Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02000L0029-20191214

    Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/29/2019-12-14

    02000L0029 — MT — 14.12.2019 — 028.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    ▼C2

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2000/29/KE

    tat-8 ta' Mejju 2000

    dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

    ▼B

    (ĠU L 169 10.7.2000, p. 1)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

     M1

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2001/33/KE tat-8 ta’ Mejju 2001

      L 127

    42

    9.5.2001

     M2

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2002/28/KE tad-19 ta' Marzu 2002

      L 77

    23

    20.3.2002

     M3

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2002/36/KE tad-29 ta' April 2002

      L 116

    16

    3.5.2002

    ►M4

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/89/KE tat-28 ta’ Novembru 2002

      L 355

    45

    30.12.2002

     M5

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/22/KE tal-24 ta’ Marzu 2003

      L 78

    10

    25.3.2003

     M6

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 806/2003 ta' l-14 ta' April 2003

      L 122

    1

    16.5.2003

     M7

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/47/KE ta’ l-4 ta’ Ġunju 2003

      L 138

    47

    5.6.2003

     M8

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/116/KE ta' l-4 ta' Diċembru 2003

      L 321

    36

    6.12.2003

     M9

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2004/31/KE tas-17 ta' Marzu 2004

      L 85

    18

    23.3.2004

     M10

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2004/70/KE Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-28 ta' April 2004

      L 127

    97

    29.4.2004

    ►M11

    IR-REGOLAMENT (KE) Nru 882/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' April 2004

      L 165

    1

    30.4.2004

     M12

    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2004/102/KE tal-5 ta' Ottubru 2004

      L 309

    9

    6.10.2004

     M13

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2005/15/KE tat-28 ta' Frar 2005

      L 56

    12

    2.3.2005

     M14

    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/16/KE tat-2 ta' Marzu 2005

      L 57

    19

    3.3.2005

     M15

    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/77/KE tal-11 ta’ Novembru 2005

      L 296

    17

    12.11.2005

     M16

    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/14/KE tas-6 ta’ Frar 2006

      L 34

    24

    7.2.2006

     M17

    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/35/KE ta’ l-24 ta’ Marzu 2006

      L 88

    9

    25.3.2006

     M18

    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/41/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007

      L 169

    51

    29.6.2007

     M19

    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/64/KE tas-27 ta’ Ġunju 2008

      L 168

    31

    28.6.2008

     M20

    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/109/KE tat-28 ta' Novembru 2008

      L 319

    68

    29.11.2008

     M21

    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/7/KE tal-10 ta' Frar 2009

      L 40

    12

    11.2.2009

     M22

    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/118/KE tad-9 ta’ Settembru 2009

      L 239

    51

    10.9.2009

    ►M23

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2009/143/KE tas-26 ta’ Novembru 2009

      L 318

    23

    4.12.2009

     M24

    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/1/UE tat-8 ta’ Jannar 2010

      L 7

    17

    12.1.2010

     M25

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/176/UE tad-9 ta’ April 2013

      L 102

    19

    11.4.2013

     M26

    DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/19/UE tas-6 ta’ Frar 2014

      L 38

    30

    7.2.2014

     M27

    DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/78/UE tas-17 ta' Ġunju 2014

      L 183

    23

    24.6.2014

     M28

    DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/83/UE tal-25 ta' Ġunju 2014

      L 186

    64

    26.6.2014

    ►M29

    REGOLAMENT (UE) Nru 652/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta’ Mejju 2014

      L 189

    1

    27.6.2014

    ►M30

    Emendata bi: REGOLAMENT (UE) 2016/2031 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ottubru 2016

      L 317

    4

    23.11.2016

    ►M31

    REGOLAMENT (UE) 2016/2031 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta' Ottubru 2016

      L 317

    4

    23.11.2016

     M32

    DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1279 tal-14 ta' Lulju 2017

      L 184

    33

    15.7.2017

     M33

    DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1920 tad-19 ta' Ottubru 2017

      L 271

    34

    20.10.2017

     M34

    DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/523 tal-21 ta' Marzu 2019

      L 86

    41

    28.3.2019


    Emendata bi:

     A1

    ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea

      L 236

    33

    23.9.2003


    Ikkoreġuta bi:

     C1

    Rettifika, ĠU L 020, 24.1.2008, p.  35 (2000/29/KE)

    ►C2

    Rettifika, ĠU L 175, 4.7.2015, p.  126 (2000/29/KE)




    ▼B

    ▼C2

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2000/29/KE

    tat-8 ta' Mejju 2000

    dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

    ▼B



    Artikolu 1

    ▼M30 M31 —————

    ▼M4

    4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni qrib, mgħaġġla, immedjata u effettiva bejniethom u l-Kummissjoni rigward materji koperti minn din id-Direttiva. Għal dan l-iskop kull Stat Membru għandu jwaqqaf jew jindika awtorità unika li għandha tkun responsabbli, għall-inqas, għall-koordinazzjoni u l-kuntatt rigward dwar dawn il-materji. L-organizzazzjoni uffiċjali tal-protezzjoni tal-pjanti mwaqqfa taħt il-IPPC għandha preferibbilment tiġi indikata għal dan l-iskop.

    Din l-awtorità u kull tibdil ta’ wara għandu jkun nnotifikat lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni.

    Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) l-awtorità unika tista’ tiġi awtorizzata li tassejna jew tiddelega funzjonijiet ta’ koordinazzjoni jew kuntatt, sa fejn jirrelataw għal materji distinti ta’ saħħa tal-pjanti koperti minn din id-Direttiva, lil servizzi ieħor.

    ▼M30 M31 —————

    ▼B

    Artikolu 2

    1.  Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

    ▼M30 M31 —————

    ▼B

    (g) il-korpi uffiċjali responsabbli fl-Istati Membri għandhom ikunu:

    (i) is- ►M4  organizzazzjoni(jiet) ◄ uffiċjali tal-protezzjoni tal-pjanti ta' l-Istat Membru li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1(4); jew

    (ii) kull awtorità stabbilita ta' l-Istat

     fil-livell nazzjonali,

     jew, taħt is-superviżjoni fil-limiti stabbiliti mill-Konstituzzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat, ta' l-awtoritajiet nazzjonali fil-livell reġjonali.

    ▼M23

    Il-korpi uffiċjali responsabbli fi Stat Membru jistgħu, f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali, jiddelegaw id-doveri previsti f'din id-Direttiva li għandhom jitwettqu bl-awtorità u s-superviżjoni tagħhom lil persuna ġuridika, kemm jekk irregolata mil-liġi pubblika kemm jekk mil-liġi privata, bil-kondizzjoni li din il-persuna, u l-membri tagħha, ma jkollhiex interess personali fir-riżultat tal-miżuri li tieħu.

    Il-korpi uffiċjali responsabbli fl-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuna ġuridika msemmija fit-tieni subparagrafu hija, skont il-kostituzzjoni uffiċjali approvata tagħha, fdata esklussivament b'funzjonijiet pubbliċi speċifiċi, bl-eċċezzjoni tal-ittestjar fil-laboratorju li persuna ġuridika bħal din tista’ twettaq anki fejn l-ittestjar fil-laboratorju ma jagħmilx parti mill-funzjonijiet pubbliċi speċifiċi tagħha.

    Minkejja t-tielet subparagrafu, il-korpi uffiċjali responsabbli fi Stat Membru jistgħu jiddelegaw l-ittestjar fil-laboratorju previst f’din id-Direttiva lil persuna ġuridika li ma tikkonformax ma’dik id-dispożizzjoni.

    L-ittestjar fil-laboratorju jista' jkun iddelegat biss jekk il-korp uffiċjali responsabbli jiżgura tul iż-żmien kollu tad-delega li l-persuna ġuridika li lilha huwa jiddelega l-ittestjar fil-laboratorju tista' tiżgura l-imparzjalità, il-kwalità u l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, u li ma jeżisti l-ebda kunflitt ta’ interess bejn l-eżerċizzju tad-doveri delegati lilha u l-attivitajiet l-oħra tagħha.

    ▼B

    L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jkun hemm koperazzjoni mill-qrib bejn il-korpi li hemm referenza dwarhom fil-punt (ii) ta' l-ewwel subparagrafu u dawk li hemm referenza dwarhom fil-punt (i) tiegħu.

    Aktar minn hekk, bi qbil mal-proċedura stabbilita ►M4  fl-Artikolu 18(2) ◄ , persuni legali oħra stabbiliti f'isem il-korp jew il-korpi li hemm referenza dwarhom fil-punt (i) ta' l-ewwel subparagrafu u li jaġixxu taħt l-awtorità u s-superviżjoni ta' korp bħal dan jistgħu jkunu approvati, basta li persuna bħal din ma jkollhiex interess personali fil-ħruġ tal-miżuri li hi tieħu.

