EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01999R1726-20080101

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999 tas-7 ta' Lulju 1999 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-istatistika strutturali tad-dħul u ta' l-ispejjeż ta' l-impjieg fir-rigward tad-definizzjoni u t-trasmissjoni ta' l-informazzjoni fuq l-ispejjeż ta' l-impjieg

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1726/2008-01-01

1999R1726 — MT — 01.01.2008 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1726/1999

tas-7 ta' Lulju 1999

li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-istatistika strutturali tad-dħul u ta' l-ispejjeż ta' l-impjieg fir-rigward tad-definizzjoni u t-trasmissjoni ta' l-informazzjoni fuq l-ispejjeż ta' l-impjieg

(ĠU L 203, 3.8.1999, p.28)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1737/2005 tal-21 ta’ Ottubru 2005

  L 279

11

22.10.2005

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 973/2007 ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007

  L 216

10

21.8.2007




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1726/1999

tas-7 ta' Lulju 1999

li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 dwar l-istatistika strutturali tad-dħul u ta' l-ispejjeż ta' l-impjieg fir-rigward tad-definizzjoni u t-trasmissjoni ta' l-informazzjoni fuq l-ispejjeż ta' l-impjieg



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 ( 1 ) tad-9 ta' Marzu 1999 dwar l-istatistika strutturali tad-dħul u ta' l-ispejjeż ta' l-impjieg u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

(1)

Billi, skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nu 530/99 huma neċessarji miżuri implementattivi dwar id-definizzjoni u l-analiżi statistika tal-informazzjoni li għanda tingħata u dwar il-format tekniku xieraq għat-trasmissjoni tar-riżultati,

(2)

Billi l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika li twaqqaf mid-deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom ( 2 ),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



L-Artikolu 1

Definizzjoni u qsim ta' l-informazzjoni

Skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 530/1999, l-Istati Membri jridu jagħtu informazzjoni dwar il-varjabbli elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Għal dan il-għan, id-definizzjonijiet tal-varjabbli huma stipulati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Format tekniku għat-trasmissjoni tar-riżultati

Il-format tekniku xieraq li għandu jintuża għat-trasmissjoni tar-riżultati huwa stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

▼M2

Artikolu 2a

Miżuri tranżizzjonali għall-implimentazzjoni ta’ NACE Rev. 2

L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) ir-riżultati ta’ l-istħarriġ dwar l-ispiża tax-xogħol b’referenza għas-sena kalendarja 2008 skond in-NACE Rev. 2 u kif ukoll in-NACE Rev. 1.1, fejn dan ta’ l-aħħar huwa obbligatorju biss għat-Tabella A u fil-livell tat-taqsima tan-NACE Rev. 1.1.

▼B

L-Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS I

LISTA TAL-VARJABBLI

Statistika strutturali ta’ l-ispejjeż tax-xogħol

Tabella A

Informazzjoni nazzjonali

Tabella B

Informazzjoni nazzjonali skond id-daqs ta’ l-intrapriża

Tabella C

Informazzjoni reġjonali

Għall-varjabbli elenkati hawn taħt, għandhom ikunu pprovduti jew it-Tabella A biss jew it-tliet tabelli. Il-kunsinna mandatorja hija indikata permezz ta’ “m” u l-kunsinna mhux obbligatorja permezz ta’ “o”. Il-kodiċi tat-trasmissjoni li jappartjenu għall-kategoriji differenti ta’ varjabbli kwalitattivi jew id-daqs tal-klassijiet tal-varjabbli kwantitattivi huma stabbiliti mill-Eurostat f’dokument ta’ implimentazzjoni.



Varjabbli

A Biss

A – C (1)

A.  Numru ta’ impjegati

A.1  In-numru totali ta’ impjegati

 

m

A.11  Impjegati full-time (esklużi l-apprendisti)

 

m

A.12  Impjegati part-time (esklużi l-apprendisti)

 

m

A.121  Impjegati part-time mibdula f’unitajiet full-time (esklużi l-apprendisti)

 

m

A.13  Apprendisti

 

m

A.131  Apprendisti mibdula f’unitajiet full-time

 

m

B.  Is-sigħat maħduma

B.1  Sigħat maħduma mill-impjegati kollha

 

m

B.11  Sigħat maħduma mill-impjegati full-time (esklużi l-apprendisti)

 

m

B.12  Sigħat maħduma mill-impjegati part-time (esklużi l-apprendisti)

 

m

B.13  Sigħat maħduma mill-apprendisti

 

m

C.  Is-sigħat imħallsa

C.1  Total ta’ sigħat imħallsa

m

 

C.11  Sigħat imħallsa lill-impjegati full-time (esklużi l-apprendisti)

m

 

C.12  Sigħat imħallsa lill-impjegati part-time (esklużi l-apprendisti)

m

 

C.13  Sigħat imħallsa lill-apprendisti

m

 

D.  It-total ta’ l-ispejjeż tax-xogħol (għad-dettalji ara l-Figura 1 aktar ’l isfel)

D.1  Kumpens lill-impjegati

 

m

D.11  Pagi u salarji (għad-dettalji ara l-Figura 2 aktar ’l isfel)

 

m

D.111  Pagi u salarji (esklużi l-apprendisti)

 

m

D.1111  Ħlas dirett, bonuses u allowances

 

m

D.11111  Ħlas dirett, bonuses u allowances imħallsa f’kull perjodu tal-paga

m

 

D.11112  Ħlas dirett, bonuses u allowances mhux imħallsa f’kull perjodu tal-paga (2)

m

 

D.1112  Pagamenti fi skemi ta’ tifdil għall-impjegati

 

m

D.1113  Ħlas għall-ġranet mhux maħduma

 

m

D.1114  Pagi u salarji mhux bil-flus

 

m

D.11141  Prodotti tal-kumpanija (mhux obbligatorja)

o

 

D.11142  Akkomodazzjoni għall-impjegati (3) (mhux obbligatorja)

o

 

D.11143  Karozzi tal-kumpanija (mhux obbligatorja)

o

 

D.11144  Skemi ta’ għażla ta’xiri ta’ l-istokks u ta’ ishma (mhux obbligatorja)

o

 

D.11145  Oħrajn (mhux obbligatorja)

o

 

D.112  Pagi u salarji ta’ l-apprendisti

 

m

D.12  Il-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem (għad-dettalji ara l-Figura 3 aktar ’l isfel)

 

m

D.121  Il-kontribuzzjonijiet soċjali attwalment imħallsin minn min iħaddem (esklużi l-apprendisti)

 

m

D.1211  Kontribuzzjonijiet statutorji tas-sigurtà soċjali

m

 

D.1212  Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bi qbil kollettiv, kuntrattwali u volontarji

m

 

D.122  Il-kontribuzzjonijiet soċjali attribwiti ta’ min iħaddem (esklużi l-apprendisti)

 

m

D.1221  Ħlas garantit f’każ ta’ mard (mhux obbligatorja)

o

 

D.1222  Kontribuzzjonijiet soċjali għall-pensjonijiet u għas-saħħa li huma responsabilità ta’ min iħaddem (mhux obbligatorja)

o

 

D.1223  Ħlasijiet lill-impjegati li jħallu l-intrapriża (mhux obbligatorja)

o

 

D.1224  Kontribuzzjonijiet soċjali oħra li huma responsabilità ta’ min iħaddem (mhux obbligatorja)

o

 

D.123  Kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem għall-apprendisti

 

m

D.2  Spejjeż ta’ taħriġ vokazzjonali

 

m

D.3  Spejjeż oħrajn imħallsa minn min iħaddem

 

m

D.4  Taxxi

 

m

D.5  Sussidji li jirċievi min iħaddem

 

m

E.  Informazzjoni dwar fergħat

E.1  Fergħat lokali, univers

 

m

E.2  Fergħat lokali, kampjun

 

m

(1)   It-tabelli C huma relevanti biss għall-pajjiżi b’reġjuni NUTS 1.

(2)   Ħlief pagamenti għal skemi ta’ tifdil għall-impjegati.

(3)   Ħlief allowances għall-ġarr.

Fuq għażla tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jirreġistraw data aktar iddettaljata għall-varjabbli li ġejjin (trasmissjoni lill-Eurostat fuq talba biss):

A.11

Impjegati full-time

A.12

Impjegati part-time

D.11112

Ħlas dirett, bonuses u allowances mhux imħallsa f’kull perjodu ta’ paga

D.1113

Ħlas għal ġranet mhux maħduma

D.1211

Kontribuzzjonijiet statutorji tas-sigurtà soċjali

D.1212

Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bi qbil kollettiv, kuntrattwali u volontarji

D.1223

Ħlas lill-impjegati li jħallu l-intrapriża

Figura 1

Spejjeż tax-xogħol u l-komponenti prinċipali tagħhom

Spejjeż tax-xogħol D(D = D1 + D2 + D3 + D4 - D5)Kumpenslill-impjegatiD1Taħriġ vokazzjonali(esklużi pagi u salarjigħall-apprendisti)D2Spejjeż oħramħallsa minnmin iħaddemD3Taxxi mħallsaminn miniħaddemD4Sussidji lijirċievi miniħaddemD5Pagi u salarjiD11Aktar analiżi biċċa biċċa:Figura 2Kontribuzzjonijiet soċjalimħallsa minn min iħaddemD12Aktar analiżi biċċa biċċa:Figura 3

Figura 2

Analiżi biċċa biċċa tal-komponent “Pagi u salarji” (D.11)

Pagi u salarjiD11Pagi u salarji(esklużi l-apprendisti)D111Pagi u salarjita’ l-apprendistiD112Ħlas dirett,bonuses u allowancesD1111Pagamenti fi skemita’ tifdil għall-impjegatiD1112Ħlas għal ġranetmhux maħdumaD1113Pagi u salarjimhux bil-flusD1114Ħlas dirett,bonuses uallowancesimħallsa f’kullperjodu ta’ pagaD11111Ħlas dirett,bonuses uallowances mhuximħallsa f’kullperjodu ta’ pagaD11112Prodottital-kumpanijaD11141Akkomodazzjonigħall-impjegatiD11142Karozzi tal-kumpanijaD11143Skemi ta’għażla ta’xiri ta’ stokks u ishmaD11144Ħlas ieħor mhuxbil-flusD11145

Figura 3

Analiżi biċċa biċċa tal-komponent “Kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem” (D.12)

Kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddemD12Kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem(esklużi l-apprendisti)D121Kontribuzzjonijiet soċjali attribwiti ta’ min iħaddem(esklużi l-apprendisti)D122Kontribuzzjonijietsoċjali ta’ min iħaddemgħall-apprendistiD123Kontribuzzjonijietstatutorjitas-sigurtàsoċjaliD1211Kontribuzzjonijietsoċjali tas-sigurtàsoċjali bi qbil kollettiv,kuntrattwali u volontarjiD1212Ħlasgarantitfil-każ ta’mardD1221Kontribuzzjonijiet soċjaligħall-pensjonijiet u għall-kura tas-saħħa attribwitita’ min iħaddemD1222Ħlaslill-impjegatili jħallul-intrapriżaD1223Kontribuzzjonijietsoċjali oħraattribwiti ta’ miniħaddemD1224= optional variables




ANNESS II

ID-DEFINIZZJONIJIET TAL-VARJABBLI

A.   IN-NUMRU TA’ IMPJEGATI

L-impjegati huma l-persuni kollha, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom jew mit-tul ta’ ħin tax-xogħol tagħhom fil-pajjiż, li għandhom kuntratt dirett ta’ impjieg ma’ l-intrapriża jew mal-fergħa lokali (kemm jekk il-ftehim huwa formali kemm jekk informali) u li jirċievu ħlas, irrispettivament mit-tip ta’ xogħol li jwettqu, min-numru ta’ sigħat ta’ xogħol (full-time jew part-time) u t-tul tal-kuntratt (definit jew indefinit). Ir-remunerazzjoni ta’ l-impjegati tista’ tieħu l-forma ta’ pagi u salarji inklużi bonuses, ħlas għal xogħol imħallas bl-imqietgħa u xogħol bix-shift, allowances, kumpens, tipps u flus mogħtija meta wieħed ikun ser jitlaq mill-impjieg, kummissjoni u remunerazzjoni mhux bi flus.

