l-istat milħuq mill-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art meta l-istat kwantitattiv u l-istat kimiku tagħhom huma għall-inqas “tajbin”. |
21. |
“Stat ekoloġiku” : hija espressjoni tal-kwalità ta' struttura u funzjoni ta' ekosistemi akkwatiċi assoċjati ma' l-ilma tal-wiċċ, klassifikati skond l-Anness V. |
22. |
“Stat ekoloġiku tajjeb” : huwa l-istat ta' korp tal l-ilma tal-wiċċ, kif klassifikat skond l-Anness V. |
23. |
“Potenzjal ekoloġiku tajjeb” : huwa l-istat ta' korp ta' l-ilma modifikat ħafna jew artifiċjali, kif klassifikat bi qbil mad-disposizzjonijiet relevanti ta' l-Anness V. |
24. |
“Stat kimiku tajjeb ta' ilma tal-wiċċ” : ifisser l-istat kimiku meħtieġ biex jilħaq għanijiet ta' l-ambjent ta' l-ilma tal-wiċċ imwaqqaf fl-Artikolu 4(1)(a), li huwa l-istat kimiku milħuq minn korp ta' ilma tal-wiċċ fejn konċentrazzjoni ta' kontaminanti ma' jaqbżux l-istandards tal-kwalità ambjentali imwaqqfa fl-Anness IX u taħt l-Artikolu 16(7), u taħt leġislazzjoni Komunitarja relevanti oħra li jwaqqfu standards ta' kwalità ambjentali fil-livell Komunitarju. |
25. |
“Stat kimiku tajjeb ta' ilma ta' taħt l-art” : huwa l-istat kimiku ta' korp ta' l-ilma ta' taħt l-art, li jilħaq il-kundizzjonijiet kollha maħruġa fit-tabella 2.3.2 ta' l-Anness V. |
26. |
“Stat kwantitattiv” : hija espressjoni tal-grad ta' fejn korp ta' l-ilma ta' taħt l-art huwa affetwat b'estrazzjonijiet diretti u indiretti. |
27. |
“Riżorsi disponibbli ta' l-ilma ta' taħt l-art” : ifissru ir-rata ta' bejn wieħed u ieħor annwali ta' żmien twil ta' mili mill-ġdid ġenerali tal-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art li minnu tnaqqas ir-rata ta' bejn wieħed u ieħor annwali ta' żmien twil ta' tnixxija meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta' kwalità ekoloġika għall-ilma tal-wiċċ speċifikat taħt l-Artikolu 4, biex jiġu evitati kull tnaqqis sinifikanti fl-istat ekoloġiku ta' dawn l-ilmijiet u biex tiġi evitata kull ħsara sinifikanti għal ekosistemi sinifikanti terrestri. |
28. |
“Stat tajjeb kwantitattiv” : huwa l-istat defenit fit-tabelli 2.1.2 ta' l-Anness V. |
29. |
“Sustanzi perikolużi” : ifissru sustanzi jew gruppi ta' sustanzi li huma tossiċi, persistenti u responsabbli għal bio-akkumulazzjoni, u sustanzi oħra jew gruppi ta' sustanzi li joħolqu l-istess livell ta' tħassib. |
30. |
“Sustanzi prioritarji” : tfisser sustanzi identifikati skond ma' l-Artikolu 16(2) u elenkati fl-Anness X. Fost dawn is-sustanzi hemm “sustanzi prioritarji perikolużi” li jfissru sustanzi identifikati skond l-Artikolu 16(3) u (6) li għalihom miżuri jridu jittieħdu skond l-Artikolu 16(1) u (8). |
31. |
“Kontaminant” : ifisser kull sustanza li possibilment tikkawża tniġġiż, partikolarment dawk elenkati fl-Anness VIII. |
32. |
“Ħruġ dirett għal ġo ilma ta' taħt l-art” : ifisser ħruġ ta' kontaminanti ġo l-ilma ta' taħt l-art mingħajr tnixxija minn ġo ħamrija jew ħamrija tal-qiegħ. |
33. |
“Tniġġiż” : ifisser l-introduzzjoni diretta jew indiretta, bħala riżultat ta' attività umana, ta' sustanzi jew sħana fl-arja, fl-ilma jew fl-art li tista' tkun ta' ħsara għas-saħħa umana jew il-kwalità ta' ekosistemi akkwatiċi jew ekosistemi terrestri li jiddependu direttament fuq ekosistemi akkwatiċi, li jirriżultaw fi ħsara għal propjetà materjali, jew li titfixkel jew titħawwad ma' amenitajiet u użi leġittimi oħra ta' l-ambjent. |
34. |
“Għanijiet ambjentali” : ifissru l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4. |
35. |
“Standards ta' kwalità ambjentali” : tfisser il-konċentrazzjoni ta' kontaminant partikolari jew grupp ta' kontaminanti fl-ilma, sediment jew bijota li ma' jridux jiġu maqbuża sabiex jipproteġu s-saħħa umana u l-ambjent. |
36. |
“Metodu kombinat” : ifisser il-kontroll ta' ħruġ u emmissjonijiet fl-ilma tal-wiċċ skond il-metodu stabbilit fl-Artikolu 10. |
37. |
“ilma maħsub għal konsum uman” : għandu l-istess tifsira bħal fid-Direttiva 80/778/KEE, kif emendata bid-Direttiva 98/83/KE. |
38. |
“Servizzi ta' l-ilma” : ifisser is-servizzi kollha li jipprovdu, għad-djar, istituzzjonijiet pubbliċi jew kull attività ekonomika: (a) estrazzjoni, teħid, ħażna, trattament u distribuzzjoni ta' ilma tal-wiċċ jew tal-qiegħ, (b) kollezzjoni ta' skart ta' l-ilma u faċilitajiet ta' trattament li sussegwentement joħorġu fl-ilma tal-wiċċ. |
39. |
“Użu ta' l-ilma” : ifisser servizzi ta' l-ilma flimkien ma' kull attività oħra identifikata taħt l-Artikolu 5 u l-Anness II li jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istat ta' l-ilma. Dan il-kunċett japplika għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 1 u ta' l-analiżi ekonomiċi magħmula skond l-Artikolu 5 u l-Anness III, punt (b). |
40. |
“Valuri limiti ta' emmissjoni” : ifissru il-massa, espressa f'termini ta' ċerta parametri speċifiċi, konċentrazzjoni u/jew livell ta' emmissjoni, li ma' jridux jiġu maqbuża waqt kull perjodu jew perjodi ta' ħin. Valuri limiti ta' emmissjoni jistgħu ukoll jitniżżlu għal ċerta gruppi, familji jew kategoriji ta' sustazni, partikolarment għal dawk identifikati taħt l-Artikolu 16. Il-valuri limiti ta' emmissijoni għal sustanzi jridu normalment japplikaw fil-punt fejn l-emmissjonijiet iħallu l-istallazzjoni, maħlul, li jkun ta' indifferenza għal meta jiġu stabbiliti. Bil-konsiderazzjoni għal ħruġ indirett fl-ilma, l-effett ta' trattament minn impjant ta' skart ta' l-ilma jista' jiġi kunsidrat waqt li jkunu qed jiġu stabbiliti l-valuri limiti ta' emmissjoni ta' stallazzjoni involuti, fejn livell ekwivalenti huwa garantit għal protezzjoni ta' l-ambjent bis-sħiħ u provdut li dan ma' jwassalx għal livelli għolja ta' tniġġiż fl-ambjent. |
41. |
“Kontrolli ta' emmissjoni” : huma kontrolli li jeħtieġu limitazzjoni speċifika ta' emmissjoni, għal istanza ta' valur limitu ta' emmissjoni, jew inkella limiti ta' speċifikazzjoni jew kundizzjonijiet fuq l-effetti, natura jew karatteristiċi oħra ta' emissjoni jew kundizzjonijiet operattivi li jaffetwaw l-emmissjonijiet. L-użu tat-terminu “kontroll ta' emmissjoni” f'din id-Direttiva fir-rigward tad-disposizzjonijiet ta' kull Direttiva oħra ma' jridx jiġi kunsidrat bħala interpretazzjoni mill-ġdid ta' dawk id-disposizzjonijiet f'kull rispett. |
Artikolu 3
Kordinazzjoni ta' arranġamenti amministrattivi fi ħdan id-distretti tal-baċin tax-xmara
1. L-istati Membri jridu jidentifikaw il-baċini individwali tax-xmara li qegħdin fi ħdan it-territorju nazzjonali tagħhom u, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, iridu jassenjawhom għal distretti tal-baċin tax-xmara individwali. Baċini żgħar tax-xmara jistgħu jiġu kombinati ma' baċini akbar tax-xmara jew magħquda ma' baċini żgħar fil-qrib biex jiġu ffurmati distretti ta' baċini tax-xmara individwali fejn xieraq. Fejn ilmijiet ta' taħt l-art ma' jsegwux bis-sħiħ baċin tax-xmara partikolari, iridu jiġu identifikati u assenjati ma' distrett tal-baċin tax-xmara l-aktar viċin jew l-aktar adattat. Ilmijiet tal-kosta jridu jiġu identifikati u assenjati ma' distrett jew distretti ta' baċin tax-xmara l-aktar viċin jew l-aktar adattat.
2. L-Istati Membri jridu jiżguraw l-arranġamenti amministrattivi xierqa, inkluża l-identifikazzjoni ta' awtorità kompetenti xierqa, għall-applikazzjoni tar-regolamenti ta' din id-Direttiva fi ħdan kull distrett tal-baċin tax-xmara li qiegħed fi ħdan it-territorji tagħhom.
3. L-Istati Membri jridu jiżguraw li baċin tax-xmara li jkopri it-territorju ta' aktar minn Stati Membru wieħed huwa assenjat għal distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara. Fuq talba tal-Istati Membri involuti, il-Kummissjoni trid taħdem biex tiffaċilita l-assenjament ma' dawn id-distretti internazzjonali tal-baċini ta' l-ilma.
Kull Stat Membru jrid jiżgura l-arranġamenti amministrattivi xierqa, inkluża l-identifikazzjoni ta' awtorità kompetenti xierqa, għall-applikazzjoni tar-regolamenti ta' din id-Direttiva fi ħdan il-parti ta' kull distrett tal-baċin tax-xmara li qiegħed fi ħdan it-territorju tiegħu.
4. L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-ħtiġiet ta' din id-Direttiva sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali skond l-Artikolu 4, u partikolarment li l-programmi kollha tal-miżuri huma kordinati għad-distrett kollu tal-baċin tax-xmara. Għad-distretti internazzjonali tal-baċin tad-distrett l-Istati Membri konċernati jridu flimkien jiżguraw din il-kordinazzjoni u jistgħu, għal dan l-iskop, jużaw strutturi eżistenti li jiġu minn ftehim internazzjonali. Fuq talba tal-Istati Membri involuti, il-Kummissjoni trid tagixxi biex tiffaċilita t-twaqqif tal-programmi tal-miżuri.
5. Fejn distrett tal-baċin ta' l-ilma jestendi il-fuq mit-territorju tal-Komunità, l-Istat Membru jew l-Istati Membri konċernati jridu jagħmlu ħilithom biex iwaqqfu kordinazzjoni xierqa ma' Stati mhux-Membri relevanti, bil-mira li jiksbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva fid-distrett tal-baċin ta' l-ilma kollu. L-Istati Membri jridu jiżguraw l-applikazzjoni tar-regolamenti ta' din id-Direttiva fi ħdan it-territorju tagħhom.
6. L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw korp nazzjonali jew internazzjonali eżistenti bħala awtorità kompetenti għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.
7. L-Istati Membri jridu jidentifikaw l-awtorità kompetenti sad-data imsemmija fl-Artikolu 24.
8. L-Istati Membri jridu jipprovdu lill-Kummissjoni b'lista ta' l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u tal-korpi internazzjonali kollha li fihom jipparteċipaw mhux aktar tard minnn sitt xhur wara d-data imsemmija fl-Artikolu 24. Għal kull awtorità kompetenti l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I trid tkun provduta.
9. L-Istati Membri jridu jinformaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil fl-informazzjoni provduta skond paragrafu 8 fi żmien tlett xhur bil-bidla li se tidħol fis-seħħ.
Artikolu 4
Għanijiet ambjentali
1. Meta l-programmi ta' miżuri speċifikati fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara ikunu qed isiru operazzjonali:
(a) għall-ilma tal-wiċċ
(i) L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu deterjorazzjoni tal-istat ta' kull korp ta' l-ilma tal-wiċċ, bla ħsara għall-applikazzjoni ta' paragrafi 6 u 7 u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8;
(ii) L-Istati Membri jridu jipproteġu, jenfazizzaw u jsaħħu l-korpi kollha ta' l-ilma tal-wiċċ, bla ħsara għall-applikazzjoni ta' sottoparagrafu (iii) għal korpi ta' l-ilma artifiċjali u modifikati ħafna, bil-ħsieb li jinkiseb stat tajjeb ta' l-ilma tal-wiċċ mhux aktar tard minn 15 il-sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, bi qbil mad-disposizzjonijiet imniżżla fl-Anness V, bla ħsara għall-applikazzjoni ta' estensjonijiet determinati skond paragrafu 4 u għall-applikazzjoni ta' paragrafi 5, 6 u 7 mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8;
(iii) L-Istati Membri jridu jipproteġu u jiżviluppaw il-korpi ta' l-ilma kollha artifiċjali u modifikati ħafna, bil-mira li jinkiseb stat tajjeb ta' ilma tal-wiċċ kimiku u potenzjal ekoloġiku tajjeb mhux aktar tard minn 15-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, bi qbil mad-disposizzjonijiet imniżżla fl-Anness V, bla ħsara għall-applikazzjoni ta' estensjonijiet determinati skond paragrafu 4 u għall-applikazzjoni ta' paragrafi 5, 6 u 7 mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8;
(iv) L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa skond l-Artikolu 16(1) u (8), bil-mira li progressivament jitnaqqas it-tniġġiż minn sustanzi prioritarji u jitwaqqfu jew jitwaqqfu f'fażijiet emmissjonijiet, ħruġ u telf ta' sustanzi prijoritajri perikolużi;
mingħajr preġudizzju għall-ftehim internazzjonali relevanti imsemmija fl-Artikolu 1 għall-partijiet konċernati;
(b) għall-ilma ta' taħt l-art
(i) L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu jew jillimitaw id-dħul tal-kontaminanti fl-ilma ta' taħt l-art u biex jipprevjenu id-deterjorazzjoni tal-istat tal-korpi kollha ta' l-ilma ta' taħt l-art, bla ħsara għall-applikazzjoni ta' paragrafi 6 u 7 u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu u bla ħsara għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu11(3)(j);
(ii) L-Istati Membri jridu jipproteġu, jiżviluppaw u jsaħħu l-korpi kollha ta' l-ilma ta' taħt l-art, jiżguraw bilanċ bejn estrazzjoni u charge mill-ġdid ta' l-ilma ta' taħt l-art, bil-mira għal ksib ta' stat tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art mhux aktar tard minn 15-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, skond mad-disposizzjonijiet imniżżla fl-Anness V, bla ħsara għall-applikazzjoni ta' estensjonijiet determinati skond paragrafu 4 u għall-applikazzjoni ta' paragrafi 5, 6 u 7 mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu u bla ħsara għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu11(3)(j);
(iii) L-Istati Membri jridu jimplimentaw il-miżuri meħtieġa biex terġa tinġieb lura kif kienet kull trend fiż-żieda sinifikanti u sostnuta fil-konċentrazzjoni ta' kull kontaminant li jirriżulta mill-impatt ta' attività umana sabiex progressivament jitnaqqas it-tniġġiż ta' l-ilma ta' taħt l-art.
Miżuri biex tiġi mibdula trend iridu jkun implimentati skond paragrafi 2, 4 u 5 ta' l-Artikolu 17, b'konsiderazzjoni ta' l-istandards applikabbli stabbiliti bil-leġislazzjoni Komunitarja relevanti, bla ħsara għall-applikazzjoni ta' paragrafi 6 u 7 u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 8;
(ċ) għal żoni protetti
L-Istati Membri jridu jikkonformaw ma' kull standard u ma' l-għanijiet mhux aktar tard minn 15 il-sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, sakemm ma' jkunx speċifikat mod ieħor fil-leġislazzjoni Komunitarja taħt liema, l-oqsma protetti individwali jkunu twaqqfu.
2. Fejn aktar minn wieħed mill-għanijiet taħt paragrafu 1 relatat ma' korp ta' l-ilma partikolari, l-aktar wieħed strett għandu japplika.
3. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw korp ta' l-ilma tal-wiċċ bħala artifiċjali jew modifikat ħafna, meta:
(a) il-bidliet fil-karatteristiċi idromorfoloġiċi ta' dak il-korp li huma meħtieġa sabiex jinkiseb stat ekoloġiku tajjeb ikollhom effetti sinifikanti kuntrarji fuq:
(i) ambjent usa';
(ii) navigazzjoni, inklużi faċilitajiet tal-port, jew rikreazzjoni;
(iii) attivitajiet li għall-iskopijiet tagħhom l-ilma jiġi maħżun, bħal forniment ta' l-ilma tax-xorb, ġenerazzjoni tal-elettriku jew irrigazzjoni;
(iv) regolazzjoni ta' l-ilma, protezzjoni minn dulluvji, drenaġġ ta' l-art, jew
(v) attivitajiet oħra sostenibbli ta' żvilupp uman ugwalment importanti;
(b) l-għanijiet ta' benefiċċju li l-karatteristiċi artifiċjali jew modifikati ħafna tal-korp ta' l-ilma jservu, ma' jistgħux, minħabba raġunijiet ta' fattibilità teknika jew spejjeż disproporzjonati, raġonevolment ikunu miksuba b'modi oħra, li huma għażla sinifikanti ta' ambjent aħjar.
Desinjazzjoni simili u r-raġunijiet għaliha jridu jkunu imsemmija speċifikament fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara meħtieġ skond l-Artikolu 13 u riveduti kull sitt snin.
4. It-termini taż-żmien stabbiliti bil-paragrafu 1 jistgħu jiġu estiżi għall-iskopijiet li jinkisbu f'fażijiet l-għanijiet għal korpi ta' l-ilma, sakemm aktar deterjorazzjoni ma' titfaċċax fl-istat tal-korp ta' l-ilma affetwat meta l-kundizzjonijiet kollha li jmiss jintlaħqu:
(a) L-Istati Membri jistabbilixxu li kull titjib meħtieġ fl-istat ta' korpi ta' l-ilma ma' jistgħux ikunu miksuba raġonevolment fit-tul ta' żmien stabbilit f'dak il-paragrafu għall-anqas waħda mir-raġunijiet li jmiss:
(i) l-iskala ta' titjib meħtieġ tista' tkun miksuba biss f'fażijiet li jeċċedu it-tul ta' żmien, għar-raġunijiet ta' fattibilità teknika;
(ii) it-temma tat-titjib f'dan it-tul ta' żmien jista' jkun disproporzjonalment għoli;
(iii) kundizzjonijiet naturali ma' jippermettux żvilupp fil-ħin fl-istat tal-korp ta' l-ilma.
(b) Estensjoni taż-żmien stipulat, u r-raġunijiet għalih, huma speċifikament stabbiliti u spjegati fil-pjan tal-immaniġġjar tal-baċin tax-xmara meħtieġ skond l-Artikolu 13.
(ċ) Estensjonijiet iridu jiġu limitati sa' massimu ta' żewġ aġġornament oħra tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin ta' l-ilma barra f'każijiet fejn il-kundizzjonijiet naturali huma tali li l-għanijiet ma' jkunux jistgħu jintlaħqu f'dan il-perjodu.
(d) Sommarju ta' miżuri meħtieġa skond l-Artikolu 11 li huma kunsidrati meħtieġa biex il-korpi ta' l-ilma jinġiebu progressivament fl-istat meħtieġ sa' ż-żmien stipulat estiż, ir-raġunijiet għal kull dewmien sinifikanti meta dawn il-miżuri jkunu qed isiru operazzjonali, u l-orarju mistenni għall-implimentazzjoni tagħhom huma stabbiliti fil-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara. Reviżjoni tal-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri u ġabra ta' kull miżuri addizzjonali jridu jiġu inklużi fl-aġġornamenti tal-pjan ta' mmaniġġjar ta' baċini tax-xmara.
5. L-Istati Membri jistgħu jimmiraw biex jiksbu għanijiet ambjentali anqas stretti minn dawk meħtieġa taħt paragrafu 1 għal korpi speċifiċi ta' l-ilma meta jkunu tant affetwati minn attività umana, kif stabbiliti skond l-Artikolu 5(1), jew il-kundizzjoni naturali tagħhom hija tant li l-kisba ta' dawn l-għanijiet jistgħu ikunu għolja disproporzjonalment jew mhux fattibli, u l-kondizzjonijiet li ġejjin kollha jkunu milħuqa:
(a) il-ħtiġiet ambjentali u soċio-ekonomiċi moqdija minn din l-attività umana ma' jistgħux ikunu miksuba b'modi oħra, li huma sinifikament għażla ambjentali aħjar u li ma' jinvolvux spejjeż disproporzjonati;
(b) L-Istati Membri jiżguraw,
— għall-ilma tal-wiċċ, l-aktar stat kimiku u ekoloġiku għoli possibli huwa miksub, provduti impatti li raġonevalment ma' jkunux jistgħu jiġu evitati minħabba in-natura ta' attività jew tniġġiż uman,
— għall-ilma tal-wiċċ, l-anqas tibdil possibbli lill-istat tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art, provduti impatti li raġonevolment ġew evitati minħabba in-natura ta' attività jew tniġġiż uman,
(ċ) ma' titfaċċax aktar deterjorazzjoni fl-istat ta' korp ta' l-ilma affetwat;
(d) it-twaqqif ta' għanijiet ambjentali anqas stretti, u r-raġunijiet għalihom, huma speċifikament imsemmija fil-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara meħtieġ skond l-Artikolu 13 u dawk l-għanijiet huma riveduti kull sitt snin.
6. Deterjorazzjoni temporanja fl-istat ta' korpi ta' l-ilma ma tiksirx il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva jekk din tirriżulta minn ċirkostanzi ta' kawżi naturali jew forzi maġġuri li huma eċċezzjonali jew li ma' setgħux ikunu raġonevolment imbassra, partikolarment dulluvji estremi u nuqqas ta' xita għal tul ta' żmien, jew ir-riżultat ta' ċirkostanzi minħabba aċċidenti li ma' setgħux raġonevolment ikunu mbassra, meta l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu intlaħqu:
(a) il-passi kollha prattikabbli huma meħuda biex jipprevjenu aktar deterjorazzjoni fl-istat u sabiex ma' tkunx kompromessa il-kisba ta' l-għanijiet ta' din id-Direttiva f'korpi oħra ta' l-ilma mhux affetwati b'dawk iċ-ċirkostanzi;
(b) il-kundizzjonijiet taħt liema ċ-ċirkostanzi li huma eċċezzjonali jew li ma' setgħux raġonevolment jiġu mbassra jistgħu jiġu dikjarati, inkluża l-adozzjoni ta' indikaturi xierqa, huma msemmija fil-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara;
(ċ) il-miżuri li jridu jittieħdu taħt ċerta ċirkostanzi eċċezzjonali huma inklużi fil-programm ta' miżuri u ma' jikkompromettux l-irkupru tal-kwalità tal-korp ta' l-ilma kemm il-darba ċ-ċirkostanzi ikunu spiċċaw;
(d) l-effetti taċ-ċirkostanzi li huma eċċezzjonali jew li ma' setgħux raġonevolment jiġu mbassra huma riveduti annwalment u, bla ħsara għar-raġunijiet stabbiliti f'paragrafu 4(a), il-miżuri prattikabbli kollha huma meħuda bl-għan li jkun restawrat il-korp ta' l-ilma fl-istat tiegħu qabel l-effetti ta' dawk iċ-ċirkostanzi, malajr daqskemm raġonevolment prattikabbli, u
(e) ġabra tal-effetti taċ-ċirkostanzi u ta' dawn il-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu skond paragrafi (a) u (d) huma inklużi fl-aġġornament li jmiss tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.
7. L-Istati Membri ma' jkunux qed jiksru din id-Direttiva meta:
— nuqqas li jinkiseb stat tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art, stat ekoloġiku tajjeb jew, fejn relevanti, potenzjal ekoloġiku tajjeb jew għal prevenzjoni minn deterjorament fl-istat ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ jew tal-qiegħ huwa r-riżultat ta' modifikazzjonijiet ġodda għall-karatteristiċi fiżiċi tal-korp ta' l-ilma tal-wiċċ jew alterazzjonijiet sal-livell ta' korpi ta' ilma ta' taħt l-art, jew
— nuqqas ta' prevenzjoni ta' deterjorazzjoni minn stat għoli għal stat tajjeb ta' l-ilma tal-wiċċ huwa r-riżultat ta' attivitajiet sostenibbli ġodda ta' żvilupp uman
u l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu milħuqa:
(a) il-passi kollha prattikabbli huma meħuda biex jitnaqqsu l-impatti kuntrarji fuq l-istat tal-korp ta' l-ilma;
(b) ir-raġunijiet għal dawk il-modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet huma speċifikament stabbiliti u spjegati fil-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin ta' l-ilma meħtieġ skond l-Artikolu 13 u l-għanijiet huma riveduti kull sitt snin;
(ċ) ir-raġunijiet għal dawk il-modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet huma ta' interess pubbliku suprem u/jew il-benefiċċji għall-ambjent u għas-soċjeta mill-kisba ta' l-għanijiet stabbilti f'paragrafu 1 huma anqas importanti mill-benefiċċji ta' modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet għas-saħħa tal-bniedem, għal manteniment tas-sigurtà tal-bniedem jew għal żvilupp sostenibbli, u
(d) l-għanijiet ta' benefiċċju moqdija minn dawk il-modifikazzjonijiet jew alterazzjonijiet tal-korp ta' l-ilma ma' jistgħux, għar-raġunijiet ta' fattibilità teknika jew spejjeż disproporzjonati, jkunu miksuba b'modi oħra, li huma għażla aħjar ta' l-ambjent.
8. Meta jkun qed japplika l-paragrafi 3, 4, 5, 6 u 7, Stat Membru jrid jiżgura li l-applikazzjoni ma' teskludix b'mod permaneti jew tikkomprometti l-kisba ta' l-għanijiet ta' din id-Direttiva f'korpi oħra ta' l-ilma fi ħdan l-istess distrett tal-baċin tax-xmara u huwa konsistenti ma' l-implimentazzjoni ta' leġislazzjoni Komunitarja oħra ambjentali.
9. Passi għandhom jittieħdu biex jiżguraw li l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ġodda, inklużi l-applikazzjoni ta' paragrafi 3, 4, 5, 6 u 7, jiggarantixxu għall-anqas l-istess livell ta' protezzjoni bħal-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti.
