Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01999R1722-20000301

    Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1722/1999 tad-29 ta’ Lulju 1999 dwar l-importazzjoni tan-nuħħala, sharps u residwi oħra tat-tgħarbil, tħin jew ipproċessar ieħor ta’ ċerti ċereali li joriġinaw mill-Alġerija, il-Marokk u l-Eġittu u l-importazzjoni tal-qamħ durum li joriġina mill-Marokk

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1722/2000-03-01

    1999R1722 — MT — 01.03.2000 — 001.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1722/1999

    tad-29 ta’ Lulju 1999

    dwar l-importazzjoni tan-nuħħala, sharps u residwi oħra tat-tgħarbil, tħin jew ipproċessar ieħor ta’ ċerti ċereali li joriġinaw mill-Alġerija, il-Marokk u l-Eġittu u l-importazzjoni tal-qamħ durum li joriġina mill-Marokk

    (ĠU L 203, 3.8.1999, p.16)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 620/2000 tat-23 ta’ Marzu 2000

      L 75

    44

    24.3.2000




    ▼B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1722/1999

    tad-29 ta’ Lulju 1999

    dwar l-importazzjoni tan-nuħħala, sharps u residwi oħra tat-tgħarbil, tħin jew ipproċessar ieħor ta’ ċerti ċereali li joriġinaw mill-Alġerija, il-Marokk u l-Eġittu u l-importazzjoni tal-qamħ durum li joriġina mill-Marokk



    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    il-Ftehim tal-Kooperazzjoni u l-Ftehim Interim konklużi fl-1976 u 1977 bejn, fuq parti minnhom, il-Komunità Ekonomika Ewropea u fuq il-parti l-oħra, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta’ l-Alġerija, ir-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu u r-Renju tal-Marokk dwar l-importazzjoni fil-Komunità ta’ nuħħala, sharps u residwi oħra mit-tgħarbil, it-tħin u l-ipproċessar l-ieħor ta’ ċereali jipprovdi għal arranġamenti preferenzjali bbażati fuq tnaqqis jew eżenzjoni minn imposti varjabbli.

    (2)

    il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u l-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar arranġamenti speċjali fuq l-importazzjonmi tal-qamħ durum jikkonċedu tnaqqis fl-imposta varjabbli.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1519/76 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1976 rigward l-importazzjoni ta’ nuħħala, sharps u residwi oħra ġejjin mit-tgħarbil, it-tħin jew l-ipproċessar l-ieħor ta’ ċerti ċereali li joriġinaw fl-Alġerija ( 1 ), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1526/76 ta’ l-24 ta’ Gunju ta’ l-1976 li jikkonċerna l-importazzjoni tan-nuħħala, sharps u residwi oħra li ġejjin mit-tgħarbil, dħin jew l-ipproċessar ta’ ċerti ċereali li joriġinaw mill-Marokk ( 2 ), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1251/77 tas-17 ta’ Mejju 1977 rigward l-importazzjoni ta’ nuħħala, sharps u residwi oħra li ġejjin mit-tgħarbil, it-tħin u pproċessar ieħor ta’ ċereali li ġejjin mir-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu ( 3 ) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1520/76 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1976 fuq l-importazzjoni tal-qamħ durum li ġej mill-Marokk ( 4 ) jistabbilixxu regoli għall-implimentazzjoni għall-arranġamenti konċernati.

    (4)

    il-Ftehim ta’ l-Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja qiegħed jiġi nnegozjat jew konkluż mar-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta’l-Alġerija, ir-Renju tal-Marokk u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu; sadattant, il-ftehim ta’ kooperazzjoni msemmi fir-Regolament (KEE) Nru 1519/76, (KEE) Nru 1520/76, (KEE) Nru 1526/76 u (KEE) Nru 1251/77 jgħodd.

    (5)

    taħt il-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż fis-Sensiela ta’ l-Urugwaj ta’ negozjati kummerċjali multilaterali, il-Komunità ftiehmet li tiffissa r-rata ta’ l-imposti varjabbli u li tissostitwihom b’dazji doganali mill-1 ta’ Lulju 1995; dan jista’ jirrendi l-arranġamenti speċjali bażati fuq diversi levies bħala ftehim mingħajr funzjoni u, għaldaqstant, skond il-konklużjoni pendenti ta’ ftehim ġdid ma’ l-Alġerija, l-Marokk u l-Eġittu, derogazzjonijiet temporanji li ma jaffettwawx il-bażi ta’ kull wieħed fost dawk l-arranġamenti ikollhom jiġu introdotti mir-Regolamenti (KEE) Nru 1519/76, (KEE) Nru 1520/76, (KEE) Nru 1526/76 u (KEE) Nru 1251/77; regoli dwar it-tibdil temporanju ta’ dawk ir-Regolamenti huma mfasslin fir-Regolamenti (KE) Nru 1710/95 ( 5 ) u (KE) Nru 1711/95 ( 6 ) sat-30 ta’ Ġunju 1999 skond il-bażi ta’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 3290/94 ( 7 ).