Din id-definizzjoni ta’ impjegati tkopri kemm ħaddiema manwali u mhux manwali u anki persunal tat-tmexxija fis-settur privat u f’dak pubbliku f’attivitajiet ekonomiċi kklassifikati fis- ►M2  Taqsimiet B-N u P-S ta’ NACE Rev. 2 ◄ f’intrapriżi li għandhom ta’ l-anqas 10 impjegati ( 3 ).

Il-lista li ġejja tagħti eżempji ċari ta’ kategoriji ta’ impjegati li huma inklużi:

 rappreżentanti fil-bejgħ, bil-kondizzjoni li dawn ikunu fuq il-lista ta’ l-impjegati ta’ kumpanija u jirċievu forma oħra ta’ remunerazzjoni minbarra kwalunkwe kummissjoni;

 sidien li jaħdmu bi ħlas;

 apprendisti;

 studenti u nies li qed jitħarrġu (skrivana li jagħmlu l-prattika f’uffiċċju ta’ avukat, infirmiera li għadhom studenti, assistenti fir-riċerka jew fit-tagħlim, tobba apprendisti fl-isptarijiet, eċċ.) u li għandhom impenn formali li bih jikkontribwixxu għall-proċess tal-produzzjoni tal-fergħa u għal dan jirċievu remunerazzjoni;

 ħaddiema għal żmien definit jew ħaddiema temporanji (per eżempju staff segretarjali) irreklutati, impjegati u remunerati minn aġenziji ta’ l-impjiegi biex jaħdmu f’postijiet oħra, sikwit għal perjodi temporanji ( 4 ); ħaddiema ta’ l-istaġun u okkażjonali, jekk dawn ikollhom ftehim formali jew informali ma’ l-intrapriża jew mal-fergħa lokali u sigħat ta’ ħidma definiti minn qabel;

 impjegati li għalihom ikunu ntnefqu spejjeż tax-xogħol fis-sena tar-referenza imma li temporanjament ma kinux ix-xogħol minħabba mard jew feriment, btala jew vaganza, strajk jew lock-out, leave għal raġunijiet ta’ edukazzjoni jew taħriġ, leave tal-maternità jew tal-ġenituri, attività ekonomika mnaqqsa, sospensjoni ta’ xogħol minħabba temp ħażin, ħsara fil-makkinarju, nuqqas ta’ materjal, fjuwil jew enerġija, jew xi assenza temporanja oħra bil-permess jew mingħajru;

 dawk li jkunu qed jaħdmu barra l-pajjiż jekk ikomplu jirċievu remunerazzjoni mill-fergħa statistika;

 impjegati li jaħdmu barra mill-intrapriża ( 5 ), inklużi dawk li jaħdmu mid-dar u ħaddiema li jaħdmu bit-telefon, jekk ikun hemm qbil espliċitu li ħaddiema bħal dawn jitħallsu fuq il-bażi tax-xogħol li jwettqu: jiġifieri, l-ammont ta’ xogħol li huwa pprovdut bħala parti mill-proċess ta’ produzzjoni.

Il-kategoriji li ġejjin għandhom jiġu esklużi:

 rappreżentanti fil-bejgħ u persuni oħra li huma mħallsa totalment permezz ta’ kumpens jew kummissjoni, li m’humiex fuq il-lista ta’ l-impjegati ta’ kumpanija, jew li jaħdmu għal rashom;

 propjetarji, diretturi jew maniġers li r-remunerazzjoni tagħhom hija totalment f’forma ta’ sehem mill-qligħ;

 ħaddiema mill-familja li m’humiex impjegati (kif definit aktar ’il fuq) ta’ l-intrapriża jew tal-fergħa lokali;

 ħaddiema li jaħdmu għal rashom;

 ħaddiema volontarji li ma jitħallsux (per eżempju dawk li tipikament jaħdmu għal istituzzjonijiet mingħajr qligħ bħal huma dawk tal-karità).

Referenza ESA 95: 11.12 sa 11.14

A.1   It-total ta’ impjegati

Dan il-varjabbli jkopri impjegati full-time (A.11), impjegati part-time (A.12) u apprendisti (A.13)

Referenza SBS: kodiċi 16130 (numru ta’ impjegati)

A.11   Impjegati full-time (esklużi l-apprendisti)

Dan ikopri l-impjegati (esklużi l-apprendisti) li jaħdmu n-numru ta’ sigħat miftiehma kollettivament jew is-sigħat skond il-konswetudni fl-intrapriża jew il-fergħa lokali, anke jekk il-kuntratt tagħhom hu ta’ anqas minn sena. In-numru ta’ impjegati meħtieġa huwa l-medja tan-numru ta’ impjegati full-time ta’ kull xahar li jaħdmu fil-fergħa li qed tagħmel ir-rapport matul is-sena ta’ referenza.

A.12   Impjegati part-time (esklużi l-apprendisti)

Dan ikopri l-impjegati (esklużi l-apprendisti) li jaħdmu anqas min-numru ta’ sigħat miftiehma kollettivament jew is-sigħat skond il-konswetudni fl-intrapriża jew il-fergħa lokali, sew jekk ta’ kull jum, ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar (nofs ta’ nhar, tliet kwarti ta’ jum, erbgħa minn ħames partijiet ta’ ġurnata, eċċ.) In-numru ta’ impjegati meħtieġa huwa l-medja tan-numru ta’ impjegati part-time ta’ kull xahar li jaħdmu fil-fergħa li qed tagħmel ir-rapport matul is-sena ta’ referenza.

A.121   Imjegati part-time mibdula f’unitajiet full-time

Din il-bidla trid titwettaq jew direttament mill-intrapriżi jew fergħat lokali li qed jagħmlu dħul jew mill-aġenzija tal-ġbir / mill-istitut nazzjonali ta’ l-istatistika skond in-numru normali ta’ sigħat ta’ xogħol ta’ l-impjegati full-time f’din l-intrapriża / fergħa lokali, billi jużaw il-metodu li jaħsbu li hu l-aktar adattat. In-numru ta’ impjegati meħtieġa huwa l-medja tan-numru ta’ impjegati part-time ta’ kull xahar (mibdula f’unitajiet full-time) li jaħdmu fil-fergħa li qed tagħmel ir-rapport matul is-sena ta’ referenza.

Referenza ESA 95: 11.32 sa 11.34

A.13   Apprendisti

Dan ikopri l-impjegati kollha, full-time jew part-time, li għadhom ma jiħdux sehem b’mod sħiħ fil-proċess tal-produzzjoni u li jaħdmu jew b’kuntratt ta’ apprendistat jew f’sitwazzjoni fejn it-taħriġ vokazzjonali jingħata aktar importanza mill-produttività. In-numru ta’ apprendisti meħtieġa huwa l-medja tan-numru ta’ apprendisti ta’ kull xahar impjegati fil-fergħa li qed tagħmel ir-rapport matul is-sena ta’ referenza.

A.131   Apprendisti part-time mibdula f’unitajiet full-time

Din il-bidla trid titwettaq jew direttament mill-intrapriża jew fergħa lokali li qed jagħmlu dħul jew mill-aġenzija tal-ġbir / mill-istitut nazzjonali ta’ l-istatistika, billi jużaw il-metodu li jaħsbu li hu l-aktar xieraq. Is-sigħat li jitqattgħu f’taħriġ jew fl-intrapriża / fil-fergħa lokali jew fi stabbilimenti ta’ l-edukazzjoni għandhom jiġu esklużi. In-numru ta’ apprendisti meħtieġa huwa l-medja tan-numru ta’ apprendisti part-time ta’ kull xahar (mibdula f’unitajiet full-time) impjegati fil-fergħa li qed tagħmel ir-rapport matul is-sena ta’ referenza ( 6 ).

Referenzi ESA 95: 11.32 sa 11.34; SBS: kodiċi 16140 (A.11 + A.121 + A.131 jikkorrispondi għall-varjabbli SBS “numru ta’ impjegati f’unitajiet full-time”)

B.   SIGĦAT ATTWALMENT MAĦDUMA

L-istatistika tkopri t-total tas-sigħat maħduma mill-impjegati kollha matul is-sena3. It-total tas-sigħat attwalment maħduma (B.1) huwa ddokumentat b’mod separat għall-impjegati full-time (B.11), għall-impjegati part-time (B.12) u għall-apprendisti (B.13).

Is-sigħat attwalment maħduma huma definiti bħala s-somma tal-perjodi kollha mgħoddija fuq attivitajiet diretti u anċillari biex jiġu prodotti oġġetti u servizzi.