    ▼M4

    L-awtorità unika msemmija fl-Artikolu 1(4) għandha tinforma lill-Kummissjoni bil-l-korpi responsabbli uffiċjali ta’ l-Istati Membrii kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħrajn;

    ▼M30 M31 —————

    ▼B

    (i) stqarrija jew miżura għandhom ikunu kkunsidrata uffiċjali jekk ikunu magħmula jew meħuda, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 21:

    ▼M4

     minn rappreżentanti ta’ l-organizzazzjoni uffiċjali nazzjonali tal-protezzjoni tal-pjanti ta’ pajjiż terz jew, taħt ir-responsabbilta’ tagħħom, minn uffiċjali pubbliċi oħrajn li huma teknikament ikkwalifikati u debitament awtorizzati minn dik l-organizzazzjoni uffiċjali nazzjonali tal-protezzjoni tal-pjanti, fil-każ ta’ dikjarazzjonijiet jew miżuri relatati mal-ħruġ ta’ ċertifikati fitosanitarji u ċertifikati fitosanitarji għall-esportazzjoni mill-ġdid, jew l-ekwivalenti elettroniku tagħhom;

    ▼B

     jew minn rappreżentant bħal dan jew minn impjegati tas-servizz pubbliku inkella minn aġenti kkwalifikati impjegati ma' wieħed mill-korpi uffiċjali responsabbli ta' Stat Membru, fil-każi l-oħra kollha, basta li dawk l-aġenti ma jkollhom l-ebda interess personali fir-riżultati tal-miżuri li huma jieħdu u jissodisfaw in-normi minimi tal-kwalifika.

    L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-impjegati tas-servizz pubbliku tagħhom u l-aġenti kkwalifikati jkollhom il-kwalifiki meħtieġa għall-applikazzjoni xierqa ta' din id-Direttiva. Bi qbil mal-proċedura stabbilita ►M4  fl-Artikolu 18(2) ◄ , linji ta' gwida jistgħu jkunu stabbiliti għal dawn il-kwalifiki.

    Il-Kummissjoni għandha, billi taġixxi fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, tħejji programmi Komunitarji, li l-implimentazzjoni tagħhom, hi għandha tissorvelja riġward aktar taħriġ ta' l-impjegati tas-servizz pubbliku u l-aġenti kkwalifikati kkonċernati, fi sforz biex ittella' t-tagħrif u l-esperjenza akkwistata fil-kuntest nazzjonali għal-livell tal-kwalifiki msemmija qabel. Għandha tikkontribwixxi għall-finanzjarjament ta' dan it-taħriġ aktar avvanzat u għandha tipproponi l-inklużjoni ta' l-appropjazzjonijiet meħtieġa għal dak l-għan fil-budget Komunitarju;

    ▼M4

    (j) punt ta’ dħul’ għandu jitqies li tfisser: il-post fejn il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn jinxtraw għall-ewwel darba fit-territorju tad-dwana tal-Komunità: l-ajruport fil-każ ta’ transport bl-ajru, il-port fil-każ ta’ transport marittimu jew fuq ix-xmajjar, l-istazzjon fil-każ ta’ transport bil-ferrovija u l-post ta’ l-uffiċċju tad-dwana risponsabbli għaż-żona fejn il-fruntiera interna tal-Komunità tkun inqasmet, fil-każ ta’ kull transport ieħor;

    (k) korp uffiċjali tal-punt ta’ dħul għandujitqies li tfisser: il-korp uffiċjali fi Stat Membru risponsabbli għall-punt tad-dħul;

    (l) korp uffiċjali tad-destinazzjoni għandu jitqies li tfisser: il-korp uffiċjali responsabbli fi Stat inkarigat biż-żona fejn jinsab il- “korp uffiċjali tal-punt ta’ dħul”;

    (m) uffiċċju tad-dwana tal-punt ta’ dħul għandu jitqies li jfisser: l-uffiċju tal-punt tad-dħul kif definit f’(j) fuq;

    (n) uffiċċju tad-dwana tad-destinazzjoni għandu jitqies li jfisser: l-uffiċċju tad-destinazzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 340b(3) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 ( 1 );

    ▼M30 M31 —————

    ▼M4

    (p) konsenja għandha titqies li tfisser: kwantità ta’ merkanzija koperta minn dokument wieħed meħtieġ għall-fomalitajiet tad-dwana jew għal formalitajiet oħrajn, bħal ċertifikat fitosanitarju wieħed jew dokument alternattiv wieħed jew marka; konsenja tista’ tkun komposta minn lott wieħed jew aktar;

    (q) trattament jew użu approvat mid-dwana għandu jitqies li jfisser: it-trattament jew użi approvati mid-dwana msemmija fil-punt 15 ta’ l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2931/92 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jwaqqaf il-Kodiċi tad-Dwana Komunitarju ( 2 ) minn issa il quddiem msejjaħ il-Kodiċi tad-Dwana Komunitarju);

    (r) transitu għandu jitqies li jfisser: iċ-ċaqliq tal-merkanzija li hija suġġetta għas-sorveljanza mid-dwana minn punt għal ieħor fit-territorju tad-dwana tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 91 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    ▼M30 M31 —————

    ▼B

    Artikolu 11

    ▼M30 M31 —————

    ▼B

    3.  Għal-limitu li l-paragrafu 1 jkun japplika, il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew medja tat-tkabbir ikkonċernati għandhom ikunu s-suġġett ta' wieħed jew aktar mill-miżuri uffiċjali li ġejjin:

     trattament xieraq, segwit bil-ħruġ tal-passaport tal-pjant xieraq bi qbil ma' l-Artikolu 10 jekk ikun meqjus li, bħala riżultat tat-trattament, il-kondizzjonijiet ikunu mwettqa,

     permess għall-moviment, taħt kontroll uffiċjali, għaz-żoni fejn huma ma jippreżentaw l-ebda żieda ta' riskju,

     permess għall-moviment, taħt kontroll uffiċjali, lejn il-postijiet għall-ipproċessar industrijali,

     distruzzjoni,

    Bi qbil mal-proċedura stabbilita ►M4  fl-Artikolu 18(2) ◄ , disposizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni jistgħu jkunu adottati rigward:

     il-kondizzjonijiet li permezz tagħhom waħda jew aktar mill-miżuri li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu għandhom jew m'għandhomx ikunu adottati,

     il-fatturi partikolari ta' u l-kondizzjonijiet għall-miżuri bħal dawn.

    ▼M30 M31 —————

    ▼M4

    Artikolu 12

    1.  L-Istati Membri għandhom jorganizzaw verifiki uffiċjali biex jaċċertaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, partikolarment ma’ l-Artikolu 10(2), li għandhom jitwettqu każwalment u mingħajr ebda diskriminazzjoni rigward l-oriġini tal-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn, u skond dawn id-dispożizzjonijiet:

     verifiki okkażjonali, fi kwalunkwe ħin u post fejn il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn jiċċaqalqu,

     verifiki okkażjonali f’postijiet fejn pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn jiġu mkabbra, prodotti, maħżuna jew offruti għall-bejgħ, kif ukoll fil-post tax-xerrejja,

     verifiki okkażjonali fl-istess ħin bħal kull verifika oħra dokumentarja, li titwettaq għal raġunijiet oħrajn minbarra s-saħħa tal-pjanti.

    Il-verifiki għandhom ikunu regolari f’post elenkat f’reġistru uffiċjali skond l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 13ċ(lb), u jistgħu jkunu regolari f’post elenkat f’reġistru uffiċjali skond l-Artikolu 6(6).

    Il-verifiki għandhom ikunu mmirati jekk ġew skoperti fatti li jissuġġerixxu li xi dispożizzjoni jew aktar ta’ din id-Direttiva ma ntlaħqux.

    2.  Ix-xerrejja kummerċjali ta’ pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn għandhom, bħala utenti finali li professsjonalment jipproduċu l-pjanti, iżommu l-passaporti tal-pjanti relatati għal mhux inqas minn sena u jdaħħlu r-riferenzi fir-reġistri tagħhom.

    L-ispetturi għandhom ikollhom aċċess għall-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħrajn fl-istadji kollha fil-katina tal-produzzjoni u l-bejgħ fis-suq. Għandhom ikunu intitolati li jagħmlu kull investigazzjoni meħtieġa għall-verifiki uffiċjali kkonċernati, inklużi dawk relatati mal-passaporti tal-pjanti u r-reġistri.

