This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02000D0518-20161217
Commission Decision of 26 July 2000 pursuant to Directive 95/46/EC of the European Parliament and of the Council on the adequate protection of personal data provided in Switzerland (notified under document number C(2000) 2304) (Text with EEA relevance) (2000/518/EC)
Consolidated text: Id-Decizjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Lulju 2000 skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta' data personali pprovduta fl-Isvizzera (notifikata taħt dokument numru C(2000) 2304) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2000/518/KE)
Id-Decizjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Lulju 2000 skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta' data personali pprovduta fl-Isvizzera (notifikata taħt dokument numru C(2000) 2304) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2000/518/KE)
02000D0518 — MT — 17.12.2016 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DECIZJONI TAL-KUMMISSJONI tas-26 ta' Lulju 2000 skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta' data personali pprovduta fl-Isvizzera (notifikata taħt dokument numru C(2000) 2304) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 215 25.8.2000, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
L 344 |
83 |
17.12.2016 |
ID-DECIZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta' Lulju 2000
skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata ta' data personali pprovduta fl-Isvizzera
(notifikata taħt dokument numru C(2000) 2304)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2000/518/KE)
Artikolu 1
Għall-għanijiet tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 95/46/KE, għall-attivitajiet kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva, l-Isvizzera hija kkunsidrata li tipprovdi livell adegwat ta' protezzjoni għal data personali trasferita mill-Komunità.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna biss l-adegwatezza tal-protezzjoni provduta fl-Isvizzera bil-għan li tissodisfa l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 95/46/KE u ma taffettwax kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet oħra li jimplimentaw dispożizzjonijiet oħra ta' dik id-Direttiva li għandhom x'jaqsmu ma’ l-ipproċessar ta' data personali fi ħdan l-Istati Membri.
Artikolu 3
Kull meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva 95/46/KE b'mod li jwasslu għas-sospensjoni jew il-projbizzjoni definittiva ta' flussi ta' dejta lejn l-Iżvizzera sabiex jipproteġu individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom, l-Istati Membri kkonċernati għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni li tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 3a
1. Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi kontinwa, timmonitorja żviluppi fl-ordni ġuridiku Żvizzeru li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament ta' din id-Deċiżjoni, inklużi l-iżviluppi dwar l-aċċess għal dejta personali minn awtoritajiet pubbliċi, bl-għan li jiġi evalwat jekk l-Iżvizzera tkompli tiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-dejta personali.
2. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin b'każijiet fejn l-azzjoni tal-korpi responsabbli milli jiżguraw il-konformità mal-istandard ta' protezzjoni fl-Iżvizzera tonqos milli tiżgura t-tali konformità.
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinformaw lil xulxin bi kwalunkwe indikazzjoni li l-interferenzi mill-awtoritajiet pubbliċi Żvizzeri responsabbli għas-sigurtà nazzjonali, l-infurzar tal-liġi jew interessi pubbliċi oħra mad-dritt tal-individwi għall-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom imorru lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju, jew li ma hemm l-ebda protezzjoni legali effettiva kontra t-tali interferenzi.
4. Jekk l-evidenza turi li livell adegwat ta' protezzjoni m'għadux żgurat, inkluż f'sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità Żvizzera kompetenti u, jekk ikun meħtieġ, tipproponi abbozz ta' miżuri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 95/46/KE bil-għan li din id-Deċiżjoni tiġi rrevokata jew sospiża jew li jiġi llimitat l-iskop tagħha.
Artikolu 4
1. Din id-Deċiżjoni tista’ tiġi emendata fi kwalunkwe ħin fid-dawl ta' l-esperjenza dwar it-tħaddim tagħha jew ta' bidliet fil-leġislazzjoni Svizzera.
Il-Kummissjoni għandhom tevalwa t-tħaddim ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' l-informazzjoni disponibbli, tlett snin wara n-notifika tagħha lill-Istati Membri u tirrapporta kwalunkwe sejbiet pertinenti lill-Kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE, inkluż kwalunkwe evidenza li tista’ taffettwa s-sejba fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni li l-protezzjoni fl-Isvizzera hija adegwata fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE u kwalunkwe evidenza li din id-Deċiżjoni qed tkun implimentata b'mod diskriminatorju.
2. Il-Kummissjoni għandha, jekk neċessarju, tippreżenta abbozzi ta' miżuri bi qbil mal-proċedura stabbilita bl-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE.
Artikolu 5
L-Istati Membri għndhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni l-aktar tard sat-tmiem ta’ perjodu ta’ 90 ġurnata min-notifika tagħha lill-Istati Membri.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.