Artikolu 5
Karatteristiċi tad-distrett ta' baċin ta' l-ilma, reviżjoni ta' l-impatt ambjentali ta' attività umana u analiżi ekonomika tal-użu ta' l-ilma
1. Kull Stati Membru jrid jiżgura li għal kull distrett tal baċin tax-xmara jew għal parti ta' distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jaqa fi ħdan it-territorju tiegħu:
— analiżi tal-karatteristiċi tiegħu,
— reviżjoni tal-impatt ta' attività umana fuq l-istat ta' l-ilma tal-wiċċ u tal-qiegħ, u
— analiżi ekonomika ta' użu ta' l-ilma
hija marbuta skond l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi maħruġa fl-Anness II u III u li huwa komplut sa' l-anqas erba snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
2. L-analiżi u riviżjonijiet imsemmija taħt paragrafu 1 iridu jiġu riveduti, u jekk meħtieġ aġġornati sa' l-anqas 13 il-sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u kull wara sitt xhur.
Artikolu 6
Reġistru ta' żoni protetti
1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li jkun stabbilit reġistru jew reġistri ta' kull żona li qegħda f'kull distrett tal-baċin ta' l-ilma li ġew nominati li jeħtieġu protezzjoni speċjali taħt leġislazzjoni Komunitarja speċifika għall-protezzjoni ta' l-ilma tal-wiċċ u tal-qiegħ tagħhom jew għall-konservazzjoni ta' habitats u speċi li jiddependu direttament fuq l-ilma. Huma jridu jiżguraw li r-reġistri huma kompleti mhux aktar tard minn erba snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
2. Ir-reġistru jew reġistri jridu jinkludu l-korpi kollha ta' l-ilma identifikati taħt l-Artikolu7(1) u ż-żoni protetti kollha mniżżla fl-Anness IV.
3. Għal kull distrett tal-baċin tax-xmara, ir-reġistru jew reġistri ta' żoni protetti jridu jinżammu taħt reviżjoni u aġġornati.
Artikolu 7
Ilmijiet użati għall-estrazzjoni ta' l-ilma tax-xorb
1. L-Istati Membri jridu jidentifikaw, fi ħdan kull distrett tal-baċin ta' l-ilma:
— il-korpi kollha ta' l-ilma użati għall-estrazzjoni ta' ilma maħsub għal konsum uman li jipprovdu aktar minn 10 m3 kuljum bħala medja jew li jservi aktar minn 50 persuna, u
— dawk il-korpi ta' ilma maħsuba għal dan l-użu fil-futur.
L-Istati Membri jridu jimmoniturjaw, bi qbil ma' l-Anness V, dawk il-korpi ta' l-ilma li skond l-Anness V, jipprovdu aktar minn 100 m3 kulljum bħala medja.
2. Għal kull korp ta' l-ilma identifikat taħt paragrafu 1, minbarra li jilħqu l-għanijiet ta' l-Artikolu 4 bi qbil mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva, għal korpi ta' l-ilma tal-wiċċ inklużi l-istandards ta' kwalità stabbiliti f'livell Komunitarju bl-Artikolu 16, l-Istati Membri jridu jiżguraw li taħt ir-reġim tat-trattament ta' l-ilma applikat, u skond leġislazzjoni Komunitarja, l-ilma li jirriżulta jrid jilħaq il-ħtiġiet tad-Direttiva 80/778/KEE kif emendata bid-Direttiva 98/83/KE.
3. L-Istati Membri jridu jiżguraw il-protezzjoni meħtieġa għall-korpi ta' l-ilma identifikati bl-għan li tiġi evitata deterjorazzjoni fil-kwalità tagħhom sabiex jitnaqqas il-livell ta' trattament ta' purifikazzjoni meħtieġ fil-produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb. L-Istati Membri jistgħu iwaqqfu żoni ta' salvagwardja għal dawk il-korpi ta' l-ilma.
Artikolu 8
Monitoraġġ ta' l-istat ta' l-ilma tal-wiċċ, l-istat ta' l-ilma ta' taħt l-art u żoni protetti
1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li jkunu stabbiliti l-programmi għall-monitoraġġ ta' l-istat ta' l-ilma sabiex titwaqqaf deskrizzjoni ġenerika koerenti u komprensiva ta' l-istat ta' l-ilma fi ħdan kull distrett ta' baċin tax-xmara:
— għall-ilma tal-wiċċ dan il-programmi jridu jkopru:
—(i) il-volum u il-livell jew ir-rata jew tnixxija għall-estent relevanti għal stat ekoloġiku u kimiku u l-potenzjal ekoloġiku, u
(ii) l-istat ekoloġiku u kimiku u l-potenzjal ekoloġiku;
— għall-ilma ta' taħt l-art dawn il-programmi jridu jkopru monitoraġġ tal-istat kimiku u kwantitattiv,
— għal żoni protetti il-programmi msemmija hawn fuq iridu jiġu msaħħa b'dawk l-ispeċifikazzjonijiet li jinsabu fil-leġislazzjoni Komunitarja taħt liema ż-żoni protetti individwali ġew stabbiliti.
2. Dawn il-programmi jridu jkunu operazzjonali mhux aktar tard minn sitt snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva sakemm ma' jkunx speċifikat mod ieħor fil-leġislazzjoni konċernata. Dan il-monitoraġġ irid ikun jaqbel mal-ħtiġiet ta' l-Anness V.
3. Għandhom jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi u metodi standardizzati għall-analiżi u l-monitoraġġ ta’ l-istatus ta’ l-ilma. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).
Artikolu 9
Irkupru ta' l-ispejjeż tas-servizzi ta' l-ilma
1. L-Istati Membri jridu jikkunsidraw il-prinċipju ta' rkuprar ta' l-ispejjeż tas-servizzi ta' l-ilma, inklużi l-ispejjeż ta' l-ambjent u tar-riżorsi, wara li jiġu kkunsidrati l-analiżi ekonomiċi imwettqa skond l-Anness III, u bi qbil partikolarment mal-prinċipju ta' minn iniġġes iħallas.
L-Istati Membri jridu jiżguraw sa' s-sena 2010
— li l-politika ta' l-apprezzament ta' l-ilma tipprovdi inċentivi adegwati għall-utenti biex jużaw ir-riżorsi ta' l-ilma effiċjentament, u b'hekk jikkontribwixxu għall-għanijiet ambjentali ta' din id-Direttiva,
— kontribuzzjoni adegwata ta' użu effiċjenti ta' l-ilma, imqassam għall-anqas ġo l-industrija, djar u agrikoltura, għall-irkuprar tal-ispejjeż tas-servizzi ta' l-ilma, bażati fuq l-analiżi ekonomiċi imwettqa skond l-Anness III u jiġi kunsidrat il-prinċipju ta' minn iniġġes iħallas.
L-Istati Membri jistgħu meta qed jagħmlu dan, jikkunsidraw l-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-irkupru kif ukoll il-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tar-reġjun jew reġjuni affetwati.
2. L-Istati Membri għandhom jirraportaw fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara fuq il-passi pjanati għall-implimentazzjoni ta' paragrafu 1 li għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta' l-għanijiet ambjentali ta' din id-Direttiva u fuq il-kontribuzzjoni magħmula minn użi varji ta' l-ilma għall-irkuprar ta' l-ispejjeż tas-servizzi ta' l-ilma.
3. Xejn f'dan l-Artikolu ma' għandu jipprevjeni l-finanzjament ta' miżuri preventivi partikolari jew miżuri rimedjali sabiex jinkisbu l-għanjiet ta' din id-Direttiva.
4. L-Istati Membri ma' jkunux qe jiksru din id-Direttiva jekk jiddeċiedu bi qbil ma' prattiċi stabbiliti biex ma' japplikawx id-disposizzjonijiet ta' paragrafu 1, it-tieni sentenza, u għal dak l-iskop id-disposizzjonijiet relevanti ta' paragrafu 2, għal attività partikolari ta' użu ta' l-ilma, fejn din ma' tikkompromettix l-iskopijiet u l-kisba ta' l-għanijiet ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jridu jirraportaw ir-raġunijiet għalfejn ma' japplikawx paragrafu 1 it-tieni sentenza, b'mod sħiħ, fil-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.
Artikolu 10
Il-metodu kombinat għal-sorsi ta' tixrid u ta' punt
1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-ħruġ kollha msemmija f'paragrafu 2 fl-ilma tal-wiċċ huma kontrollati skond il-metodu kombinat stabbilit f'dan l-Artikolu.
2. L-Istati Membri jridu jiżguraw li jkunu stabbiliti u/jew implimentati ta':
(a) il-kontrolli ta' emmissjoni bbażati fuq l-aħjar metodi ta' teknika disponibbli, jew
(b) il-valuri limiti relevanti ta' emissjoni, jew
(ċ) fil-każ ta' impatti mifruxa, il-kontrolli jinkludu, kif xieraq, l-aħjar prattiċi ambjentali
stabbiliti:
— fid-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta' Settembru tal-1996 dwar prevenzjoni u kontroll ta' tniġġiż integrat ( 19 ),
— fid-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju tal-1991 dwar trattament urban ta' skart ta' l-ilma ( 20 ),
— fid-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru tal-1991 dwar il-protezzjoni ta' l-ilma kontra t-tniġġiż kawżat minn nitrati minn sorsi agrikulturali ( 21 ),
— id-Direttivi adottati skond l-Artikolu 16 ta' din id-Direttiva,
— id-Direttivi elenkati fl-Anness IX,
— kull leġislazzjoni Komunitarja relevanti oħra
sa mhux aktar minn 12 il-sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, sakemm ma' jkunx speċifikat mod ieħor fil-leġislazzjoni konċernata.
3. Fejn għan ta' kwalità jew standard ta' kwalità, kemm jekk imwaqqaf skond din id-Direttiva, fid-Direttivi elenkati fl-Anness IX, jew skond kull leġislazzjoni Komunitarja oħra, jeħtieġ kundizzjonijiet aktar stretti minn dawk li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' paragrafu 2, kontrolli ta' emmissjoni aktar stretti għandhom ikunu stabbiliti kif xieraq.
Artikolu 11
Programm ta' miżuri
1. Kull Stat Membru jrid jiżgura li jkun stabbilit għal kull distrett tal-baċin tax-xmara, jew għall-parti ta' distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara fi ħdan it-territorju tiegħu, programm ta' miżuri, b'konsiderazzjoni tar-riżultati ta' l-analiżi meħtieġa taħt l-Artikolu 5, sabiex jinkisbu l-għanijiet imwaqqfa taħt l-Artikolu 4. Dawn il-programmi ta' miżuri jistgħu jirreferu għal miżuri li joħorġu minn leġislazzjoni adottata f'livell nazzjonali u tkopri t-territorju kollu ta' Stat Membru. Fejn hu xieraq, Stat Membru jista' jadotta miżuri applikabbli għad-distretti kollha tal-baċin tax-xmara u/jew il-parti ta' distretti internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jaqa' fi ħdan it-territorju tiegħu.
2. Kull programm ta' miżuri jrid jinkludi l-miżuri “bażiċi” speċifikati f'paragrafu 3 u, fejn meħtieġ, miżuri “supplimentari”.
3. “Miżuri bażiċi” huma l-ħtiġiet minimi li jridu jiġu mħarsa u jikkonsistu f':
(a) dawk il-miżuri meħtieġa biex jimplimetaw leġislazzjoni Komunitarja għall-protezzjoni ta' l-ilma, inklużi miżuri meħtieġa taħt il-leġislazzjoni speċifikata fl-Artikolu 10 u f'parti A ta' l-Anness VI;
(b) miżuri meqjusa xierqa għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 9;
(ċ) miżuri biex jippromwovu użu effiċjenti u sostenibbli ta' l-ilma sabiex ma tkunx kompromessa il-kisba ta' l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 4;
(d) miżuri li jilħqu l-ħtiġiet ta' l-Artikolu7, inklużi l-miżuri biex ikun hemm salvagwardja tal-kwalità ta' l-ilma sabiex jitnaqqas il-livell ta' trattament ta' purifikazzjoni meħtieġ għall-produzzjoni ta' l-ilma tax-xorb;
(e) kontrolli fuq l-estrazzjoni ta' ilma ħelu tal-wiċċ u tal-qiegħ, u sekwestru ta' ilma ħelu tal-wiċċ, inkluż reġistru jew reġistri ta' l-estrazzjoni ta' l-ilma u ħtieġa ta' awtorizzazzjoni minn qabel għal estrazzjoni u sekwestru. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġoranti. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn dawn il-kontrolli, estrazzjonijiet jew teħid li m'għandhomx impatt sinifikanti fuq stat ta' l-ilma;
(f) kontrolli, inkluża ħtieġa għal awtorizzazzjoni minn qabel ta' recharge artifiċjali jew tkabbir ta' korpi ta' l-ilma tal-wiċċ. L-ilma użat jista' jinġieb mill-ilma tal-wiċċ jew tal-qiegħ, sakemm l-użu tas-sors ma' jokkompromettix il-kisba ta' l-għanijiet ambjentali stabbiliti għas-sors jew il-korp ta' l-ilma recharged jew miżjud. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġoranti;
(g) għal ħruġ ta' punt ta' sors li possibilment jikkawżaw tniġġiż, ħtieġa għal regolar minn qabel, bħal projbizzjoni fuq dħul ta' kontaminanti fl-ilma, jew għal awtorizzazzjoni minn qabel, jew reġistrazzjoni bbażata fuq regolamenti ġenerali li jorbtu, jistabbilixxu kontrolli ta' emmissjoni għal kontaminanti konċernati, inklużi kontrolli skond l-Artikoli 10 u 16. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġornati;
(h) għal sorsi ta' tixrid li jistgħu jikkawżaw tniġġiż, miżuri biex jipprevjenu jew jikkontrollaw id-dħul ta' kontaminanti. Kontrolli jistgħu jieħdu forma ta' ħtieġa għal regolament ta' qabel, bħala projbizzjoni fuq id-dħul ta' kontaminanti fl-ilma, reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni minn qabel ibbażata fuq regolamenti ġenerali li jorbtu fejn din il-ħtieġa mhix stabbilita b'mod ieħor taħt il-leġislazzjoni Komunitarja. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġoranti;
(i) għal kull impatt kuntrarju sinifikanti ieħor fuq l-istat ta' ilma identifikat taħt l-Artikolu 5 u l-Anness II, b'mod partikolari miżuri biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet idromorfoloġiċi tal-korpi ta' l-ilma ikunu konsistenti mal-kisba ta' stat ekoloġiku meħtieġ jew potenzjal ekoloġiku tajjeb għal korpi ta' ilma desinjat bħala artifiċjali jew modifikat ħafna. Kontrolli għal dan l-iskop jistgħu jieħdu forma ta' ħtieġa għal awtorizzazzjoni minn qabel jew reġistrazzjoni bbażata fuq regolamenti ġenerali li jorbtu fejn din il-ħtieġa mhix stabbilita b'mod ieħor taħt il-leġislazzjoni Komunitarja. Dawn il-kontrolli jridu jiġu riveduti perjodikament u, fejn meħtieġ, aġġoranti;
(j) projbizzjoni ta' ħruġ diretti ta' kontaminanti fl-ilma ta' taħt l-art bla ħsara għad-disposizzjonijiet li jmiss:
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw injezzjoni mil-ġdid fl-istess akwifikatur ta' l-ilma użat għal skopijiet ġeotermali.
Huma jistgħu wkoll jawtorizzaw, filwaqt li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għal:
— injezzjoni ta' ilma li jkun fih sustanzi li jirriżultaw mill-ħidmiet għal esplorazzjoni u estrazzjoni ta' attivitajiet tax-xogħol tal-minjieri jew idrokarboni, u injezzjoni ta' ilma għal raġunijiet tekniċi, f'formazzjonijiet ġeoloġiċi minn fejn idrokarboni jew sustanzi oħra ġew estratti jew ġo formazzjonijiet ġeoloġiċi li għal raġunijiet naturali huma inadatti permanentament għal skopijiet oħra. Dawn l-injezzjonijiet ma' jridx ikun fihom sustanzi oħra minn dawk li jirriżultaw mill-ħidmiet imsemmija hawn fuq,
— injezzjoni mil-ġdid ta' ilma ta' taħt l-art ippumpjat minn mini u barrieri jew assoċjat mal-kostruzzjoni jew manutenzjoni ta' xogħol ta' inġinerija ċivili,
— injezzjoni ta' gass naturali jew gass ta' żejt naturali likwidat (LPG) għal skopijiet ta' ħażna f'formazzjonijiet ġeoloġiċi li għal raġunijiet naturali m'humiex adattati permanetament għal skopijiet oħra,
— injezzjoni ta' gass naturali jew gass ta' żejt naturali likwidat (LPG) għal skopijiet ta' ħażna f'formazzjonijiet ġeoloġiċi oħra fejn ikun hemm bżonn suprem għal sigurtà ta' forniment tal-gass, u fejn l-injezzjoni hija tali li tipprevjeni kull periklu preżenti jew futur ta' deterjorazzjoni fil-kwalità ta' kull ilma ta' taħt l-art riċevut,
— xogħol ta' kostruzzjoni, inġinerija ċivili u bini u attivitajiet simili fuq, jew fl-art li tkun tmiss ma' l-ilma ta' taħt l-art. Għal dawn l-iskopijiet, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li dawn l-attivitajiet iridu jiġu trattati bħala li ġew awtorizzati provdut li huma kondotti skond regolamenti ġenerali li jorbtu żviluppati mill-Istat Membru fir-rigward ta' dawn l-attivitajiet,
— ħruġ ta' kwantitajiet żgħar ta' sustanzi għal skopijiet xjentifiki għal karatterizzazzjoni, protezzjoni jew rimedjazzjoni ta' korpi ta' l-ilma limitati għall-ammont strettament meħtieġ għall-iskopijiet konċernati
sakemm dan il-ħruġ ma' jikkompromettix il-kisba ta' l-għanijiet ambjentali imwaqqfa għal dak il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art;
(k) bi qbil ma' l-azzjoni meħuda skond l-Artikolu 16, miżuri biex jiġi eliminat it-tniġġiż ta' l-ilma tal-wiċċ minn dawk is-sustanzi speċifikati fil-lista ta' sustanzi prijoritari miftehma skond l-Artikolu 16(2) u biex progressivament jitnaqqas tniġġiż minn sustanzi oħra li inkella jista' jipprevjeni lill-Istati Membri milli jiksbu l-għanijiet tal-korpi ta' l-ilma tal-wiċċ kif stabbiliti fl-Artikolu 4;
(l) kull miżura meħtieġa biex tipprevjeni telf sinifikanti ta' kontaminanti minn stallazzjonijiet tekniċi, u biex tipprevjeni u/jew biex tnaqqas l-impatt ta' inċidenti ta' tniġġiż aċċidentali per eżempju bħala riżultat ta' dulluvji, inklużi minn sistemi li jgħarfu jew jagħtu twissija ta' dawn l-attivitajiet inklużi, fil-każ ta' aċċidenti li ma' setgħux raġonevolment jiġu mbassra, il-miżuri kollha xierqa biex jitnaqqas ir-riskju għal ekosistemi akkwatiċi.
4. Miżuri “supplimentari” huma dawk il-miżuri ddisinjati u implimentati b'żieda mal-miżuri bażiċi, bl-għan tal-kisba ta' l-għanijiet stabbiliti skond l-Artikolu 4. Parti B ta' l-Anness VI fiha lista mhux esklussiva ta' dawn il-miżuri.
L-Istati Membri jistgħu ukoll jadottaw aktar miżuri supplimentarji sabiex jipprovdu protezzjoni addizzjonali jew meljorament ta' ilmijiet koperti minn din id-Direttiva, inklużi fl-implimentazzjoni tal-ftehim relevanti internazzjonali li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 1.
5. Fejn osservazzjoni kontinwa jew data oħra jindikaw li l-għanijiet stabbiliti taħt l-Artikolu 4 għall-korp ta' l-ilma x'aktarx ma' jinkisbux, l-Istati Membri jridu jiżguraw li:
— il-kawżi tan-nuqqas possibbli huma investigati,
— awtorizzazzjonijiet u permessi relevanti huma eżaminati u riveduti kif xieraq,
— il-programmi ta' osservazzjoni huma riveduti u aġġustati kif xieraq, u
— miżuri addizzjonali kif jista' jkun meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanjiet huma stabbiliti, inkluż, kif xieraq, it-twaqqif ta' standards aktar stretti ta' kwalità ambjentali skond il-proċeduri stabbiliti fl-Anness V.
Fejn dawk il-kawżi huma ir-riżultat ta' ċirkostanzi ta' kawżi naturali jew forza maġġura li huma eċċezzjonali u li ma' setgħux raġonevolment jiġu mbassra, partikolarment dulluvji estremi u nuqqas ta' xita fit-tul, l-Istat Membru jista' jistabilixxi li miżuri addizzjonali mhumiex prattikabbli, bla ħsara għall-Artikolu 4(6).
6. Fl-implimentazzjoni ta' miżuri skond il-paragrafu 3, l-Istati Membri jridu jieħdu l-passi xierqa biex ma' jżidux it-tniġġiż ta' ilmijiet marittimi. Mingħajr preġudizzju għal leġislazzjoni eżistenti, l-applikazzjoni ta' miżuri meħuda skond il-paragrafu 3 ma jistgħu taħt ebda kundizzjoni jwasslu, għal żieda ta' tniġġiż kemm dirett jew indirett fl-ilma tal-wiċċ. Din il-ħtieġa ma' għandiex tapplika fejn tirriżulta żieda ta' tniġġiż ta' l-ambjent sħiħ.
7. Il-programmi ta' miżuri jridu jiġu stabbiliti mhux aktar tard minn disa' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u l-miżuri kollha jridu jsiru operazzjonali mhux aktar tardminn 12 il-sena wara dik id-data.
8. Il-programmi ta' miżuri jridu jiġu riveduti, u jekk meħtieġ aġġornati sa' mhux iktar minn 15-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u kull sitt xhur wara. Kull miżura ġdida jew riveduta stabbilitaa taħt programm aġġornat trid issir operazzjonali fi żmien tlett snin mit-twaqqif tagħha.
Artikolu 12
Kwistjonijiet li ma' jistgħux jiġu solvuti fil-livell ta' l-Istati Membri
1. Fejn Stat Membru jidentifika kwistjoni li għandha impatt fuq l-immaniġġjar ta' l-ilma tiegħu imma ma' tistax tkun solvuta minn dak l-Istat Membru, jista' jirraporta l-kwistjoni lill-Kummissjoni u kull Stat Membru ieħor konċernat u jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet għar-riżoluzzjoni tagħha.
2. Il-Kummissjoni trid tirrispondi għal kull rapport jew rakkomandazzjoniji minn l-Istati Membri fi żmien sitt xhur.
Artikolu 13
Pjanijiet ta' mmaniġġjar ta' baċin tax-xmara
1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara huwa prodott għal kull distrett tal-baċin tax-xmara li qiegħed kollu fi ħdan it-territorju tagħhom.
2. Fil-każ ta' distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jaqa' kollu fi ħdan il-Komunità, Stati Membri jridu jiżguraw kordinazzjoni bl-għan ta' produzzjoni ta' pjan wieħed internazzjonali ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara. Fejn ċerta pjan internazzjonali ta' l-immaniġġjar tal-baċin tax-xmara ma' jkunux provduti, Stati Membri jridu jipproduċu pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara li jkopri għall-anqas dawk il-partijiet tad-distretti internazzjonali tal-baċin tax-xamra li jaqa' fi ħdan it-territorju tagħhom għall-kisba ta' l-għanijiet ta' din id-Direttiva.
3. Fil-każ ta' distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara li jestendi lil hinn mill-fruntieri tal-Komunità, Stati Membri jridu jagħmlu ħilithom biex jipproduċu pjan wieħed ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara, u, fejn dan ma' jkunx possibbli, il-pjan irid għall-inqas ikopri l-parti tad-distrett internazzjonali tal-baċin tax-xmara li qiegħed fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri konċernati.
4. Il-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara jrid jinkludi l-informazzjoni dettaljata fl-Anness VII.
5. Pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara jistgħu jkunu supplimentati bil-produzzjoni ta' aktar programmi dettaljati u pjanijiet ta' mmaniġġjar għal sub-baċin, settur, kwistjoni, jew tip ta' ilma, biex jiġi negozjat ma' aspetti partikolari tal-immaniġġjar ta' l-ilma. Implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri ma' tridx teżenta l-Istati Membri mill-ebda obbligazzjoni tagħhom taħt il-kumplament ta' din id-Direttiva.
6. Pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara jridu jiġu ppubblikati mhux aktar tard minn disa' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
7. Pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin ta' l-ilma jridu jiġu riveduti u aġġornati mhux aktar tard minn 15 il-sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u kull sitt xhur wara.
Artikolu 14
Konsultazzjoni u informazzjoni pubblika
1. L-Istati Membri jridu jinkoraġġixxu l-involviment attiv tal-partijiet kollha interessati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, partikolarment fil-produzzjoni, reviżjoni u aġġornament tal-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara. Stati Membri jridu jiżguraw li, għal kull distrett tal-baċin tax-xmara, iridu jippubblikaw u jagħmlu disponibbli għal kummenti lill-pubbliku, inklużi utenti:
(a) orarju u programm tax-xogħol għall-produzzjoni tal-pjan, inkluż prospett tal-miżuri ta' konsultazzjoni li jridu jittieħdu, għall-anqas tlett snin qabel il-bidu tal-perjodu riferut mill-pjan;
(b) deskrizzjoni interim tal-kwistjonijiet sinifikanti ta' l-immaniġġjar ta' l-ilma identifikat fil-baċin tax-xmara, għall-anqas sentejn qabel il-bidu tal-perjodu riferut fil-pjan;
(ċ) kopji ta' abbozz tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara, għall-inqas sena qabel il-bidu tal-perjodu riferut fil-pjan.
Fuq talba, aċċess irid jingħata għal dokumenti u informazzjoni ta' l-isfond użati għall-iżvilupp ta' l-abbozz tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.
2. L-Istati Membri jridu jħallu għall-anqas sitt xhur biex jikkummentaw bil-kitba fuq dawk id-dokumenti sabiex jippermettu konsultazzjoni u involviment attiv.