    3.  L-Istati Membri jistgħu jiġu assistiti fil-verifiki uffiċjali mill-esperti msemmija fl-Artikolu 21.

    4.  Fejn jiġi stabbilit, bil-verifiki uffiċjali mwettqa skond il-paragrafi 1 u 2, li l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn jippreżentaw riskju ta’ tixrid ta’ organiżmi ta’ ħsara, għandhom ikunu s-suġġett ta’ miżuri uffiċjali skond l-Artikolu 11(3).

    Bla ħsara għan-notifiki u l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom jaċċertaw, fejn il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn konċernati jiġu minn Stat Membru ieħor, li l-awtorità unika ta’ l-Istat Membru riċevitur tinforma mill-ewwel lill-awtorità unika ta’ dak l-Istat Membru u lill-Kummissjoni dwar is-sejbiet u dwar il-miżuri uffiċjali li bi ħsiebha tieħu jew li ħadet. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), tista’ titwaqqaf sistema ta’ informazzjoni standardizzata.

    Artikolu 13

    1.  L-Istati Membri għandhom jaċċertaw, bla preġudizzju għal

     id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(3),13b(1), (2), (3), (4) u (5),

     ir-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fid-derogi li ġew adottati skond l-Artikolu 15(1), f’ miżuri ta’ ekwivalenza adottati skond l-Artikolu 15(2), jew f’ miżuri adottati skond l-Artikolu 16, u

     ftehim speċifiku konkluż dwar materji kkontemplati f’ dan l-Artikolu bejn il-Komunità u pajjiż terz ieħor jew aktar,

    li pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn, elenkati fl-Anness V, Parti B, li jiġu minn pajjiż terz u jidħlu fit-territorju tad-dwana Komunitarju, għandhom, minn meta jidħlu, ikunu ssoġġettati għal sorveljanza mid-dwana skond l-Artikolu 37(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u wkoll għal sorveljanza mill-korpi uffiċjali responsabbli. Jistgħu biss jitqiegħdu taħt waħda mill-proċeduri tad-dwana kif speċifikat fl-Artikolu 4(16)(a), (d), (e), (f), (g) tal-Kodiċi tad-Dwana Komunitarju, jekk il-formalitajiet speċifikati fl-Artikolu 13a gew kompletati skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13ċ(2), sabiex jiġi konkluż, b’riżultat ta’ dawn il-formalitajiet u sa fejn jista’ jiġi ddeterminat:

    (i)

     

     li l-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn m’humiex ikkontaminati minn organiżmi ta’ ħsara elenkati fl-Anness I Parti A, u

     fil-każ ta’ pjanti jew prodotti ta’ pjanti elenkati fl-Anness II, Parti A, li ma jkunux kontaminati

     fil-każ ta’ pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn elenkati fl-Anness IV, Parti A, li jikkonformaw mar-rekwiżiti speċjali rilevanti indikati f’dak l-Anness, jew, fejn jgħodd, ma’ l-għażla ddikjarata fiċ-ċertifikat bis-saħħa ta’ l-Artikolu 13a(4)(b), u

    (ii) li l-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn jiġu akkumpanjati mill-oriġinal rispettiv meħtieġ taċ-“ċertifikat fitosanitarju” uffiċjali meħtieġ jew iċ-“ċertifikat fitosanitarju meħtieġ għall-esportazzjoni” maħruġ skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13a(3) u (4), jew, fejn rilevanti, li l-oriġinali ta’ dokumenti jew marki alternattivi kif speċifikat u permess fid-dispożizzjonijiet li jimplimentaw jakkupanjaw, jew huma mehmuża ma’, jew mod ieħor imqiegħda fuq, l-oġġett ikkonċernat.

    Iċ-ċertifikazzjoni elettronika tista’ tiġi rikonoxxuta, sakemm il-kondizzjonijiet rispettivi speċifikati fid-dispożizzjonijiet li jimplimentaw jintlaħqu.

    Kopji uffiċjalment ċertifikati jistgħu jingħarfu wkoll f’ każijiet eċċezzjonali li għandhom jiġu speċifikati fid-dispożizzjonijiet li jimplimentaw.

    Id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw msemmija f’(ii) fuq jistgħu jiġu addottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

    2.  Il-paragrafu 1 għandu jgħodd f’każijiet ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn maħsuba għal żona protetta, rigward organiżmi ta’ ħsara u u rekwiżiti speċjali elenkati fl-Anness I Parti B, l-Anness II Parti B u l-Anness IV Parti IV rispettivament għal dik iż-żona protetta.

    3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 jew 2 li jiġu minn pajjiż terz u jidħlu fit-territorju tad-dwana Komunitarju, jistgħu miż-żmien tad-dħul tagħhom jiġu suġġettati għas-sorveljanza mill-korpijiet uffiċjali responsabbli, rigward l-ewwel, it-tieni jew it-tielet inċiż tal-paragrafu 1(i). Dawn il-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn jinkludu injam fil-forma ta’ paljol, spacers, pallets jew materjal ta’ l-imballaġġ li huma attwalment użati fit-trasport ta’ oġġetti ta’ kull xorta.

    Fejn il-korp uffiċjali responsabbli juża dik il-fakultà, il-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn ikkonċernati għandhom jibqgħu taħt is-sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1, sakemm ikunu ġew kompletati l-formalitajiet rilevanti sabiex jiġi konkluż, b’riżultat ta’ dawn il-formalitajiet u sa fejn jista’ jiġi ddeterminat, li jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’din id-Direttiva.

    Id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw rigward it-tip ta’ informazzjoni u l-meżż ta’ trasmizzjoni tagħha li għandha tiġi fornita mill-importaturi jew ir-rappreżentanti tagħhom fid-dwana, lill-korpi uffiċjali responsabbli, rigward il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn inklużi t-tipi differenti ta’ injam, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

    4.  Bla ħsara għall-Artikolu 13ċ(2)(a) l-Istati Membri għandhom, jekk hemm riskju ta’ tixrid ta; organiżmi ta’ ħsara, japplikaw ukoll il-paragrafi 1, 2 u 3 għal pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn li jitqiegħdu taħt xi trattament jew użu approvat mid-dwana kif speċifikat fl-Artikolu 4(15)(b), (ċ), (d), (e) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunita jew taħt il-proċeduri tad-Dwana kif speċifikat fl-Artikolu 4(16)(b), (ċ) ta’ dak il-Kodiċi.

    Artikolu 13a

    1.  

    (a) Il-formalitajiet imsemmija fl-Artikolu 13(1) għandhom jikkonsistu f’ispezzjonijiet dettaljati mill-korpi uffiċjali responsabbli għall-inqas dwar:

    (i) kull konsenja ddikjarata, taħt il-formalitajiet tad-dwana, li tikkonsisti fi jew li fiha pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn, imsemmija fl-Artikolu 13(1), (2) jew (3) taħt il-kondizzjonijiet rispettivi, jew

    (ii) fil-każ ta’ konsenja komposta minn lottijiet differenti,, kull lott iddikjarat, taħt il-formalitajiet tad-dwana, li jikkonsisti fi jew li fih dawn il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn.

    (b) L-ispezzjonijiet għandhom jiddeterminaw jekk:

    (i) il-konsenja jew il-lott huma akkumpanjati miċ-ċertifikati rekwiżiti jew id-dokumenti jew marki alternattivi kif speċifikat fl-Artikolu 13(1)(ii) (verifiki dokumentarji),

    (ii) il-konsenja jew il-lot kollu jew f’kampjun rappreżentattiv uniku jew aktar, jikkonsistu fil-, jew fihom il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn iddikjarati fuq id-dokumenti meħtieġa (verifiki dwar l-identità), u

    (iii) il-konsenja jew lot kollu jew f’ kampjun rappreżentattiv uniku jew aktar, jew il-materjal ta’ imballaġġ ta’ l-injam, inkluż l-imballaġġ u fejn xieraq, il-vetturi tat-trasport, jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva, kif speċifikat fl-Artikolu 13(1)(i) (verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti), u jekk jgħoddx l-Artikolu 16(2).