Is-sigħat attwalment maħduma jinkludu:

 is-sigħat maħduma matul perjodi normali ta’ xogħol;

 perjodi ta’ sahra mħallsa, jiġifieri sigħat maħduma flimkien mas-sigħat normali tax-xogħol, irrispettivament mir-rata ta’ ħlas bis-siegħa li tiġi applikata (per eżempju siegħa maħduma b’rata ta’ ħlas bis-siegħa li tkun id-doppju ta’ dik imħallsa normalment għandha titniżżel bħala siegħa waħda);

 perjodi ta’ sahra mingħajr ħlas ( 7 );

 ħin mgħoddi fuq xogħlijiet bħal: il-preparazzjoni tax-xogħol u tas-sît; il-preparazzjoni, il-manutenzjoni, it-tiswija u t-tindif ta’ għodda u magni; il-kitba ta’ rċevuti u fatturi; il-kitba tal-karti tax-xogħol u rapporti, eċċ;

 ħin mgħoddi fuq il-post tax-xogħol li matulu ma jsir l-ebda xogħol minħabba, per eżempju, ħsara fil-magni, inċidenti jew nuqqas okkażjonali ta’ xogħol iżda li jitħallas skond il-kuntratt ta’ l-impjieg;

 żmien qasir ta’ mistrieħ fuq il-post tax-xogħol, inklużi l-waqfiet għat-tè u għall-kafè;

 sigħat mgħoddija f’taħriġ kemm fl-intrapriża / il-fergħa lokali jew fi stabbilimenti għall-edukazzjoni (dan il-punt huwa eskluż għall-apprendisti).

Madankollu, is-sigħat attwalment maħduma jeskludu dawn li ġejjin:

 sigħat imħallsa imma mhux maħduma, per eżempju: btajjel / vaganzi bil-ħlas, festi pubbliċi, assenza minħabba mard, leave tal-maternità, eċċ.;

 sigħat mhux maħduma u mhux imħallsa, per eżempju, matul mard u maternità, eċċ;

 sigħat mhux maħduma (kemm jekk bi ħlas u kemm jekk le) matul leave speċjali minħabba eżaminazzjonijiet mediċi, żwieġ, funerali, ġarr għal dar ġdida, wara xi inċident, eċċ;

 il-waqfiet prinċipali għall-ikel (jiġifieri mhux perjodi qosra ta’ mistrieħ jew waqfiet ta’ rikreazzjoni);

 sigħat mhux maħduma (kemm jekk bi ħlas u kemm jekk le) matul ġranet qosra ta’ xogħol, kwistjonijiet marbuta ma’ l-impjieg, lock-outs, eċċ;

 ħin mgħoddi mill-impjegat fl-ivvjaġġar bejn id-dar u l-post tax-xogħol;

 sigħat mgħoddija mill-apprendisti f’taħriġ jew fl-intrapriża / fil-fergħa lokali jew fi stabbilimenti għall-edukazzjoni.

Referenzi ESA 95: 11.26 sa 11.29; SBS: kodiċi 16150 (numru ta’ sigħat maħduma mill-impjegati)

C.   SIGĦAT IMĦALLSA

Dan il-varjabbli jkopri n-numri totali ta’ sigħat imħallsa matul is-sena. In-numru totali ta’ sigħat imħallsa (C.1) huwa ddokumentat b’mod separat għall-impjegati full-time (C.11), għall-impjegati part-time (C.12) u għall-apprendisti (C.13).

In-numru annwali ta’ sigħat imħallsa huwa definit kif ġej:

 is-sigħat normali u ta’ sahra mħallsa matul is-sena;

 sigħat kwalunkwe li għalihom l-impjegat tħallas b’rata mnaqqsa, anke jekk id-differenza tħallset bi ħlas minn fondi tas-sigurtà soċjali;

 is-sigħat mhux maħduma matul il-perjodu ta’ referenza imma li tħallsu xorta waħda (btajjel/vaganza annwali, assenza minħabba mard, festi pubbliċi u sigħat oħra mħallsa, inkluż ħin liberu għal eżaminazzjonijiet mediċi, twelid, żwieġ, funerali, ġarr għal dar ġdida, eċċ).

Il-kalkolu ta’ sigħat attwalment maħduma fis-sena u s-sigħat imħallsa fis-sena

Dawn il-kalkoli għandhom jitwettqu jew direttament mill-intrapriżi jew mill-fergħat lokali li qed jagħmlu dħul jew mill-aġenziji tal-ġbir / istituti nazzjonali ta’ l-istatistika, billi jużaw il-metodu li jaħsbu li hu l-aktar xieraq. Il-mudelli li ġejjin juru kif jistgħu jiġu stmati s-sigħat attwalment maħduma u s-sigħat imħallsa, billi tintuża informazzjoni li hija disponibbli.

Sigħat attwalment maħduma kull sena għall-impjegati full-time (B.11)

Assumi li l-informazzjoni għall-varjabbli elenkati hawn isfel hija disponibbli:

(A.11)

Il-medja ta’ kull xahar ta’ impjegati full-time

(a)

Medja annwali tas-sigħat kuntrattwali normali ta’ impjegat full-time, eskluża s-sahra u l-waqfiet prinċipali għall-ikel

(b)

Medja annwali tas-sahra (kemm bi ħlas u kemm mingħajr ħlas) ta’ impjegat full-time

(c)

Medja tas-sigħat kuntrattwali ta’ kull jum flimkien mas-sahra maħduma minn impjegat full-time, esklużi l-waqfiet prinċipali għall-ikel

(d)

Medja annwali ta’ ġranet ta’ btajjel / vaganzi għal kull impjegat full-time, mogħtija minn min iħaddem

(e)

Medja annwali tal-ġranet ta’ festi pubbliċi uffiċjali għal kull impjegat full-time

(f)

Medja annwali tal-ġranet ta’ mard u leave tal-maternità għal kull impjegat full-time

(g)

Medja annwali ta’ ġranet qosra ta’ xogħol u kwistjonijiet marbuta ma’ l-impjieg għal kull impjegat full-time

(h)

Medja annwali ta’ ġranet oħra mhux attwalment maħduma għal kull impjegat full-time (per eżempju leave speċjali għal eżaminazzjonijiet mediċi, twelid, żwieġ, funerali, ġarr għal dar ġdida, wara xi inċident, eċċ).

In-numru totali annwali ta’ sigħat maħduma minn impjegati full-time (qabel il-korrezzjonijiet għal ġranet mhux attwalment maħduma) jirriżulta li huwa (A.11) * (a + b). Jekk wieħed inaqqas in-numru totali annwali ta’ sigħat mhux attwalment maħduma li huwa definit minn (A.11) * c * (d + e + f + g + h) wieħed jikseb (B.11), it-total annwali ta’ sigħat attwalment maħduma minn impjegati full-time:

(B.11) = (A.11) * [(a + b) - c (d + e + f + g + h)].

Sigħat maħduma attwalment kull sena għall-impjegati part-time (B.12) u għall-apprendisti (B.13)

Mudelli simili jistgħu jintużaw għall-kalkolu ta’ sigħat maħduma minn impjegati part-time u minn apprendisti.

Sigħat imħallsa fis-sena għall-impjegati full-time (C.11)

Fejn hemm informazzjoni disponibbli għall-varjabbli elenkati hawn isfel

(A.11)

Il-medja ta’ kull xahar ta’ impjegati full-time

(a1)

Il-medja annwali ta’ sigħat imħallsa skond il-kuntratt ta’ impjegat full-time, eskluża s-sahra u l-waqfiet prinċipali għall-ikel

(b1)

Il-medja annwali ta’ sigħat ta’ sahra mħallsa ta’ impjegat full-time

in-numru totali annwali ta’ sigħat imħallsa għall-impjegati full-time huwa mogħti permezz ta’ din l-ekwazzjoni

(C.11) = (A.11) * (a1 + b1).

Sigħat imħallsa fis-sena għall-impjegati part-time (C.12) u għall-apprendisti (C.13)

Jistgħu jintużaw mudelli simili għall-kalkolu ta’ sigħat imħallsa għall-impjegati part-time u għall-apprendisti.

D.   SPEJJEŻ TAX-XOGĦOL

L-ispejjeż tax-xogħol ifissru l-infiq totali li jġorr min iħaddem sabiex jimpjega l-ħaddiema, kunċett li ġie adottat fl-istruttura tal-Komunità u li jaqbel b’mod ġenerali mad-definizzjoni internazzjonali tal-Konferenza Internazzjonali ta’ l-Istudjużi ta’ l-Istatistika dwar ix-Xogħol (Ġinevra, 1966). L-ispejjeż tax-xogħol jinkludu l-kumpens ta’ l-impjegati (D.1) b’pagi u salarji bil-flus jew mhux bil-flus u l-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem, l-ispejjeż tat-taħriġ vokazzjonali (D.2), infiq ieħor (D.3), taxxi dwar l-impjieg ikkunsidrati bħala spejjeż tax-xogħol (D.4), nieqes kull sussidju riċevut (D.5). L-ispejjeż ta’ persuni impjegati minn aġenziji ta’ l-impjieg temporanju għandhom jiġu inklużi fl-industrija ta’ l-aġenzija li timpjegahom ( ►M2  NACE Rev. 2, 78.20 ◄ ) u mhux fl-industrija ta’ l-intrapriża li għaliha attwalment jaħdmu.

Ħarsa ħafifa lejn analiżi ta’ l-ispejjeż totali tax-xogħol maqsuma f’komponenti hija pprovduta fil-Figuri 1 sa 3 fl-Anness I.

D.1   Il-kumpens ta’ l-impjegati

Id-definizzjoni tal-kumpens ta’ l-impjegati hija r-remunerazzjoni totali, bil-flus jew mhux bil-flus, imħallsa minn min iħaddem lill-impjegat għal xogħol magħmul minn dan ta’ l-aħħar matul il-perjodu ta’ referenza. Din tinqasam kif ġej:

 pagi u salarji (D.11), li jikkonsistu l-aktar f’pagi u salarji (esklużi l-apprendisti) (D.111) u pagi u salarji ta’ l-apprendisti (D.112).

 il-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem (D.12), li jikkonsistu l-aktar mill-kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem (esklużi l-apprendisti) (D.121), il-kontribuzzjonijiet soċjali li huma responsabilità ta’ min iħaddem (esklużi l-apprendisti) (D.122) u l-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem għall-apprendisti (D.123).

Referenzi ESA 95: 4.02 (kodiċi D.1), SBS: kodiċi 13310 (l-ispejjeż tal-persunal)

D.11   Pagi u salarji

Il-pagi u s-salarji jinkludu bonuses, ħlas għal xogħol imħallas bl-imqietgħa u għal xogħol bix-shift, allowances, kumpens, tipps u flus mogħtija meta wieħed ikun ser jitlaq mix-xogħol, kummissjoni u remunerazzjoni b’oġġetti. Dawn huma ddokumentati fil-perjodu li matulu jsir ix-xogħol. Madankollu, bonuses ad hoc jew pagamenti eċċezzjonali oħra (paga tat-13-il xahar, arretrati ta’ paga mħallsa b’1ura, eċċ.) jiġu ddokumentati meta jiġu biex jitħallsu.

Analiżi sħiħa ta’ pagi u salarji maqsuma f’komponenti hija pprovduta fil-Figura 2 fl-Anness I.