3. Paragrafi 1 u 2 għandhom jgħoddu ugwalment biex jaġġornaw pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.
Artikolu 15
Rapportar
1. L-Istati Membri jridu jibgħatu kopji tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara u l-aġġornamenti kollha sussegwenti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra konċernati fi żmien tlett xhur mill-pubblikazzjoni tagħhom:
(a) għad-distretti tal-baċin tax-xmara li jaqgħu kollha fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri, il-pjanijiet kollha ta' l-immaniġġjar tax-xmara li jkopru dak it-territorju nazzjonali u pubblikati skond l-Artikolu 13;
(b) għal distretti internazzjonali tal-baċin tax-xmara, għall-anqas il-parti tal-pjanijiet ta' mmaniġġjar tax-xmara li jkopru t-territorju tal-Istat Membru.
2. L-Istati Membri jridu jagħtu rapporti sommarji ta':
— l-analiżi meħtieġa taħt l-Artikolu 5, u
— il-programmi ta' osservazzjoni disinjati taħt l-Artikolu 8
li daħlu għalihom għall-iskopijiet tal-ewwel pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara fi żmien tlett xhur mill-kompletazzjoni tagħhom.
3. L-Istati Membri jridu, fi żmien tlett snin mill-pubblikazzjoni ta' kull pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara jew aġġornament taħt l-Artikolu 13, jibagħtu rapport interim li jiddeskrivi l-progress fl-implimentazzjoni tal-programm tal-miżuri ppjanati.
Artikolu 16
Strateġiji kontra t-tniġġis ta' l-ilma
1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jadottaw miżuri speċifiċi kontra t-tniġġis ta' l-ilma minn kontaminanti individwali jew gruppi ta' kontaminanti li jirrapreżentaw riskju sinifikanti għal, jew via l-ambjent akkwatiku, inklużi dawk ir-riskji għal ilmijiet użati għal estrazzjoni ta' l-ilma tax-xorb. Għal dawk il-kontaminanti, miżuri jridu jkunu mmirati lejn riduzzjoni progressiva u, għal sustanzi prioritarji perikolużi, kif imsemmi fl-Artikolu 2(30), fil-waqfien jew waqfien f'fażijiet ta' ħruġ, emmissjonijiet u telf. Dawn il-miżuri jridu jiġu adottati billi jaġixxu fuq il-proposti preżentati mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fit-Trattat.
2. Il-Kummissjoni trid tagħti proposta li tistipula sustanzi ta' prijorità magħżula fost dawk li jirrapreżentaw riskju sinifikanti għal, jew via l-ambjent akwatiku. Sustanzi jridu jiġu prioritizzati għal azzjoni fuq il-bażi ta' riskju għal, jew via l-ambjent akkwatiku, identifikat minn:
(a) stima ta' riskju magħmula taħt Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 ( 22 ), Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE ( 23 ), u Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 ), jew
(b) stima immirata bbażata fuq ir-riskju (skond il-metodoloġija tar-Regolament (KEE) Nru 793/93) u ffokata unikament fuq ekotossiċità akkwatika u fuq tossiċità umana via l-ambjent akkwatiku.
Fejn meħtieġ sabiex jintlaħaq l-orarju stabbilit f'paragrafu 4, sustanzi jridu jingħataw prijorita' għal azzjoni fuq il-bażi ta' riskju għal, jew via l-ambjent akkwatiku, identifikati minn proċedura simplifikata ta' stima bbażata fuq riskju bbażata fuq prinċipji xjentifiċi u tieħu in konsiderazzjoni partikolarment:
— evidenza rigward il-periklu intrinsiku tas-sustanza konċernata, u partikolarment l-ekotossiċità akkwatika tagħha u t-tossicità umana via rotti akkwatiċi ta' espożizzjoni, u
— evidenza minn osservazzjoni kontinwa tal-kontaminazzjoni mifruxa fuq l-ambjent kollu, u
— fatturi oħra ppruvati li jistgħu jindikaw il-possibilità ta' kontaminazzjoni mifruxa fuq l-ambjent, bħal produzzjoni jew volum ta' użu tas-sustanza konċernata, u kampjuni ta' użu.
3. Il-proposta tal-Kummissjoni trid tidentifika ukoll is-sustanzi ta' priorita' perikolużi. Meta qed tagħmel hekk, il-Kummissjoni trid tieħu in konsiderazzjoni is-selezzjoni tas-sustanzi konċernati marbuta fil-leġislazzjoni Komunitarja relevanti dwar sustanzi perikolużi jew ftehim internazzjonali relevanti.
4. Il-Kummissjoni trid tirrevedi il-lista adottata ta' sustanzi prioritarji mhux aktar tard minn erba' snin minn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u għall-anqas kull erba' snin minn wara dik id-data, u tressaq proposti kif xieraq.
5. Fil-preparazzjoni tal-proposta tagħha, il-Kummissjoni trid tieħu in kunsiderazzjoni r-rakkomandazzjonijiet mill-Kumitati Xjentifiċi fuq tossiċità, Ekotossiċità u l-Ambjent, l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent, programmi ta' riċerka Komunitarja, organizzazzjonijiet internazzjonali li l-Komunità hija parti minnhom, organizzazzjonijiet tal-kummerċ Ewropew inklużi dawk li jirrappreżentaw intrapriżi zgħar u medji, organiżżazzjonijiet ambjentali Ewropej, u ta' informazzjoni oħra relevanti li tiġi għall-attenzjoni tagħha.
6. Għal sustanzi ta' priorita', il-Kummissjoni trid tagħti proposti ta' kontroll għal:
— ir-riduzzjonijiet progressivi ta' ħruġ, emissjonijiet u telf tas-sustanzi konċernati, u, partikolarment
— il-waqfien jew waqfien f'fażijiet ta' ħruġ, emmissjonijiet u telf ta' sustanzi kif identifikat bi qbil ma' paragrafu 3, inkluż orarju xieraq għal dan l-iskop. L-orarju ma għandux jeċċedi 20 sena wara l-adottazzjoni ta' dawn il-proposti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.
Meta qed tagħmel hekk trid tidentifika l-livell proporzjonat u xieraq li jiffranka l-flus u l-kombinazzjoni ta' prodotti u kontrolli ta' proċess kemm għas-sorsi ta' punt u kemm għas-sorsi ta' tixrid u tieħu in konsiderazzjoni l-valuri limiti ta' emmissjoni uniformi mal-Komunità kollha għall-kontrolli tal-proċess. Fejn xieraq, azzjoni fl-livell Komunitarju għal kontrolli ta' proċess tista' tkun stabbilita fuq bażi ta' settur b'settur. Fejn kontrolli ta' prodott jinkludu reviżjoni ta' awtorizzazzjonijiet relevanti mogħtija taħt id-Direttiva 91/414/KEE u d-Direttiva 98/8/KE, dawn ir-reviżjonijiet iridu jsiru bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' dawk id-Direttivi. Kull proposta għal kontrolli trid tispeċifika arranġamenti għar-reviżjoni tagħhom, aġġornament u għal stima ta' effettività tagħhom.
7. Il-Kummissjoni trid tagħti proposti għal standards ta' kwalità applikabbli għall-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi ta' prijorità fl-ilma tal-wiċċ, sedimenti jew biota.
8. Il-Kummissjoni trid tagħti proposti, skond paragrafi 6 u 7, u għall-anqas għal kontrolli ta' emmissjoni għal sorsi tal-punt u standards ta' kwalità ambjentali fi żmien sentejn tal-inklużjoni tas-sustanzi konċernati fuq il-lista ta' sustanzi ta' priorità. Għal sustanzi inklużi fl-ewwel lista ta' sustanzi ta' priorità, fin-nuqqas ta' ftehim f'livell Komunitarju sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jridu jwaqqfu standards ta' kwalità ambjentali għal dawn is-sustanzi għal kull ilma tal-wiċċ affetwat minn ħruġ ta' dawk is-sustanzi, u kontrolli fuq is-sorsi prinċipali ta' ċerta ħruġ, ibbażati, inter alia, fuq kunsiderazzjoni tal-għażla kollha ta' riduzzjoni teknika. Għal sustanzi sussegwentement inklużi fil-lista ta' sustanzi prioritarji, fin-nuqqas ta' ftehim f'livell Komunitarju, l-Istati Membri jridu jieħdu din l-azzjoni ħames snin wara d-data ta' inklużjoni fil-lista.
9. Il-Kummissjoni tista' tipprepara strateġiji kontra t-tniġġis ta' l-ilma minn kontaminanti oħra jew gruppi ta' kontaminanti, inkluż kull tniġġiż li jidher bħala riżultat ta' inċidenti.
10. Fil-preparazzjoni tal-proposti tagħha taħt paragrafi 6 u 7, il-Kummissjoni trid ukoll tirrevedi d-Direttivi kollha elenkati fl-Anness IX. Trid tipproponi, sa' ż-żmien stipulat f'paragrafu 8, reviżjoni tal-kontrolli fl-Anness IX għal dawk is-sustanzi kollha li huma inklużi fil-lista tas-sustanzi ta' priorità u trid tipproponi l-miżuri xierqa inkluż it-tħassir possibbli tal-kontrolli taħt l-Anness IX għas-sustanzi l-oħra kollha.
Il-kontrolli kollha fl-Anness IX li għalihom ġew proposti reviżjonijiet iridu jiġu mħassra sad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dawk ir-reviżjonijiet.
11. Il-lista tas-sustanzi ta' priorità tas-sustanzi msemmija f'paragrafi 2 u 3 proposti mill-Kummissjoni, fuq l-adozzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, ser isiru l-Anness X għal din id-Direttiva. Ir-reviżjoni tagħha msemmija f'paragrafu 4 trid issegwi l-istess proċedura.
Artikolu 17
Strateġiji għal prevenzjoni u kontroll ta' tniġġiż ta' l-ilma ta' taħt l-art
1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jadottaw miżuri speċifiċi biex jipprevjenu u jikkontrollaw t-tniġġiż ta' l-ilma ta' taħt l-art. Dawn il-miżuri jridu jkunu mmirati lejn il-kisba ta' l-għanijiet ta' stat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art skond l-Artikolu 4(1)(b) u jrid jiġi adottat, b'azzjoni fuq il-proposta preżentata fi żmien sentejn minn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċeduri imniżżla fit-Trattat.
2. Waqt li tipproponi miżuri, il-Kummissjoni trid tieħu in kunsiderazzjoni l-analiżi li saru skond l-Artikolu 5 u l-Anness II. Dawn il-miżuri jridu jiġu proposti aktar kmieni jew id-data ikunu disponibbli u jridu jinkludu:
(a) kriterja biex issir stima ta' stat kimiku tajjeb ta' l-ilma ta' taħt l-art, skond l-Anness II.2.2 u l-Anness V 2.3.2 u 2.4.5;
(b) kriterjia għall-identifikazzjoni ta' trends fiż-żieda sinifikanti u sostenuti u għad-definizzjoni ta' punti tal-bidu ta' trends ta' tidwir fir-rotta biex jintużaw skond l-Anness V 2.4.4.
3. Miżuri li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' paragrafu 1 iridu jiġu inklużi fil-programmi tal-miżuri meħtieġa taħt l-Artikolu 11.
4. Fin-nuqqas ta' kriterja adottata taħt paragrafu 2 f'livell Komunitarju, l-Istati Membri jridu jwaqqfu kriterja xierqa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
5. Fin-nuqqas ta' kriterja adottata taħt paragrafu 4 f'livell nazzjonali, tidwir tad-direzzjoni jrid jieħu bħala l-punt ta' bidu tiegħu massimu ta' 75 % tal-livell ta' standards ta' kwalità stabbiliti fil-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti applikabbli għall-ilma ta' taħt l-art.
Artikolu 18
Rapport tal-Kummissjoni
1. Il-Kummissjoni trid tippubblika rapport fuq l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mhux aktar tard minn tnax il-sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u kull sitt xhur minn wara dik id-data, u għandha tissottometti dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
2. Ir-rapport għandu jinkludi dan li ġej:
(a) reviżjoni tal-progress fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva;
(b) reviżjoni tal-istat ta' l-ilma tal-wiċċ u tal-qiegħ fil-Komunità marbuta f'kordinazzjoni ma' l-Aġenzija Ewropea ta' l-ambjent;
(ċ) stħarriġ tal-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara mogħtija skond l-Artikolu 15, inklużi l-proposti għat-titjib ta' pjanijiet futuri;
(d) sommarju tat-tweġiba għal kull wieħed mir-rapporti jew rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni magħmula mill-Istati Membri skond l-Artikolu 12;
(e) sommarju ta' kull proposta, miżuri ta' kontroll u strateġiji żviluppati taħt l-Artikolu 16;
(f) sommarju tat-tweġibiet għall-kummenti magħmula mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq rapporti ta' implimentazzjoni ta' qabel.
3. Il-Kummissjoni trid ukoll tipppubblika rapport fuq il-progress tal-implimentazzjoni bbażata fuq ir-rapporti sommarji li l-Istati Membri issottomettew taħt l-Artikolu 15(2), u tagħtih lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri, mhux aktar tard minn sentejn qabel id-dati msemmija fl-Artikolu 5 u 8.
4. Il-Kummissjoni trid, fi żmien tlett snin mill-pubblikazzjoni ta' kull rapport taħt paragrafu 1, tippubblika rapport interim li jiddeskrivi l-progress fl-implimentazzjoni tal-bażi tar-rapporti interim tal-Istati Membri kif imsemmija fl-Artikolu 15(3). Dan għandu jiġi mogħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. Il-Kummissjoni trid issejjaħ, fejn xieraq, skond iċ-ċiklu ta' rappurtar, konferenza tal-partijiet interessati fuq il-politika Komunitarja ta' l-ilma minn kull Stat Membru, biex jikkummentaw fuq ir-rapporti ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni u biex taqsam l-esperjenzi.
Parteċipanti jridu jinkludu rappreżentanti mill-awtoritajiet kompetenti, mill-Parlament Ewropew, mill-OMG, mill-imsieħba soċjali u ekonomiċi, mill-korpi tal-konsumatur, u minn akkademiċi u esperti oħra.
Artikolu 19
Pjanijiet għal miżuri Komunitarji futuri
1. Darba fis-sena, il-Kummissjoni trid, għal skopijiet ta' informazzjoni, tippreżenta lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21, pjan indikattiv ta' miżuri li jkollhom impatt fuq leġislazzjoni ta' l-ilma li għandha ħsieb li tipproponi fil-futur viċin, inklużi kull miżura li toħroġ mill-proposti, miżuri ta' kontroll u strateġiji żviluppati taħt l-Artikolu 16. Il-Kummissjoni trid tagħmel l-ewwel preżentazzjoni ta' dan it-tip mhux aktar tard minn sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
2. Il-Kummissjoni se tirrevedi din id-Direttiva mhux aktar tard minn 19-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ u tipproponi kull emendi meħtieġa għaliha.
Artikolu 20
Adattamenti tekniċi għad-Direttiva
1. L-Annessi I, III u sezzjoni 1.3.6 ta’ l-Anness V jistgħu jkunu adattati għal progress xjentifiku u tekniku b’kunsiderazzjoni tal-perjodi għar-reviżjoni u għall-aġġornament tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara kif imsemmi fl-Artikolu 13. Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jkunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3).
Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tadotta linji ta’ gwida dwar l-implimentazzjoni ta’ l-Annessi II u V skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).
2. Għall-iskop tat-trażmissjoni u l-ipproċessar tad-data, inkluża data statistika u kartografika, formati tekniċi għall-iskop ta’ paragrafu 1 jistgħu jkunu adottati bi qbil mal-proċeduri mniżżla fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 21
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 22
Tħassir u disposizzjonijiet transitorji
1. Dan li ġej irid jitħassar b'mod effettiv minn seba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva:
— Direttiva 75/440/KEE tas-16 ta' Ġunju tal-1975 dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilma tal-wiċċ maħsub għall-estrazzjoni ta' ilma tax-xorb fl-Istati Membri ( 25 ),
— Deċiżjoni tal-Kunsill 77/795/KEE tat-12 ta' Diċembru tal-1977 li jistabbilixxi l-proċedura komuni għall-iskamnju ta' informazzjoni fuq il-kwalità ta' l-ilma ħelu tal-wiċċ fil-Komunità ( 26 ),
— Direttiva tal-Kunsill 79/869/KEE tad-9 ta' Ottubru 1979 dwar il-metodi ta' miżuri u frekwenzi ta' kampjun u analiżi ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub għall-estrazzjoni ta' ilmijiet tax-xorb fl-Istati Membri ( 27 )
2. Dan li ġej irid jitħassar effettivament minn 13-il sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva:
— Direttiva tal-Kunsill 78/659/KEE tat-18 ta' Lulju 1978 dwar il-kwalità tal-ilma ħelu li jeħtieġu protezzjoni jew titjib sabiex isostnu l-ħajja tal-ħut ( 28 ),
— Direttiva tal-Kunsill 79/923/KEE tat-30 t'Ottubru tal-1979 dwar il-kwalità meħtieġa għall-ilmijiet tal-frott tal-baħar ( 29 ),
— Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE tas-17 ta' Diċembru tal-1979 dwar il-protezzjoni ta' ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġiż kawżat minn ċerta sustanzi perikolużi,
— Direttiva 76/464/KEE, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 6, li jrid jiġi mħassar effettivament mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
3. Id-disposizzjonijiet transizzjonali għandhom jgħoddu għal Direttiva 76/464/KEE:
(a) il-lista ta' sustanzi prioritarji adottati taħt l-Artikolu 16 ta' din id-Direttiva jridu jibdlu il-lista ta' sustanzi ta' priorità fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni għall-Kunsill tat-22 ta' Ġunju tal-1982;
(b) għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7 ta' Direttiva 76/464/KEE, Stati Membri jistgħu japplikaw il-prinċipji għall-identifikazzjoni ta' problemi ta' tniġġiż u s-sustanzi li jikkawżawhom, it-twaqqif ta' standards ta' kwalità, u l-adozzjoni ta' miżuri, imniżżla f'din id-Direttiva.
4. L-għanijiet ambjentali fl-Artikolu 4 u standards ta' kwalità ambjentali imwaqqfa fl-Anness IX u skond l-Artikolu 16(7), u minn Stati Membri taħt l-Anness V għal sustanzi mhux fuq il-lista ta' sustanzi ta' priorità u taħt l-Artikolu16(8) fir-rigward ta' sustanzi ta' priorità li għalihom l-istandards Komunitarji ma' ġewx stabbiliti, għandhom jiġu kkunsidrati bħala standards ta' kwalità ambjentali għall-iskopijiet ta' punt 7 ta' l-Artikolu2 u l-Artikolu 10 ta' Direttiva 96/61/KE.
5. Fejn sustanza fuq il-lista ta' sustanzi ta' priorità adottati taħt l-Artikolu 16 ma' tkunx inkluża fl-Anness VIII għal din id-Direttiva jew għall-Anness III għal Direttiva 96/61/KE, din trid tkun miżjuda hemmhekk.
6. Għal korpi ta' ilma tal-wiċċ, għanijiet ambjentali mwaqqfa taħt l-ewwel pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara meħtieġa minn din id-Direttiva jridu, għall-inqas, jagħtu effett għall-istandards ta' kwalità l-inqas stretti bħal dawk meħtieġa biex jimplimentaw id-Direttiva 76/464/KEE.
Artikolu 23
Penali
L-Istati Membri jridu jistabilixxi penali applikabbli għal ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Il-penali hekk provduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 24
Implimentazjoni
1. Stati Membri għandhom isaħħu l-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jaqblu ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mit-22 ta' Diċembru tas-sena 2003. Għandhom jinformaw immedjatament lill-istess Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stipulati mill-Istati Membri.
2. Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni trid tinforma l-Istati Membri l-oħra dwar dawk.
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 26
L-Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
INFORMAZZJONI MEĦTIEĠA GĦAL-LISTA TA' AWTORITAJIET KOMPETENTI
Kif meħtieġ skond l-Artikolu 3(8), l-Istati Membri jridu jipprovdu l-informazzjoni li jmiss fuq l-awtoritajiet kompetenti kollha fi ħdan kull distrett tal-baċin tax-xmara kif ukoll il-parti ta' kull distrett tal-baċin tax-xmara li qiegħed fi ħdan it-territorju tagħhom.
(i) - l-isem u l-indirizz uffiċċjali ta' l-awtorità identifikata taħt l-Artikolu 3(2).
(ii) - l-ismijiet tax-xmajjar prinċipali fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara flimkien ma' deskrizzjoni preċiża tal-fruntieri tad-distrett tal-baċin tax-xmara. Din l-informazzjoni trid kemm jista' jkun possibbli tkun disponibbli għal introduzzjoni f'sistema ta' informazzjoni ġeografika (GIS) u/jew is-sistema ta' informazzjoni ġeografika tal-Kummissjoni (GISCO).
(iii) - deskrizzjoni ta' l-istat legali ta' l-awtorità kompetenti u, fejn relevanti, sommarju jew kopja tal-istatut tagħha, it-trattat ta' twaqqif jew dokument legali ekwivalenti.
(iv) - deskrizzjoni tar-responsabbiltajiet legali u amministrattivi ta' kull awtorità kompetenti u tal-parti tagħha fi ħdan kull distrett tal-baċin tax-xmara.
(v) - fejn l-awtorità kompetenti taġixxi bħala korp ta' kordinazzjoni għal awtoritajiet kompetenti oħra, hija meħtieġa lista għal dawn il-korpi flimkien ma' ġabra tar-relazzjonijiet istituzzjonali mwaqqfa sabiex tiżgura kordinazzjoni.
(vi) - fejn distrett tal-baċin tax-xmara jkopri it-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed jew jinkludi it-territorju ta' Stati mhux-Membri, huwa meħtieġ sommarju tar-relazzjonijiet istituzzjonali imwaqqfa sabiex tiżgura kordinazzjoni.
ANNESS II
1 L-ILMIJIET TAL-WIĊĊ
1.1. Karatterizzazzjoni ta' tipi ta' korpi ta' l-ilma tal-wiċċ
L-Istati Membri jridu jidentifikaw il-post u l-fruntieri ta' korpi ta' l-ilma tal-wiċċ u jridu jagħmlu karatterizzazzjoni inizjali ta' dawn it-tipi ta' korpi bi qbil mal-metodoloġija li jmiss. L-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu korpi ta' l-ilma tal-wiċċ flimkien għall-iskopijiet ta' din il-karatterizzazzjoni inizjali.
(i) Il-korpi ta' l-ilma tal-wiċċ fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara jrid jiġi identifikat li jaqa' fi ħdan kull wieħed mill-kategoriji ta' l-ilma tal-wiċċ li jmiss - xmajjar, lagi, ilmijiet temporanji jew ilmijiet tal-kosta - jew bħala korpi ta' l-ilma tal-wiċċ artifiċjali jew korpi ta' l-ilma tal-wiċċ modifikati ħafna.
(ii) Għal kull kategorija ta' l-ilma tal-wiċċ, il-korpi relevanti ta' l-ilma tal-wiċċ fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara jrid ikun iddifferenzjat skond it-tip. Dawn it-tipi huma dawk imsemmija li jużaw jew “sistema A” jew “sistema B”, kif identifikati fis-sezzjoni 1.2.
(iii) Jekk sistema A hija użata, il-korpi ta' l-ilma tal-wiċċ fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara l-ewwel irid ikun iddifferenzjat mill-ekoreġjuni relevanti bi qbil maż-żoni ġeografiċi identifikati f'sezzjoni 1.2 u li jidhru fuq il-mappa relevanti fl-Anness XI. Il-korpi ta' l-ilma fi ħdan kull ekoreġjun imbagħad irid ikun iddifferenzjat mit-tipi tal-korp ta' l-ilma tal-wiċċ skond id-deskritturi maħruġa fit-tabelli għal sistema A.
(iv) Jekk sistema B hija użata, l-Istati Membri jridu jiksbu ta' l-anqas l-istess grad ta' differenzazzjoni kif tista' tkun miksuba bl-użu tas-sistema A. Skond il-korpi ta' l-ilma tal-wiċċ fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara jrid jiġi iddifferenzjat f'tipi bl-użu tal-valuri għad-deskritturi obbligatorji u ċerta deskritturi ta' l-għażla, jew kombinazzjoni ta' deskritturi, kif huma meħtieġa biex jiżguraw li kundizzjonijiet ta' referenza bioloġika speċifiċi ta' tip jista' jkun f'sura ta' minn jorbot fuqu.
(v) Għal korpi artifiċjali jew modifikati ħafna ta' l-ilma tal-wiċċ id-differenzazzjoni trid tiġi marbuta bi qbil mad-deskritturi għal kull ilma tal-wiċċ li jixxiebaħ mal-korp artifiċjali jew modifikat ħafna konċernat.
(vi) Stati Membri jridu jaħgtu lill-Kummissjoni mappa jew mapep (b'format ta' GIS) tal-lokazzjoni ġeografikali tat-tipi konsistenti bil-grad ta' differenzazzjoni meħtieġa taħt sistema A.