    2.  Il-verifiki dwar l-identità u l-verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti għandhom jitwettqu inqas spiss jekk:

     attivitajiet ta’ ispezzjoni fuq pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn fil-konsenja jew fil-lot diġa’ twettqu fil-pajjiż terz konsenjatur taħt arranġamenti tekniċi msemmija fl-Artikolu 13b(6), jew

     il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn fil-konsenja jew lott huma elenkati fid-dispożizzjonijiet li jimplimentaw adottati għal dan l-iskop skond il-paragrafu 5(b), jew

     il-pjanti, prodotti mill-pjanti ew oġġetti oħrajn fil-konsenja jew lott ġew minn pajjiż terz li għalih jew taħt ftehim komprensivi internazzjonali fitosanitarji bbażati fuq il-prinċipju ta’ trattament reċiproku bejn il-Komunità u pajjiż terz, tissemma dispożizzjoni għal frekwenza mnaqqsa ta’ verifiki dwar identità u saħħa tal-pjanti,

    sakemm ma hemmx raġuni serja biex wieħed jaħseb li r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva ma ntlaħqux

    Il-verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti jistgħu jsiru wkoll inqas spiss, jekk hemm evidenza, miġbura mill-Kummissjoni u ibbażata fuq l-esperjenza meħda minn introduzzjoni qabel ta’ dan il-materjal ta’ l-istess oriġini fil-Komunità kif ikkonfermat mill-Istati Membri kkonċernati kollha, u wara konsultazzjoni fil-Kumitat kif imsemmi fl-Artikolu 18, biex wieħed jemmen illi l-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn fil-konsenja jew fil-lott jikkonformaw mar-rekwiżiti mwaqqfa f’din id-Direttiva, sakemm il-kondizzjonijiet dettaljati speċifikati fid-dispożizzjonijiet li jimplimentaw skond il-paragrafu 5(c) jintlaħqu.

    3.  Iċ-“ċertifikat fitosanitarju” uffiċjali jew iċ-“ċertifikat fitosanitarju għall-esportazzjoni” imsemmi fl-Artikolu 13(1)(ii) għandu jkun inħareġ f’għall-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Komunità u skond il-liġijiet jew regolament tal-pajjiż terz ta’ esportazzjoni jew riesportazzzjoni li jkunu ġew adottati, kemm jekk parti kontraenti jew le, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-IPPC. Għandu jiġu indirizzat lill-“Organizzazzjonijiet tal-Ħarsien tas-Saħħa tal-Pjanti ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea” kif imsemmi fl-Artikolu 1(4), l-ewwel subparagrafu, l-aħħar sentenza.

    Iċ-ċertifikat m’għandux ikun sar aktar minn 14-il jum qabel id-data li fiha l-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn koperti minnu jkunu telqu mill-pajjiż terz li jkun inħareġ fih.

    Għandu jkun fih informazzjoni skond il-mudelli speċifikati fl-Anness tal-IPPC, irrispettivament mill-forma tiegħu.

    Għandu jkun f’wieħed mill-mudelli determinati mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 4. Iċ-ċertifikat għandu jkun inħareġ mill-awtoritajiet awtorizzati għal dan fuq il-bażi tal-liġijiet jew regolamenti tal-pajjiż terz konċernat, kif sottomess, skond id-dispożizzjonijiet tal-IPPC, lid-Direttur Ġenerali tal-FAO, jew fil-każ ta’ pajjiżi terzi li m’humiex membri tal-IPPC, lill-Kummissjoni. Il-Kummisjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar is-sottomissjonijiet li tkun irċeviet.

    4.  

    (a) Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), għandhom jiġu determinati l-mudelli ta’ aċċettazzjoni kif speċifikat f’verżjonijiet differenti ta’ l-Anness tal-IPPC. Skond l-istess proċedura, jistgħu jitwaqqfu speċifikazzjonijiet alternativi għaċ-“ċertifikati fitosanitarji” jew iċ-“ċertifikati fitosanitarji għall-esportazzjoni” għall-pajjiżi terzi li m’humiex membri tal-IPPC.

    (b) Bla ħsara għall-Artikolu 15(4), iċ-ċertifikati, fil-każ tal-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn elenkati fl-Anness IV Parti A Taqsima 1 jew Parti B, għandhom jispeċifikaw, taħt l-intestatura “Dikjarazzjoni Ulterjuri” u fejn rilevanti, liema rekwiżit speċjali minn dawn elenkati bħala alternattivi fil-pożizzjoni rilevanti fil-partijiet differenti ta’ l-Anness IV ġew milħuqa. L-ispeċifikazzjoni għandha tingħata permezz ta’ riferenza għall-pożizzjoni rilevanti fl-Anness IV.

    (ċ) Fil-każ ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn li għalihom jgħoddu rekwiżiti speċjali mniżżla fl-Anness IV, Parti A, jew Parti B, iċ-“ċertifikat fitosanitarju” msemmi fl-Artikolu 13(1)(ii) għandu jkun inħareġ fil-pajjiż terz li fih il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn ikunu oriġinaw (pajjiż ta’ l-oriġini).

    (d) Iżda, fil-każ li r-rekwiżiti speċjali rilevanti jistgħu jintlaħqu wkoll f’ postijiet minbarra dak ta’ l-oriġini, jew fejn ma jgħodd l-ebda rekwiżit speċjali, iċ-“ċertifikat fitosanitarju” jista’ jkun inħareġ fil-pajjiż terz minn fejn ikunu ġew il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn (pajjiż konsenjatur).

    5.  Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet li jimplimentaw sabiex:

    (a) jitwaqqfu proċeduri għat-twettiq ta’ verifiki tas-saħħa tal-pjanti kif imsemmi fil-paragrafu 1(b), punt (iii), inklużi numri minimi u daqsijiet minimI tal-kampjuni,

    (b) jitwaqqfu listi ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn li fuqhom għandhom isiru verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti bi frekwenza mnaqqsa skond il-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, tieni inċiż,

    (ċ) jiġu speċifikati l-kondizzjonijiet dettaljati dwar l-evidenza imsemmija fil-paragrafu 2, tieni subparagrafu, u l-kriterji għat-tip u l-livell tat-tnaqqis tal-verifiki tas-saħħa tal-pjanti.

    Il-Kummissjoni tista’ tinkludi gwidi rigward il-paragrafu 2 fir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(6).

    Artikolu 13b

    1.  L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-konsenji jew il-lottijiet li jiġu minn pajjiż terz, iżda li mhumiex iddikjarati li jikkonsistu f’, jew li fihom, pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn elenkati fl-Anness V, Parti B, jiġu spezzjonati wkoll mill-korpi uffiċjali responsabbli, fejn hemm raġuni serja biex wieħed jaħseb li tali pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn huma preżenti.

    L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li kull meta spezzjoni tad-dwana tiżvela li konsenja jew lott deħlin min pajjiż terz jikkonsistu f’, jew li fihom, pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn elenkati fl-Anness V, Parti B, l-uffiċċju tad-dwana li qed jispezzjona għandu javża minnufih lill-korp uffiċjali ta’ l-Istat Membru tiegħu taħt il-kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 13ċ(4).

    Jekk, fir-riżulat ta’ l-ispejzzjoni mill-korpi uffiċjali responsabbli, jibqgħu dubji dwar l-identità tal-merkanzija, partikolarment rigward il-ġenus tal-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn jew dwar l-oriġini tagħhom, il-konsenja titqies li jkun fija pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn kif elenkat fl-Anness V, Parti B.

    2.  Iżda fejn m’ hemmx riskju ta’ tixrid ta’ organiżmi ta’ ħsara fil-Komunità:

    (a) L-Artikolu 13(1) m’ għandux jgħodd għad-dħul, fil-Komunità, ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn li jiġu mċaqalqa minn punt ieħor fil-Komunità billi jgħaddu mit-territorju ta’ pajjiż terz mingħajr ebda tibdil fl-istat tagħhom tad-dwana (transitu intern),

    (b) L-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 4(1) m’għandhomx jgħoddu għad-dħul, fil-Komunità, ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn li jiċċaqalqu minn punt għall-ieħor f’pajjiż terz jew tnejn u jgħaddu mit-territorju tal-Komunità taħt proċeduri tad-dwana xierqa mingħajr tibdik fl-istat tad-dwana tagħhom.

    3.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 rigward l-Anness III, u kemm-il darba ma hemm l-ebda riskju ta’ tixrid ta’ organiżmi ta’ ħsara fil-Komunità, l-Artikolu 13(1) m’għandux għalfejn japplika għad-dħul, fil-Komunità, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti, ikel jew għalf ta’ l-annimali sa fejn jirrelataw għal pjanti jew prodotti mill-pjanti fejn huma maħsuba għall-użu mill-proprjetarju jew ir-riċevent għal skopijiet mhux industrijali u mhux kummerċjali, jew għall-konsum matul it-trasport.

    Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2) jistgħu jiġu adottati regoli dettaljati li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, inkluża d-determinazzjoni ta’ “kwantitajiet żgħar”.