Referenzi ESA 95: 4.03 sa 4.07 u 4.12(a) (kodiċi D.11); SBS: kodiċi 13320 (pagi u salarji)

D.111   Pagi u salarji (esklużi l-apprendisti)

D.1111   Ħlas dirett, bonuses u allowances

Ħlas dirett, bonuses u allowances jinkludu l-valuri ta’ kull kontribuzzjoni soċjali, taxxi fuq id-dħul, eċċ., li jitħallsu mill-impjegat anke jekk dawn attwalment jinżammu minn min iħaddem u jitħallsu direttament fi skemi ta’ sigurtà soċjali, lill-awtoritajiet tat-taxxa, eċċ. f’isem l-impjegat.

Bonus huwa forma ta’ premju jew rikonoxximent mogħti minn min iħaddem. Meta impjegat jirċievi ħlas bonus, m’hemm l-ebda stennija jew suppożizzjoni li l-bonus ser jintuża biex ikopri xi spiża speċifika. Il-valur u ż-żmien ta’ ħlas bonus jistgħu jiġu deċiżi skond kif jidhirlu min iħaddem jew jistgħu jiġu stipulati fi ftehimiet fuq il-post tax-xogħol.

Allowance huwa dritt mogħti minn min iħaddem lill-impjegat u huwa maħsub biex ikopri spiża speċifika, mhux relatata max-xogħol, li tkun intnefqet mill-impjegat. Ħafna drabi dan ikun stipulat fi ftehimiet fuq il-post tax-xogħol u normalment jitħallas fiż-żmien li wieħed ikun intitulat għalih.

D.11111   Ħlas dirett, bonuses u allowances imħallsa f’kull perjodu ta’ paga

Dan ifisser remunerazzjoni fil-forma ta’ pagament regolari bi flus imħallsa regolarment f’kull perjodu ta’ paga matul is-sena. Għal ħafna mill-impjegati, il-perjodu ta’ paga huwa ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar. Għalhekk, pagamenti rċevuti b’mod anqas frekwenti (kull xahar fil-każ ta’ pagamenti regolari ta’ kull ġimgħa, kull tliet xhur, kull sitt xhur, kull sena) jew fuq bażi ad hoc m’għandhomx jiġu inklużi hawnhekk. Pagamenti fi skemi tifdil għall-impjegati għandhom jiġu esklużi hawn u għandhom jiġu inklużi taħt D.1112.

B’mod speċifiku, il-varjabbli jirreferi għal:

 pagi u salarji bażiċi;

 ħlas dirett kalkolat skond il-ħin maħdum, il-produzzjoni jew ix-xogħol bl-imqietgħa u mħallas lill-impjegati għas-sigħat maħduma;

 remunerazzjoni u pagamenti addizzjonali għal sahra, xogħol bil-lejl, xogħol fil-Ħdud u f’festi pubbliċi, u xogħol bix-shift;

  bonuses u allowances imħallsa regolarment f’kull perjodu ta’ paga, bħal:

 

  bonuses tal-post tax-xogħol għal ħsejjes, riskju, xogħol diffiċli, xogħol bix-shift jew kontinwu, xogħol bil-lejl u xogħol fil-Ħdud u f’festi pubbliċi;

  bonuses għal rendiment individwali, bonuses għall-produzzjoni, għal-livell tal-produzzjoni, għar-responsabbilità, għall-għaqal, għall-puntwalità; bonuses imħallsa regolarment għalservizz twil; għall-kwalifikazzjonijiet u għal għarfien speċjali.

Aktar eżempji ta’ kategoriji ta’ paga li għandhom jiġu inklużi hawnhekk huma pprovduti fl-Appendiċi ma’ l-Anness II.

Il-varjabbli D.11111 jirreferi għal ammonti totali qabel it-tnaqqis tat-taxxi u tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jitħallsu mill-impjegati.

D.11112   Ħlas dirett, bonuses u allowances mhux imħallsa f’kull perjodu ta’ paga

Il-pagamenti kollha lill-impjegati li mhumiex imħallsa regolarment f’kull perjodu ta’ paga (ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar). Dawn jinkludu bonuses u allowances imħallsa f’perjodi fissi (per eżempju mħallsa kull xahar fejn il-pagamenti regolari jkunu mħallsa darba fil-ġimgħa, jew imħallsa kull tliet xhur, kull sitt xhur jew kull sena), u bonuses marbuta ma’ rendiment individwali jew kollettiv. Pagamenti eċċezzjonali lill-impjegati li jħallu l-intrapriża huma inklużi hawnhekk, bil-kondizzjoni li dawn il-pagamenti ma jkunux marbuta ma’ ftehim kollettiv. Jekk ma tkun teżisti l-ebda informazzjoni dwar rabta possibbli ma’ ftehim kollettiv jew jekk ikun magħruf li teżisti tali rabta, il-pagamenti eċċezzjonali għal-leave huma hawnhekk esklużi u għandhom jiġu inklużi taħt D.1223. Pagamenti għal skemi ta’ tifdil għall-impjegati huma esklużi wkoll u koperti minn D.1112.

Eżempji ta’ kategoriji ta’ paga li jagħmlu parti minn D.11112 huma elenkati fl-Appendiċi ma’ l-Anness II.

Bl-istess mod il-varjabbli D.11112 jirreferi għall-ammonti totali qabel it-tnaqqis tat-taxxi u tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jitħallsu mill-impjegati.

D.1112   Pagamenti għal skemi ta’ tifdil għall-impjegati

Dan jirreferi għal somom imħallsa fi skemi ta’ tifdil għall-impjegati (bħalma huma skemi ta’ tifdil tal-kumpanija).

Referenza ESA 95: 4.03(i)

D.1113   Ħlas għal ġranet mhux maħduma

Remunerazzjoni mħallsa għal-leave statutorju, kuntrattwali jew mogħti volontarjament u għall-festi pubbliċi jew ġranet oħra mħallsa iżda mhux maħduma. L-Appendiċi ma’ l-Anness II jipprovdi eżempji.

D.1114   Pagi u salarji mhux bi flus

Dan il-varjabbli jirreferi għal stima tal-valur ta’ l-oġġetti u s-servizzi kollha li jingħataw lill-impjegati mill-intrapriża jew mill-fergħa lokali. Dan jinkludi prodotti tal-kumpanija, akkomodazzjoni għall-impjegati, karozzi tal-kumpanija, skemi ta’ għażla ta’ -xiri ta’ stokks u ta’ ishma. Jekk tkun disponibbli l-informazzjoni dwar it-taxxa tad-dħul personali fuq pagi u salarji mhux bil-flus, din tista’ tintuża bħala prokura.

L-Appendiċi ma’ l-Anness II jagħti eżempji ta’ pagi u salarji mhux bil-flus.

Referenza ESA 95: 4.04, 4.05, 4.06 (kodiċi D.11)

D.11141   Prodotti tal-kumpanija

Dawn huma pprovduti b’xejn għall-użu privat jew jinbiegħu lill-impjegati bi prezz anqas milli jiswew lill-intrapriża. Per eżempju, ikel u xorb (esklużi l-infiq f’canteens u vouchers ta’ l-ikel), faħam, gass, dawl, karburanti, sistemi tat-tisħin, żraben u ħwejjeġ (eskluż l-ilbies tax-xogħol), micro-computers, eċċ.

Għandu jiddaħħal il-prezz nett għall-intrapriża, jiġifieri kemm jiswew il-prodotti pprovduti b’xejn jew id-differenza bejn kemm jiswew dawn il-prodotti u l-prezz li bih jinbiegħu lill-impjegati. Pagamenti bħala kumpens jew benefiċċji f’oġġetti li ma jittieħdux iridu jiddaħħlu wkoll.

D.11142   Akkomodazzjoni għall-impjegati

Dan jirreferi għall-infiq ta’ l-intrapriża fl-għajnuna ta’ akkomodazzjoni għall-impjegati, inklużi: infiq fuq akkomodazzjoni ta’ l-intrapriża (infiq fuq il-manutenzjoni u l-amministrazzjoni ta’ l-akkomodazzjoni, u t-taxxa u l-assigurazzjoni relatati ma’ l-akkomodazzjoni) u self b’rata baxxa ta’ mgħax għall-kostruzzjoni jew għax-xiri ta’ akkomodazzjoni mill-impjegati (id-differenza bejn ir-rata ta’ mgħax fuq is-suq u r-rata għall-impjegati), allowances u sussidji mogħtija lill-impjegati għall-akkomodazzjoni, u l-installazzjoni, imma esklużi l-allowances għall-ġarr.

D.11143   Karozzi tal-kumpanija

Karozzi tal-kumpanija, jew l-ispiża lill-intrapriża ta’ karozzi tal-kumpanija mogħtija lill-impjegati għall-użu privat tagħhom. Dan għandu jinkludi l-ispejjeż netti tal-manteniment li jintnefqu mill-intrapriża (il-prezz annwali tal-kiri u l-pagamenti ta’ l-interessi – id-deprezzament, l-assigurazzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswijiet u l-ipparkjar). Dan m’għandux jinkludi l-infiq kapitali involut għax-xiri tal-vetturi jew xi dħul li jirriżulta mill-bejgħ tagħhom.

L-istimi għandhom jinħadmu skond l-informazzjoni disponibbli fl-intrapriżi, per eżempju d-dokumentazzjoni tal-grupp tal-vetturi ta’ dan it-tip, l-istima tal-prezz medju għal kull vettura, u l-istima tal-proporzjon attribwibbli għall-użu privat tal-vettura mill-impjegat.

D.11144   Skemi ta’ għażla ta’ xiri ta’stokks u ta’ ishma

Din il-varjabbli mhux obbligatorja tirreferi għall-forom kollha ta’ pagamenti mhux fi flus li huma marbuta ma’ kumpens ibbażat fuq ishma. L-għażla ta’xiri ta’ stokks, skemi ta’ xiri ta’ ishma u strumenti oħra azzjonarji li possibilment jevolvu fil-futur jagħmlu parti minn din il-kategorija. Karatteristika tipika ta’ dawn l-istrumenti hija li huma equity-settled, jiġifieri li dawn jirrappreżentaw trasferiment ta’ strumenti azzjonarji mill-intrapriża / fergħa lokali lill-impjegat. Il-forom ta’ kumpens koperti minn D11144 huma identiċi għal dawk koperti mit-titolu “Tranżazzjonijiet ta’ pagament ibbażat fuq ishma equity-settled” ta’ l-Istandard 2 tar-Rapportar Finanzjarju Internazzjonali “Pagament ibbażat fuq ishma”.

Skemi ta’ xiri ta’ ishma tipikament jittrasferixxu ishma mill-intrapriża li tħaddem lill-impjegati għal għand l-impjegati nfushom. It-trasferiment isir fil-preżent (id-data ta’ l-għotja) u huwa bbażat fuq prezz aktar baxx mill-prezz tas-suq tal-lum (strike price). L-ispejjeż għall-intrapriża huma ekwivalenti għall-multiplikazzjoni ta’ l-ammont ta’ ishma mad-differenza bejn il-prezz tas-suq u l-“strike price”.