1.2. Ekoreġjuni u tipi ta'l-ilma tal-wiċċ
1.2.1. Xmajjar
Sistema A
Tipoloġija fissata |
Deskritturi |
Ekoreġjun |
Ekoreġjuni li jidhru fuq mappa A fl-Anness XI |
Tip |
Tipoloġija ta' altitudni għoli: > 800 m altitudni-medja: > 200 sa' 800 m medda art baxxa: < 200 m Tipoloġija tal-qies bażat fuq żona fejn jinqabat l-ilma tax-xita żgħir: 10 sa' 100 km2 medju: >100 sa' 1 000 km2 kbir: > 1 000 sa' 10 000 km2 kbir ħafna: >10 000 km2 Ġeoloġija tal-ġir siliceous organika |
Sistema B
Karatterizzazzjoni alternattiva |
Fatturi fiżiċi u kimiċi li jiddeterminaw il-karatteristiċi tax-xmara jew parti mix-xmara u b'hekk għal kompożizzjoni u struttura ta' popolazzjoni bioloġika |
Fatturi obbligatorji |
altitudni latitudni lonġitudni ġeoloġija qies |
Fatturi mhux obbligatorji |
distanza minn sors ta' xmara enerġija ta' tnixxija (funzjoni ta' tnixxija u tal-pożizzjoni inklinata) wisa' medja ta' l-ilma fond medju ta' l-ilma pożizzjoni inklinata medja ta' l-ilma forma tal-fond prinċipali tax-xmara kategorija tal-ħruġ tax-xmara (tnixxija) forma tal-wied trasport ta' solidi kapaċità ta' newtralizzazzjoni ta' l-aċtu kompożizzjoni medja ta' substratum ta' l-ilma kloru grad tat-temperatura ta' l-arja temperatura medja ta' l-arja ta' l-ilma preċipitazzjoni |
1.2.2. Lagi
Sistema A
Tipoloġija fissata |
Deskritturi |
Ekoreġjun |
Ekoreġjuni li jidhru fuq mappa A fl-Anness XI |
Tip |
Tipoloġija ta' altitudni għoli: > 800 m altitudni-medja: > 200 sa' 800 m medda art baxxa: < 200 m Tipoloġija medja tal-qies bażat fuq il-fond ta' l-ilma < 3 m 3 sa' 15 m > 15 m Tipoloġija ta' qies bażat fuq iż-żona tal-wiċċ 0.5 sa' 1 km2 1 sa' 10 km2 10 sa' 100 km2 > 100 km2 Ġeoloġija tal-ġir siliceous organika |
Sistema B
Karatterizzazzjoni alternattiva |
Fatturi fiżiċi u kimiċi li jiddeterminaw il-karatteristiċi tal-lag u b'hekk il-kompożizzjoni u struttura ta' populazzjoni bioloġika |
Fatturi obbligatorji |
altitudni latitudni lonġitudni fond ġeoloġija qies |
Fatturi mhux obbligatorji |
fond medju ta' l-ilma forma tal-lag ħin tar-residenza temperatura medja l-arja grad tat-temperatura ta' l-arja karatteristiċi tat-taħlit (eż. monomiktiċi, dimiktiċi, polimiktiċi) kapaċità ta' newtralizzazzjoni ta' l-aċtu stat nutrienti tal-isfond kompożizzjoni medja ta' substratum varjazzjoni tal-livell |
1.2.3. Ilmijiet temporanji
Sistema A
Tipoloġija fissata |
Deskritturi |
Ekoreġjun |
Li ġej kif identifikat fuq mappa B fl-Anness XI: il-baħar baltiku il-baħar ta' Barents il-baħar tan-Norveġja il-baħar tan-Nord l-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana il-baħar Mediterran |
Tip |
Bażat fuq medja ta' salinitá annwali < 0,5 ‰: ilma ħelu 0,5 sa < 5 ‰: oligoalin 5 sa' < 18 ‰: mesoalin 18 sa' < 30 ‰: polialin 30 sa' < 40 ‰: eualin Bażat fuq l-iskala medja ta'l-għoli ta' l-ilma < 2m ‰: 2 sa' 4m ‰: > 4m: |
Sistema B
Karatterizzazzjoni alternattiva |
Fatturi fiżiċi u kimiċi li jiddeterminaw il-karatteristiċi tal-ilmijiet temporanji u b'hekk il-kompożizzjoni u struttura ta' populazzjoni bioloġika |
Fatturi obbligatorji |
latitudni lonġitudni skala tal-għoli ta' l-ilma salinità |
Fatturi mhux obbligatorji |
fond veloċita tal-kurrent espożizzjoni tal-mewġ/a ħin ta' residenza temperatura medja l-ilma karatteristiċi tat-taħlit stat ta' ilma imqalla’’, imħawwad eċċ. kompożizzjoni medja ta' substratum forma skala tat-temperatura ta' l-ilma |
1.2.4. Ilmijiet tal-kosta
Sistema A
Tipoloġija fissata |
Deskritturi |
Ekoreġjun |
Li ġej kif identifikat fuq mappa B fl-Anness XI: il-baħar baltiku il-baħar ta' Barents il-baħar tan-Norveġja il-baħar tan-Nord l-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana il-baħar Mediterran |
Tip |
Bażat fuq medja ta' salinità annwali < 0,5 ‰: ilma ħelu 0,5 sa < 5 ‰: oligoalin 5 sa' < 18 ‰: mesoalin 18 sa' < 30 ‰: polialin 30 sa' < 40 ‰: eualin Bażat fuq fond medju ilmijiet baxxiilmijiet baxxi: < 30 m medji: (30 sa' 200 m) fondi: > 200 m |
Sistema B
Karatterizzazzjoni alternattiva |
Fatturi fiżiċi u kimiċi li jiddeterminaw il-karatteristiċi tal-ilmijiet tal-kosta u b'hekk il-kompożizzjoni u struttura komunitarja bioloġika |
Fatturi obbligatorji |
latitudni lonġitudni skala tal-għoli ta' l-ilma salinità |
Fatturi mhux obbligatorji |
veloċita tal-kurrenti espożizzjoni tal-mewġ/a temperatura medja l-ilma karatteristiċi tat-taħlit stat ta' ilma imqalla', imħawwad eċċ. ħin ta' ritenzjoni (ta' bajjiet fil-magħluq) kompożizzjoni medja ta' substratum skala tat-temperatura ta' l-ilma |
1.3. Twaqqif ta' kundizzjonijiet ta' referenzi ta' tip speċifiku għal tipi ta' korpi ta' l-ilma tal-wiċċ
(i) Għal kull tip karatterizzat ta' l-ilma tal-wiċċ skond sezzjoni 1.1, kundizzjonijiet ta' tip-speċifiku idromorfloġiku u fisiko-kimiku jridu jitwaqqfu bir-rappreżentazzjoni tal-valuri tal-elementi ta' kwalità idromorfoloġika u fiżiko-kimika speċifikati f'punt 1.1 fl-Anness V għal dak it-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ fi stat ekoloġiku għoli kif definit fit-tabella relevanti f'punt 1.2 fl-Anness V. Kundizzjonijiet ta' referenza bioloġika ta' tip-speċifiku jridu jitwaqqfu, bir-rappreżentazzjoni tal-valuri tal-elementi ta' kwalità bioloġokali speċifikati f'punt 1.1 fl-Anness V għal dak it-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ fi stat ekoloġu għoli kif definit fit-tabella relevanti f'sezzjoni 1.2 fl-Anness V.
(ii) Fl-applikazzjoni tal-proċeduri maħruġa f'din is-sezzjoni għal korpi ta' l-ilma tal-wiċċ artifiċjali jew modifikati ħafna, referenzi għal stat ekoloġiku għoli, jridu jkunu miftiehma bħala referenzi għal potenzjal massimu ekoloġiku kif definit f'tabella 1.2.5 ta' l-Anness V. Il-valuri għal potenzjali massimu ekoloġiku għal korp ta' l-ilma jrid jiġi rivedut kull sitt snin.
(iii) Kundizzjonijiet ta' tip speċifiku għall-iskopijiet ta' punti (i) u (ii) u kundizzjonijiet ta' referenza ta' tip speċifiku bioloġiku jistgħu jkunu jew bażati spazjalment jew bażati fuq mudellar, jew jistgħu ikunu miġjuba bl-użu ta' kombinazzjoni ta' dawn il-metodi. Fejn mhux possibbli li jintużaw dawn il-metodi, l-Istati Membri jistgħu jużaw ġudizzju ta' espert għat-twaqqif ta' dawn il-kundizzjonijiet. Fid-definizzjoni ta' stat ekoloġiku għoli fir-rigward ta' konċentrazzjonijiet ta' kontaminanti sintetiċi speċifiċi, il-limiti ta' kxif huma dawk li jistgħu jiġu miksuba bi qbil mal-metodi disponibbli ta' tekniki disponibbli fil-ħin meta l-kundizzjonijiet ta' tip speċifiku għandhom jitwaqqfu.
(iv) Għal kundizzjonijiet ta' referenza bioloġika ta' tip speċifiku bażati spazjalment, l-Istati Membri jridu jiżviluppaw networks ta' referenza għal kull tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ. In-networks għandu jkollhom numru suffiċjenti ta' siti ta' stat għoli biex jipprovdu livell suffiċjenti ta' kunfidenza fuq il-valuri għall-kundizzjonijiet ta' referenza, b'varjabilità mogħtija fil-valuri tal-elementi ta' kwalità li jikkorrispondu għal stat ekoloġiku għoli għal dak it-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ u l-metodi ta' mudellar ta' teknika li jridu jiġu applikati taħt paragrafu (v).
(v) Il-kundizzjonijiet ta' referenza bioloġika ta' tip speċifiku bażati fuq mudellar jista' jkun miġjub bl-użu ta' mudelli ta' tbassir jew metodi ta' esperjenzi tal-passat. Il-metodi jridu jużaw data storiċi, paleoloġiċi u oħra, disponibbli, u jridu jipprovdu livell suffiċenti ta' kunfidenza fuq il-valuri tal-kundizzjonijiet ta' referenza biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet miġjuba huma konsistenti u validi għal kull tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ.
(vi) Fejn mhux possibbli li jitwaqqfu kundizzjonijiet ta' referenza ta' tip speċifiku li tista' torbot fuqhom għal element ta' kwalità tat-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ minħabba l-gradi għolja ta' varjabilità naturali f'dak l-element, mhux biss bħala riżultat ta' varjazzjonijiet tal-istaġuni, dak l-element ikun jista' jiġi eskluż mill-istima ta' stat ekoloġiku għal dak it-tip ta' ilma tal-wiċċ. F'dawn iċ-ċirkostanzi l-Istati Membri jridu jiddikjaraw ir-raġunijiet għal din l-esklużjoni fil-pjan ta' l-immaniġġjar tal-baċin tax-xmara.
1.4. Identifikazzjoni ta' Pressi
L-Istati Membri jridu jiġbru u jżommu informazzjoni fuq it-tip u importanza tal-pressi antropoġeniċi sinifikanti li għalihom il-korpi ta' l-ilma tal-wiċċ f'kull distrett tal-baċin tax-xmara huma responsabbli, jistgħu jkunu soġġetti, partikolarment dan li jmiss.
Stima u identifikazzjnoi ta' tniġġiż ta' sors ta' punt sinifikanti, partikolarment minn sustanzi elenkati fl-Anness VIII, minn stallazzjonijiet u attivitajiet urbani, industrijali, agrikulturali u oħrajn, bażati, inter alia, fuq informazzjoni miġbura taħt:
(i) L-Artikoli 15 u 17 tad-Direttiva 91/271/KEE;
(ii) L-Artikoli 9 u 15 tad-Direttiva 96/61/KE ( 30 );
u għall-iskopijiet tal-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara inizjali:
(iii) L-Artikolu 11 tad-Direttiva 76/464/KEE; u
Stima u identifikazzjnoi ta' tniġġiż ta' sors ta' tixrid sinifikanti, partikolarment minn sustanzi elenkati fl-Anness VIII, minn stallazzjonijiet u attivitajiet urbani, industrijali, agrikulturali u oħrajn, bażati, inter alia, fuq informazzjoni miġbura taħt:
(i) L-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 91/676/KEE ( 33 );
(ii) L-Artikoli 7 u 17 tad-Direttiva 91/414/KEE;
(iii) Direttiva 98/8/KE;
u għall-iskopijiet tal-ewwel pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara:
(iv) Direttivi 75/440/KEE, 76/160/KEE(76), 76/464/KEE, 78/659/KEE u 79/923/KEE.
Stima u identifikazzjoni ta' estrazzjoni sinifikanti ta' l-ilma għal użu urban, industrijali, agrikulturali u użu ieħor, inklużi varjazzjonijiet tal-istaġuni u talba totali annwali, u telf ta' l-ilma f'sistemi ta' distribuzzjoni ta' l-ilma.
Stima u identifikazzjoni tal-impatt ta' regolazzjoni sinifikanti ta' tnixxija ta' l-ilma, inkluż trasferiment u diversiv, fuq karatteristiċi ta' tnixxija ġenerali u bilanċi ta' l-ilma.
Identifikazzjoni u alterazzjonijiet morfoloġiċi sinifikanti għal korpi ta l-ilma.
Stima u identifikazzjoni ta' impatti oħra antropoġeniċi sinifikanti fuq l-istat ta' l-ilma tal-wiċċ.
Stima ta' tfassil tal-użu fuq l-art, inkluża identifikazzjoni ta' żoni prinċipali urbani, industrijali u agrikulturali u, fejn relevanti, wesgħat tas-sajd u foresti.
1.5. Stima ta' Impatt
L-Istati Membri jridu jagħmlu stima ta' suxxettibilità tal-istat tal-korpi ta' l-ilma tal-wiċċ għal pressjonijiet identifikati hawn fuq.
L-Istati Membri jridu jużaw l-informazzjoni miġbura hawn fuq, u kull informazzjoni oħra relevanti inklużi data ta' monitoraġġ eżistenti ambjentali, biex issir stima ta' probabbiltà li dawk il-korpi ta' l-ilma tal-wiċċ fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara jonqsu li jilħqu l-għanjiet ta' kwalità ambjentali stipulati għall-korpi taħt l-Artikolu4. L-Istati Membri jistgħu jutilizzaw tekniki ta' mudellar biex jassistu f'din l-istima.
Għal dawk il-korpi identifikati bħal li jkunu fir-riskju li jfallu fl-għanjiet ta' kwalità ambjentali, aktar karatterizzazzjoni trid, fejn relevanti, issir biex ittejjeb id-disinn kemm tal-programmi ta' osservazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 8, u kemm il-programmi ta' miżuri meħtieġa taħt l-Artikolu 11.
2. ILMIJIET TA' TAĦT L-ART
2.1. Karatterizzazzjoni inizjali
L-Istati Membri jridu jagħmlu karatterizzazzjoni inizjali tal-korpi kollha ta' l-ilma ta' taħt l-art biex jistmaw l-użu tagħhom u l-grad fejn huma jkunu fir-riskju li jonqsu li jilħqu l-għanijiet għal kull korp ta' l-ilma ta' taħt l-art skond l-Artikolu 4. L-Istati Membri jistgħu jgħaqqdu fi grupp korpi ta' l-ilma tal-qiegħ flimkien ma' l-iskopijiet ta' din il-karatterizzazzjoni inizjali. Din l-analiżi tista' tagħmel użu ta' data eżistenti idroloġikali, ġeoloġiċi, pedoloġikali, użu fuq l-art, ħruġ, estrazzjoni u fatti magħrufa data oħra imma trid tidentifika:
— il-lokazzjoni u l-fruntieri tal-korp jew korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art,
— il-pressi li għalihom il-korp jew korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art huma sottoposti, inklużi:
—— sorsi ta' tixrid ta' tniġġiż
— sorsi ta' punt ta' tniġġiż
— estrazzjoni
— recharge artifiċjali,
— il-karattru ġenerali tas-saffi żejda ż-żona ta' wesgħa minn fejn il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art jirċievi iċ-charge tiegħu,
— dawk il-korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art li huma direttament dipendenti għal okusistemi ta' l-ilma tal-wiċċ jew ekosistemi terrestri.
2.2. Aktar karatterizzazzjoni
Skond din il-karatterizzazzjoni inizjali, l-Istati Membri jridu jagħmlu aktar karatterizzazzjoni minn dawk il-korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art jew mill-gruppi ta' korpi li ġew identifikati bħala li jkunu fir-riskju, sabiex tkun stabbilita stima aktar preċiża tas-sinifikat ta' dan ir-riskju u identifikazzjoni tal-miżuri kollha li jinħtieġu taħt l-Artikolu 11. Għalhekk, din il-karatterizzazzjoni trid tinkludi informazzjoni relevanti fuq l-impatt ta' attività umana u, fejn relevanti, informazzjoni fuq:
— karatteristiċi ġeoloġiċi tal-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art inkluż l-estent u t-tip ta' unitajiet ġeoloġiċi,
— karatteristiċi idroġeoloġiċi tal-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art inkluża konduttività idrawlika, porożità u għeluq,
— karatteristiċi tad-depożiti superfiċjali u ħamriji fil-wesgħa minn fejn il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art jirċievi iċ-charge tiegħu, inkluża l-ħxuna, porożità, konduttività idrawlika, u propjetajiet assorbenti tad-depożiti u ħamriji,
— karatteristiċi ta' stratifikazzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art fi ħdan il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art,
— inventorju ta' sistemi assoċjati tal-wiċċ, inklużi ekosistemi terrestri u korpi ta' l-ilma tal-wiċċ, li magħhom il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art huwa dinamikament magħqud,
— stimi tad-direzzjonijiet u rati ta' skambju ta' l-ilma bejn il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art u sistemi assoċjati tal-wiċċ,
— data suffiċenti biex tiġi kalkulata r-rata medja annwali taż-żmien twil ta' recharge ġenerali,
— karatterizzazzjoni tal-kompożizzjoni kimika ta' l-ilma ta' taħt l-art, inkluża speċifikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet minn attività umana. L-Istati Membri jistgħu jużaw tipoloġiji għal karatterizzazzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art meta jkunu stabbiliti livelli naturali ta' sfond għal dawn il-korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art.
2.3. Reviżjoni tal-impatt ta' l-attività umana fuq ilmijiet ta' taħt l-art
Għal dawk il-korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art li jaqbżu l-fruntiera bejn żewġ jew aktar Stati Membri jew huma identifikati skond il-karatterizzazzjoni inizjali marbuta skond paragrafu 2.1 kif fir-riskju jew nuqqas li jintlaħqu l-għanijiet magħmula għal kull korp taħt l-Artikolu4, l-informazzjoni li jmiss trid, fejn rilevanti, tiġi miġbura u miżmuma għal kull korp ta' l-ilma ta' taħt l-art:
(a) il-lokazzjoni tal-punti fejn il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art użat għall-estrazzjoni ta' l-ilma ma' l-eċċezzjoni ta':
— punti għall-estrazzjoni ta' ilma li jipprovdi anqas minn medju ta' 10 m3 kuljum, jew,
— punti għall-estrazzjoni ta' ilma maħsub għal konsum uman li jipprovdi anqas minn medju ta' 0 m3 kuljum jew jservi anqas minn 50 persuna,
(b) ir-rati medji annwali għal estrazzjoni minn dawn il-punti,
(ċ) il-kompożizzjoni kimika ta' l-ilma estratt minn korp ta' l-ilma ta' taħt l-art,
(d) il-lokazzjoni ta' punti fil-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art li fejn ilma huwa direttament maħruġ,
(e) ir-rati ta' ħruġ f'dawn il-punti,
(f) il-kompożizzjoni kimika ta' ħruġ għall-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art, u
(g) użu fuq l-art fil-wesgħa minn fejn il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art jirċievi iċ-charge tiegħu, inkluż dħul ta' tniġġiż u alterazzjonijiet antropoġeniċi għall-karatteristiċi ta' recharge bħal ilma tax-xita u diversivi ta' tnixxija permezz ta' għeluq ta' l-art, recharge artifiċjali, ġiebjar jew drenaġġ.
2.4. Reviżjoni tal-impatt ta' tbiddil f'livelli ta' l-ilma ta' taħt l-art
L-Istati Membri jridu wkoll jidentifikaw dawk il-korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art li għal għanijiet aktar baxxi jridu jiġu speċifikati taħt l-Artikolu 4 inklużi bħala riżultat ta' konsiderazzjoni tal-effetti tal-istat ta' korp fuq:
(i) ilma tal-wiċċ u ekosistemi terrestri assoċjati
(ii) regolazzjoni ta' l-ilma, protezzjoni minn dulluvji u drenaġġ ta' l-art
(iii) żvilupp uman.
2.5. Reviżjoni ta' l-impatt ta' tniġġiż fuq kwalità tal-ilmijiet ta' taħt l-art
L-Istati Membri jridu jidentifikaw dawk il-korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art li għal għanijiet baxxi jridu jkunu speċifikati taħt l-Artikolu 4(5) fejn, bħala riżultat ta' l-impatt ta' attività umana, kif determinat skond l-Artikolu 5(1), il-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art huwa tant imniġġeż li l-kisba ta' stat tajjeb kimiku ta' l-ilma ta' taħt l-art ma' jistax jitwettaq jew hu disproporzjonalment għoli.
ANNESS III
ANALIŻI EKONOMIĊI
L-analiżi ekonomiċi jridu jikkontjenu biż-żejjed informazzjoni f'dettal suffiċenti (b'kunsiderazzjoni tal-ispejjeż assoċjati mal-kollezzjoni tad-data relevanti) sabiex:
(a) isiru l-kalkolazzjonijiet relevanti meħtieġa biex jiġu konsidrati taħt l-Artikolu 9 il-prinċipju ta' rkuprar tal-ispejjeż tas-servizzi ta' l-ilma, b'konsiderazzjoni ta' previżjonijiet ta' żmien twil jew forniment u talba għal ilma fid-distrett tal-baċin tax-xmara u, fejn meħtieġ:
— stimi tal-volum, prezzijiet u spejjeż assoċjati mas-servizzi ta' l-ilma, u
— stimi ta' investimenti relevanti inklużi previżjonijiet ta' ċerta investimenti;
(b) isiru ġudiżżji fuq l-aktar kombinazzjonijiet ta' miżuri li jiffrankaw il-flus fir-rigward ta' l-użu ta' l-ilma biex jiġu inklużi fil-programm ta' miżuri taħt l-Artikolu 11 bbażat fuq stimi ta' l-ispejjeż potenzjali ta' dawn il-miżuri.
ANNESS IV
ŻONI PROTETTI
1. |
Ir-reġistri ta' żoni protetti meħtieġa taħt l-Artikolu 6 jridu jinkludu t-tipi li jmiss ta' żoni protetti: (i) żoni nominati għall-estrazzjoni ta' ilma maħsub għal konsum uman taħt l-Artikolu 7; (ii) żoni nominati għall-protezzjoni ta' speċi akkwatiċi sinifikanti ekonomiċi; (iii) korpi ta' ilma nominati bħala ilmijiet rikreazzjonali, inklużi żoni nominati bħala ilmijiet għall-għawm taħt Direttiva 76/160/KEE; (iv) żoni sensittivi għan-nutrienti, inklużi żoni nominati bħala żoni vulnerabbli taħt id-Direttiva 91/676/KEE u żoni nominati bħala żoni sensittivi taħt id-Direttiva 91/271/KEE; u |
2. |
Is-sommarju tar-reġistru meħtieġ bħala parti mill-pjan ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara trid tinkludi mapep li jindikaw il-lokazzjoni ta' kull żona protetta u deskrizzjoni tal-Komunità, leġislazzjoni internazzjonali jew lokali taħt fejn ġew nominati. |
ANNESS V
1. |
|
1.1. |
|
1.1.1. |
|
1.1.2. |
|
1.1.3. |
|
1.1.4. |
|
1.1.5. |
|
1.2. |
|
1.2.1. |
|
1.2.2. |
|
1.2.3. |
|
1.2.4. |
|
1.2.5. |
|
1.2.6. |
|
1.3. |
|
1.3.1. |
|
1.3.2. |
|
1.3.3. |
|
1.3.4. |
|
1.3.5. |
|
1.3.6. |
|
1.4. |
|
1.4.1. |
|
1.4.2. |
|
1.4.3. |
|
2. |
|
2.1. |
|
2.1.1. |
|
2.1.2. |
|
2.2. |
|
2.2.1. |
|
2.2.2. |
|
2.2.3. |
|
2.2.4. |
|
2.3. |
|
2.3.1. |
|
2.3.2. |
|
2.4. |
|
2.4.1. |
|
2.4.2. |
|
2.4.3. |
|
2.4.4. |
|
2.4.5. |
|
2.5. |
1. STAT TA' L-ILMA TAL-WIĊĊ
1.1. Elementi ta' kwalità għall-klassifikazzjoni tal-istat ekoloġiku
1.1.1. Xmajjar
Elementi bioloġiċi
Kompożizzjoni u abbundanza ta' flora akkwatika
Kompetizzjoni u abbundanza ta' benthic invertebrate fauna
Kompożizzjoni, abbundanza u struttura tal-età tal-fish fauna
Elementi idromorfoloġiċi li jappoġġaw l-elementi bioloġiċi
Reġim idroloġiċi
kwantità u dinamiċi ta' tnixxija ta' l-ilma
konnessjoni ma' korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art
Kontinwità tax-xmara
Kundizzjonijiet morfoloġikali
varjazzjoni ta' wisa' u fond tax-xmara
struttura u substratifikazzjoni tal-fond tax-xmara
struttura ta' żona ta' xtut tax-xmara
Elementi kimiċi u fiżiko-kimiċi li jappoġġaw l-elementi bioloġiċi
Ġenerali
Kundizzjonijiet termali
Kundizzjonijiet ta' ossiġenazzjoni
Salinità
Stat ta' aċidifikazzjoni
Kundizzjonijiet nutrienti
Kontaminanti speċifiċi
Tniġġiż mis-sustanzi prioritarji kollha identifikati kif jiġu ħruġjati fil-korp ta' l-ilma
Tniġġis minn sustanzi oħra identifikati kif ikunu ħruġjati fi kwantitajiet sinifikanti fil-korp ta' l-ilma
1.1.2. Lagi
Elementi bioloġiċi
Kompożizzjoni, abbundanza u biomassa ta' phytoplankton
Kompożizzjoni u abbundanza ta' flora akkwatika oħra
Kompetizzjoni u abbundanza ta' benthic invertebrate fauna
Kompożizzjoni, abbundanza u struttura tal-età tal-fish fauna
Elementi idromorfoloġiċi li jappoġġaw l-elementi bioloġiċi
Reġim idroloġiku
kwantità u dinamiċi ta' tnixxija ta' l-ilma
ħin ta' residenza
konnessjoni mal-korpi ta' l-ilma ta' taħt l-art
Kundizzjonijiet morfoloġikali
varjazzjoni tal-fond tal-lag
struttura u sottostratifikazzjoni tal-fond tal-lag
struttura tal-plajja tal-lag
Elementi kimiċi u fiżiko-kimiċi li jappoġġaw l-elementi bioloġiċi
Ġenerali
Trasparenza
Kundizzjonijiet termali
Kundizzjonijiet ta' ossiġenazzjoni
Salinità
Stat ta' aċidifikazzjoni
Kundizzjonijiet nutrienti
Kontaminanti speċifiċi
Tniġġiż mis-sustanzi prioritarji kollha identifikati kif jiġu ħruġjati fil-korp ta' l-ilma
Tniġġis minn sustanzi oħra identifikati kif ikunu ħruġjati fi kwantitajiet sinifikanti fil-korp ta' l-ilma
1.1.3. Ilmijiet temporanji
Elementi bioloġiċi
Kompożizzjoni, abbundanza u biomassa ta' phytoplankton
Kompożizzjoni u abbundanza ta' flora akkwatika oħra
Kompetizzjoni u abbundanza ta' benthic invertebrate fauna
Kompożizzjoni u abbundanza ta' fish fauna
Elementi idro-morfoloġikali li jappoġġaw l-elementi bioloġiċi
Kundizzjonijiet morfoloġiċi
varjazzjoni tal-fond
kwantità, struttura u sottostratifikazzjoni tal-fond
struttura taż-żona intertidal
Reġim tal-marea
tnixxija ta' ilma ħelu
kxif tal-mewġa
Elementi kimiċi u fiżiko-kimiċi li jappoġġaw l-elementi bioloġiċi
Ġenerali
Trasparenza
Kundizzjonijiet termali
Kundizzjonijiet ta' ossiġenazzjoni
Salinità
Kundizzjonijiet nutrienti
Kontaminanti speċifiċi
Tniġġiż mis-sustanzi prioritarji kollha identifikati kif jiġu ħruġjati fil-korp ta' l-ilma
Tniġġis minn sustanzi oħra identifikati kif ikunu ħruġjati fi kwantitajiet sinifikanti fil-korp ta' l-ilma
1.1.4. Ilmijiet tal-kosta
Elementi bioloġiċi
Kompożizzjoni, abbundanza u biomassa ta' phytoplankton
Kompożizzjoni u abbundanza ta' flora akkwatika oħra
Kompetizzjoni u abbundanza ta' benthic invertebrate fauna
Elementi idromorfoloġiċi li jappoġġaw l-elementi bioloġiċi
Kundizzjonijiet morfoloġiċi
varjazzjoni tal-fond
struttura u sottostratifikazzjoni tal-fond tal-kosta
struttura taż-żona intertidal
Reġim tal-marea
direzzjoni ta' kurrenti dominanti
kxif tal-mewġa
Elementi kimiċi u fiżiko-kimiċi li jappoġġaw l-elementi bioloġiċi
Ġenerali
Trasparenza
Kundizzjonijiet termali
Kundizzjonijiet ta' ossiġenazzjoni
Salinità
Kundizzjonijiet nutrienti
Kontaminanti speċifiċi
Tniġġiż mis-sustanzi prioritarji kollha identifikati kif jiġu mitfugħa fil-korp ta' l-ilma
Tniġġis minn sustanzi oħra identifikati kif ikunu mitfugħa fi kwantitajiet sinifikanti fil-korp ta' l-ilma
1.1.5. Korpi ta' l-ilma tal-wiċċ artifiċjali jew modifikati ħafna
L-elementi ta' kwalità applikabbli għal korpi ta' l-ilma tal-wiċċ artifċjali jew modifikati ħafna jridu jkunu dawk applikabbli għal kwalunke kategorija minn dawk l-erbgħa kategoriji naturali ta' l-ilma tal-wiċċ fuq l-aktar viċin li jixxiebħu mal-korp ta' l-ilma konċernat artifiċjali jew modifikat ħafna.