    4.  L-Artikolu 13(1) m’għandux jgħodd taħt kondizzjonijiet, għad-dħul, fil-Komunità, ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn għall-użu fil-provi, għal skopijiet xjentifiċi jew għal xogħol fuq selezzjonijiet vjarjetali. Il-kondizzjonijiet speċifikati għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2).

    5.  Kemm-il darba m’hemmx riskju ta’ tixrid ta’ organiżmi ta’ ħsara fil-Komunità, Stat Membru jista’ jadotta deroga li l-Artikolu 13(1) ma jgħoddx fil-każijiet individwali speċifiċi għal pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn li jkunu tkabbru, ġew prodotti jew użati fiż-żona tal-fruntiera immedjata ma’ pajjiż terz u introdotti f’dak l-Istat Membru sabiex jinħadmu f’postijiet qrib iż-żona tal-fruntiera tat-territorju tiegħu.

    Meta jagħti tali deroga, l-Istat Membru għandu jispeċifika l-post u isem il-persuna li qed jaħdmu. Tali dettalji, li għandhom jiġu aġġornati b’mod regolari, għandhom ikunu disponibbli għall-Kummissjoni.

    Il-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn li jiffurmaw is-suġġett ta’ deroga taħt l-ewwel subparagrafu għandhom jiġu akkumpanjati minn evidenza dokumentarja tal-post fil-pajjiż terz rilevanti li minnhom joriġinaw dawn il-pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn

    6.  Jista’ jinftiehem illi, f’arranġamenti tekniċi li jkunu saru bejn il-Kummissjoni u l-korpi kompetenti f’ ċerti pajjiżi terzi u approvati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), li attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 13(1)(1) jistgħu wkoll jitwettqu taħt l-awtorità tal-Kummissjoni u skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-Artikolu 21 fil-pajjiż terz konsenjatur, b’ kooperazzjoni mal-organizzazzjoni uffiċjali għall-ħarsien tal-pjanti ta’ dak il-pajjiż.

    Artikolu 13ċ

    1.  

    (a) Il-formalitajiet speċifikati fl-Artikolu 13a(1), l-ispezzjonijiet provduti fl-Artikolu 13b(1) u l-verifiki għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 rigward l-Anness III għandhom jitwettqu fir-rigward tal-, kif speċifikat fil-paragrafu 2, formalitajiet meħtieġa għat-tqegħid taħt proċedura tad-dwana kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) jew l-Artikolu 13(4).

    Għandha sseħħ b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Internazzjoni dwar l-Armonizzazzjoni dwar il-Kontroll fil-Fruntieri tal-Merkanzija, partikolarment l-Anness 4 tagħha kif approvat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1262/84 ( 3 ).

    (b) L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-importaturi, kemm jekk huma produtturi jew le, tal-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn, elenkati fl-Anness V, Parti B, għandhom jiġu inklużi f’reġistru uffiċjali ta’ Stat Membru taħt numru ta’ reġistrazzjoni uffiċjali. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(5), tielet u raba’ subparagrafi, għandhom jgħoddu f’dan is-sens għal tali importaturi.

    (ċ) L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll li:

    (i) l-importaturi, jew ir-rappreżentanti tagħhom fid-dwana, ta’ konsenju li jikkonsistu fi, jew li fihom, pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn, elenkati fl-Anness V Parti B, għandhom jagħmlu riferenza, għall-inqas fuq wieħed mid-dokumenti meħtieġ għat-tqegħid taħt proċedura tad-dwana kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) jew l-Artikolu 13(4) għal tali komposizzjoni tal-konsenja permezz ta’ din l-informazzjoni li ġejja:

     riferenza għat-tip ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn, bl-użu tal-kodiċi tat-“Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej (Taric)”,

     stqarrija “Din il-konsenja fiha prodotti ta’ rilevanza fitosanitarja”, jew kull marka alternattiva kif miftiehem bejn l-uffiċċju tad-dwana tal-punt tad-dħul u l-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul,

     numru ta’ riferenza tad-dokumentazzjoni fitosanitarja meħtieġa,

     numru tar-reġistrazzjoni uffiċjali ta’ l-importatur, kif imsemmi f’(b) fuq;

    (ii) awtoritajiet ta’ l-ajruport, awtoritajiet tal-portijiet jew l-importaturi jew l-operaturi, kif irranġat bejniethom, jagħtu, malli jkunu konxji tal-wasla imminenti ta’ tali konsenji, avviż bil-quddiem tal-punt tad-dħul u tal-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul.

    L-Istati Membri jistgħu japplikaw din id-dispożizzjoni, mutatis mutandis, għal każijiet ta’ transport fuq l-art, partikolarment fejn il-wasla hija mistennija barra mis-sigħat ta’ ħidma normali tal-korp uffiċjali rilevanti jew uffiċċju ieħor kif speċifikat fil-paragrafu 2.

    2.  

    (a) “Verifiki dokumentarji” u wkoll l-ispezzjonijiet kif provdut fl-Artikolu 13b(1) u l-verifiki għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 rigward l-Anness III għandhom isiru mill-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul jew, bi ftehim bejn il-korp uffiċjali responsabbli u l-awtoritajiet tad-dwana ta’ dak l-Istat Membru, mill-uffiċċju tal-punt tad-dħul.

    (b) “Verifiki dwar l-identità” u “verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti” għandhom isiru, mingħajr ħsara għal (ċ) u (d) taħt, mill-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul b’konnessjoni mal-formalitajiet tad-dwana meħtieġa għat-tqegħid taħt proċedura tad-dwana kif imsemmi taħt l-Artikolu 13(1) jew l-Artikolu 13(4), u jew fl-istess post bħal dawn il-formalitajiet, fuq il-post tal-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul jew f’kull post ieħor fil-qrib u indikat jew approvat mill-awtoritajiet tad-dwana u mill-korp uffiċjali responsabbli, minbarra l-post tad-destinazzjoni kif speċifikat taħt (d).

    (ċ) Iżda fil-każ ta’ tranżitu ta’ merkanzija li mhix Komunitarja, l-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul jista’ jiddeċiedi, bi ftehim mal-korp uffiċjali jew il-korpjiet tad-destinazzjoni, li l-“verifiki dwar l-identità” jew il-“verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti” kollha jew parti minnhom għandhom isiru mill-korp uffiċjali tal-post tad-destinazzjoni, jew fuq il-post proprju jew inkella fi kwalunkwe post ieħor fil-qrib u indikat jew approvat mill-awtoritajiet tad-dwana u mill-korp uffiċjali responsabbli, minbarra l-post tad-destinazzjoni kif speċifikat taħt (d). Jekk ma jsir l-ebda ftehim bħal dan, il-“verifika dwar l-identità” jew il-“verifika dwar is-saħħa tal-pjanti” kollha għandha ssir mill-korp uffiċjali fil-punt tad-dħul f’wieħed mill-postijiet speċifikati f’(b).

    (d) Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), xi każijiet jew ċirkostanzi jistgħu jiġu speċifikati li fihom il-“Verifiki dwar l-identità” u “verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti” jistgħu jsiru fil-post tad-destinazzjoni, bħall-post tal-produzzjoni, approvat mill-korp uffiċjali u l-awtoritajiet tad-dwana responsabbli għall-post fejn dak il-post tad-destinazzjoni jinsab, minflok il-postijiet oħrajn imsemmija qabel, kemm-il darba jitħarsu garanziji speċifiċi u dokumenti rigward it-trasport ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn.

    (e) Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), għandhom jitwaqqfu dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni, rigward:

     il-kondizzjonijiet minimi sabiex jitwettqu il-“verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti” taħt (b), (ċ) u (d),

     il-garanziji speċifiċi u dokumenti rigward it-trasport ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn lejn il-postijiet speċifikati f’(ċ) u (d) sabiex jiġi aċċertat illi ma hemm l-ebda riskju ta’ tixrid ta’ organiżmi ta’ ħsara matul it-trasport,

     flimkien ma’ l-ispeċifikazzjoni ta’ każijiet skond (d), garanziji speċifiċi u kondizzjonijiet minimi rigward il-kwalifika tal-post tad-destinazzjoni għall-ħażna u rigward il-kondizzjonijiet tal-ħażna.

    (f) Fil-każijiet kollha, il-“verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti” għandhom jitqiesu parti integrali mill-formalitajiet imsemmija fl-Artikolu 13(1).