Skemi ta’ għażla ta’ xiri ta’ stokks tipikament jittrasferixxu d-dritt li jinxtraw l-ishma ta’ l-intrapriża li tħaddem lill-impjegati mhux qabel żmien definit sew fil-futur (vesting date) għal “strike price” favorevoli diġà ffissat fil-preżent (id-data ta’ l-għotja). L-impjegati jagħmlu użu minn dan id-dritt biss jekk il-prezz tas-suq fil-vesting date jew warajha jaqbeż l-“strike price”. L-ispejjeż għall-intrapriża huma għal darb’oħra ekwivalenti għall-multiplikazzjoni ta’ l-ammont ta’ ishma mad-differenza bejn il-prezz tas-suq u l-“strike price”. Kemm fl-istatistika u kemm fil-kontabilità ta’ l-ispejjeż tax-xogħol, l-ispejjeż huma assenjati u mqassma matul il-“vesting period”, li huwa l-perjodu bejn id-data ta’ l-għotja u l-vesting date. Dawn il-valuri ma jkunux magħrufa fiċ-ċert matul il-vesting period u għalhekk għandhassir stima tagħhom.

Stima tal-varjabbli D.11144 għas-sena tar-referenza tista’ idealment tintlaħaq bl-għajnuna tal-linji ta’ gwida mill-Istandard 2 tar-Rapportar Finanzjarju Internazzjonali, “Pagament ibbażat fuq l-ishma”. Jekk din l-istima ma tkunx disponibbli, jistgħu jittieħdu valuri skond l-istandards tal-kontabilità jew skond ir-regolament tat-taxxa ta’ l-Istat Membru, bil-kondizzjoni li dawn ikopru l-istrumenti ta’ l-investiment ta’ D.11144 u jirreferu għall-perjodu tar-referenza tas-Servej ta’ l-Ispiża tax-xogħol.

Pagamenti li jsiru biex jitwaqqaf fond speċjali għax-xiri ta’ ishma tal-kumpanija għall-impjegati, anke jekk dawn ma jkollhomx aċċess immedjat għal dawn l-assi, irid jitnaqqsilhom l-ammont ta’ kwalunkwe eżenzjoni ta’ taxxa li tista’ tapplika għalihom. Kumpens ibbażat fuq ishma u saldat bil-flus bħalma huma drittijiet ta’ stock-appreciation m’humiex koperti mill-varjabbli D.11144, imma minn D.11112.

D.11145   Oħrajn

Dan ikopri b’mod partikolari benefiċċji indiretti li jitħallsu minn min iħaddem:

  canteens u vouchers ta’ l-ikel;

 faċilitajiet u servizzi kulturali, ta’ l-isport u għall-ħin liberu;

  kindergartens u nurseries għal matul il-ġurnata;

 ħwienet għall-impjegati;

 spejjeż tat-trasport għall-vjaġġi bejn id-dar u l-post tax-xogħol tas-soltu;

 pagamenti għall-fondi tat-trade union u l-ispejjeż tal-kumitati tax-xogħlijiet.

Dan l-infiq kollu jinkludi tiswijiet żgħar u manutenzjoni regolari ta’ bini u installazzjonijiet użati għas-servizzi u l-faċilitajiet soċjali, kulturali jew għall-ħin liberu kif elenkati hawn fuq. Salarji u pagi mħallsa mill-intrapriża direttament lill-impjegati li jaħdmu f’dawn is-servizzi u faċilitajiet mhumiex imdaħħla taħt it-titolu tal-varjabbli D.11145.

D.112   Pagi u salarji ta’ l-apprendisti

Ara D.11.

D.12   Il-kontribzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem

Din il-varjabbli tirreferi għal ammont ugwali għall-valur tal-kontribuzzjonijiet soċjali li ntnefqu minn min iħaddem sabiex jiżguraw li l-impjegati tagħhom ikunu intitolati għall-vantaġġi soċjali. Il-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem jistgħu jkunu jew attwali jew attribwiti.

Analiżi sħiħa tal-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem għal kull komponent hija pprovduta fil-Figura 3 fl-Anness I.

Referenzi ESA 95: 4.08 (kodiċi D.12); SBS: kodiċi 13330 (spejjeż tas-sigurtà soċjali)

D.121   Il-kontribuzzjonijiet soċjali attwalment imħallsa minn min iħaddem (esklużi l-apprendisti)

Dawn huma l-pagamenti magħmula minn min iħaddem għall-benefiċċju ta’ l-impjegati tagħhom lill-assiguraturi (fondi tas-sigurtà soċjali u skemi privati bħal skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali). Dawn il-pagamenti jkopru l-kontribuzzjonijiet statutorji, konvenzjonali, kuntrattwali u volontarji fir-rigward tas-sigurtà kontra riskji jew bżonnijiet soċjali. Il-kontribuzzjonijiet soċjali attwalment imħallsa minn min iħaddem huma ddokumentati matul il-perjodu li fih isir ix-xogħol.

L-Appendiċi ma’ l-Anness II jipprovdi xi eżempji.

Referenza ESA 95: 4.09 (kodiċi D.121) u 4.12(b)

D.1211   Kontribuzzjonijiet statutorji tas-sigurtà soċjali

Il-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jitħallsu minn min iħaddem u li saru obbligatorjibil-liġi. Is-somom ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati netti minn kull sussidju. Dawn jinkludu:

 kontribuzzjonijiet fi skemi ta’ assigurazzjoni għall-pensjoni, mard, maternità u diżabilità;

 kontribuzzjonijiet statutorji fi skemi ta’ assigurazzjoni għall-qgħad;

 kontribuzzjonijiet statutorji fi skemi ta’ assigurazzjoni għall-inċidenti u l-mard fuq il-post tax-xogħol;

 kontribuzzjonijiet statutorji fi skemi ta’ allowance għall-familji;

 il-kontribuzzjonijiet statutorji kollha li mhux imsemmija xi mkien ieħor.

D.1212   Kontribuzzjonijiet ta’sigurtà soċjali kuntrattwali, volontarji jew bi ftehim kollettiv mħallsa minn min iħaddem

Dawn huma kollha kontribuzzjonijiet imħallsa minn min iħaddem fi skemi ta’sigurtà soċjali li huma supplementari għal dawk obbligatorji bil-liġi. Għandhom jitqiesu eżenzjonijiet mit-taxxa li jistgħu japplikaw. Dawn jinkludu:

 skemi supplementari ta’ pensjoni, skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali (pjanijiet assigurati, fondi taħt amministrazzjoni personali, riżervi għall-kotba jew provvedimenti, kull infiq ieħor maħsub għall-finanzjament ta’ skemi supplementari ta’ pensjoni);

 skemi supplementari ta’ assigurazzjoni għall-mard;

 skemi supplementari ta’ assigurazzjoni għall-qgħad;

 l-iskemi supplementari ta’ sigurtà soċjali l-oħra kollha li mhumiex obbligatorji u li mhumiex imsemmija xi mkien ieħor.

D.122   Il-kontribuzzjonijiet soċjali attribwiti ta’ min iħaddem (esklużi l-apprendisti)

Il-kontribuzzjonijiet soċjali attribwiti ta’ min iħaddem huma neċessarji sabiex wieħed jikseb kejl sħiħ ta’ l-ispejjeż tax-xogħol fiż-żmien li fih isir ix-xogħol. Dawn jirrappreżentaw il-kontroparti tal-benefiċċji soċjali mħallsa li jistgħu jiġu osservati u li mhumiex iffinanzjati.

Benefiċċji soċjali mhux iffinanzjati jitħallsu direttament minn min iħaddem lill-impjegati tagħhom jew lill-impjegati preċedenti tagħhom u lill-persuni oħra eliġibbli mingħajr rabtiet ma’ fond tas-sigurtà soċjali, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew fond awtonomu tal-pensjoni, u mingħajr it-twaqqif ta’ fond speċjali jew riżerva għaliha għal dan il-għan. Minflok, il-benefiċċji jitħallsu mill-istess riżorsi ta’ min iħaddem u li joperaw skemi li mhux iffinanzjati. Il-fatt li ċerti benefiċċji soċjali jitħallsu direttament minn min iħaddem, u mhux permezz ta’ fondi tas-sigurtà soċjali jew assiguraturi oħra, ma jaffettwalhomx in-natura tagħhom ta’ benefiċċji soċjali. D.122 tista’ tkun partikolarment relevanti meta min iħaddem ma jkunx produttur tas-suq (mis-settur tal-gvern).

L-ammont ta’ D.122 huwa ddeterminat b’referenza għall-obbligazzjonijiet futuri ta’ min iħaddem li jipprovdi benefiċċji soċjali. Is-sors ideali biex ikun ikkalkulat id-D.122 għal min iħaddem u jopera skemi ta’ assigurazzjoni soċjali li mhumiex iffinanzjati, huwa li jkun hemm stimi bbażati fuq konsiderazzjonijiet attwarjali. Jekk dawn il-konsiderazzjonijiet attwarjali ma jkunux disponibbli, għandhom jiġu applikati metodi oħra ta’ stima. Ċerti pajjiżi, per eżempju, bħala stima għal D. 122 jużaw il-benefiċċji soċjali mħallsa li jistgħu jiġu osservati u li mhumiex iffinanzjati, u minnhom inaqqsu l-kontribuzzjonijiet soċjali eventwali ta’ min iħaddem.

Il-varjabbli D.122 tinkludi b’mod partikolari l-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ min iħaddem attribwiti għall-pensjonijiet u għall-kura tas-saħħa. Dan jinkludi wkoll ammont ta’ l-istess valur tal-pagi u s-salarji li min iħaddem ikompli jħallas temporanjament fil-każ ta’ mard, maternità, korriment industrijali, diżabilità, telfien tax-xogħol, eċċ. ta’ l-impjegati tiegħu, jekk dan l-ammont ikun jista’ jiġi separat.

Jingħataw eżempji fl-Appendiċi ta’ l-Anness II.

Referenza ESA 95: 4.10 (kodiċi D.122) u 4.12(c)

D.1221   Ħlas garantit f’każ ta’ mard

Din il-varjabbli tkopri l-ammonti mħallsa direttament minn min iħaddem lill-impjegati biex jibqgħu jitħallsu f’każ ta’ mard, maternità jew inċident waqt ix-xogħol bħala kumpens għat-telf ta’qligħ, bit-tnaqqis ta’ rimborżi mħallsa minn istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.