1.2. Definizzjonijiet normattivi ta' klassifikazzjonijiet ta' stat ekoloġiku
Tabella 1.2. Definizzjoni ġenerali għal xmajjar, lagi, ilmijiet temporanji u ilmijiet tal-kosta
Elememnti |
Stat għoli |
Stat tajjeb |
Stat moderat |
Ġenerali |
Mhemmx, jew hemm biss ftit alterazzjonijiet antropoġeni, għall-valuri ta' l-elementi ta' kwalità idromorfoloġika u fisiko-kimika tat-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ minn dawk normalment assoċjati ma' dak it-tip taħt kundizzjonijiet mhux disturbati. Il-valuri tal-elementi ta' kwalità bioloġika għal korp ta' l-ilma tal-wiċċ jirriflettu dawk normalment assoċjati ma' dak it-tip taħt kundizzjonijiet mhux disturbati, u li ma' juru l-ebda evidenza jew tfixkil, jew huma minuri. Dawn huma l-komunitajiet u kundizzjonijiet ta' tip-speċifiku. |
Il-valuri tal-elementi ta' kwalità bioloġika għat-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ juru livelli baxxi ta' tfixkil li jirriżultaw minn dawk normalment assoċjati mat-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ taħt kundizzjonijiet mhux disturbati. |
Il-valuri tal-elementi ta' kwalità bioloġika għat-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ joħorġu moderatament minn dawk normalment assoċjati mat-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ taħt kundizzjonijiet mhux-disturbati. Il-valuri juru sinjali moderati ta' tfixkil li jirrizulta minn attività umana u huma sinifikament aktar disturbati minn taħt kundizzjonijiet ta' stat tajjeb. |
Ilmijiet li jiksbu stat inqas minn moderat iridu jiġu kklassifikati bħala fqar jew ħżiena.
Ilmijiet li juru evidenza ta' alterazzjoni maġġuri għall-valuri ta' elementi ta' kwalità bioloġika għat-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ u fejn il-komunitajiet bioloġiċi relevanti joħorġu sostanzjalment minn dawk assoċjati normalment mat-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ taħt kundizzjonijiet mhux imfixkla, iridu jiġu klassifikati bħala fqar.
Ilmijiet li juru evidenza ta' alterazzjonijiet kbar għall-valuri tal-elementi ta' kwalità bioloġika għat-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ u fejn partijiet kbar tal-Komunitajiet bioloġiċi relevanti normalment assoċjati mat-tip ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ taħt kundizzjonijiet mhux imfixxkla huma nieqsa, iridu jiġu klassifikati bħala ħżiena.
1.2.1. Definizzjonijiet ta' stat ekoloġiku għoli, tajjeb u moderat fix-xmajar
Elementi ta' kwalità bioloġika
Elementi |
Stat għoli |
Stat tajjeb |
Stat moderat |
Phytoplankton |
Il-Kompożizzjoni taxonomik ta' phytoplankton tikkorrispondi totalment jew kważi totalment ma' kundizzjonijiet mhux disturbati. L-abbundanza ta' phytolpankton medja hija bis-sħiħ konsistenti mal-kundizzjonijiet fisjokimiċi tat-tip speċifiku u mhijiex li sinifikament ta' bdil għal kundizzjonijiet ta' trasparenza fiżikokimiku ta' tip-speċifiku. Blanzuni platoniċi jidhru fi frekwenza u intensità li hija konsistenti mal-kundizzjonijiet fiżiko-kimiċi ta' tip speċifiku. |
Hemm bdil ħafif fil-kompożizzjoni u abbundanza tat-taxa platonika imqabbla mal-komunitajiet ta' tip speċifiku. Dan il-bdil ma' jindika l-ebda tkabbir ta' alka li tirriżulta minn disturbi mhux mixtieqa għal bilanċ ta' organiżmi preżenti fil-korp ta' l-ilma jew għal kwalità fiżiko-kimika ta' l-ilma jew sediment. Żieda ħafifa fil-frekwenza u intensità tal-blanzuni platoniċità tip-speċifiku tista' sseħħ. |
Il-kompożizzjoni ta' taxa planktonic titbiddel moderatament mil-komunitajiet ta' tip speċifiku. Abbundanza hija moderatament disturbata u tista' tkun tant li tipproduċi disturbanza mhux mixtieqa sinifikanti fil-valuri jew f'elementi ta' kwalità fiżiko-kimiċiu bioloġiċi oħra. Żieda moderata fil-frekwenza u intensità ta' blanzuni plaktonic tista' sseħħ. Blanzuni persistenti jistgħu jseħħu matul ix-xhur tas-sajf. |
Macrophytes u phytobenthos |
Il-Kompożizzjoni taksonomika jikkorrispondu totalment jew kważi totalment ma' kundizzjonijiet mhux disturbati. Mhemmx dehra ta' bdil ta' l-abbundanza macropytic medja u fil-phytobentic medja. |
Hemm bdil ħafif fil-kompożizzjoni u abbundanza ta' taxa phytobenthic u macrophytic għall-Komunitajiet ta' tip speċifiku. Dan il-bdil ma' jindika l'ebda tikbir aċċeleratta' phytobenthos jew forom aktar għolja ta' ħajja ta' pjanti li tirriżulta f'disturbi mhux mixtieqa għal bilanċ ta' organiżmi preżenti fil-korp ta' l-ilma jew għal kwalità fiżiko-kimika ta' l-ilma jew sediment. Il-Komunità phytobenthic mhijiex affetwata kontrarjament minn ħaxix jew koperti batteriċi preżenti minn attività antropoġenika. |
Il-kompożizjoni ta' taxa macrophytic u phytobenthic mill-komunità ta' tip-speċifiku u hija sinifikament aktar imfixkla minn stat tajjeb. Bdil moderat fil-macrophytic medju u fl-abbundanza phytobenthic medja hija evidenti. Il-komunità phytobenthic tista' ma' u, f'ċerta żoni, imwarba minn ħaxix u koperti batteri preżenti bħala riżultat ta' attivitajiet antropoġeniċi. |
Benthic invertibrate fauna |
Il-kompożizzjoni taxonomic u abbundanza li tikkorrispondi totalment jew kważi totalment mal-kundizzjonijiet mhux disturbati. Ir-ratio ta' taxa sensittiva ta' disturbanza ma' turi l'ebda sinjal ta' alterazzjoni minn livelli mhux disturbati. |
Hemm bdil ħafif fil-kompożizzjoni u abbundanza ta' taxa invertibra minn komunitajiet ta' tip speċifiku. Ir-ratio ta' taxa ta' disturbanza-sensittiva juri alterazzjoni ħafifa minn livelli ta' tip speċifiku. Il-livell ta' diversità ta' taxa invertibra turi sinjali ħfief ta' alterazzjoni minn livelli speċifiċi. |
Il-kompożizzjoni u abbundanza ta' taxa invertebrata tinbidelmoderatament mil-komunitajiet tat-tip-speċifiku. Gruppi taxonomik maġġuri tal-komunità tat-tip-speċifiku huma nieqsa. Ir-ratio ta' taxa sensittivi għat-tfixkil, u l-livel ta' diversità, huma sostanzjalment baxxi mill-livell tat-tip speċifiku u sinifikament baxxi mill-istat tajjeb. |
Fish Fauna |
Kompożizzjoni u abbundanza tal-ispeċi tikkorrispondi totalment jew kważi totalment ma' kundizzjonijiet mhux disturbati. L-ispeċi ta' disturbanza-sensittiva u ta' tip-speċifiku kollha huma preżenti. L-istrutturi tal-età tal-komunitajiet tal-ħut juru sinjal żgħir ta' disturbanza antropoġenika u mhumiex indikattivi ta' nuqqas fil-produzzjoni jew żvilupp ta' xi speċi partikolari. |
Hemm ftit bdil f'kompożizzjoni u abbundanza tal-ispeċi mill-komunitajiet tat-tip-speċifiku li jkun attribwit għal impatti antropoġeniċi fuq elementi ta' kwalità idromorfoloġika u fiżiko-kimika. L-istrutturi ta' l-età tal-komunitajiet tal-ħut juru sinjali ta' disturbanzi attributabbli għal impatti antropoġeniċi fuq elemnti ta' kwalità idromorfoloġika jew fiżiko-kimika, u, fi ftit istanti, huma indikativi minn nuqqas fir-riproduzzjoni u żvilupp ta' speċi partikolari, għall-estent ta' xi wħud mill-klassijiet tal-età jistgħu ikunu neqsin. |
Il-kopmpożizzjoni u abbundanza ta' speċi tal-ħut jinbidlu moderatament mill-komunitajiet tat-tip speċifiku attributabbli għal impatti antropoġeniċi fuq elementi ta' kwalità idromofoloġikali jew fiżiko-kimiku. L-istruttura tal-età tal-komunitajiet tal-ħut turi sinjali maġġuri ta' disturbanzi antropoġeniċi, għall-estent li parti moderata tal-ispeċi tat-tip-speċifiku huma nieqsa jew ta' abbundanza vera baxxa. |
Elementi ta' kwalità idromorfoloġika
Element |
Stat għoli |
Stat tajjeb |
Stat moderat |
Reġim idroloġiku |
Il-kwantità u dinamiċità ta' tnixxija, u l-konnessjoni riżultanti tal-ilmijiet ta' taħt l-art, jirriflettu totalment, jew kważi totalment, koundizzjonijiet mhux disturbati. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta' kwalità bioloġika. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta' kwalità bioloġika. |
Kontinwità tax-Xmara |
Il-kontinwità tax-xmara mhix disturbata minn attivitajiet antropoġeniċi u tħallli migrazjoni mhux disturbata ta' organiżmi akkwatiċi u trasport ta' sediment. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta' kwalità bioloġika. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta' kwalità bioloġika. |
Kondizjonijiet morfoloġikali |
Forom ta' kanal/i varjazazjonijiet tal-wisa' u tal-fond, veloċitajiet tat-tnixxija, kondizjonijiet ta' sottostratifikazzjoni u kemm l-istruttura u l-kundizzjoni taż-żoni tax-xtut tax-xmara jikkorrispondu totalment jew kważi totalment ma' kundizzjonijiet mhux disturbati. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta' kwalità bioloġika. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta' kwalità bioloġika. |
Elementi ta' kwalità fiżiko-kimiku (1)
Element |
Stat għoli |
Stat tajjeb |
Stat moderat |
Kundizzjonijiet ġenerali |
Il-valuri tal-elementi fiżiko-kimiku jikkorrispondu totalment jew kważi totalment ma' kundizzjonijiet mhux disturbati. Konċentrazzjonijiet nutrienti jibqgħu fi ħdan l-iskala normalment assoċjati mal-kundizzjonijiet mhux disturbati. Livelli ta' salinità. pH, bilanċ tal-ossiġenu, kapaċità li tinnewtralizza l-aċidu u temperatura ma' juru l-ebda sinjali ta' disturbanza antropoġenika u jibqgħu fi ħdan l-iskala normalment assoċjata ma' kundizzjonijiet mhux disturbati |
Temperatura, bilanċ tal-ossiġenu, pH, kapaċità li tinnewtralizza l-aċidu u salinità ma' jilħqux il-livelli barra mill-iskala stabbilita sabiex jiżguraw il-funzjoni tal-ekosistemi tat-tip speċifiku u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta' kwalità bioloġikali. Konċentrazzjonijiet nutrittivi ma' jaqbżux il-livelli stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjoni tal-ekosistemi u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta' kwalità bioloġikali. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġikali. |
Kontaminatni sintetiċi speċifiċi |
Konċentrazzjonijiet viċin iż-żero u għall-anqas taħt il-limiti ta' kxif ta' l-aktar tekniki analitikali avvanzati f'użu ġenerali |
Konċentrazzjonijiet mhux fl-eċċess tal-istandards stipulati bi qbil mal-proċedura dettaljata f'sezzjoni 1.2.6 mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 91/414/KE u Direttiva 98/8/KE. (<SKA) |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġikali. |
Kontaminatni mhux-sintetiċi speċifiċi |
Konċentrazzjonijiet jibqgħu fi ħdan l-iskala normalment assoċjata mal-kundizzjonijiet mhux disturbati (livelli tal-isfond = bgl). |
Konċentrazzjonijiet mhux fl-eċċess tal-istandards stipulati bi qbil mal-proċedura dettaljata f'sezzjoni 1.2.6 (2) mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 91/414/KE u Direttiva 98/8/KE. (<SKA) |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġikali. |
(1) It-taqsir li jmiss huma użati: bgl = livelli tal-isfond, SKA = standard ta' kwalità ambjentali. (2) Applikazzjoni tal-istandards mdaħħla taħt dan il-protokoll ma' jridux jeħtieġu riduzzjoni ta' konċentrazzjonijiet kontaminanti taħt livelli tal-isfond: (SKA > bgl). |
1.2.2. Definizzjonijiet ta' stat ekoloġiku għoli, tajjeb u moderat fil-lagi
Elementi ta' kwalità bioloġika
Elementi |
Stat għoli |
Stat tajjeb |
Stat moderat |
Phytoplankton |
Il-Kompożizzjoni taxonomik ta' phytoplankton tikkorrispondi totalment jew kważi totalment ma' kundizzjonijiet mhux disturbati. L-abbundanza ta' phytolpankton medja hija bis-sħiħ konsistenti mal-kundizzjonijiet fisjokimiċi tat-tip speċifiku u mhijiex li sinifikament ta' bdil għal kundizzjonijiet ta' trasparenza fiżikokimiku ta' tip-speċifiku. Blanzuni platoniċi jidru fi frekwenza u intensità li hija konsistentimal-kundizzjonijiet fiżiko-kimiċi ta' tip speċifiku. |
Hemm bdil ħafif fil-kompożizzjoni u abbundanza tat-taxa platonika imqabla mal-komunitajiet ta' tip speċifiku. Ċerta bdil ma' jindika l'ebda tikbir ta' alka li tirriżulta minn disturbi mhux mixtieqa għal bilanċ ta' organiżmi preżenti fil-korp ta' l-ilma jew għal kwalità fiżiko-kimika ta' l-ilma jew sediment. Żieda ħafifa fil-frekwenza u intensità tal-blanzuni platoniċita' tip-speċifiku tista' sseħħ. |
Il-kompożizzjoni ta' taxa planktonic tidbiddel moderatamentmil-komunitajiet ta' tip speċifiku. Abbundanza hija moderatament disturbata u tista' tkun tant li tipproduċi disturbanza mhux mixtieqa sinifikanti fil-valuri jew f'elementi ta' kwalità fiżiko-kimiċiu bioloġiċi oħra. Żieda moderata fil-frekwenza u intensità ta' blanżuni plaktonic tista' sseħħ. Blanzuni persistenti jistgħu jseħħu matul ix-xhur tas-sajf. |
Macrophytes u phytobenthos |
Il-Kompożizzjoni taksonomika jikkorrispondu totalment jew kważi totalment ma' kundizzjonijiet mhux disturbati. Mhemx dehra ta' bdil ta' l-abbundanza macropytic medja u fil-phytobentic medja. |
Hemm bdil ħafif fil-kompożizzjoni u abbundanza ta' taxa phytobenthic u macrophytic għall-Komunitajiet ta' tip speċifiku. Dan il-bdil ma' jindika l-ebda tkabbir aċċelerat ta' phytobenthos jew forom aktar għolja ta' ħajja ta' pjanti li tirriżulta f'disturbi mhux mixtieqa għal bilanċ ta' organiżmi preżenti fil-korp ta' l-ilma jew għal kwalità fiżiko-kimika ta' l-ilma jew sediment. Il-Komunità phytobenthic mhijiex affetwata bil-kontra minn ħaxix jew koperti batteriċi preżenti minn attività antropoġenika. |
Il-kompożizjoni ta' taxa macrophytic u phytobenthic mill-komunità ta' tip-speċifiku u hija sinifikament aktar imfixkla minn stat tajjeb. Bdil moderat fil-macrophytic medju u fl-abbundanza phytobenthic medja hija evidenti. Il-komunità phytobenthic tista' ma' u, f'ċerta żoni, imwarba minn ħaxix u koperti batteri preżenti bħala riżultat ta' attivitajiet antropoġeniċi. |
Benthic invertibrate fauna |
Il-kompożizzjoni taxonomic u abbundanza li tikkorrispondi totalment jew kważi totalment mal-kundizzjonijiet mhux disturbati. Ir-ratio ta' taxa sensittiva ta' disturbanza ma' turi l-ebda sinjal ta' alterazzjoni minn livelli mhux disturbati. |
Hemm bdil ħafif fil-kompożizzjoni u abbundanza ta' taxa invertibra minn komunitajiet ta' tip speċifiku. Ir-ratio ta' taxa ta' disturbanza-sensittiva juri alterazzjoni ħafifa minn livelli ta' tip speċifiku. Il-livell ta' diversità ta' taxa invertibra turi sinjali ħfief ta' alterazzjoni minn livelli speċifiċi. |
Il-kompożizzjoni u abbundanza ta' taxa invertebrata tinbidel moderatament mill-komunitajiet tat-tip-speċifiku. Gruppi taxonomik maġġuri tal-komunità tat-tip-speċifiku huma nieqsa. Ir-ratio ta' taxa sensittivi għat-tfixkil, u l-livell ta' diversità, huma sustanzjalment baxxi mill-livell tat-tip speċifiku u sinifikament baxxi mill-istat tajjeb. |
Fish Fauna |
Kompożizzjoni u abbundanza tal-ispeċi tikkorrispondi totalment jew kważi totalment ma' kundizzjonijiet mhux disturbati. L-ispeċi ta' disturbanza-sensittiva u ta' tip-speċifiku kollha huma preżenti. L-istrutturi tal-età tal-komunitajiet tal-ħut juru sinjal żgħir ta' disturbanza antropoġenika u mhumiex indikattivi ta' nuqqas fil-produzzjoni jew żvilupp ta' xi speċi partikolari. |
Hemm ftit bdil f'kompożizzjoni u abbundanza tal-ispeċi mil-komunitajiet tat-tip-speċifiku attribwibbli għal impatti antropoġeniċi fuq elementi ta' kwalità idromorfoloġika u fiżiko-kimika. L-istrutturi tal-età tal-komunitajiet tal-ħut juru sinjali ta' disturbanzi attributabbli għal impatti antropoġeniċi fuq elemnti ta' kwalità idromorfoloġika jew fiżiko-kimika, u, fi ftit mumenti, huma indikattivi minn nuqqas fir-riproduzzjoni u żvilupp ta' speċi partikolari, għall-estent ta' xi wħud mill-klassijiet tal-età jistgħu ikunu neqsin. |
Il-kopmpożizzjoni u abbundanza ta' speċi tal-ħut jinbidlu moderatament mill-komunitajiet tat-tip speċifiku attributabbli għal impatti antropoġeniċi fuq elementi ta' kwalità idromofoloġikali jew fiżiko-kimiku. L-istruttura tal-età tal-komunitajiet tal-ħut turi sinjali maġġuri ta' disturbanzi antropoġeniċi, għall-estent li parti moderata tal-ispeċi tat-tip-speċifiku huma nieqsa jew ta' abbundanza vera baxxa. |
Elementi ta' kwalitá idromorfoloġika
Element |
Stat għoli |
Stat tajjeb |
Stat moderat |
Reġim idroloġikali |
Il-kwantità u dinamiċi tat-tnixxija, livell, ħin ta' residenza, u l-konnessjoni riżultanti ma' l-ilmijiet ta' taħt l-art, jirriflettu totalment jew kważi totalment mal-kundizzjonijiet mhux disturbati. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġika. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġika. |
Kondizjonijiet morfoloġikali |
Varjazzjoni tal-fond tal-lag, kwantità u struttura tas-sottostratifikazzjoni, u kemm l-istruttura u l-kundizzjoni taż-żona tal-plajja tal-lag tikkorrispondi totalment jew kważi totalment ma' kundizzjonijiet mhux disturbati. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġika. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġika. |
Elementi ta' kwalità fiżiko-kimiku (1)
Element |
Stat għoli |
Stat tajjeb |
Stat moderat |
Kundizzjonijiet ġenerali |
Il-valuri tal-elementi fiżiko-kimiku jikkorrispondu totalment jew kważi totalment ma' kundizzjonijiet mhux disturbati. Konċentrazzjonijiet nutrienti jibqgħu fi ħdan l-iskala normalment assoċjati mal-kundizzjonijiet mhux disturbati. Livelli ta' salinità. pH, bilanċ tal-ossiġenu, kapaċità li tinnewtralizza l-aċidu, trasparenza u temperatura ma' juru l-ebda sinjali ta' disturbanza antropoġenika u jibqgħu fi ħdan l-iskala normalment assoċjata ma' kundizzjonijiet mhux disturbati |
Temperatura, bilanċ tal-ossiġenu, pH, kapaċità li tinnewtralizza l-aċidu, trasparenza u salinità ma' jilħqux il-livelli barra mill-iskala stabbilita sabiex jiżguraw il-funzjoni tal-ekosistemi tat-tip speċifiku u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta' kwalità bioloġikali. Konċentrazzjonijiet nutrienti ma' jaqbżux il-livelli stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjoni tal-ekosistemi u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta' kwalità bioloġikali. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġikali. |
Kontaminatni sintetiċi speċifiċi |
Konċentrazzjonijiet viċin iż-żero u għall-anqas taħt il-limiti ta' kxif ta' l-aktar tekniki analitiċli avvanzati f'użu ġenerali |
Konċentrazzjonijiet mhux fl-eċċess tal-istandards stipulati bi qbil mal-proċedura dettaljata fi'sezzjoni 1.2.6 mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 91/414/KE u Direttiva 98/8/KE. (<EQS) |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġikali. |
Kontaminatni mhux-sintetiċi speċifiċi |
Konċentrazzjonijiet jibqgħu fi ħdan l-iskala normalment assoċjata mal-kundizzjonijiet mhux disturbati (livelli tal-isfond = bgl). |
Konċentrazzjonijiet mhux fl-eċċess tal-istandards stipulati bi qbil mal-proċedura dettaljata fi'sezzjoni 1.2.6 (2) mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 91/414/KE u Direttiva 98/8/KE. (<EQS) |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġikali. |
(1) It-taqsir li jmiss huma użati: bgl = livelli tal-isfond, EQS = standard ta' kwalità ambjentali. (2) Applikazzjoni tal-istandards mdaħħla taħt dan il-protokoll ma' jridux jeħtieġu riduzzjoni ta' konċentrazzjonijiet kontaminanti taħt livelli tal-isfond: (EQS > bgl). |
1.2.3. Definizzjonijiet ta’ stat ekoloġiku għoli, tajjeb u moderat fl-ilmijiet temporanji
Elementi ta’ kwalità bioloġika
Elementi |
Stat għoli |
Stat tajjeb |
Stat moderat |
Phytoplankton |
Il-Kompożizzjoni u abbundanza tal-phytoplankton taxa huma konsistenti ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati. L-abbundanza ta’ phytolpankton medja hija bis-sħiħ konsistenti mal-kundizzjonijiet fisjokimiċi tat-tip speċifiku u mhijiex li sinifikament ta’ bdil għal kundizzjonijiet ta’ trasparenza fiżikokimiku ta’ tip-speċifiku. Blanzuni platoniċi jidru fi frekwenza u intensità li hija konsistentimal-kundizzjonijiet fiżiko-kimiċi ta’ tip speċifiku. |
Hemm bdil ħafif fil-kompożizzjoni u abbundanza tat-taxa platonika. Hemm bdil ħafif fil-biomassa imqabbla mal-kundizzjonijiet ta’ tip speċifiku. Dan il-bdil ma’ jindika l’ebda tikbir ta’ alka li tirriżulta minn disturbi mhux mixtieqa għal bilanċ ta’ organiżmi preżenti fil-korp ta’ l-ilma jew għal kwalità fiżiko-kimika ta’ l-ilma. Żieda ħafifa fil-frekwenza u intensità tal-blanzuni platoniċi ta’ tip-speċifiku tista’ sseħħ. |
Il-kompożizzjoni ta’ taxa planktonic titbiddel moderatament mill-komunitajiet ta’ tip speċifiku. Abbundanza hija moderatament disturbatau tista’ tkun tant li tipproduċidisturbanza mhux mixtieqa sinifikanti fil-valuri jew f’elementi ta’ kwalità fiżiko-kimiċiu bioloġiċi oħra. Żieda moderata fil-frekwenza u intensità ta’ blanzuni plaktonic tista’ s-seħħ. Blanzuni persistenti jistgħu jseħħu matul ix-xhur tas-sajf. |
Makroalka |
Il-Kompożizzjoni ta’ taxa makroalka hija konsistenti ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati. Mhemx dehra ta’ bdil fil-koperta makroalkali minħabba attivitajiet antropoġeniċi. |
Hemm bdil ħafif fil-kompożizzjoni u abbundanza ta’ taxa makroalka imqabbla mal-Komunitajiet ta’ tip speċifiku. Ċerta bdil ma’ jindika l’ebda tikbir aċċeleratta’ phytobenthos jew forom aktar għolja ta’ ħajja ta’ pjanti li tirriżulta f’disturbi mhux mixtieqa għal bilanċ ta’ organiżmi preżenti fil-korp ta’ l-ilma jew għal kwalità fiżiko-kimika ta’ l-ilma jew sediment. |
Il-kompożizjoni ta’ taxa makroalka tinbidel moderatament mill-kundizzjonijiet ta’ tip-speċifiku u hija sinifikament aktar imfixkla minn kwalità tajba. Bdil moderat fl-abbundanza makroalka medja huma evidenti u jistgħu jkunu li jirriżultaw f’disturbanzi mhux mixtieqa għall-bilanċ ta’ organiżmi preżenti fil-korp ta’ l-ilma. |
Angiospermsw |
Il-kompożizzjoni taxonomic tikkorrispondi totalment jew kważi totalment mal-kundizzjonijiet mhux disturbati. Mhemx dehra ta’ bdil fl-abbundanza angiosperm minħabba attivitajiet antropoġeniċi. |
Hemm bdil ħafif fil-kompożizzjoni ta’ taxa angiosperm mqabbla ma’ komunitajiet ta’ tip speċifiku. Abbundanza ta’ angiosperms turi sinjali ħfief ta’ disturbanza. |