    3.  L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li l-oriġinal rispettiv, jew il-forma elettronika taċ-ċertifikati jew tad-dokumenti alternattivi minbarra marki, kif speċifikat fl-Artikolu 13(1)(ii), prodott lill-korp uffiċjali għall-“verifiki dokumentarji” skond id-dispożizzjonijiet ta’ l--Artikolu 13a(1)(b)(i), fuq ispezzjoni, għandu jiġi mmarkat b’ “visa” ta’ dak il-korp, flimkien mad-denominazzjoni tiegħu u d-data tal-preżentata tad-dokument.

    Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), tista’ titwaqqaf sistema standardizzata applikabbli sabiex jiġi aċċertat illi l-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat, fil-każ ta’ pjanti speċifikati maħsuba biex jinżergħu, jintbagħtu ‘l-korp uffiċjali inkarigat f’kull Stat Membru jew żona fejn il-pjanti mill-konsenja huma ddestinati jew ser jinżergħu.

    4.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bil-miktub lista tal-postijiet indikati bħala punti tad-dħul. It-tibdiliet għal din il-lista għandhom jintbagħtu wkoll bil-miktub u mingħajr dewmien.

    L-Istati Membri għandhom iwaqqfu lista tal-postijiet kif speċifikat taħt 2(b) u 2(ċ) u postijiet tad-destinazzjonijiet kif identifikat taħt 2(d) taħt ir-responsabbilità rispettiva tagħhom. Dawn il-listi għandhom ikunu aċċessibbli għall-Kummissjoni.

    Kull korp uffiċjali tal-punt tad-dħul, u kull korp uffiċjali tad-destinazzjoni li jwettaq verifiki dwar l-identità jew dwar is-saħħa tal-pjanti għandu jilħaq ċerti kondizzjonijiet minimi rigward l-infrastruttura, impjegati u tagħmir.

    Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), il-kondizzjonijiet minimi msemmija għandhom jitwaqqfu f’ dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni.

    Skond l-istess proċedura, għandhom jitwaqqfu regoli dettaljati li jikkonċernaw:

    (a) it-tip ta’ dokumenti meħtieġa għat-tqegħid taħt proċedura tad-dwana, li fuqhom għandha ssir l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1(ċ)(i),

    (b) il-kooperazzjoni bejn:

    (i) il-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul u l-korp uffiċjali tad-destinazzjoni,

    (ii) il-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul u l-uffiċċju tad-dwana tal-punt tad-dħul,

    (iii) il-korp uffiċjali tad-destinazzjoni u l-uffiċċju tad-dwana tad-destinazzjoni, u

    (iv) il-korp uffiċjali tal-punt tad-dħul u l-uffiċċju tad-dwana tad-destinazzjoni.

    Dawk ir-regoli għandhom jinkludu formoli mudelli tad-dokumenti li għandhom jintużaw f’dik il-kooperazzjoni, il-mezz ta’ trasmissjoni ta’ dawk id-dokumenti, il-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-korpi uffiċjali u l-uffiċċji msemmija fuq, kif ukoll il-miżuri li għandhom jittieħdu biex tiġi mantnuta l-identità tal-lottijiet u l-konsenji u biex isir salvagwardja kontra r-riskju tat-tixrid ta’ organiżmi ta’ ħsara partikolarment matul it-trasport, sal-kompletazzjoni tal-formalitajiet rekwiżiti tad-dwana.

    ▼M29 —————

    ▼M4

    6.  L-Artikolu 10(1) u (3) għandu jgħodd mutatis mutandis għall-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn imsemmija fl-Artikolu 13 sa fejn huma elenkati fl-Anness V Parti A, u fejn jitqies, fuq il-bażi tal-formalitajiet imsemmija fl-Artikolu 13(1), li l-kondizzjonijiet stabbiliti fih huma milħuqa.

    7.  Meta ma jitqiesx fuq il-bażi tal-formalitajiet imsemmija fl-Artikolu 13(1), li l-kondizzjonijiet stabbiliti fih ġew milħuqa, għandhom jittieħdu miżura uffiċjali waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

    (a) ċaħda tad-dħul fil-Komunità tal-konsenja kollha jew parti minnha,

    (b) ċaqliq taħt sorveljanza uffiċjali, skond il-proċedura xierqa tad-dwana, matul iċ-ċaqliq tagħhom fil-Komunità, lejn destinazzjoni barra mill-Komunità,

    (ċ) tneħħija ta’ prodott infettat/infestat mill-konsenja,

    (d) qirda,

    (e) imposizzjoni ta’ żmien ta’ kwarantina sakemm ikunu disponibbli r-riżultati ta’ l-eżamijiet jew it-testijiet uffiċjali,

    (f) eċċezzjonalment u f’ċirkostanzi speċifiċi biss, it-trattament xieraq fejn jitqies mill-korp uffiċjali responsabbli ta’ l-Istat Membru li, bħala riżultat tat-trattament, il-konduzzjonijiet jintlaħqu u r-riskju tat-tixrid ta’ l-organiżmi ta’ ħsara huwa evitat; il-miżura ta’ trattament xieraq tista’ tittieħdu wkoll rigward organiżmi ta’ ħsara mhux elenkati fl-Anness I jew fl-Anness II.

    L-Artikolu 11(3), it-tieni subparagrafu, għandu jgħodd mutatis Mutandis.

    Fil-każ ta’ ċaħda msemmija f’(a) jew moviment lejn destinazzjoni barra mill-Komunità msemmija f’ (b) jew ta’ tneħħija semmija f’(ċ), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu illi ċ-ċertifikati fitosanitarji jew iċ-ċertifikati fitosanitarji għall-esportazzjoni mill-ġdid, u kull dokument ieħor li ġie prodott meta l-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn ġew sottomessi għall-introduzzjoni fit-territorju tagħhom, jiġu kkanċellati mill-korp uffiċjali responsabbli. Malli ssir il-kanċellazzjoni, dawn iċ-ċertifikati jew dokumentu għandhom jkollhom fuq il-wiċċ u f’ pożizzjoni prominenti timbru aħmar forma ta’ trijangolu, immarkat “ċertifikat ikkanċellat” jew “dokument ikkanċellat” mill-korp uffiċjali, flimkien mad-denominazzjoni tiegħu u d-data taċ-ċaħda, tal-bidu tal-moviment lejn destinazzjoni barra millKomunità jew tat-tneħħija. Għandu jkun b’ittri kbar, u f għall-inqas lingwi uffiċjali minn tal-Komunità.

    8.  Mingħajr preġudizzju għan-notifikazzjonijiet u informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 16, l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-korpi uffiċjali responsabbli jinformaw lill-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tal-pjanti tal-pajjiż terz ta’ l-oriġini jew il-pajjiż terz konsenjatur u lill-Kummissjoni dwar il-każijiet kollha fejn il-pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn li ġejjin mill-pajjiż terz rilevanti li ġew interċettati bħala li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-pjanti, u r-raġunijiet għall-interċettazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-azzjoni li jista’ jieħu jew li ħa l-Istat Membru rigward il-konsenja interċettata. L-informazzjoni għandha tingħata mill-aktar fis possibbli sabiex l-organizzazzjonijiet tal-ħarsien tas-saħħa tal-pjanti kkonċernati u fejn xieraq, il-Kummissjoni wkoll, jistgħu jistudjaw il-każ bil-perspettiva, partikolarment, li jieħdu l-passi neċessarji biex jipprevjenu okkorrenzi oħrajn simili għal dik li tkun ġiet interċettata. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), tista’ titwaqqaf sistema ta’ informazzjoni standardizzata.

    Artikolu 13d

    1.  L-Istati Membri għandhom jaċċertaw il-kollezzjoni tat-drittijiet (dritt fitoasanitarju) sabiex jiġu koperti li-ispejjeż li jsiru minħabba l-verifiki fitonsanitarji, il-verifiki dwar l-identità u l-verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti provduti fl-Artikolu 13a(1), li jitwettqu skond l-Artikolu 13. Il-livell tad-dritt għandu jirrifletti:

    (a) is-salarji, inkluża s-sigurtà soċjali, ta’ l-ispetturi involuti f’dawn il-verifiki;

    (b) l-uffiċċju, il-faċilitajiet l-oħrajn, għodda u tagħmir għal dawn l-ispetturi;

    (ċ) it-teħid tal-kampjuni għall-ispezzjoni viżiva jew għal testijiet fil-laboratorju;

    (d) testijiet tal-laboratorju;

    (e) l-attivitajiet amministrativi (inklużi spejjeż operazzjonali) meħtieġa għat-twettiq tal-verifiki kkonċernati effettivament, li jistgħu jinkludu l-ispejjeż meħtieġa għat-taħriġ qabel u waqt is-servizz għall-ispetturi.