D.1222   Il-kontribuzzjonijiet soċjali għall-pensjonijiet u għall-kura tas-saħħa li huma responsabilità ta’ min iħaddem

Dan il-komponent ta’ D.122 ikopri pagamenti attribwiti lil skemi ta’ pensjoni u kura tas-saħħa mhux iffinanzjati, b’mod partikolari fis-settur tal-gvern. F’ċerti pajjiżi Ewropej, min iħaddem fis-settur ġenerali tal-gvern jopera skemi ta’ pensjoni mhux iffinanzjati jew għall-impjegati kollha jew għall-gruppi speċifiċi (“l-uffiċjali”). F’dawn il-każijiet, min iħaddem ma joħloqx riżervi speċjali jew jakkumula assi biex iħallas pensjonijiet futuri. Għal dawn l-impjegati, għandhom jiġu kkunsidrati l-pagamenti attribwiti ta’ min iħaddem lil skemi ta’ pensjoni u ta’ kura tas-saħħa.

D.1223   Pagamenti lill-impjegati li jitilqu l-intrapriża

Dan il-komponent jirrappreżenta somom attwalment imħallsa lill-impjegati mkeċċija (ħlas u kumpens għall-qtugħ minflok avviż) jekk dawn il-pagamenti jkunu marbuta ma’ ftehim kollettiv jew jekk l-eżistenza ta’ rabta bħal din ma tkunx magħrufa. Pagamenti mhux marbuta ma’ ftehim kollettiv huma inklużi taħt D.11112.

Pagamenti magħmula lill-ħaddiema meta dawn jirtiraw, per eżempju bħala parti mid-dritt tal-pensjoni tagħhom, m’għandhomx jiġu inklużi taħt D.1223.

D.1224   Kontribuzzjonijiet soċjali oħra attribwiti

Dan il-punt jirreferi għall-kontribuzzjonijiet soċjali attribwiti l-oħra kollha ta’ min iħaddem li mhumiex imsemmija xi mkien ieħor, bħalma huma l-għotjiet għal studju lill-impjegati u l-familji tagħhom jew ħlas garantit fil-każ ta’ ġranet qosra ta’ xogħol. Dan ta’ l-aħħar huwa definit bħala pagament dirett ta’ min iħaddem lill-impjegati biex jinżamm il-ħlas fil-każ ta’ ġranet qosra ta’ xogħol bit-tnaqqis ta’ kwalunkwe rimborż imħallas minn istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali lil min iħaddem.

D.123   Il-kontribuzzjonijiet soċjali mħallsa minn min iħaddem għall-apprendisti

Din il-varjabbli hija s-somma tal-kontribuzzjonijiet attwalment imħallsa u kull kontribuzzjoni attribwita għall-apprendisti. Il-kontribuzzonijiet soċjali attribwiti għall-apprendisti, jekk ikun hemm, normalment ikunu żgħar ħafna.

Referenza ESA 95: 4.09 (kodiċi D.121), 4.10 (kodiċi D.122) u 4.12(b)

D.2   L-ispejjeż tat-taħriġ vokazzjonali mħallsa minn min iħaddem

Dawn jinkludu: l-infiq fuq servizzi u faċilitajiet għal taħriġ vokazzjonali (ukoll dawk għall-apprendisti imma mhux il-pagi u s-salarji tagħhom), tiswijiet żgħar u manutenzjoni ta’ bini u installazzjonijiet, esklużi l-ispejjeż ta’ l-impjegati; l-infiq fuq il-parteċipazzjoni f’korsijiet; il-ħlas ta’ esperti li ġejjin minn barra l-intrapriża; l-infiq fuq affarijiet għall-għajnuna tat-tagħlim u għodda għat-taħriġ; ammonti mħallsa mill-intrapriża lill-għaqdiet ta’ taħriġ vokazzjonali, eċċ. Sussidji marbutin mat-taħriġ vokazzjonali għandhom jitnaqqsu.

Referenza ESA 95: Il-konsum intermedjarju

D.3   Infiq ieħor imħallas minn min iħaddem

Dan jinkludi b’mod patikolari:

 l-ispejjeż tar-reklutaġġ (dawn huma l-ammonti mħallsa lill-aġenziji tar-reklutaġġ, l-infiq fuq reklami fil-mezzi ta’ l-istampa, l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar għan-nies imsejħin għall-intervista, allowances ta’ l-installazzjoni mħallsa lill-impjegati l-ġodda, eċċ. Dan ma jinkludix l-ispejjeż amministrattivi rikorrenti (l-ispejjeż ta’ l-uffiċċju, pagi ta’ l-impjegati, eċċ.);

 ilbies għax-xogħol ipprovdut minn min iħaddem.

L-Appendiċi għall-Anness II jipprovdi eżempji.

Referenza ESA 95: Il-konsum intermedjarju

D.4   Taxxi mħallsa minn min iħaddem

Dan il-varjabbli jkopri t-taxxi kollha bbażati fuq il-kont tal-pagi u s-salarji jew fuq l-impjieg. Dawn it-taxxi jitqiesu bħala spejjeż tax-xogħol.

Il-varjabbli D4 ukoll ikopri taxxi ta’ piena li f’ċerti pajjiżi Ewropej jridu jitħallsu minn min iħaddem bħala konsegwenza talli jħaddmu ftit wisq persuni bi bżonnijiet speċjali, u taxxi jew ħlasijiet simili.

Referenza ESA 95: 4.23(c) (kodiċi D.29)

D.5   Sussidji li jirċievi min iħaddem

Dawn huma kollha somom li jkunu waslu fil-forma ta’ sussidji ta’ natura ġenerali maħsuba bħalaħlas lura għall-ispiża ta’ remunerazzjoni diretta fl-intier jew f’parti minnha, iżda mhux maħsuba biex ikopru spejjeż tas-sigurtà soċjali jew ta’ taħriġ vokazzjonali. Dawn ma jinkludux ħlas imħallas lura lil min iħaddem minn instituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew minn fondi supplementari ta’ l-assigurazzjoni.

Referenza ESA 95: 4.37(a) (kodiċi D.39)




Appendiċi ma’ l-Anness II

Eżempji ċari għall-klassifikazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ l-ispejjeż tax-xogħol

D.11111:   Ħlas dirett, bonuses u allowances imħallsa f’kull perjodu ta’ paga

Pagamenti li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ l-ispejjeż tax-xogħol D.11111 għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

Huma: tranżazzjonijiet ta’ flus mingħand dak li jħaddem għal għand l-impjegat.

M’humiex:

 imħallsa fuq bażi ad-hoc jew bi frekwenza anqas minn dik tal-pagamenti regolari tal-ħlas (dawn jaqgħu taħt D.11112)

 pagamenti mhux bil-flus (dawn jaqgħu taħt D.1114)

 pagamenti fi skema ta’ tifdil għall-impjegati (dawn jaqgħu taħt D.1112)

 pagamenti maħsuba biex ikopru perjodu speċifiku li fih ma jsirx xogħol (dawn jaqgħu taħt D.1113 jew, fil-każ ta’ mard, taħt D.1221).

Dawn jistgħu:

 jkunu bonuses imħallsa għal riskji fuq ix-xogħol jew xogħol bix-shift

 jkunu mħallsa kull ġimgħa jew kull xahar skond il-perjodu normali tal-paga

 jirriflettu r-rendiment ta’ impjegat jew ta’ grupp ta’ impjegati



Eżempji: Ħlas li jaqa’ taħt il-varjabbli D.11111

Kategorija

Deskrizzjoni

Allowance ta’ l-espatriajazzjoni/allowance ta’ l-għoli tal-ħajja

Ħlas lill-impjegati li jaħdmu barra mill-pajjiż ta’ l-oriġini jew tar-residenza tagħhom/id-domiċilju normali tagħhom biex jirrifletti d-differenza fl-għoli tal-ħajja

Allowance tad-dar

Ħlas għall-ispejjeż ta’ l-akkomodazzjoni

Ħlas għax-xogħol jew għal każi fejn jissejħu għax-xogħol

Ħlas għall-impjegati li jridu jkunu disponibbli biex jaħdmu tul perjodi li m’humiex is-sigħat normali ta’ xogħol

Paga addizjonali għal riskji jew perikli

Bonus imħallas lill-impjegati fejn hemm riskji speċifiċi li għandhom x’jaqsmu max-xogħol, per eżempju kimiċi perikolużi

Allowance għal ħin imnaqqas ta’ xogħol

Ħlas ekstra (mhux garantit) bħala kumpens totali jew f’parti lill-impjegati minħabba tnaqqis fil-ħin normali tax-xogħol. (Ħlas garantit jaqa’ taħt D.1224)

Kummissjonijiet tal-bejgħ

Bonus marbut man-numru ta’ prodotti mibjugħa

Paga tas-sahra

Ħlas ta’ bonus għal sigħat maħduma aktar mis-sigħat normali ta’ xogħol

Allowance ta’ ritenżjoni

Ħlas kontinwu biex jinkoraġġixxi jew jorbot lill-impjegati eżistenti biex jibqgħu ma’ min iħaddimhom

Ħlas skond ir-riżultati

Ħlas ta’ bonus li jiddependi fuq in-numru ta’ prodotti pproċessati mill-impjegat, per eżempju n-numru ta’ oġġetti ta’ l-ilbies magħmula

Paga għax-shift

Ħlas bonus għal xogħol waqt sigħat mhux standard, per eżempju matul il-lejl

D.11112:   Ħlas dirett, bonuses u allowances mhux imħallsa f’kull perjodu ta’ paga

Pagamenti li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ l-ispejjeż tax-xogħol D.11112 għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:

Huma: tranżazzjonijiet ta’ flus mingħand dak li jħaddem għal għand l-impjegat.

M’humiex:

 imħallsa f’kull perjodu ta’ paga (dawn jistgħu jaqgħu taħt D.11111)

 pagamenti mhux fi flus (dawn jaqgħu taħt D.1114)

 pagamenti fi skema ta’ tifdil għall-impjegati (dawn jaqgħu taħt D.1112)

 pagamenti maħsuba biex ikopru perjodu speċifiku li fih ma jsirx xogħol (dawn jaqgħu taħt D.1113 jew, fil-każ ta’ mard, taħt D.1221).

Dawn jistgħu:

 jkunu allowance għal spejjeż jew infiq speċifiku

 jirriflettu r-rendiment ta’ impjegat jew ta’ grupp ta’ impjegati

 jkunu pagament obbligatorju stipulat fil-kuntratt ta’ l-impjieg jew fil-ftehim kollettiv

 jkunu pagament diskrezzjonali

 jitħallsu jew fi żminijiet varji jew fi żminijiet fissi matul is-sena



Eżempji: Ħlas li jaqa’ taħt il-varjabbli D.11112

Kategorija

Deskrizzjoni

Għotja eċċezzjonali għal servizz twil

Imħallsa darba meta impjegat ikun ħadem għal numru speċifiku ta’ snin ma’ l-istess persuna li tħaddmu

Bonus tat-tluq jew ta’ l-irtirar

Ħlas fuq it-tluq jew l-irtirar mill-impjieg, mhux assoċjat mad-drittijiet tal-pensjoni, jekk dawk il-pagamenti ma jkunux marbuta ma’ ftehim kollettiv. (Min-naħa l-oħra, jew jekk ma jkun hemm l-ebda informazzjoni dwar xi rabta possibbli, dawn il-pagamenti jaqgħu taħt D.1223.)