Il-kompożizzjoni ta’ angiosperm taxa tinbidel moderatament mil-komunitajiet tat-tip-speċifiku u hija sinifikament aktar imfixkla milli fi kwalità tajba. Hemm tfixkil moderat fl-abbundanza ta’ taxa angiosperma. |
Benthic invertibrate fauna |
Il-livell ta’ diversità u abbundanzata’ taxa invertibra hija fi ħdan l-iskala normalment assoċjata ma kundizzjonijiet mhux disturabati. It-taxa kollha sensittivi għat-tfixkil assoċjati ma’ kundizjonijiet mhux disturbati huma preżenti. |
Il-livell ta’ diversità u abbundanza ta’ taxa invertibra huwa kemm kemm barra mill-iskala assoċjata mal-kundizzjonijiet ta’ tip speċifiku. Ħafna mit-taxa sensittiva tal-komunitajiet ta’ tip speċifiku huma preżenti. |
Taxa indikattiva ta’ tniġġiż huma preżenti. Ħafna mit-taxa sensittiva tal-komunitajiet ta’ tip speċifiku huma nieqsa. |
Fish fauna |
Abbundanza u kompożizzjoni tal-ispeċi huma konsistenti ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati. |
L-abbundanza tal-ispeċi sensittivi għat-tfixkil juru sinjali ħfief ta’ tfixkil mill-kundizzjonijiet ta’ tip-speċifiku attribwibbli għal impatti antropoġeniċi fuq elenti ta’ kwalità idromorfoloġika jew fiżiko-kimika. |
Parti moderata tal-ispeċi ta’ tip speċifiku sensittivi għat-tfixkil huma nieqsa bħala riżultat ta’ impatti antropoġeniċi fuq elementi ta’ kwalità idromorfoloġika jew fiżiko-kimika. |
Elementi ta’ kwalità idromorfoloġika
Element |
Stat għoli |
Stat tajjeb |
Stat moderat |
Reġim tal-livell/għoli ta’ l-ilma |
Ir-reġim tat-tnixxija ta’ l-ilma ħelu tikkorrispondi totalment jew kważi totalment ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba ta’ valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġika. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba ta’ valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġika. |
Kundizzjonijiet morfoloġikali |
Varjazzjonijiet tal-fond, kundizzjonijiet ta’ sottostratifikazzjoni, u kemm l-istruttura kif ukoll il-kundizzjoni taż-żoni intertidal jikkorrispondu totalment jew kważi totalment ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba ta’ valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġika. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba ta’ valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġika. |
Elementi ta’ kwalità fiżiko-kimiku (1)
Element |
Stat għoli |
Stat tajjeb |
Stat moderat |
Kundizzjonijiet ġenerali |
L-elementi fiżiko-kimiku jikkorrispondu totalment jew kważi totalment ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati. Konċentrazzjonijiet nutrienti jibqgħu fi ħdan l-iskala normalment assoċjati mal-kundizzjonijiet mhux disturbati. Temperatura, bilanċ tal-ossiġenu u trasparenza ma’ juru l-ebda sinjali ta’ disturbanza antropoġenika u jibqgħu fi ħdan l-iskala normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati |
Temperatura, bilanċ tal-ossiġenu u trasparenza ma’ jilħqux il-livelli barra mill-iskala stabbilita sabiex jiżguraw il-funzjoni tal-ekosistemi tat-tip speċifiku u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġikali. Konċentrazzjonijiet nutrienti ma’ jaqbżux il-livelli stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjoni tal-ekosistemi u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġikali. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta’ kwalità bioloġikali. |
Kontaminatni sintetiċi speċifiċi |
Konċentrazzjonijiet viċin iż-żero u għall-anqas taħt il-limiti ta’ kxif ta' l-aktar tekniki analitikali avvanzati f’użu ġenerali |
Konċentrazzjonijiet mhux fl-eċċess tal-istandards stipulati bi qbil mal-proċedura dettaljata fi’sezzjoni 1.2.6 minghajr preġudizzju għad-Direttiva 91/414/KE u Direttiva 98/8/KE. (< EQS). |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġikali. |
Kontaminatni mhux-sintetiċi speċifiċi |
Konċentrazzjonijiet jibqgħu fi ħdan l-iskala normalment assoċjata mal-kundizzjonijiet mhux disturbati (livelli tal-isfond = bgl). |
Konċentrazzjonijiet mhux fl-eċċess tal-istandards stipulati bi qbil mal-proċedura dettaljata fi’sezzjoni 1.2.6 (2) minghajr preġudizzju għad-Direttiva 91/414/KE u Direttiva 98/8/KE. (< EQS). |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġikali. |
(1) It-taqsir li jmiss huma użati: bgl = livelli tal-isfond, EQS = standard ta' kwalità ambjentali. (2) Applikazzjoni tal-istandards mdaħħla taħt dan il-protokoll ma' jridux jeħtieġu riduzzjoni ta' konċentrazzjonijiet kontaminanti taħt livelli tal-isfond: (EQS > bgl). |
1.2.4. Definizzjonijiet ta’ stat ekoloġiku għoli, tajjeb u moderat fl-ilmijiet tal-kosta
Elementi ta’ kwalità bioloġika
Element |
Stat għoli |
Stat tajjeb |
Stat moderat |
Phytoplankton |
Il-kompożizzjoni u abbundanza ta’ phytoplankton taxa huma konsistenti ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati. Il-biomassa phytoplankton medja hija konsistenti mal-kunsinzzjonijet fiżiko-kimiċi ta’ tip speċifiku u mhijiex tant li sinifikament tibdel il-kundizzjonijiet ta’ trasparenza ta’ tip-speċifiku. Blanzuni planktonik iseħħu fi frekwenza u intensità li hija konsistenti mal-kundizzjonijiet fiżiko-kimiċi ta’ tip speċifiku |
Il-kompożizzjoni u abbundanza ta’ phytoplankton taxa juru ftit sinjali ta’ disturbanza. Hemm bdil ħafif f’biomassa kumparata ma’ kundizzjonijiet ta’ tip speċifiku. Ċerta bdil ma’ jindika l’ebda tikbir aċċelerat ta’ alka li tirriżulta minn disturbi mhux mixtieqa għall-bilanċ ta’ organiżmi preżenti fil-korp ta’ l-ilma jew għal kwalità ta’ l-ilma. Ċerta żieda fil-frekwenza u intensità tal-blanzuni planktonik ta’ tip speċifiku jistgħu jseħħu. |
Il-kompożizzjoni u abbundanza ta’ phytoplankton taxa juru sinjali ta’ disturbanza moderata. Biomassa alkali hija sustanzjalment barra mill-isklala assoċjata ma’ kundizzjonijiet ta’ tip speċifiku, u hija tant li tagħmel impatt fuq elementi ta’ kwalità bioloġikali oħra. Ċerta żieda fil-frekwenza u intensità tal-blanzuni planktonik jistgħu jseħħu. Blanzuni persistenti jistgħu iseħħu fix-xhur tas-sajf. |
Makroalka u angiosperms |
Kull makroalka sensittiva għat-tfixkil u taxa angiosperm aassoċjati ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati huma preżenti. Il-livelli ta’ koperta makroalkali u abbundanza angiosperm huma konsistenti ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati |
Ħafna mill-makroalgali sensittivi għat-tfixkil u angiosperm taxa assoċjati ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati huma preżenti. Il-livelli ta’ koperta makroalkali u abbundanza angiosperm juru ftit sinjali ta’ disturbanza. |
Numru moderat tal-makroalkali sensittivi għat-tfixkil u angiosperm taxa assoċjati ma kundizzjonijiet mhux disturbati huma nieqsa. Koperta makroalkali u abbundanza angiosperm huma moderatament disturbati u jistgħu jkunu tant li jirriżultaw disturbanza mhux mixtieqa għall-bilanċ ta’ organiżmi preżenti fil-korp ta’ l-ilma. |
Benthic invertibrate fauna |
Il-livell ta’ diversità u abbundanza ta’ taxa invertibra huwa fi ħdan l-iskala normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati. It-taxa kollha sensittivi għat-tfixkil assoċjati ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati huma preżenti. |
Il-livell ta’ diversità u abbundanza ta’ taxa invertibra huwa kemm kemm il-barra mill-iskala assoċjata mal-kundizzjonijiet ta’ tip speċifiku. Il-biċċa l-kbira tat-taxa sensitiva tal-komunitajiet ta’ tip-speċifiku huma preżenti. |
Il-livell ta’ diversità u abbundanza ta’ taxa invertibra huwa barra mill-iskala assoċjata mal-kundizzjonijiet ta’ tip speċifiku. Taxa indikattivi li jniġġżu huma preżenti. Ħafna mit-taxa sensitiva tal-komunitajiet ta’ tip-speċifiku huma preżenti. |
Elementi ta’ kwalità idromorfoloġika
Element |
Stat għoli |
Stat tajjeb |
Stat moderat |
Reġim tal-livell/għoli ta’ l-ilma |
Ir-reġim tat-tnixxija ta’ l-ilma ħelu u d-direzzjoni u l-veloċità ta’ kurrenti dominanti jikkorrispondu totalment jew kważi totalment ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġika. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba ta’ valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġika. |
Kundizzjonijiet morfoloġikali |
Il-varjazzjoni tal-fond, struttura u sottostratifikazzjoni tal-qiegħ tal-kosta, u kemm l-istruttura kif ukoll il-kundizzjoni taż-żoni intertidal jikkorrispondu totalment jew kważi totalment ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba ta’ valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġika. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba ta’ valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġika. |
Elementi ta’ kwalità fiżiko-kimika (1)
Element |
Stat għoli |
Stat tajjeb |
Stat moderat |
Kundizzjonijiet ġenerali |
L-elementi fiżiko-kimiku jikkorrispondu totalment jew kważi totalment ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati. Konċentrazzjonijiet nutrienti jibqgħu fi ħdan l-iskala normalment assoċjati mal-kundizzjonijiet mhux disturbati. Temperatura, bilanċ tal-ossiġenu u trasparenza ma’ juru l-ebda sinjali ta’ disturbanza antropoġenika u jibqgħu fi ħdan l-iskala normalment assoċjata ma’ kundizzjonijiet mhux disturbati |
Temperatura, bilanċ tal-ossiġenu u trasparenza ma’ jilħqux il-livelli barra mill-iskala stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjoni tal-ekosistemi tat-tip speċifiku u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġikali. Konċentrazzjonijiet nutrienti ma’ jaqbżux il-livelli stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjoni tal-ekosistemi u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġikali. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta’ kwalità bioloġikali. |
Kontaminatni sintetiċi speċifiċi |
Konċentrazzjonijiet viċin iż-żero u għall-anqas taħt il-limiti ta’ kxif ta' l-aktar tekniki analitikali avvanzati f’użu ġenerali |
Konċentrazzjonijiet mhux fl-eċċess tal-istandards stipulati bi qbil mal-proċedura dettaljata f’sezzjoni 1.2.6 mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 91/414/KE u Direttiva 98/8/KE. (< EQS) |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġikali. |
Kontaminatni mhux-sintetiċi speċifiċi |
Konċentrazzjonijiet jibqgħu fi ħdan l-iskala normalment assoċjata mal-kundizzjonijiet mhux disturbati (livelli tal-isfond = bgl). |
Konċentrazzjonijiet mhux fl-eċċess tal-istandards stipulati bi qbil mal-proċedura dettaljata fi’sezzjoni 1.2.6 (2) mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 91/414/KE u Direttiva 98/8/KE. (< EQS). |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġikali. |
(1) It-taqsir li jmiss huma użati: bgl = livelli tal-isfond, EQS = standard ta' kwalità ambjentali. (2) Applikazzjoni tal-istandards mdaħħla taħt dan il-protokoll ma' jridux jeħtieġu riduzzjoni ta' konċentrazzjonijiet kontaminanti taħt livelli tal-isfond: (SKA > bgl). |
1.2.5. Definizzjonijiet għal potenzjali ekoloġiku massimu, tajjeb u moderat għal korpi ta’ l-ilma modifikati ħafna jew artifiċjali
Element |
Potenzjal ekoloġiku massimu |
Potenzjal ekoloġiku tajjeb |
Potenzjal ekoloġiku moderat |
Elementi ta’ kwalità bioloġika |
Il-valuri tal-elementi ta’ kwalità bioloġika relevanti jirriflettu, kemm jista’ jkun possibbli dawk assoċjati ma’ l-eqreb tip ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ li jista’ jitqabbel, bil-kundizzjonijiet fiżiċi mogħtija li jirriżultaw mill-karatteristiċi modifikati ħafna jew artifiċjali tal-korp ta’ l-ilma. |
Hemm ftit bdil fil-valuri tal-elementi ta’ kwalità bioloġika relevanti kif komparati mal-valuri misjuba f’potenzjal ekoloġiku massimu. |
Hemm bdil moderat fil-valuri tal-elementi ta’ kwalità bioloġika relevanti kif kumparati mal-valuri misjuba f’potenzjal ekoloġiku massimu. |
Elementi idromorfoloġiċi |
Il-kundizzjonijiet idromorfoloġiċi huma konsistenti ma’ l-impatti li huma biss fuq il-korp ta’ l-ilma tal-wiċċ li jkunu dawk li jirriżultaw minn karatteristiċi artifiċjali jew modifikati ħafna tal-korp ta’ l-ilma tal-wiċċ kemm il-darba il-miżuri ta’ mitigazzjoni ġew meħuda sabiex jiżguraw l-aħjar approssimazzjoni għal continuum ekoloġiku, partikolarment bir-rispett għal migrazzjoni ta’ fauna u żoni ta’ kombinazzjoni tal-bajd u ta’ trobbija. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġika. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġika. |
Elementi fiżiko-kimiċi |
|||
Kundizzjonijiet ġenerali |
Elementi fiziko-kimiċi jikkorrispondu totalement jew kważi totalment mal-kundizzjonijiet mhux disturbati assoċjati ma’ l-eqreb korp ta’ l-ilma tal-wiċċ li jista’ jitqabbel mal-korp artifiqjali jew modifikat ħafna konċernat. Nutrienti konċernati jibgħqu fi ħdan l-iskala normalment assoċjata ma’ ċerta kundizzjonijiet mhux disturbati. Il-livelli ta’ temperatura, bilanċ ta’ ossiġenu u pH huma konsistenti ma’ dawk misjuba fl-eqreb tipi ta’ korpi ta’ l-ilma tal-wiċċ li jistgħu jitqabblu taħt kundizzjonijiet mhux disturbati. |
Il-valuri għal elementi fiżiko-kimiċi huma fi ħdan l-iskala imwaqqfa sabiex tiżgura il-funzjoni tal-ekosistmi u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġika. Temperatura u pH ma’ jilħqux livelli barra mill-iskali stabbiliti sabiex jiżguraw il-funzjoni tal-ekosistemi u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġika. Konċentrazzjonijiet ma’ jeċċedux il-livelli mwaqqfa sabiex jiżguraw il-funzjoni tal-ekosistemi u l-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġika. |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati hawn fuq għall-elementi ta’ kwalità bioloġika. |
Kontaminanti speċifiċi sintetiċi |
Konċentrazzjonijiet viċin iż-żero u għall-anqas taħt il-limiti ta’ kxif ta' l-aktar tekniki analitiċi avvanzati f’użu ġenerali |
Konċentrazzjonijiet mhux fl-eċċess tal-istandards stipulati bi qbil mal-proċedura dettaljata fi’sezzjoni 1.2.6 minghajr preġudizzju għad-Direttiva 91/414/KE u Direttiva 98/8/KE. (< EQS) |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġikali. |
Kontaminanti speċifiċi mhux-sintetiċi |
Konċentrazzjonijiet jibqgħu fi ħdan l-iskala normalment assoċjata mal-kundizzjonijiet mhux disturbati misjuba fl-eqreb tip ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ li jista’ jitqabbel mal-kiorp artifiċjali jew modifikat ħafna konċernat (livelli tal-isfond = bgl). |
Konċentrazzjonijiet mhux fl-eċċess tal-istandards stipulati bi qbil mal-proċedura dettaljata fi’sezzjoni 1.2.6 (1) mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 91/414/KE u Direttiva 98/8/KE. (< EQS) |
Kundizzjonijiet konsistenti mal-kisba tal-valuri speċifikati fuq l-elementi ta' kwalità bioloġikali. |
(1) Applikazzjoni tal-istandards mdaħħla taħt dan il-protokoll ma’ jridux jeħtieġu riduzzjoni ta’ konċentrazzjonijiet kontaminanti taħt livelli tal-isfond. |
1.2.6. Proċedura għat-twaqqif ta’ standards ta’ kwalità kimiku mill-Istati Membri
Fid-dħul ta’ standards ta’ kwalità ambjentali għal kontaminanti elenkati f’punti 1 sa’ 9 ta’ l-Anness VIII għall-protezzjoni ta’ biota akkwatika, l-Istati Membri jridu jaġixxu bi qbil mad-disposizzjonijiet li jmiss. Standards jistgħu jiġu stabbiliti għal ilma, sediment jew biota.
Fejn possibbli, data akuti u wkoll il-kroniki jridu jinkisbu għat-taxa maħruġa taħt fejn huwa relevanti għat-tip ta’ ilma tal-wiċċ konċernat kif ukoll kull taxa akkwatika oħra li għalihom data huma disponibbli. Is-“set ta’ bażi” tat-taxa huma:
— alka u/jew macrophytes
— dafnia jew organiżmi rappreżentattivi għal ilmijiet salini
— ħut.
Twaqqif tal-istandards ta’ kwalità ambjentali
Il-proċeduri li jmiss japplikaw għat-twaqqif ta’ konċentrazzjoni massima annwali medja:
(i) L-Istati Membri jridu jwaqqfu fatturi ta’ sigurtà xierqa f’kull każ konsistenti man-natura u kwalitá tad-
data
disponibbli u l-gwida mogħtija f’sezzjoni 3.3.1 ta’ Parti II ta’
“Dokument ta’ gwida teknika fl-appoġġ tad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/67/KEE dwar stima ta’ riskju għal sustanzi notifikati ġodda u Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 dwar stima ta’ riskju għal sustanzi eżistenti”
u l-fatturi ta’ sigurtà maħruġa fit-tabella hawn taħt:
Fattur ta’ sigurtá |
|
Għall-inqas akut wieħed L(E)C50 minn kull wieħed mit-tliet livelli tan-nutrizzjoni tas-sett ta’ bażi |
1 000 |
NOEC wieħed kroniku (jew ħut jew dafnia jew organiżmu rappreżentattiv għal ilmijiet salini) |
100 |
Żewġ NOEC kroniċi minn speċi li jirrapreżentaw żewġ livelli tan-nutrizzjoni (ħut/jew dafnia jew organiżmu rappreżentattivgħal ilmijiet salini u/jew alka |
50 |
NOEC kronċi minn għall-inqas tlett speċi (normalment ħut, dafnia jew organismu rappreżentattiv għal ilmijiet salini u/jew alka) |
10 |
Każi oħra, inklużi data tal-qasam jew ekosistemi mudelli, li jippermettu fatturi ta’ sigurtà aktar preċiża jiġu kalkolati u applikati |
stima każ-b’każ |
(ii) Fejn data fuq persistenza u bioakkumulazzjoni huma disponibbli, dawn iridu jiġu konsidrati fid-dħul tal-valur finali tal-istandard ta’ kwalità ambjentali;
(iii) l-istandards b’hekk imdaħla jridu jiġu imqabbla ma’ kull evidenza minn studji tal-qasam. Fejn jidhru anomaliji, id-derivazzjoni trid tiġi riveduta biex tippermetti fattur ta’ sigurtà aktar preċiża biex jiġi kalkolat;
(iv) l-istandard imdaħħal irid jiġi soġġetti għal reviżjoni minn kollegi u konsultazzjoni pubblika biex jippermetti fattur ta’ sigurtà aktar preċiża biex jiġi kalkolat.
1.3. Monitoraġġ ta’ stat ekoloġiku u stat kimiku għall-ilmijiet tal-wiċċ
In-networks ta’ monitoraġġ ta’ l-ilma tal-wiċċ iridu jitwaqqfu bi qbil mal-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 8. In-networks ta’ monitoraġġ iridu jiġu disinjati sabiex jipprovdu diskrezzjoni koerenti u komprensiva ta’ stat ekoloġiku u kimiku fi ħdan kull baċin tax-xmara u jridu jippermettu klassifikazzjoni ta’ korpi ta’ l-ilma f’ħames klassijiet konsistenti mad-definizzjonijiet normattivi f’sezzjoni 1.2. L-Istati Membri jridu jipprovdu mappa jew mapep li juru n-networks ta’ monitoraġġ ta’ l-ilma tal-wiċċ fil-pjan ta’ l-immaniġġjar tal-baċin tax-xmara.
Fuq il-bażi tal-istima tal-karatterizzazzjoni u tal-impatt magħmula skond l-Artikolu 5 u l-Anness II, l-Istati Membri jridu għal kull perjodu ta’ fejn pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin ta’ l-ilma japplika, jistabbilixxu programm ta’ monitoraġġ ta’ sorveljanza u programm ta’ monitoraġġ operazzjonali. L-Istati Membri jistgħu wkoll jeħtieġu f’ċerta każi li jwaqqfu programmi ta’ monitoraġġ investigattiv.
L-Istati Membri jridu jimmunituraw paramentri li huma indikattivi għall-istat ta’ kull element ta’ kwalià relevanti. Fis-selezzjoni tal-paramentri għal elementi ta’ kwalità bioloġika l-Istati Membri jridu jidentifikaw il-livell taksonomiku xieraq meħtieġ għal ksib ta’ kunfidenza adegwata u preċiżjoni fil-klassifikazzjoni tal-elementi ta’ kwalità. Stimi tal-livell ta’ kunfidenza u preċiżjoni tar-riżultati provduti mill-programmi ta’ monitoraġġ iridu jingħataw fil-pjan.
1.3.1. Disinn ta’ monitoraġġ ta’ sorveljanza
Għan
L-Istati Membri jridu jistabbilixxu programm ta’ monitoraġġ ta’ sorveljanza biex jipprovdu informazzjoni għal:
— suppliment u validità tal-proċedura ta’ impatt ta’ stima dettlajata fl-Anness II,
— id-disinn effiċjenti u effettiv ta’ programmi ta’ monitoraġġ tal-futur,
— l-istima ta’ bdil għal żmien twil f’kundizzjonijiet naturali, u
— l-istima ta’ bdil għal żmien twil li jirriżultaw minn attività antropoġenika mifruxa fil-wisgħa.
Ir-riżultati ta’ ċerta monitoraġġ iridu jiġu riveduti u użati, f’tagħqid mal-proċedura ta’ stima tal-impatt deskritti fl-Anness II, biex jiġu determinati ħtiġijet għal programmi ta’ monitoraġġ fil-pjanijiet kurrenti u sussegwenti ta’ mmaniġġjar tal-baċin ta’ l-ilma.
Selezzjoni ta’ punti ta’ monitoraġġ
Monitoraġġ ta’ sorveljanza ta’ korpi ta’ l-ilma tal-wiċċ suffiċenti jrid isir biex jipprovdi stima tal-istat ġenerali ta’ l-ilma tal-wiċċ fi ħdan kull wesgħa jew sottowesgħat fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara. Fis-selezzjoni ta’ dawn il-korpi l-Istati Membri jridu jiżguraw li, fejn xieraq, monitoraġġ isir f’punti fejn:
— ir-rata ta’ tnixxija ta’ l-ilma hija sinifikanti fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara bis-sħiħ; inklużi punti fuq xmajjar kbar fejn iż-żona tal-wesgħa hija akbar minn 2 500 km2,
— il-volum ta’ l-ilma preżenti huwa sinifikanti fi ħdan id-distrett tal-baċin tax-xmara, inklużi lagi kbar u reservoirs,
— korpi sinifikanti ta’ l-ilma li jaqsmu fruntiera tal-Istati Membri,
— siti huma identifikati taħt l-Iskambju tal-Informazzjoni Deċiżjoni 77/795/KEE, u
f’ċerta siti oħra kif inhuma meħtieġa biex jistmaw il-massa tal-kontaminat li hija trasferita minn ġol-fruntiera tal-Istati Membri, u li hija trasferita ġo l-ambjent marittimu.
Selezzjoni ta’ elementi ta’ kwalità
Monitoraġġ ta’ sorveljanza jrid isir għal kull sit ta’ monitoraġġ għal perjodu ta’ sena matul il-perjodu kopert mill-impjant ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara għal:
— parametri indikattivi tal-elementi kollha ta’ kwalità bioloġika,
— parametri indikattivi tal-elementi kollha ta’ kwalità idromorfoloġika,
— parametri indikattivi tal-elementi kollha ta’ kwalità fiżiko-kimika ġenerali,
— kontaminanti talista prijoritarja li huma ħruġjati fil-baċin jew sub-baċin tax-xmara, u
— kontaminanti oħra ħruġjati fi kwantitajiet sinnifiakanti fil-baċin jew sub-baċin tax-xmara,
sakemm l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ ta’ sorveljanza ta’ qabel ma’ uriex li l-korp konċernat laħaq stat tajjeb u ma’ hemm l-ebda evidenza mir-reviżjoni ta’ impatt ta’ attività umana fl-Anness II li l-impatti fuq il-korp inbidlu. F’dawn il-każi, monitoraġġ ta’ sorveljanza jrid isir darba kull tlett pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.