    2.  L-Istati Membri jistgħu jew jiffissaw il-livell tad-dritt fitosanitarju fuq il-bażi ta’ kalkolu dettaljat ta’ l-ispejjeż imwettqa skond il-paragrafu 1, jew japplikaw id-dritt applikabbli kif speċifikat fl-Anness VIIIa.

    Fejn, skond l-Artikolu 13a(2), għal xi grupp ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn li joriġinaw minn xi pajjiżi terzi, il-verifiki dwar l-identità u l-verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti ikunu qed jitwettqu anqas spiss, l-Istati Membri għandhom jiġbru dritt fitosanitarja mnaqqsa proporzjonatament mill-konsenji u l-lottijiet ta’ dak il-grupp, kemm jekk ikunu ġew spezzjonati jew le.

    Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(2), jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet għall-mplimentazzjoni biex jiġi speċifikat il-livell ta’ dan id-dritt Fitosanitarju mnaqqas.

    3.  Meta t-tariffa Fitosanitarja titwaqqaf minn Stat Membru fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż li jkun għamel il-korp uffiċjali responsabbli ta’ dak l-Istat Membru, l-Istati Membri konċernati għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni rapporti li jispeċifikaw il-metodu għall-kalkolazzjoni tad-drittijiet rigward l-elementi elenkati fil-paragrafu 1.

    Kull dritt impost skond l-ewwel subparagrafu m’għandux ikun ogħla mill-ispiża attwali magħmula mill-korp uffiċjali responsabbli ta’ dak l-Istat Membru.

    4.  M’għandhiex tkun permessa l-ebda rifużjonidiretta jew indiretta għad-drittijiet provduti f’din id-Direttiva. Iżda l-applikazzjoni possibbli minn Stat Membru tat-tariffa applikabbli kif speċifikat fl-Anness VIIIa m’għandhiex titqies bħala rifużjoniindiretta.

    5.  Id-dritt standard applikabbli speċifikat fl-Anness VIIIa huwa mingħajr preġudizzju għal drittijiet żejda biex jiġu koperti spejjez addizzjonali li jkunu saru fl-attivitajiet speċjali relatati mal-verifiki, bħal vjaġġar eċċezzjonali mill-ispetturi jew perijodi ta’ stennija ta’ l-ispetturi minħabba dewmien fil-wasla tal-konsenji barra mill-iskeda, verifiki li jsiru wara l-ħin normali, verifiki supplementari jew testjar fil-laboratorju meħtieġ minbarra dak provdut fl-Artikolu 13 għall-konferma tal-konklużjonijiet li jkunu saru mill-verifiki, miżuri fitosanitarji speċjali meħtieġa taħt atti Komunitarji fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 15 jew 16, miżuri li ttieħdu skond l-Artikolu 13ċ(7), jew it-traduzzjoni tad-dokumenti meħtieġa.

    6.  L-Istati Membri għandhom jindikaw l-awtoritajiet li għandhom l-awtorità li jitolbu d-dritt Fitosanitarju. It-tariffa għandha titħallas mill-importatur, jew ir-rappreżentanti tiegħu tad-dwana.

    7.  It-dritt Fitosanitarju għandu jissostitwixxi t-tariffi jew drittijiet kollha l-oħrajn miżmuma mill-Istati Membru fuq livell nazzjonali, reġjunali jew lokali għall-verifiki msemmija fil-paragrafu 1, u l-attestazzjoni tagħhom.

    ▼M30 M31 —————

    ▼M4 —————

    ▼M30 M31 —————

    ▼B

    Artikolu 21

    1.  Għall-għanjiet biex tkun aċċertata l-applikazzjoni korretta u uniformi ta' din id-Direttiva, u mingħajr preġudizzju għall-ivverifikar imwettaq permezz ta' l-Awtorità ta' l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' torganizza verifikar li għandu jitwettaq minn esperti taħt l-Awtorità tagħha f'dak li jirrigwarda d-dmirijiet elenkati fil-paragrafu 3, fuq, jew 'il barra mill-post, bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

    Meta vverifikar bħal dan ikun imwettaq fi Stat Membru, dan għandu jsir b'koperazzjoni ma' l-organizzazzjoni uffiċjali tal-protezzjoni tal-pjanti ta' dak l-Istat Membru hekk kif speċifikat fil-paragrafi 4 u 5 u bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 7.

    2.  L-esperti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu:

     impjegati mill-Kummissjoni,

     impjegati mill-Istati Membri, u mqiegħda għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni fuq bażi temporanja jew ad hoc.

    Huma għandhom ikunu akkwistaw, mill-anqas fi Stat Membru wieħed, il-kwalifiki meħtieġa għall-persuni inkarigati biex iwettqu u jimmonitorjaw l-inspezzjonijiet uffiċjali tas-saħħa tal-pjanti.

    ▼M4

    3.  L-eżamijiet msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jitwettqu fil-każ ta' dawn l-attivitajiet li ġejjin:

     eżamijiet ta’ sorveljanza skond l-Artikolu 6,

     iwettqu l-verifiki uffiċjali skond l-Artikolu 12(3),

     sorveljanza jew, fil-qafas tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ħames subparagrafu tal-paragrafu 5, twettiq b’ kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri u spezzjonijiet skond l-Artikolu 13(1),

     twettiq jew sorveljanza ta’ l-attivitajiet speċifikati fl-arranġamenti tekniċi msemmija fl-Artikolu 13b(6),

     twettiq ta’ l-investigazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15(1), 15(2) u fl-Artikolu 16(3),

     attivitajiet ta’ sorveljanza meħtieġa skond id-dispożizzjonijiet li jwaqqfu l-kondizzjonijiet li taħthom xi organiżmi ta’ ħsara, pjanti, prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħrajn jistgħu jiġu introdotti fil, jew jiċċaqalqu ġewwa il-Komunità jew xi żoni mħarsa minnha, għal skopijiet ta’ provi jew xjentifiċi jew għal ħidma fuq għażla varjetali msemmija fl-Artikoli 3(9), 4(5), 5(5) u 13b(4),

     attivitajiet ta’ sorveljanza meħtieġa skond awtorizzazzjonijiet mogħtija skond l-Artikolu 15, taħt miżuri meħuda minn Stati Membri skond l-Artikolu 16(1) jew (2), jew skond miżuri adottati bis-saħħa ta’ l-Artikolu 16(3) or (5),

     assistenza lill-Kummissjoni fl-affarijiet imsemmija fil-paragrafu 6,

     twettiq ta’ kull dover ieħor assenjat lill-esperti fir-regoli dettaljati msemmija fil-paragrafu 7.

    ▼B

    4.  Għall-għan tad-doveri stabbiliti fil-paragrafu 3, l-esperti li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 jistgħu:

     iżuru l-mixtliet, l-irziezet u l-postijiet l-oħra fejn il-pjanti, il-prodotti tal-pjanti jew l-oġġetti l-oħra huma jew kienu mkabbra, ipproduċuti, ipproċessati jew maħżuna,

     iżuri postijiet fejn l-eżamijiet bis-saħħa ta' l-Artikolu 6 jew l-ispezzjonijiet permezz ta' l-Artikolu 13 ikunu mwettqa,

     jikkonsultaw l-uffiċjali ta' l-organizzazzjonijiet uffiċjali tal-protezzjoni tal-pjanti ta' l-Istati Membri,

     jakkumpanjaw lill-ispetturi nazzjonali ta' l-Istati Membri meta dawn iwettqu l-attivitajiet għall-iskopijiet li japplikaw din id-Direttiva.

    5.  Permezz tal-koperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, l-organizzazzjoni uffiċjali tal-protezzjoni tal-pjanti ta' dak l-Istat Membru għandha tingħata avviż suffiċenti bil-quddiem tad-dover biex jippermetti li l-arranġamenti meħtieġa jsiru.

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jassiguraw li l-obbjettivi u l-effettività ta' l-inspezzjonijiet ma jkunux imfixkla. Għandhom jaċċertaw li l-esperti jkunu jistgħu jwettqu d-dmirjijiet tagħhom mingħajr tfixkil, u għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jipprovdulhom, fuq it-talba tagħhom, bil-faċilitajiet neċessarji disponibbli, inkluż it-tagħmir tal-laboratorju u l-personal tal-laboratorju. Il-Kummissjoni għandha tassigura r-rifondi ta' l-ispejjeż li jirriżultaw minn talbiet bħal dawn, fil-limiti ta' l-approprjazzjonijiet disponibbli għal dak l-għan fil-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropeja. ►M4   Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tgħodd għal spejjeż li jirriżultaw mit-tipi tar-rikjesti li ġejjin magħmula fl-okkażjoni tal-parteċipazzjoni ta’ dawn l-esperti fl-ispezzjonijiet ta’ l-importazzjoni ta’ l-Istati Membri: testjar fil-laboratorju u teħid tal-kampjuni għall-ispezzjoni viżiva jew għat-testjar fil-laboratorju, diġa’ koperti mid-dittijiet msemmija fl-Artikolu 13d. ◄

    L-esperti għandhom, kull meta l-leġislazzjoni nazzjonali hekk teħtieġ, ikunu awtorizzati kif xieraq minn organizzazzjoni uffiċjali tal-protezzjoni tal-pjanti ta' l-Istat Membru kkonċernat u li josservaw ir-regoli u l-prattiċi imposti fuq l-uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.