Golden handshake

Ħlas eċċezzjonali lill-impjegati li ser iħallu l-intrapriża jekk dawk il-pagamenti ma jkunux marbuta ma’ ftehim kollettiv. (Min-naħa l-oħra, jew jekk ma jkun hemm l-ebda informazzjoni dwar xi rabta possibbli, pagamenti eċċezzjonali tal-leave jaqgħu taħt D.1223.)

Inċentiva għar-reklutaġġ

Ħlas uniku mogħti lill-impjegat ġdid fil-bidu ta’ l-impjieg

Arretrati ta’ paga mħallsa b’lura

Pagamenti li jirrapreżentaw żidiet fil-ħlas dirett li jkunu applikati b’mod retroattiv

Bonus ta’ inkorporazzjoni bejn kumpaniji

Pagament ta’ darba li jsir lill-impjegati b’riżultat ta’ inkorporazzjoni ta’ kumpanija

Għotjiet ta’ rikonoxximent għall-impjegati

Pagament eċċezzjonali mogħti minn min iħaddem li jiddistingwi individwi jew gruppi ta’ impjegati

Bonuses tal-produttività/għotjiet mogħtija meta jintlaħqu l-miri tar-rendiment

Pagamenti li jiddependu fuq il-fatt li impjegat jew grupp ta’ impjegati jilħqu miri stabbiliti minn qabel, per eżempju fir-rigward tal-bejgħ, servizz lill-konsumatur jew baġits

Bonus speċjali ta’ festa

Mogħti fiż-żmien ta’ ċerti festi, per eżempju l-Milied

Qsim tal-profitti tal-kumpanija u drittijiet fuq iż-żieda fl-istokks

Ħlas fi flus li jiddependi fuq il-profitt tal-kumpanija. Drittijiet fuq iż-żieda fl-istokks jirrappreżentaw forma ta’ qsim fil-profitti tal-kumpanija fejn impjegat jieħu d-dritt ta’ pagament futur fi flus ibbażat fuq iż-żieda fil-prezz ta’ l-ishma tal-kumpanija minn xi livell speċifikat fuq perjodu ta’ żmien speċifikat. Drittijiet fuq iż-żieda fl-istokks għandhom jiġu evalwati fiż-żmien tal-pagament fi flus u għandhom jirreferu għall-imsemmi żmien, mingħajr ma jiġi kkunsidrat il-valur fid-data ta’ l-għotja jew it-tul tal-perjodu tal-vesting period.

Bonus tal-kumpanija ta’ kull tliet xhur

Imħallas kull tliet xhur, ibbażat fuq il-profitt jew fuq ir-rendiment ta’ min iħaddem (meta l-perjodu tal-paga ma jkunx ta’ kull tliet xhur)

Paga tat-13 jew l-14-il xahar

Pagamenti ekstra fis-sena

Bonus annwali tal-kumpanija

Imħallas darba fis-sena u jiddependi fuq il-profitt jew ir-rendiment ta’ min iħaddem

D.1113:   Ħlas għal ġranet mhux maħduma



Eżempji: Ħlas li jaqa’ taħt il-varjabbli D.1113

Kategorija

Deskrizzjoni

Paga għall-vaganzi

Ħlas lill-impjegati li jkopri ġranet mhux maħduma minħabba festi annwali, nazzjonali jew lokali. (Ħlas magħmul minn min iħaddem biex ikopri l-assenza ta’ l-impjegati minħabba mard jew leave tal-maternità jitqies bħala kontribuzzjoni soċjali ta’ min iħaddem taħt D.1221.)

Leave speċjali

Ħlas lill-impjegati li jkopri ġranet mhux maħduma minħabba raġunijiet personali speċjali, per eżempju żwieġ, mewt ta’ membri tal-familja, rappreżentazzjoni ta’ l-union, servizz militari jew ta’ġurija. (Ħlas magħmul minn min iħaddem biex ikopri l-assenza ta’ l-impjegati minħabba mard jew leave tal-maternità jitqies bħala kontribuzzjoni soċjali ta’ min iħaddem taħt D.1221.)

D.1114:   Pagi u salarji mhux biflus u l-komponenti tagħhom



Eżempji: Pagi u salarji li jaqgħu taħt il-varjabbli D.1114

Kategorija

Deskrizzjoni

Aktar analiżi

Traħħis ta’ prodotti

Min iħaddem ibigħ prodotti lill-impjegati b’rati mnaqqsa. Id-dħul f’oġġetti huwa ugwali għad-differenza bejn il-prezz tas-suq u l-prezz imnaqqas.

D.11141

Akkomodazzjoni b’xejn jew issussidjata

Min iħaddem iħallas it-total ta’ jew parti mill-ispejjeż l-akkomodazzjoni ta’ l-impjegati. Għal darb’oħra, il-valur tad-dħul f’oġġetti jintlaħaq billi jitqabbel mal-prezz tas-suq.

D.11142

L-użu ta’ karozza ta’ proprjetà ta’ min iħaddem

Min iħaddem iħallas l-ispejjeż għall-karozza ta’ proprjetà ta’ min iħaddem u li tkun disponibbli għall-impjegat għall-użu tal-kumpanija kif ukoll għall-użu personali. (Id-dħul f’oġġetti jirreferi għall-valur ta’ l-użu tal-karozza privata.)

D.11143

Petrol b’xejn jew sussidjat

Min iħaddem iħallas it-total jew parti mill-ispejjeż privati tal-fjuwil ta’ l-impjegat assoċjat ma’ l-użu ta’ karozza ta’ proprjetà ta’ min iħaddem. Id-dħul f’oġġetti huwa daqs il-valur tal-flus ta’ dan il-benefiċċju.

D.11143

Skemi ta’ xiri ta’ ishma

Pagamenti mhux fi flus ibbażati fuq ishma fejn l-ishma jingħataw lill-impjegati bħala parti mill-pakketti tal-kumpens tagħhom. L-impjegat jirċievi l-ishma mingħajr dewmien bi prezz anqas mill-prezz tas-suq. (Id-drittijiet fuq iż-żieda fl-istokks huma forom ta’ kumpens ibbażati fuq ishma mħallsa fi flus u għandhom jaqgħu taħt D.11112.)

D.11144

Id-dritt tax-xiri ta’ l-istokks

Pagamenti mhux fi flus ibbażati fuq ishma fejn l-ishma jingħataw lill-impjegati bħala parti mill-pakketti tal-kumpens tagħhom. L-impjegat jirċievi d-dritt li jixtri ishma fi żmien iddefinit sew fil-futur bi prezz diġà ffissat fil-preżent. (Id-drittijiet fuq iż-żieda fl-istokks huma forom ta’ kumpens ibbażati fuq ishma mħallsa fi flus u għandhom jaqgħu taħt D.11112)

D.11144

Ipparkjar b’xejn jew sussidjat fuq il-post tax-xogħol

Min iħaddem jipprovdi faċilitajiet għall-ipparkjar għall-impjegati bi prezz imnaqqas jew b’xejn lill-impjegat. Id-dħul f’oġġetti huwa daqs il-valur tal-flus ta’ dan il-benefiċċju.

D.11145

Użu b’xejn jew sussidjat ta’ telefon ċellulari

Min iħaddem jipprovdi telefon ċellulari għall-użu tax-xogħol u privat u jħallas l-ispejjeż kollha assoċjati. Id-dħul jikkorrispondi għall-valur tal-flus ta’ dan il-benefiċċju.

D.11145

Vjaġġar b’xejn jew sussidjat bejn id-dar u l-post tax-xogħol

L-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar ta’ l-impjegati bejn id-dar u l-post tax-xogħol huma mħallsa fit-total jew f’parti. Id-dħul f’oġġetti huwa daqs il-valur tal-flus ta’ dan il-benefiċċju, bħal aktar ’il fuq.

D.11145

Ikliet b’xejn jew sussidjati

L-ikliet huma pprovduti minn min iħaddem bi prezz imnaqqas jew b’xejn lill-impjegat. Id-dħul f’oġġetti huwa daqs il-valur tal-flus, bħal aktar ’il fuq.

D.11145

D.121:   Il-kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem



Eżempji: Ħlas li jaqa’ taħt il-varjabbli D.121

Kategorija

Deskrizzjoni

Aktar analiżi

Pagamenti ta’ min iħaddem fi skema ta’ assigurazzjoni għal diżabilità

Ħlas regolari ffinanzjat ta’ min iħaddem fl-iskema ta’ assigurazzjoni

D.1211

Il-pagamenti statutorji ta’ min iħaddem f’fondi tal-pensjoni

Min iħaddem iħallas waqt il-ħidma fi skema ta’ pensjoni li tinvolvi fond tas-sigurtà soċjali, intrapriża ta’ l-assigurazzjoni jew fond awtonomu tal-pensjoni

D.1211

Żieda fil-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni minn min iħaddem

Min iħaddem iħallas kontribuzzjoni żejda fl-iskema tal-pensjoni ta’ l-impjegat

D.1212

D.122:   Il-kontribuzzjonijiet soċjali attribwiti ta’ min iħaddem



Eżempji: Ħlas li jaqa’ taħt il-varjabbli D.122

Kategorija

Deskrizzjoni

Aktar analiżi

Ħlas waqt leave tal-maternità

Min iħaddem iħallas direttament lill-impjegat matul il-maternità bħala kumpens tat-telf fid-dħul

D.1221

Kontribuzzjonijiet soċjali attribwiti ta’ min iħaddem għall-pensjonijiet ta’ impjegati taċ-Ċivil

Min iħaddem ma jagħmilx pagamenti fi skema tal-pensjoni matul l-impjieg tal-persuna. Il-pensjonijiet imbagħad jitħallsu mill-istess riżorsi ta’ min iħaddem

D.1222

Ħlas fi skemi ta’ rtirar kmieni għal part-timers

Pagamenti addizzjonali magħmula minn min iħaddem fi skemi ta’ rtirar kmieni għal impjegati part-time

D.1222

Ħlas tat-tkeċċija bbażati fuq ftehim kollettiv

Min iħaddem iħallas direttament lill-impjegati li ser jitilqu mill-intrapriża

D.1223

Għotjiet għall-studju

Min iħaddem iħallas parti minn jew it-total ta’ l-ispiża ta’ taħriġ mhux relatat max-xogħol li jsir barra mill-intrapriża

D.1224

Għotja għaż-żwieġ jew twelid tat-tfal

Ħlas magħmul lill-impjegat wara dan l-avveniment

D.1224

Edukazzjoni għat-tfal b’xejn jew sussidjata

L-ispejjeż ta’ l-edukazzjoni għat-tfal ta’ l-impjegati jiġu mħallsa b’mod sħiħ jew parzjali

D.1224

Allowance għal xogħol b’ħin imnaqqas

Ħlas garantit bħala kumpens totali jew parzjali lill-impjegati minħabba tnaqqis fil-ħin normali tax-xogħol. (Ħlas addizzjonali, imħallas f’kull perjodu, jaqa’ taħt D.11111)

D.1224

D.2:   Taħriġ vokazzjonali mħallas minn min iħaddem



Eżempji: Ħlas li jaqa’ taħt il-varjabbli D.2

Kategorija

Deskrizzjoni

Ħlas ta’ għalliema li ġejjin minn barra l-intrapriża

Spejjeż relatati ma’ taħriġ vokazzjonali għall-impjegati, per eżempju taħriġ organizzat f’għamla ta’ seminars fl-intrapriża (is-sussidji, jekk ikun hemm, jaqgħu taħt D.5 u jridu jiġu esklużi).