1.3.2. Disinn ta’ monitoraġġ operazzjonali
Monitoraġġ operazzjonali jrid ikun marbut sabiex:
— iwaqqaf l-istat ta’ dawk il-korpi identifikati li jkunu fir-riskju li jonqsu milli jilħqu l-għanijiet ambjentali tagħhom, u
— issir stima ta’ kull bdil fl-istat ta’ ċerta korpi li jirriżultaw mill-miżuri ta’ programmi.
Il-programm jista’ jiġi emendat matul il-perjodu tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara fid-dawl ta’ informazzjoni miksuba bħala parti tal-ħtiġiet ta' l-Anness II jew bħala parti ta’ dan l-Anness, partikolarment biex tkun permessa riduzzjoni fi frekwenza fejn impatt jinsab li mhux sinifikanti jew titneħħa l-pressa relevanti.
Selezzjoni ta’ siti ta’ monitoraġġ
Monitoraġġ operazzjonali jird isir għal dawk il-korpi kollha ta’ l-ilma fejn jew fuq il-bażi tal-istima tal-impatt magħmula skond l-Anness II jew fuq il-bażi ta’ monitoraġġ ta’ sorveljanza huma identifikati li jkunu f’riskju li jonqsu li jilħqu l-għanijiet ambjentali tagħhom taħt l-Artikolu4 u għal dawk il-korpi ta’ l-ilma fejn lista’ ta’ sustanzi ta’ prijorità hija ħruġjata. Punti ta’ monitoraġġ iridu jiġu magħżula għal sustanzi prijoritorji tal-lista kif speċifikat fil-leġislazzjoni li tniżżel l-istandards ta’ kwalità ambjentali relevanti.
F’kull każ ieħor, kif ukoll għas-sustanzi prioritarji tal-lista fejn l-ebda gwida speċifikata mhix mogħtija f’ċerta leġislazzjoni, punti ta’ monitoraġġ iridu jiġu magħżula kif ġej:
— għal-korpi fir-riskju minn punt ta’ sors ta’ pressi sinifikanti, punti ta’ monitoraġġ suffiċenti fi ħdan kull korp sabiex issir stima tal-importanza u l-impatt tas-sors ta’ punt. Fejn korp huwa soġġetti għal numru ta’ sors ta’ punt ta’ punti ta’ monitoraġġ tal-pressi jistgħu jiġu magħżula biex issir stima tal-importanza u impatt bis-sħiħ ta’ dawn il-pressi,
— għal-korpi fir-riskju minn pressi ta’ sors ta’ tixrid sinifikanti, punti ta’ monitoraġġ suffiċenti fi ħdan selezzjoni tal-korpi sabiex issir stima tal-importanza u l-impatt ta’ pressi ta’ sors ta’ tixrid. Is-selezzjoni ta’ korpi trid issir tant li huma jkunu rappreżentattivi tar-riskji relativi tat-twettieq tal-pressi ta’ sors ta’ tixrid, u tar-riskji relattivi tan-nuqqas ta’ ksib ta’ stat tajjeb ta’ l-ilma tal-wiċċ,
— għal korpi fir-riskju minn pressi sinifikanti idromorfoloġiċi, punti suffiċenti ta’ monitoraġġ fi ħdan selezzjoni tal-korpi sabiex issir stima tal-importanza u impatt tal-pressi idromorfoloġiċi. Is-selezzjoni ta’ korp trid tkun indikattiva tal-impatti ġenerali tal-pressa idromorfoloġika ta’ fejn il-korpi kollha huma soġġetti.
Selezzjoni ta’ elemnti ta’ kwalità
Sabiex issir stima tal-importanza tal-pressa ta’ fejn korpi ta’ l-ilma tal-wiċċ huma soġġett l-Istati Membri jridu jimmunituraw għal dawk l-elementi ta’ kwalità li huma indikattivi tal-pressi ta’ fejn korp jew korpi huma soġġett. Sabiex issir stima ta’ l-impatt ta’ dawn il-pressi, l-Istati Membri jridu jimmonitorjaw kif relevanti:
— paramentri indikattivi tal-element, jew elementi ta’ kwalità bioloġika, l-aktar sensittiv/i għal għall-pressi ta’ fejn korpi ta’ l-ilma huma soġġetti,
— is-sustanzi kolla ta’ sustanzi prioritarji ħruġjati, u kontaminatni oħra ħruġjati fi kwantitajiet sinifikanti,
— parametri indikattivi għall-element ta’ kwalità idromorfoloġika l-aktar sensittiv għall-pressi identifikati.
1.3.3. Disinn ta’ monitoraġġ investigattiv
Għan
Monitoraġġ investigattiv irid isir:
— fejn ir-raġuni għal kull eċċedanza mhix magħrufa,
— fejn monitoraġġ ta’ sorveljanza jindika li l-għanijiet maħruġa fl-Artikolu 4 għal korp ta’ l-ilma x'aktarx mhux se jiġu miksuba u monitoraġġ operazzjonali għadu ma’ twaqqafx, sabiex jiġu aċċertati l-kawżi ta’ korp ta’ l-ilma jew korpi ta’ l-ilma li jonqsu milli jiksbu l-għanijiet ambjentali, jew
— li jaċċertaw l-importanza u l-impatti ta’ inċidenti tat-tniġġiż,
u jrid jiġi informat it-twaqqif ta’ programm ta’ miżuri għal ksib ta’ l-għanijiet ambjentali u miżuri speċifiċi meħtieġa għar-rimedjar ta l-effetti ta’ inċidenti tat-tniġġiż.
1.3.4. Frekwenza ta’ monitoraġġ
Għall-perjodu ta’ monitoraġġ ta’ sorveljanza, il-frekwenzi għal monitoraġġ ta’ parametri indikattivi ta’ elementi ta’ kwalità fiżiko-kimika mogħtija hawn taħt iridu jiġu applikati sakemm intervalli akbar ma’ jkunux ġustifikati fuq il-bażi ta’ taħriġ tekniku u ġudizzju ta’ espert. Għal elementi ta’ kwalità bioloġika jew idromorfoloġika monitoraġġ irid isir għall-inqas darba matul il-perjodu ta’ monitoraġġ ta’ sorveljanza.
Għal monitoraġġ operazzjonali, il-frekwenza ta’ monitoraġġ meħtieġa għal kull paramentru trid tkun stabbilita minn Stati Membri sabiex tipprovdi data suffiċenti għal stat ta’ min joqgħod fuqu tal-element ta’ kwalità relevanti. Bħala linja ta’ gwida, monitoraġġ irid jitwettaq f’intervalli li ma’ jeċedux dawk li jidhru fit-tabella hawn taħt sakemm intervalli akbar ma’ jiġux ġustifikati fuq il-bażi ta’ taħriġ tekniku u ġudizzju ta’ espert.
Frekwenzi jridu jiġu magħżula sabiex jinkiseb livell aċċettabbli ta’ kunfidenza u preċiżjoni. Stimi tal-kunfidenza u preċiżjoni milħuqa mis-sistema ta’ monitoraġġ użata jridu jiġu ddikjarati fil-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.
Frekwenzi ta’ monitoraġġ iridu jiġu magħżula li jieħdu konsiderazzjoni tal-varjabilità fil-parametri li jirriżultaw kemm mill-kundizzjonijiet naturali u wkoll minn dawk antropoġeniċi. Iż-żminijiet ta’ meta jitwettaq monitoraġġ iridu jiġu magħżula sabiex jitnaqqas l-impatt ta’ varjazzjoni tal-istaġuni fuq ir-riżultati, u b’hekk jiżguraw li r-riżultati jirriflettu bdil fil-korp ta’ l-ilma bħala riżultat ta’ bdil minħabba pressa antropoġenika. Monitoraġġ addizzjonali matul staġuni differenti tal-istess sena jridu jsiru, fejn meħtieġ, biex jinkiseb dan il-għan.
Element ta’ kwalità |
Xmajjar |
Lagi |
Temporanji |
Tal-kosta |
Bioloġikali |
||||
Phytoplankton |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
6 xhur |
Flora akkwatika oħra |
3 snin |
3 snin |
3 snin |
3 snin |
Makro invertibri |
3 snin |
3 snin |
3 snin |
3 snin |
Ħut |
3 snin |
3 snin |
3 snin |
|
Idromorfoloġikali |
||||
Kontinwitá |
6 snin |
|||
Idroloġija |
Kontinwa |
xhar 1 |
||
Morfoloġija |
6 snin |
6 snin |
6 snin |
6 snin |
Fiżiko-kimiku |
||||
Kundizzjonijiet termali |
3 xhur |
3 xhur |
3 xhur |
3 xhur |
Ossiġenazzjoni |
3 xhur |
3 xhu |
3 xhur |
3 xhur |
Salinitá |
3 xhur |
3 xhur |
3 xhur |
|
Stat nutrienti |
3 xhur |
3 xhur |
3 xhur |
3 xhur |
Stat ta’ aċidifikazzjoni |
3 xhur |
3 xhur |
||
Kontaminanti oħra |
3 xhur |
3 xhur |
3 xhur |
3 xhur |
Sustanzi prioritarji |
xhar 1 |
xhar 1 |
xhar 1 |
xhar 1 |
1.3.5. Ħtiġiet ta’ monitoraġġ addizzjonali għal żoni protetti
Il-programmi ta’ monitoraġġ meħtieġa hawn fuq iridu jiġu supplementati sabiex jaderixxi mal-ħtiġiet meħtieġa:
Punti ta’ estrazzjoni ta’ l-ilma tax-xorb
Korpi ta’ l-ilma tal-wiċċ nominati fl-Artikolu 7 li jipprovdu aktar minn 100 m3 kuljum bħala medja jridu jiġu nominati mħala bħala siti ta’ monitoraġġ u jridu jkunu soġġetti għal ċerta monitoraġġ addizzjonali kif jista’ jkun meħtieġ biex jintlaħqu l-ħtiġiet ta’ dak l-Artikolu. Dawn il-korpi jridu jkunu monitorjati għal kull sustanza prioritarja mitfugħa u kull sustanzi oħra mitfugħa fi kwantitajiet sinifikanti li jistgħu jaffetwaw l-istat tal-korp ta’ l-ilma u li huma kontrollati taħt id-disposizzjonijiet tad-Direttiva ta’ l-ilma tax-xorb. Monitoraġġ irid isir bi qbil mal-frekwenzi maħruġa hawn taħt:
Komunità servuta |
Frekwenza |
< 10 000 |
4 kull sena |
10 000 sa 30 000 |
8 kull sena |
> 30 000 |
12 kull sena |
Żoni ta’ protezzjoni ta’ abitanti u speċi
Korp ta’ l-ilma li jifforma dawn iż-żoni jrid jiġi inkluż fi ħdan il-programm ta’ monitoraġġ operazzjoniali riferut hawn fuq fejn, fuq il-bażi tal-istima tal-impatt u l-monitoraġġ ta’ sorveljanza, huma identifikati li jkunu fir-riskju li jonqsu li jilħqu l-għanjiet ambjentali tagħhom taħt l-Artikolu4. Monitoraġġ irid isir biex issir stima tal-importanza u impatt tal-pressi kollha sinifikanti relevanti fuq dawn il-korpi u, fejn meħtieġ, biex jiġu stmati bdil fl-istat ta’ dawn il-korpi li jirriżultaw mill-programmi ta’ miżuri. Monitoraġġ irid jibqa’ sakemm iż-żoni jissodifaw il-ħtiġiet relatati ma’ l-ilma tal-leġislazzjoni taħt fejn huma nominati u jilħqu l-għanijiet tagħhom taħt l-Artikolu 4.
1.3.6. Standards għal monitoraġġ ta’ elementi ta’ kwalità
Metodi użati għal-monitoraġġ ta’ parametri ta’ tip iridu jaqblu ma’ l-istandards internazzjonali elenkati hawn taħt jew ċerta standards nazzjonali jew internazzjonali oħra li jiżguraw id-disposizzjoni ta’ data ta’ tqabbil u kwalità xjentifika ekwivalenti.
Kampjunaġġ ta’ makroinvertibri
ISO 5667-3:1995 |
Kwalità ta’ l-ilma - Kampjunaġġ - Parti 3: Gwida fuq il-preservazzjoni u maniġġjar ta’ kampjuni |
EN 27828:1994 |
Kwalità ta’ l-ilma - Metodi għal kampjunaġġ bioloġiku - Gwida fuq kampjunaġġ bl-id nett ta’ benthic makroinvertibri |
EN 28265:1994 |
Kwalità ta’ l-ilma - Metodi ta’ kampjunaġġ bioloġiku - Gwida fuq id-disinn u użu ta’ kampjunaturi kwantitattivi għal benthic makroinvertibri fuq substratifikazzjoni ġebli f’ilmijiet baxxi |
EN ISO 9391:1995 |
Kwalità ta’ l-ilma - Kampjunaġġ f’ilmijiet fondi għal makroinvertibri - Gwida fuq l-użu ta’ kampjunaturi ta’ kolonizzazzjoni, kwalitattività u kwantitattività |
EN ISO 8689-1:1999 |
Klassifikazzjoni bioloġika ta’ xmajjar PARTI I: Gwida fuq l-interpretazzjoni ta’ data ta’ kwalità bioloġika minn stħarriġ ta’ benthic makroinvertibri f’ilmijiet li jnixxu |
EN ISO 8689-2:1999 |
Klassifikazzjoni bioloġika ta’ xmajjar PARTI II: Gwida fuq il-preżentazzjoni ta’ data ta’ kwalità bioloġika minn stħarriġ ta’ benthic makroinvertibri f’ilmijiet li jnixxu |
Kampjunaġġ macrophyte
Standards CEN / OIS relevanti meta jkunu żviluppati
Kampjunaġġ tal-ħut
Standards CEN / OIS relevanti meta jkunu żviluppati
Kampjunaġġ tad-Diatom
Standards CEN / OIS relevanti meta jkunu żviluppati
Standards għal parametri fiżiko-kimiċi
Kull standard CEN/OIS relevanti
Standars għal parametri idromorfoloġiċi
Kull standard CEN/OIS relevanti
1.4. Klassifikazzjoni u preżentazzjoni ta’ stat ekoloġiku
1.4.1. Komparabilità ta’ riżultati ta’ monitoraġġ bioloġiku
(i) L-Istati Membri jridu jwaqqfu sistemi ta’ monitoraġġ għall-iskop ta’ stima tal-valuri tal-elementi ta’ kwalità bioloġika speċifikati għal kull kategorija ta’ l-ilma tal-wiċċ għal korpi artifiċjali jew modifikati ħafna ta’ l-ilma tal-wiċċ. Fl-applikazzjoni tal-proċedura maħruġa hawn taħt għal korp artifiċjali jew modifikati ħafna ta’ l-ilma, referenzi għal stat ekoloġiku jrid ikun kostrutt bħala referenza għal potenzjali ekoloġiku. Dawn is-sistemi jistgħu jutilizzaw speċi jew gruppi ta’ speċi partikolari li huma rappreżentattivi bis-sħiħ tal-elementi ta’ kwalità.
(ii) Sabiex jiżguraw il-komparabilità ta’ ċerta sistemi ta’ monitoraġġ, ir-riżultati tas-sistemi operati minn kull Stat Membru jridu jkunu espressi bħala ratios ta’ kwalità ekoloġika għall-iskopijiet ta’ klassifikazzjoni ta’ stat ekoloġiku. Dawn ir-ratios iridu jirrapreżentaw ir-relazzjoni bejn il-valuri tal-parametri bioloġiċi osservati għal korp mogħti ta’ l-ilma tal-wiċċ u l-valuri ta’ dawn il-parametri fil-kundizzjonijiet ta’ referenza applikabbli għal dak il-korp. Ir-ratio jrid ikun espress bħala valur numeriku bejn żero u wieħed, bi stat ekoloġiku għoli rappreżentat mill-valuri viċin ta’ wieħed u stat ekoloġiku ħażin b’valuri viċin ta’ żero.
(iii) Kull Stat Membru jrid jaqsam l-iskala tar-ratio ta’ kwalità ekoloġika għas-sistema ta’ monitoraġġ tiegħu għal kull kategorija ta’ l-ilma tal-wiċċ f’ħames klassijiet li jvarjaw minn stat ekoloġiku għoli għal ħażin, kif definit f’Sezzjoni 1.2, bl-għoti ta’ valur numeriku għal kull fruntiera bejn il-klassijiet. Il-valur tal-fruntiera bejn il-klassijiet ta’ stat għoli u tajjeb, u l-valur tal-fruntiera bejn stat tajjeb u moderat irid jitwaqqaf mill-eżerċizzju ta’ interkalibrazzjoni deskritt hawn taħt.
(iv) Il-Kummissjoni trid tiffaċilita dan l-eżerċizju ta’ interkalibrazzjoni sabiex ikun żgur li dawn il-fruntieri tal-klassijiet huma mwaqqfa konsistenti mad-defenizzjonijiet konsistenti f’Sezzjoni 1.2 u huma komparabbli bejn l-Istati Membri.
(v) Bħala parti ta’ dan l-eżerċizzju l-Kummissjoni trid tiffaċilita skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri li jwassal għall-identifikazzjoni ta’ skala ta’ siti f’kull ekoreġjun fil-Komunità; dawn is-siti jiffurmaw networks ta’ interkalibrazzjoni. In-networks jridu jikkonsistu minn siti magħżula minn skala ta’ tipi ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ preżenti fi ħdan kull ekoreġjun. Għal kull tip ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ maħżul, in-networks jridu jikkonsistu ta' l-anqas żewġ siti li jikkorrispondu mal-fruntiera bejn id-defenizzjonijiet normattivi ta’ stat għoli u tajjeb, u għall-inqas żewġ siti li jikkorrispondu mal-fruntiera bejn id-defenizzjonijiet normativi ta’ stat tajjeb u normativ. Is-siti jridu jkunu magħżula minn ġudizzju ta’ espert bażat fuq spezzjonijiet konġunti u kull informazzjoni oħra disponibbli.
(vi) Kull sistema ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri trid tkun applikata għal dawk is-siti fin-networks ta’ interkalibrazzjoni li huma kemm fl-ekoreġjun u kif ukoll fit-tip ta’ korp ta’ l-ilma tal-wiċċ li fejn sistema tiġi applikata skont il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva. Ir-riżultati ta’ din l-applikazzjoni jridu jintużaw biex isiru l-valuri numeriċi għall-fruntieri relevanti ta’ klassi f’kull sistema ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri.
(vii) Il-Kummissjoni għandha tipprepara reġistru ta’ abbozz ta’ siti sabiex jinħoloq in-netwerk ta’ interkalibrazzjoni. Ir-reġistru finali tas-siti għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2).
(viii) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jridu jwettqu l-eżerċizzju ta’ interkalibrazzjoni fi żmien 18 il-xahar mid-data ta’ minn meta r-reġistru finalizzat huwa pubblikat.
(ix) Ir-riżultati ta’ l-eżerċizzji ta’ interkalibrazzjoni u l-valuri stabbiliti għall-klassifikazzjonijiet tas-sistemi ta’ monitoraġġ ta’ l-Istati Membri, skond il-punti (i) sa (viii) u imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 21(3) u għandhom jiġu ppubblikati fi żmien sitt xhur minn tmiem l-eżerċizzju ta’ interkalibrazzjoni.
1.4.2. Preżentazzjoni ta’ riżultati ta’ monitoraġġ u klassifikazzjoni ta’ stat ekoloġiku u potenzjal ekoloġiku
Klassifikazzjoni ta’ stat ekoloġiku |
Kodiċi kuluriti |
Għoli |
Blu |
Tajjeb |
Aħdar |
Moderat |
Isfar |
Fqir |
Oranġjo |
Ħażin |
Aħmar |
Klassifikazzjoni ta’ potenzjal ekoloġiku |
Kodiċi kulurit |
|
Korpi ta’ l-ilma Artifiċjali |
Modifikati Ħafna |
|
Tajjeb u Aħjar |
Strixxi ugwali ħodor u griżi ċari |
Strixxi ugwali ħodor u griżi skuri |
Moderat |
Strixxi ugwali sofor u griżi ċari |
Strixxi ugwali sofor u griżi skuri |
Fqir |
Strixxi ugwali oranġjo u griżi ċari |
Strixxi ugwali oranġjo u griżi skuri |
Ħażin |
Strixxi ugwali ħomor u griżi ċari |
Strixxi ugwali ħomor u griżi skuri |
(iii) L-Istati Membri jridu wkoll jindikaw, b’tikka sewda fuq il-mappa, dawk il-korpi ta’ l-ilma fejn nuqqas ta’ ksib ta’ stat tajjeb jew potenzjal tajjeb ekoloġiku minħabba in-nuqqas ta’ konformità ma' standard jew standards ta’ kwalità ambjentali li kienet imwaqqfa għal dak il-korp ta’ l-ilma fir-rispett ta’ kontaminanti sintetiċi speċifiċi jew kontaminatni mhux-sintetiċi (bi qbil mar-reġim ta’ konformità imwaqqaf mill-Istat Membru).
1.4.3. Preżentazzjoni ta’ riżultati ta’ monitoraġġ u klassifikazzjoni ta’ stat kimiku
Fejn korp ta’ l-ilma jikseb konformità ma' l-istandards kollha ta’ kwalità ambjentali stabbiliti fl-Anness IX, l-Artikolu 16 u taħt leġislazzjoni oħra Komunitarja relevanti li tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali jrid jiġi reġistrat li jikseb stat kimiku tajjeb. Jekk le, il-korp irid jiġi reġistrat li jonqos milli jikseb stat kimiku tajjeb.
Klassifikazzjoni ta’ stat kimiku |
Kodiċi kuluriti |
Tajjeb |
Blu |
Nieqes li jikseb stat tajjeb |
Aħmar |
2. ILMA TA' TAĦT L-ART
2.1. Stat kwantitattiv ta’ l-ilma qiegħ
2.1.1. Parametru għal klassifikazzjoni ta’ stat kwantitattiv
Reġim talivell ta’ l-ilma ta' taħt l-art
2.1.2. Definizzjoni ta’ stat kwantitattiv
Elementi |
Stat tajjeb |
Livell ta’ l-ilma ta' taħt l-art |
Il-livell ta’ l-ilma ta' taħt l-art fil-korp ta’ l-ilma ta' taħt l-art huwa tant li riżorsi disponibbli ta’ l-ilma ta' taħt l-art ma’ jaqbżux ir-rata medja annwali ta’ żmien twil ta’ estrazzjoni. Skond, il-livell ta’ l-ilma ta' taħt l-art ma’ jkunx soġġett għal alterazzjonijiet antropoġeniċi tant li jirriżulta: — nuqqas ta’ ksib tal-għanjiet ambjentali speċifikati taħt l-Artikolu 4 għal ilmijiet tal-wiċċ assoċjati, — kull nuqqas sinifikanti fl-istat ta’ ċerta ilmijiet, — kull ħsara sinifikanti f’ekosistemi terrestri li jiddependu direttament fuq il-korp ta’ l-ilma ta' taħt l-art, u alterazzjonijiet f’direzzjonijiet ta’ tnixxija li jirriżultaw minn bdil tal-livell jistgħu jseħħu temporanjament, jew kontinwament f’żona spazjali limitata, imma ċerta dawrien bil-kontra tad-direzzjoni ma’ jikkawżawx ilma mielaħ jew intrużjoni oħra, u ma’ jindikax trend indotta antropoġenikalment sostnuta u identifikata b’mod ċar fid-direzzjoni tal-fluss li x’aktarx tirriżulta f’dawn l-intrużjonijiet. |
2.2. Monitoraġġ ta’ stat kwantitattiv ta’ l-ilma ta' taħt l-art
2.2.1. Networks ta’ monitoraġġ tal-livell ta’ l-ilma ta' taħt l-art
In-networks ta’ monitoraġġ ta’ l-ilma ta' taħt l-art iridu jkunu stabbiliti skond il-ħtiġiet ta’ l-Artikoli 7 u 8. In-networks ta’ monitoraġġ iridu jkunu disinjati sabiex jipprovdu stima li tista’ toqgħod fuqha tal-istat kwantitattiv tal-korpi jew grupp ta’ korpi ta’ l-ilma ta' taħt l-art inkluża stima tar-riżors disponibbli ta’ l-ilma ta' taħt l-art. L-Istati Membri jridu jipprovdu mappa jew mapep li juru n-networks ta’ monitoraġġ ta’ l-ilma ta' taħt l-art fil-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.
2.2.2. Densità ta’ siti ta’ monitoraġġ
In-networks jridu jinkludu punti rappreżentattivi suffiċenti ta’ monitoraġġ biex jistmaw il-livell ta’ l-ilma ta' taħt l-art f’kull korp jew gruppi ta’ korpi ta’ l-ilma ta' taħt l-art bil-kunsiderazzjoni ta’ varjazzjonijiet ta’ żmien qasir u ta’ żmien twil fir-recharge u partikolarment:
— għal korpi ta’ l-ilma ta' taħt l-art identifikati li jkunu fir-riskju li jonqsu li jiksbu għanijiet ambjentali taħt l-Artikolu 4, jiżguraw densità suffiċjenti ta’ punti ta’ monitoraġġ biex jistmaw l-impatt ta’ estrazzjoni u ħruġ fuq il-livell ta’ l-ilma ta' taħt l-art,
— għal korpi ta’ l-ilma ta' taħt l-art ta’ fejn ilma ta' taħt l-art inixxi minn ġo fruntiera ta’ Stat Membru għal ieħor, ikunu żguri li punti ta’ monitoraġġ suffiċenti huma provduti biex jistmaw id-direzzjoni u r-rata tat-tnixxija ta’ l-ilma ta' taħt l-art minn ġo fruntiera ta’ Stat Membru għal ieħor.
2.2.3. Frekwenza ta’ monitoraġġ
Il-frekwenza ta’ osservazzjoni trid tkun suffiċenti biex tippermetti stima tal-istat kwantitattiv ta’ kull korp jew grupp ta’ korpi ta’ l-ilma ta' taħt l-art b’kunsiderazzjoni ta’ varjazzjonijiet ta’ żmien qasir u ta’ żmien twil fir-recharge. Partikolarment:
— għal korpi ta’ l-ilma ta' taħt l-art identifikati li jkunu fir-riskju li jonqsu li jiksbu għanijiet ambjentali taħt l-Artikolu 4, jiżguraw frekwenza suffiċenti ta’ miżuri biex jistmaw l-impatt ta’ estrazzjoni u ħruġ fuq il-livell ta’ l-ilma ta’ taħt l-art,
— għal korpi ta’ l-ilma ta' taħt l-art ta’ fejn ilma ta' taħt l-art inixxi minn ġo fruntiera ta’ Stati Membru, ikunu żguri li frekwenza suffiċenti ta’ kejl biex tkun stmata d-direzzjoni u rata tat-tnixxija ta’ l-ilma ta' taħt l-art minn ġo fruntiera ta’ Stat Membru għal ieħor.