    Meta x-xogħol ikun jikkonsisti fil-monitoraġġ ta' l-eżamijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 6, fil-monitoraġġ ta' l-ispezzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 13(1), jew li jagħmlu l-investigazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 15(1) u fl-Artikolu 16(3), l-ebda deċiżjoni ma tista' tittieħed fuq il-post. L-esperti għandhom jirrappurtaw lejn il-Kummissjoni dwar l-attivitajiet tagħhom u s-sejbiet tagħhom.

    Meta d-dover ikun jikkonsisti fit-twettiq ta' l-ispezzjonijiet permezz ta' l-Artikolu 13(1), dawk l-ispezzjonijiet għandhom ikunu integrati fi programm stabbilit ta' spezzjoni u r-regoli tal-produttur stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat għandhom ikunu b'konformità; b'dan kollu, fil-każ ta' spezzjoni konġunta, l-Istat Membru kkonċernat għandu biss jippermetti l-introduzzjoni ta' konsenja ġewwa l-Komunità jekk l-organizzazzjoni tagħha tal-protezzjoni tal-pjanti u l-Kummissjoni huma bi qbil. Bi qbil mal-proċedura stabbilita ►M4  fl-Artikolu 18(2) ◄ , din il-kondizzjoni għandha tkun estiża għall-ħtiġiet irrevokabbli oħra applikati għall-konsenji qabel l-introduzzjoni fill-Komunità jekk l-esperjenza turi li estenzjoni bħal din tkun meħtieġa. Jekk l-espert tal-Komunità u l-ispettur nazzjonali jonqsu milli jaqblu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu kwalunkwe miżuri temporanji meħtieġa, sa kemm ikun hemm deċiżjoni definitiva.

    Fil-każijiet kollha, disposizzjonijiet nazzjonali f'dak li jirrigwardja l-proċedimenti kriminali u l-penalitajiet amministrativi, għandhom japplikaw bi qbil mal-proċeduri normali. Meta l-esperti jidentifikaw suspettat ta' ksur tad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, dan għandu jkun innotifikat lejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat.

    ▼M30 M31 —————

    ▼M29 —————

    ▼M30 M31 —————

    ▼M11

    Artikolu 27a

    Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 tagħha, l-Artikoli 41 sa 46 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar kontrolli uffiċjali imwettqa biex tiġi żgurata l-vetifikazzjoni tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta' l-annimali u r-regoli dwar il-welfare ta' l-annimali ( 4 ) għandhom japplikaw, kif xieraq.

    ▼M30 M31 —————

    ▼M4




    L-ANNESS VIIIa

    Id-dritt bapplikabbli msemmi fl-Artikolu 13d(2) għandha tiġi ddeterminata fil-livelli li ġejjin:



    (f' FUR)

    Oġġett

    Kwantità

    Prezz

    (a)  għal verifiki dokumentarji

    Għal kull konsenja

    7

    (b)  għal verifiki dwar l-identità

    għal kull konsenja

     

    —  sad-daqs ta’ tagħbija ta’ trakk, tagħbija tal-vagun tal-ferrovija jew it-tagħbija ta’ kontejner ta’ daqs paragunabbli

    7

    —  ikbar mid-daqs imsemmi fuq

    14

    (ċ)  għal verifiki dwar is-saħħa tal-pjanti, skond dawn l-ispeċifikazzjonijiet:

     

     

    —  Qtugħ, żrieragħ (minbarra materjal riproduttiv tal-ħidma fil-foresti), pjanti żgħar tal-frawli jew tal-ħaxix

    Għal kull konsenja

     

    —  sa numru ta' 10 000

    17,5

    —  għal kull 1,000 unità addizzjonali

    0,7

    —  prezz massimu

    140

    —  arbuxxelli, siġar (minbarra siġar tal-Milied maqtugħ), pjanti tan-nursery ta' l-injam ieħor, inkluż materjal riproduttiv tal-ħidma fil-foresti (other than seed)

    Għal kull konsenja

     

    —  sa numru ta’ 1 000

    17,5

    —  għal kull 100 unità addizzjonali

    0,44

    —  prezz massimu

    140

    —  basal, basal tal-qasab, riżomi, tuberi, maħsuba għaż-żrigħ (minbarra t-tuberi tal-patata)

    Għal kull konsenja

     

    —  sa numru ta’ 1 000

    17,5

    —  għal kull 100 unità addizzjonali

    0,44

    —  prezz massimu

    140

    —  żerriegħa, kulturi tat-tessut

    Għal kull konsenja

     

    —  sa numru ta’ 1 000

    7,5

    —  għal kull 100 unità addizzjonali

    0,175

    —  prezz massimu

    140

    —  pjanti oħrajn maħsuba li jinżergħu, mhux speċifikati band' oħra f'din it-tabella

    Għal kull konsenja

     

    —  sa numru ta’ 5 000

    17,5

    —  għal kull 100 unità addizzjonali

    0,18

    —  prezz massimu

    140

    —  fjuri maqtugħin

    Għal kull konsenja

     

    —  sa numru ta’ 20 000

    17,5

    —  għal kull 1000 unità addizzjonali

    0,14

    —  prezz massimu

    140

    —  fergħat bil-weraq, partijiet minn koniferi (minbarra siġar tal-Milied maqtugħ)

    Għal kull konsenja

     

    —  sa kull 100 kg fil-piż

    17,5

    —  għal kull 100 kg oħra

    1,75

    —  prezz massimu

    140

    —  siġar tal-Milied maqtugħ

    Għal kull konsenja

     

    —  sa numru ta’ 1 000

    17,5

    —  għal kull 100 unita' żejda

    1,75

    —  prezz massimu

    140

    —  weraq tal-pjanti, bħal erbi, ħwawar u ħaxix bil-weraq

    Għal kull konsenja

     

    —  sa piż ta’ 100 kg

    17,5

    —  għal kull 10 kg addizzjonali

    1,75

    —  prezz massimu

    140

    —  frott, ħaxix (minbarra ħaxix bil-weraq)

    Għal kull konsenja

     

    —  sa piż ta’ 25 000 kg

    17,5

    —  għal kull 1 000 kg addizzjonali

    0,7

    —  tuberi tal-patata

    Għal kull lott

     

    —  għal kull 25 000 kg

    52,5

    —  addizzjonali

    52,5

    —  injam (minbarra l-qoxra tas-siġar)

    Għal kull konsenja

     

    —  sa volum ta’ 100 m3

    17,5

    —  għal kull m3addizzjonali

    0,175

    —  ħamrija u meżżi oħrajn tat-tkabbir, qoxra tas-siġar

    Għal kull konsenja

     

    —  sa piż ta’ 25 000 kg

    17,5

    —  għal kull 1 000 kg addizzjonali

    0,7

    —  prezz massimu

    140

    —  qamħ

    Għal kull konsenja

     

    —  sa piż ta’ 25 000 kg

    17,5

    —  għal kull 1 000 kg addizzjonali

    0,7

    —  prezz massimu

    700

    —  pjanti jew prodotti mill-pjanti oħrajn mhux speċifikati band'oħra f'din it-tabella

    Għal kull konsenja

    17,5

    Fejn konsenja ma tikkonsistix esklussivament minn prodotti li jaqgħu taħt id-deskrizzjoni ta’ l-inċiż rilevanti, dawk il-partijiet minnu li jikkonsistu f’prodotti li jiġu taħt id-deskrizzjoni ta’ l-inċiż riilevanti (lott jew lottijiet) għandhom jiġu ttrattati bħala konsenja separata.

    ▼M30 M31 —————



    ( 1 ) ĠU L 126, tat-12.5.1984, p. 1.

    ( 2 ) ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2787/2000 (ĠU L 330, tas-27.12.2000, p. 1).

    ( 3 ) ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).

    ( 4 ) ĠU L 165, tat-30.4.2004, p. 1.

    Top