Infiq fuq għajnuna għat-tagħlim

Spejjeż relatati ma’ taħriġ vokazzjonali, per eżempju taħriġ f’għamla ta’ korsijiet elettroniċi ibbażati fuq l-Intranet żviluppati minn kumpaniji speċjalizzati (is-sussidji, jekk ikun hemm, jaqgħu taħt D.5 u jridu jiġu esklużi).

D.3:   Infiq ieħor minn min iħaddem



Eżempji: Ħlas li jaqa’ taħt il-varjabbli D.3

Kategorija

Deskrizzjoni

Allowance għall-ilbies

Imħallsa f’xogħlijiet fejn ikunu meħtieġa ħwejjeġ speċjali, per eżempju għall-protezzjoni jew għall-preżentazzjoni u fejn dawn ma jkunux maħsuba għall-użu personali

Spejjeż tar-reklutaġġ

Spejjeż ta’ l-aġenziji tar-reklutaġġ jew reklami għall-impjiegi

Allowance ta’ l-installazzjoni jew ġarr

Imħallsa meta l-impjegat ikun mitlub li jibdel il-post tar-residenza




ANNESS III

IT-TRASMISSJONI TAD-DATA INKLUŻA ANALIŻI SKOND L-ATTIVITÀ EKONOMIKA, ID-DAQS TAL-KLASSIJIET TA’ L-INTRAPRIŻA U L-PAJJIŻ JEW IR-REĠJUN

Iridu jingħataw tliet files, li jikkorrispondu għat-Tabelli A, B u C:

 It-Tabella A għandha tagħrif nazzjonali (rekord wieħed għal kull attività ekonomika fil-livelli tas-sezzjoni u tad-diviżjoni ta’ ►M2  NACE Rev. 2 ◄ )

 It-Tabella B għandha tagħrif nazzjonali skond id-daqs tal-klassijiet (rekord wieħed għal kull attività ekonomika fil-livelli tas-sezzjoni u tad-diviżjoni ta’ ►M2  NACE Rev. 2 ◄ , għal kull waħda mill-klassi tad-daqs)

 It-Tabella C għandha tagħrif reġjonali fil-livell NUTS 1 (rekord wieħed għal kull attività ekonomika fil-livelli tas-sezzjoni u tad-diviżjoni ta’ ►M2  NACE Rev. 2 ◄ , għal kull wieħed mir-reġjuni).

It-Tabella C mhix neċessarja għal dawk il-pajjiżi fejn NUTS 1 jikkorrispondi mal-livell nazzjonali. Għall-parti sekondarja ta’ varjabbli elenkati fl-Anness I, hija neċessarja biss it-tabella A. Dawn il-varjabbli huma mmarkati fl-Anness I.

Identifikazzjoni ta’ rekord

Ir-rekords huma mqassmin skond sekwenza ta’ identifikazzjoni li għandha l-kategoriji li ġejjin:

 is-sena ta’ l-istħarriġ,

 it-tip ta’ tabella,

 il-kodiċi tal-pajjiż jew tar-reġjun,

 l-attività ekonomika u

 id-daqs tal-klassi.

Il-kodiċi tat-trasmissjoni għall-

 l-attivitajiet ekonomiċi ta’ ►M2  NACE Rev. 2 ◄ ,

 id-daqs tal-klassijiet għall-intrapriżi u

 il-pajjiżi jew ir-reġjuni

huma stabbiliti minn Eurostat f’dokument ta’ implimentazzjoni.

Il-Marka tal-Kunfidenzjalità

Ir-rekords individwali trasmessi għat-Tabelli A, B u C jikkonsistu f’data miġbura f’daqqa, jiġifieri stimi tal-popolazzjoni. Meta jkun strettament neċessarju, rekords individwali jistgħu jiġu mmarkati bħala “kunfidenzjali”. Jista’ jkun hemm ksur tal-kunfidenzjalità fit-Tabelli A, B jew C jekk in-numru ta’ l-intrapriżi jew tal-fergħat lokali fil-popolazzjoni jkun żgħir ħafna għal rekord individwali relatat ma’ attività ekonomika, daqs tal-klassi jew reġjun partikolari. Ovvjament, ir-riskji huma akbar meta r-rekord individwali jkollu x’jaqsam ma’ fergħa jew tnejn kbar. Bl-istess mod, ir-riskju għall-kunfidenzjalità jista’ jkun ogħla għat-Tabelli B u C minħabba l-analiżi addizzjonali skond id-daqs tal-klassi u skond ir-reġjun rispettivament. Se jintużaw żewġ kodiċi biex ikunu identifikati rekords kunfidenzjali:

“1” jekk id-data ta’ rekord individwali fit-Tabella A, B jew C tkun kunfidenzjali ( 8 );

“”: jekk id-data ma tkunx kunfidenzjali, daħħal spazju “” (mhux żero jew linja “–”).

Il-varjabbli

Il-varjabbli mitluba huma definiti fl-Anness I. In-numri għandhom jiddaħħlu mingħajr spazji, punti jew virgoli (per eżempju, 13967 huwa korrett; dawn li ġejjin m’humiex korretti: 13 967 jew 13.967 jew 13,967).

Varjabbli nieqsa (jew żero) għandhom ikunu kodifikati skond ir-regoli li ġejjin:

“NA” meta l-varjabbli ma jkunx disponibbli (anke jekk dan tassew jeżisti u jkun akbar minn żero).

“OPT” meta l-varjabbli ma jkunx obbligatorju u ma jkunx kompletat.

“0” għall-valuri żero, jew għal dawk il-varjabbli li ma jeżistux fil-pajjiż konċernat.

Il-varjabbli għan-numru ta’ impjegati, il-ħin tax-xogħol u n-numru ta’ unitajiet statistiċi għandhom jiġu espressi f’termini assoluti, jiġifieri billi jingħataw in-numri sħaħ (mhux deċimali, għaxriet, eluf, miljuni, eċċ).

Il-varjabbli li għandhom x’jaqsmu man-nefqa għandhom jiġu espressi fil-munita nazzjonali tal-pajjiż konċernat. Għall-pajjiżi fiż-żona euro, in-numri għandhom jiġu espressi f’euros. L-unitajiet użati f’kull pajjiż għandhom ikunu identiċi għall-varjabbli kollha u għandhom jiġu espressi f’termini assoluti, jiġifieri billi jingħataw in-numri sħaħ (mhux deċimali, għaxriet, eluf, miljuni, eċċ).

Trażmissjoni

L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-data u l-metadata mitluba minn dan ir-Regolament f’format elettroniku skond standard ta’ skambju propost mill-Eurostat. Eurostat ser jagħmel disponibbli dokumentazzjoni dettaljata fir-rigward ta’ standards approvati u ser jipprovdi linji ta’ gwida dwar kif jiġu implimentati dawn l-istandards skond il-ħtiġijiet ta’ dan ir-Regolament.



( 1 ) ĠU L 63, tat-12.3.1999, p. 6.

( 2 ) ĠU L 181, tat-28.6.1989, p. 47.

( 3 ) Mhux obbligatorju li tkun koperta s- ►M2  Taqsima O ta’ NACE Rev. 2 ◄ . Mhux obbligatorju wkoll li jkunu koperti impjegati f’intrapriżi b’anqas minn 10 impjegati. Il-kodiċi tat-trasmissjoni għall-attivitajiet ekonomiċi ta’ ►M2  NACE Rev. 2 ◄ , il-pajjiż jew ir-reġjun skond il-klassifikazzjoni NUTS fis-seħħ u l-klassijiet tad-daqs ta’ intrapriżi huma stabbiliti mill-Eurostat f’dokument ta’ implimentazzjoni.

( 4 ) Biex jiġi evitat għadd doppju, is-sigħat maħduma minn persuni impjegati minn aġenziji ta’ l-impjieg għandhom jiġu inklużi fil-kategorijia NACE ta’ l-aġenzija ta’ l-impjieg ( ►M2  NACE Rev. 2, 78.20 ◄ ) u mhux fil-kategorija NACE ta’ l-intrapriża li għaliha attwalment jaħdmu.

( 5 ) Ħaddiem li jaħdem barra mill-intrapriża huwa persuna li taqbel li taħdem għal intrapriża partikolari jew li jipprovdi ċertu kwantità ta’ oġġetti jew servizzi lill-intrapriża partikolari bi ftehim minn qabel jew fuq kuntratt ma’ dik l-intrapriża, imma li l-post tax-xogħol tiegħu mhuwiex fi ħdanha (Referenza ESA 95: 11.13(g)). Is-sigħat attwalment maħduma minn ħaddiema barra mill-intrapriża jistgħu jiġu stmati.

( 6 ) Jekk ikun preferut, il-medja tista’ tiġi bbażata fuq in-numru ta’ impjegati ta’ kull ġimgħa (jew ta’ kuljum) matul is-sena ta’ referenza. Medja bbażata fuq figuri ta’ kull tliet xhur dwar l-impjegati hija wkoll permessa.

( 7 ) Sigħat mhux imħallsa maħduma bħala komponent ta’ “sigħat attwalment maħduma” ħafna drabi jridu jiġu stmati, per eżempju minn data ta’ stħarriġ magħruf.

( 8 ) Meta rekord individwali ikun mmarkat bħala kunfidenzjali, Eurostat jieħu l-azzjoni xierqa biex jipproteġi l-kunfidenzjalità tad-data mressqa għat-Tabelli A, B u C.

Top