2.2.4. Interpretazzjoni u preżentazzjoni ta’ stat kwantitattiv ta’ l-ilma ta' taħt l-art
Ir-riżultati miksuba min-networks ta’ monitoraġġ għal korp jew gruppi ta’ korpi ta’ l-ilma ta' taħt l-art iridu jintużaw biex issir stima tal-istat kwantitattiv ta’ dak il-korp jew dawk il-korpi. Soġġett għal punt 2.5. L-Istati Membri jridu jipprovdu mappa tal-istima li tirriżulta minn stat kwantitattiv ta’ l-ilma ta' taħt l-art, bil-kodiċi-kulurit bi qbil mar-reġim li jmiss:
Tajjeb : aħdar
Fqir : aħmar
2.3. Stat kimiku ta’ l-ilma ta' taħt l-art
2.3.1. Parametri għad-determinazzjoni ta’ stat kimiku ta’ l-ilma ta' taħt l-art
Konduttività
Konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti
2.3.2. Definizjoni ta’ stat kimiku tajjeb ta’ l-ilma ta' taħt l-art
Elementi |
Stat tajjeb |
Ġenerali |
Il-kompożizzjoni kimika tal-korp ta’ l-ilma ta' taħt l-art hija tant li l-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti: — kif speċifikati hawn taħt, jesebixxu l-effetti ta’ salini jew intrużjonijiet oħra — ma’ jeċċedux l-istandards ta’ kwalità applikabbli taħt leġislazzjoni Komunitarja oħra relevanti skond l-Artikolu 17 — ma’ jkunux tant li kapaċi jirriżultaw f’nuqqas ta’ ksib tal-għanjiet ambjentali speċifikati taħt l-Artikolu 4 għal ilmijiet tal-wiċċ assoċjati u lanqas tnaqqis sinifikanti tal-kwalità kimika jew ekoloġika ta’ dawn il-korpi u lanqas f’kull ħsara sinifikanti għal ekosistemi terrestri li jiddependu direttament fuq korp ta’ l-ilma ta' taħt l-art |
Konduttività |
Bdil fil-konduttività ma jkunx indikattiv ta’ salinità jew intrużjoni oħra ġol-korp ta’ l-ilma ta' taħt l-art |
2.4. Monitoraġġ ta’ stat kimiku ta’ l-ilma ta' taħt l-art
2.4.1. Networks ta’ monitoraġġ ta’ l-ilma ta' taħt l-art
In-networks ta’ monitoraġġ ta’ l-ilma ta' taħt l-art iridu jitwaqqfu bi qbil mal-ħtiġiet ta’ l-Artikolu7 u 8. In-networks ta’ monitoraġġ iridu jkunu disinjati sabiex jipprovdu diskrezzjoni koerenti u komprensiva tal-istat kimiku ta’ l-ilma ta' taħt l-art fi ħdan kull baċin tax-xmara u biex jikxfu l-preżenza ta’ direzzjonijiet il-fuq antropoġenikali imdaħħla għal żmien twil f’kontaminati.
Fuq il-bażi tal-istima tal-karatterizzazzjoni u tal-impatt magħmula skond l-Artikolu 5 u l-Anness II, l-Istati Membri jridu għal kull perjodu ta’ fejn pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara japplika, iwaqqfu programm ta’ monitoraġġ ta’ sorveljanza. Ir-riżultati ta’ dan il-programm iridu jintużaw biex jitwaqqaf programm ta’ monitoraġġ operazzjonali biex ikun applikat għall-perjodu li fadal tal-pjan.
Stimi tal-livell ta’ kunfidenza u preċiżjoni tar-riżultati provduti mill-programmi ta’ monitoraġġ iridu jingħataw fil-pjan.
2.4.2. Monitoraġġ ta’ sorveljanza
Għan
Monitoraġġ ta’ sorveljanza jrid isir sabiex:
— iforni u jivvalida l-proċedura ta’ stima tal-impatt,
— jipprovdi informazzjoni għal użu fl-istima ta’ direzzjonijiet ta’ żmien twil kemm bħala riżultat ta’ bdil f’kundizzjonijiet naturali u kif ukoll minn ġo attività antropoġenika.
Selezzjoni ta’ siti ta’ monitoraġġ
Siti ta’ monitoraġġ suffiċjenti jridu jintagħżlu għal kull wieħed minn dawn li ġej:
— korpi identifikati li jkunu fir-riskju skond l-eżerċizzju ta’ karatterizzazzjoni marbut skond l-Anness II,
— korpi li jaqbżu l-fruntiera ta’ Stat Membru.
Selezzjoni ta’ parametri
Is-set li ġej ta’ parametri attivi jrid jiġi monitorat fil-korpi magħżula kollha ta’ l-ilma ta' taħt l-art:
— kontenut ta’ ossiġenu
— valur pH
— konduttività
— nitrat
— ammonju
Korpi li huma identifikati li jkunu f’riskju sinifikanti li jonqsu li jiksbu stat tajjeb skond l-Anness II jistgħu wkoll jiġu monitorati għal dawk il-parametri li huma indikattivi tal-impatt ta’ dawn il-pressi.
Korpi ta’ l-ilma tal-fruntiera jridu wkoll ikunu mmonitorjati għal dawk il-parametri li huma relevanti għall-protezzjoni ta’ kull użu appoġġat mit-tnixxija ta’ l-ilma ta' taħt l-art.
2.4.3. Monitoraġġ operazzjonali
Għan
Monitoraġġ operazzjonali jrid ikun marbut fil-perjodi bejn programmi ta’ monitoraġġ ta’ sorveljanza sabiex:
— jitwaqqaf stat kimiku ta’ kull korp jew grupp ta’ korpi ta’ l-ilma ta' taħt l-art determinat li jkun fir-riskju,
— titwaqqaf il-preżenza ta’ direzzjoni ’l fuq antropoġenika imdaħħla għal żmien twil fil-konċentrazzjoni ta’ kull kontaminant.
Selezzjoni ta’ siti ta’ monitoraġġ
Monitoraġġ operazzjonali jird isir għal dawk il-korpi jew gruppi ta’ korpi ta’ l-ilma ta' taħt l-art fejn fuq il-bażi tal-istima kemm tal-istima tal-impatt magħmula skond l-Anness II u kemm fuq il-bażi ta’ monitoraġġ ta’ sorveljanza huma identifikati li jkunu f’riskju li jonqsu li jilħqu l-għanijiet ambjentali taħt l-Artikolu 4. Is-selezzjoni ta’ siti ta’ monitoraġġ trid ukoll tirrifletti stima ta’ kif data rappreżentattiva ta’ monitoraġġ minn dak is-sit tal-korp jew korpi relevanti ta’ l-ilma ta' taħt l-art.
Frekwenza ta’ monitoraġġ
Monitoraġġ operazzjonali jrid iseħħ għall-perjodi bejn programmi ta’ monitoraġġ ta’ sorveljanza fi frekwenza suffiċjenti biex jikxef l-impatti ta’ pressi relevanti imma f’minimu ta’ darba fis-sena.
2.4.4. Identifikazzjoni ta’ tendenzi f’kontaminanti
L-Istati Membri jridu jużaw data kemm minn monitoraġġ ta’ sorveljanza u kemm operazzjonali fl-identifikazzjoni ta’ trends ’il fuq antropoġeniċi imdaħħla għal żmien twil f’konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti u d-dawrien bil-kontra ta’ dawn id-direzzjonijiet. Is-sena ta’ bażi jew perjodu minn fejn identifikazzjoni ta’ direzzjoni għandha tiġi kalkolata jridu jiġu identifikati. Il-kalkolazzjoni ta’ direzzjonijiet trid tiġi marbuta għal korp jew, fejn xieraq, grupp ta’ korpi ta’ l-ilma ta' taħt l-art. Dawrien bil-kontra ta’ direzzjoni trid tiġi murija statistikament u l-livell ta’ kunfidenza assoċjata ma’ l-identifikazzjoni imniżżla.
2.4.5. Interpretazzjoni u preżentazzjoni ta’ stat kimiku ta’ l-ilma ta' taħt l-art
Fl-istima tal-istat, ir-riżultati ta’ punti individwali ta’ monitoraġġ fi ħdan korp ta’ l-ilma ta’ taħt l-art iridu jiġu miġbura għall-korp b’mod sħiħ. Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi konċernati, għal stat tajjeb biex jiġi miksub għal korp ta’ l-ilma, għal dawk il-parametri kimiċi li għalihom standards ta’ kwalità ġew stabbiliti fil-leġiżlazjoni Komunitarja:
— il-valur medju tar-riżultati ta’ monitoraġġ f’kull punt fil-korp jew gruppi ta’ korpi ta’ l-ilma ta' taħt l-art jiġu kalkolati, u
— skond l-Artikolu 17 dawn il-valuri medji jridu jintużaw biex juru konformità ma' stat tajjeb ta’ l-ilma ta' taħt l-art.
Suġġett għal punt 2.5, l-Istati Membri jridu jipprovdu mappa tal-istat kimiku ta’ l-ilma ta' taħt l-art, bil-kodiċi-kulurit kif indikat hawn taħt:
Tajjeb : aħdar
Fqir : aħmar
L-Istati Membri jridu wkoll jindikaw b’tikka sewda fuq il-mappa, dawk il-korpi ta’ l-ilma ta' taħt l-art li huma soġġetti għal trend l-fuq sinifikanti u sostnuta fil-konċentrazzjonijiet ta’ kull kontaminant li jirriżulta mill-impatt ta’ attività umana. Dawrien bil-kontra ta’ direzzjoniji trid tiġi indikata b’tikka blu fuq il-mappa.
Dawn il-mapep iridu jiġu inklużi fil-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara.
2.5. Preżentazzjoni ta’ Stat ta’ l-ilma ta' taħt l-art
L-Istati Membri jridu jipprovdu fil-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara mappa li turi għal kull korp jew gruppi ta’ korpi ta’ l-ilma ta' taħt l-art l-istat kwantitattiv u l-istat kimiku ta’ dak il-korp jew gruppi ta’ korpi, bil-kodiċi-kulurit bi qbil mal-ħtiġiet ta’ punti 2.2.4 u 2.4.5. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma’ jipprovdux mapep separati taħt punti 2.2.4 u 2.4.5 imma f’dak il-każ ukoll iridu jipprovdu indikazzjoni bi qbil mal-ħtiġiet ta’ punt 2.4.5 fuq il-mappa meħtieġa taħt dan il-punt, ta’ dawk il-korpi li huma soġġetti għal trend il-fuq sinifikanti u sostnuta fil-konċentrazzjoni ta’ kull kontaminant jew kull dawrien bil-kontra f’din id-direzzjoni.
ANNESS VI
LISTI TA’ MIŻURI LI TRID TIĠI INKLUŻA FI ĦDAN IL-PROGRAMMI TA’ MIŻURI
PARTI A
Miżuri meħtieġa taħt id-Direttivi li jmiss:
(i) Id-Direttiva (76/160/KEE) dwar l-ilma tal-Għawm;
(ii) Id-Direttiva (79/409/KEE) ( 36 ) dwar l-Għasafar;
(iii) Id-Direttiva (80/778/KEE) dwar l-ilma tax-xorb kif emendat mid-Direttiva (98/83/KE);
(iv) Id-Direttiva (96/82/KE) ( 37 ) dwar l-Inċidenti Maġġuri (Seveso);
(v) Id-Direttiva (85/337/KEE) ( 38 ) dwar l-Istima tal-Impatt Ambjentali;
(vi) Id-Direttiva (86/278/KEE) ( 39 ) dwar il-Ħama tad-Drenaġġ;
(vii) Id-Direttiva (91/271/KEE) dwar it-Trattament ta’ Skart ta’ l-Ilma Urban;
(viii) Id-Direttiva (91/414/KEE) dwar il-Prodotti ta’ Protezzjoni tal-Pjanti;
(ix) Id-Direttiva (91/676/KEE) dwar in-Nitrati;
(x) Id-Direttiva (92/43/KEE) ( 40 ) dwar l-Habitat;
(x) Id-Direttiva (96/61/KE) dwar il-Kontroll Integrat ta’ Prevenzjoni ta’ Tniġġiż.
PARTI B
Din li ġejja hija lista mhux esklusiva ta’ miżuri supplimentari fejn l-Istati Membri fi ħdan kull distrett tal-baċin tax-xmara jistgħu jagħżlu biex jadottaw bħala parti mil-programm ta’ miżuri meħtieġa taħt l-Artikolu11(4):
(i) strumenti leġiżlattivi
(ii) strumenti amministrattivi
(iii) strumenti ekonomiċi jew fiskali
(iv) ftehim ambjentali negozjat
(v) kontrolli ta’ emmissjoni
(vi) kodiċi ta’ prattika tajba
(vii) rikreazzjoni u restawr ta’ żoni ta’ artijiet niedja
(viii) kontrolli ta’ estrazzjoni
(ix) miżuri ta’ mmaniġġjar ta’ domanda, inter alia, promozzjoni ta’ produzzjoni agrikulturali adottata bħal uċuħ tar-raba li għandhom bżonn ilma baxx f’żoni effetwati min-nuqqas ta’ xita
(x) miżuri ta’ effiċenza u użu mil-ġdid, inter alia, promozzjoni ta’ teknoloġiji ta’ effiċenza ta’ l-ilma u tekniki ta’ irrigazzjoni li jiffrankaw l-ilma
(xi) proġetti ta’ kostruzzjoni
(xii) impjanti li jneħħu s-salinità
(xiii) proġetti ta’ rijabilitazzjoni
(xiv) recharge artifiċjali ta’ aquifers
(xv) proġetti edukattivi
(xvi) proġetti ta’ riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni
(xvii) miżuri oħra relevanti
ANNESS VII
PJANIJIET TA’ L-IMMANIĠĠJAR TAL-BAĊIN TAX-XMARA
A. |
Pjanijiet ta’ l-immaniġġjar tal-baċin tax-xmara jridu jkopru l-elementi li jmiss:
|
B. |
L-ewwel aġġornament tal-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara u kull aġġornament sussegwenti għandhom ukoll jinkludu:
|
ANNESS VIII
LISTA INDIKATTIVA TAL-KONTAMINANTI PRINĊIPALI
1. Sustanzi u taħlit organohalogen li jistgħu jiffurmaw dan it-taħlit fl-ambjent akkwatiku.
2. Taħlit organophosphorous.
3. Taħlit organotin.
4. Sustanzi u preparazzjonijiet, jew il-prodotti ta’ tqassim ta’ tip, li ġew pruvati li fihom propjetajiet karċinoġeniċi jew mutaġeniċi jew propjetajiet li jistgħu jaffetwaw riproduzzjoni steroidogenic, thyroid jew funzjonijiet oħra relatati ma’ endocrine ġo, jew via l-ambjent akkwatiku.
5. Idrokarboni persistenti u sustanzi organiċi tossiċi bioakkumulattivi u persistenti.
6. Cyanides.
7. Metalli u t-taħlit tagħhom.
8. Arseniku u t-taħlit tiegħu.
9. Bioċidi u prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti.
10. Materjali f’sospensjoni.
11. Sustanzi li jikkontribwixxu għal ewtrofikazzjoni (partikolarment, nitrati u fosfati).
12. Sustanzi li għandhom influenza mhux favorevoli fuq il-bilanċ tal-ossiġenu (u jistgħu jitkejjlu bl-użu ta’ parametri bħal BOD, COD, eċċ.).
ANNESS IX
VALURI LIMITI TA’ EMMISSJONIJIET U STANDARDS TA’ KWALITÀ AMBJENTALI
Il-“valuri limiti” u “għanijiet ta’ kwalità” imwaqqfa taħt ir-re Direttivi ta’ Direttiva 76/464/KEE jridu jiġu konsidrati bħala l-valuri limiti tal-emmissjonijiet u l-istandards ta’ kwalità ambjentali, rispettivament, għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva. Huma imwaqqfa fid-Direttivi li jmiss:
(i) Id-Direttiva (82/176/KEE) ( 41 ) dwar id-Ħruġ ta’ Merkurju;
(ii) Id-Direttiva (83/513/KEE) ( 42 ) dwar id-Ħruġ ta’ Kadmju;
(iii) Id-Direttiva (84/156/KEE) ( 43 ) dwar il-Merkurju;
(iv) Id-Direttiva (84/491/KEE) ( 44 ) dwar id-Ħruġ tal-Hexachlorocyclohexane; u
(v) Id-Direttiva (86/280/KEE) ( 45 ) dwar id-Ħruġ ta’ Sustanza Perikoluża;
ANNESS X
LISTA TA' SUSTANZI PRIJORITARJI FIL-QASAM TAL-POLITIKA TAL-ILMA
Numru |
Numru CAS (1) |
Numru EU (2) |
Isem tas-sustanza prijoritarja (3) |
Identifikat bħala sustanza perikoluża prijoritarja |
(1) |
15972-60-8 |
240-110-8 |
Alaklor |
|
(2) |
120-12-7 |
204-371-1 |
Antraċen |
X |
(3) |
1912-24-9 |
217-617-8 |
Atrażin |
|
(4) |
71-43-2 |
200-753-7 |
Benżin |
|
(5) |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
Difeniletere brominat (4) |
X (5) |
32534-81-9 |
mhux applikabbli |
Pentabromodifeniletere (numri tal-istess klassi 28, 47, 99, 100, 153 u 154) |
||
(6) |
7440-43-9 |
231-152-8 |
Kadmju u l-komposti tiegħu |
X |
(7) |
85535-84-8 |
287-476-5 |
Kloroalkani, C10-13 (4) |
X |
(8) |
470-90-6 |
207-432-0 |
Klorfenvinfos |
|
(9) |
2921-88-2 |
220-864-4 |
Klorpirifos (Klorpirifos-etil) |
|
(10) |
107-06-2 |
203-458-1 |
1,2-dikloroetan |
|
(11) |
75-09-2 |
200-838-9 |
Diklorometan |
|
(12) |
117-81-7 |
204-211-0 |
Di(2-etileksil)ftalat (DEHP) |
|
(13) |
330-54-1 |
206-354-4 |
Diuron |
|
(14) |
115-29-7 |
204-079-4 |
Endosulfan |
X |
(15) |
206-44-0 |
205-912-4 |
Fluworanten (6) |
|
(16) |
118-74-1 |
204-273-9 |
Eksaklorobenżin |
X |
(17) |
87-68-3 |
201-765-5 |
Eksaklorobutadien |
X |
(18) |
608-73-1 |
210-158-9 |
Eksakloroċikloħexan |
X |
(19) |
34123-59-6 |
251-835-4 |
Isoproturon |
|
(20) |
7439-92-1 |
231-100-4 |
Ċomb u l-komposti tiegħu |
|
(21) |
7439-97-6 |
231-106-7 |
Merkurju u l-komposti tiegħu |
X |
(22) |
91-20-3 |
202-049-5 |
Naftalen |
|
(23) |
7440-02-0 |
231-111-14 |
Nikil u l-komposti tiegħu |
|
(24) |
25154-52-3 |
246-672-0 |
Nonilfenol |
X |
104-40-5 |
203-199-4 |
(4-(para)nonilfenol) |
X |
|
(25) |
1806-26-4 |
217-302-5 |
Oktilfenol |
|
140-66-9 |
mhux applikabbli |
(4-(1,1’,3,3’-tetrametilbutil)-fenol) |
||
(26) |
608-93-5 |
210-172-5 |
Pentaklorobenżin |
X |
(27) |
87-86-5 |
231-152-8 |
Pentaklorofenol |
|
(28) |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
Idrokarburi poliaromatiċi |
X |
50-32-8 |
200-028-5 |
(Benzo(a)piren) |
X |
|
205-99-2 |
205-911-9 |
(Benzo(b)fluworanten) |
X |
|
191-24-2 |
205-883-8 |
(Benzo(g,h,i)perilen) |
X |
|
207-08-9 |
205-916-6 |
(Benzo(k)fluworanten) |
X |
|
193-39-5 |
205-893-2 |
(Indeno(1,2,3-cd)piren) |
X |
|
(29) |
122-34-9 |
204-535-2 |
Simażin |
|
(30) |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
Komposti ta' Tributiltin |
X |
36643-28-4 |
mhux applikabbli |
Katjonu ta' Tributiltin |
X |
|
(31) |
12002-48-1 |
234-413-4 |
Triklorobenżini |
|
(32) |
67-66-3 |
200-663-8 |
Triklorometan (kloroform) |
|
(33) |
1582-09-8 |
216-428-8 |
Trifluralin |
|
(1) CAS: Chemical Abstracts Service. (2) Numru-EU: L-Inventarju Ewropew ta' Sustanzi Kummerċjali Eżistenti (EINECS) jew il-Lista Ewropea ta' Sustanzi Kimiċi Notifikati (ELINCS). (3) Fejn ikunu ntgħażlu gruppi ta' sustanzi, qed jiġu elenkati rappreżentattivi individwali tipiċi bħala parametri indikattivi (fil-parentesi u mingħajr numru). Għal dawn il-gruppi ta' sustanzi, il-parametru indikattiv għandu jiġi definit permezz tal-metodu analitiku. (4) Dawn il-gruppi ta' sustanzi normalment jinkludu numru konsiderevoli ta' taħlit individwali. Attwalment, ma jistgħux jingħataw parametri indikattivi xierqa. (5) Pentabromodifeniletere biss (numru CAS 32534-81-9). (6) Il-fluworanten jinsab fil-lista bħala indikatur ta' idrokarboni poliaromatiċi oħra li huma aktar perikolużi. |
ANNESS XI
MAPPA A
Sistema A: Ekoreġjuni għal xmajjar u lagi
1. Ir-reġjun Iberic-Macaronesian
2. Il-Pirenej
3. l-Italja, Korsika u Malta
4. L-Alpi
5. Il-Balkani Dinaric tal-punent
6. Il-Bakani Elleniċi tal-Punent
7. Il-Balkan tal-Lvant
8. L-artijiet għolja tal-Punent
9. L-Artijiet-għolja Ċentrali
10. Il-Karpatjani
11. L-artijiet il-baxxi tal-Ungerija
12. Il-Provinċja Pontik
13. Il-Pjanuri tal-Punent
14. Il-Pjanuri Ċentrali
15. Il-provinċja Baltika
16. Il-pjanuri tal-Lvant
17. l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq
18. Il-Gran Brittanja
19. L-Islanda
20. L-artijiet l-għolja ta’ Borealik
21. Tundra
22. Fenno-Scandian shield
23. Taiga
24. Il-Kawkasus
25. Dipressjoni Kaspika
MAPPA B
Sistema A: Ekoreġjuni għal ilmijiet temporanji u ilmijiet tal-kosta
1. Oċean Atlantiku
2. Baħar Norveġiż
3. Baħar ta’ Barents
4. Baħar tat-Tramuntana
5. Il-Baħar Baltiku
6. Il-Baħar Mediterran
( 1 ) ĠU Ċ 184, 17.6.1997, p. 20., ĠU Ċ 16, 20.1.1998, p. 14 u ĠU Ċ 108, 7.4.1998, p. 94.
( 2 ) ĠU C 355, 21.11.1997, p. 83.
( 3 ) ĠU C 180, 11.6.1998, p. 38.
( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar ta' l-1999 (ĠU C 150, 28.5.1999, p. 419), ikkonfermata fis-16 ta' Settembru ta' l-1999, u l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-22 t'Ottubru ta' l-1999 (ĠU C 343, 30.11.1999, p. 1). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Settembru 1999 u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru ta' l-1999.
( 5 ) ĠU C 209, 9.8.1988, p. 3.
( 6 ) ĠU C 59, 6.3.1992, p. 2.
( 7 ) ĠU C 49, 28.2.1995, p. 1.
( 8 ) ĠU L 20, 26.1.1980, p. 43. Direttiva kif emendata minn Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48).
( 9 ) ĠU C 355, 25.11.1996, p. 1.
( 10 ) ĠU C 281, 26.9.1996, p. 3.
( 11 ) ĠU L 73, 16.3.1994, p. 19
( 12 ) ĠU L 104, 3.4.1998, p. 1.
( 13 ) ĠU L 240, 19.9.1977, p 1.
( 14 ) ĠU L 67, 12.3.1983, p. 1.
( 15 ) ĠU L 186, 5.8.1995, p. 42.
( 16 ) ĠU L 229, 30.8.1980, p. 11. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 98/83/KE (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).
( 17 ) ĠU C 184, 17.7.1999, p. 23.
( 18 ) ĠU L 129, 18.5.1976, p. 23. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48).
( 19 ) ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26.
( 20 ) ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40. Direttiva kif emendata mil-Kummissjoni 98/15/KE (ĠU L 67, 7.3.1998, p. 29).
( 21 ) ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.
( 22 ) ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1.
( 23 ) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 98/47/KE (ĠU L 191, 7. 7.1998, p. 50).
( 24 ) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
( 25 ) ĠU L 194, 25. 7. 1975, p. 26. Direttiva kif l-aħħar emendat mid-Direttiva 91/692/KEE.
( 26 ) ĠU L 334, 24.12.1977, p. 29. Deċiżjoni kif l-aħħar emendat bl-Att tal-Għaqda 1994.
( 27 ) ĠU 271, 29.10.1979, p. 44. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-1994 Att ta' Għaqda
( 28 ) ĠU L 222, 14.8.1978, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar permezz ta' l-Att dwar l-Għaqda 1994
( 29 ) 29 ĠU L 281, 10.11.1979, p. 47. Direttiva kif emendat mid-Direttiva 91/692/KEE.
( 30 ) ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 98/15/KE (ĠU L 67, 7.3.1998, p. 29).
( 31 ) ĠU L 31, 5.2.1976, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar permezz ta' l-Att dwar l-Għaqda 1994
( 32 ) ĠU L 281, 10.11.1979, p. 47. Direttiva kif emendata minn Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48).
( 33 ) ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.
( 34 ) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 97/62/KE (ĠU L 305, 8.11.1997, p. 42).
( 35 ) ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 97/49/KE (ĠU L 223, 13.8.1997, p. 9).
( 36 ) ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.
( 37 ) ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13.
( 38 ) ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40. Direttiva kif emendat mid-Direttiva 97/11/KE (ĠU L 73, 14.3.1997, p. 5).
( 39 ) ĠU L 181, 8.7.1986, p. 6.
( 40 ) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
( 41 ) ĠU L 81, 27.3.1982, p. 29.
( 42 ) ĠU L 291, 24.10.1983, p. 1.
( 43 ) ĠU L 74, 17.3.1984, p. 49.
( 44 ) ĠU L 274, 17.10.1984, p. 11.
( 45 ) ĠU L 181, 4.7.1986, p. 16.