    (6)

    il-vantaġġi mogħtija taħt il-Ftehim rigward l-importazzjoni ta’ nuħħala, sharps u residwi oħra mit-tgħarbil, it-tħin u l-ipproċessar l-ieħor ta’ ċerti ċereali ġie b’hekk sostitwit f’dawk li huma dazji doganali minn, għall-Alġerija u l-Marokk, tnaqqis b’rata fissa ta’ EUR 7,25 kull tunnellata metrika fit-tariffa komuni tad-dazji doganali minflok il-konċessjoni ta’ komponent fiss b’żieda ta’ tnaqqis ta’ 60 % ta’ dak id-dazju mnaqqas minflok il-konċessjoni tal-komponent varjabbli u, għall-Eġittu, minn 60 % tnaqqis fil-dazju doganali.

    (7)

    sa ma jintemmu n-negozjati li għaddejjin jew sal-konklużjoni tal-ftehim, jeħtieġu miżuri biex jiżguraw il-kontinwità kummerċjali mal-Komunità billi jiġu estiżi l-arranġamenti tranżizzjonali li qegħdin fis-seħħ.

    (8)

    jekk ftehim ġdid jiġi konkluż mal-pajjiżi terzi in kwistjoni dan ir-Regolament għandu jiġi aġġustat; għandu jiġi stabbilit li l-Kummissjoni tista’ tadotta dawn l-emendi skond il-proċedura prevista mill-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali ( 8 ),

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



    ▼M1

    L-Artikolu 1

    Dan ir-regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-arranġamenti speċjali għall-importazzjoni ta’ nuħħala, fdalijiet tal-qamħ u fdalijiet oħra mit-tgħarbil, tħin u xogħol ieħor fuq ċerti ċereali li joriġinaw mill-Algerija u mill-Eġittu.

    L-Artikolu 2

    Id-dazji tad-dwana applikabbli fuq importazzjoni fil-Komunita ta’ nuħħala, fdalijiet tal-qamħ u fdalijiet oħra mit-tgħarbil, mit-tħin u minn xogħol ieħor fuq ċerti ċereali li jaqgħu fil-kodiċi NM minn 2302 30 10 sa’ 2302 40 90 u li jkunu joriġinaw mill-Algerija għandhom ikunu ta’ 40 % ta’ l-ammont stabbilit fit-Tariffa Doganali Komuni sussegwentement imnaqqas b’EUR 7,25 kull tunnellata metrika.

    ▼B

    L-Artikolu 3

    Id-dazji doganali applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ nuħħala, sharps u residwi oħra mit-tgħarbil, it-tħin u l-ipproċessar l-ieħor ta’ ċerti ċereali li jaqgħu fil-kodiċi NM 2302 10 10 sa 2302 10 90, 2302 20 10, 2302 20 92 u 2302 30 10 sa 2302 40 90 u li joriġinaw mill-Eġittu għandhom ikunu 40 % ta’l-ammont stabbilit fit-tariffa doganali komuni.

    ▼M1

    L-Artikolu 4

    L-Artikoli 2 u 3 għandhom jgħoddu għall-importazzjoni kollha li dwarha l-importatur jista’ jagħti xhieda li imposta ta’ l-esportazzjoni tkun inġabret mill-Algerija jew mill-Eġittu kif approprjat skond l-Artikolu 21 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni ma’ l-Algeria u l-Artikolu 20 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni ma’ l-Eġittu.

    ▼M1 —————

    ▼B

    L-Artikolu 6

    Meta jiġu konklużi arranġamenti ġodda mal-pajjiżi terzi msemmija f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta l-emendi meħtieġa f’dan ir-Regolament li joħorġu minn dawk l-arranġamenti b’konformità mal-proċedura prevista fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 1766/92.

    L-Artikolu 7

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan għandu jgħodd mill-1 Lulju 1999.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



    ( 1 ) ĠU L 169, tat-28.6.1976, p. 40.

    ( 2 ) ĠU L 169, tat-28.6.1976, p. 56.

    ( 3 ) ĠU L 146, ta’ l-14.6.1977, p. 11.

    ( 4 ) ĠU L 169, tat-28.6.1976, p. 42.

    ( 5 ) ĠU L 163, ta’ l-14.7.1995, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2622/98 (ĠU L 329, tal-5.12.1998, p. 16).

    ( 6 ) ĠU L 163, ta’ l-14.7.1995, p. 3. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1616/98 (ĠU L 209, tal-25.7.1998, p. 31.).

    ( 7 ) ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1340/98 (ĠU L 184, tas-27.6.1998, p. 1.).

    ( 8 ) ĠU L 181, ta’ l-1.7.1992, p. 21. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2547/98 (ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 41.).

    Top