Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01997D0740-20010802

    Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Ottubru 1997 dwar il-proċedura tal-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirigwardja l-bini bil-ġebel u l-prodotti relatati (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (97/740/KE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/740/2001-08-02

    1997D0740 — MT — 02.08.2001 — 001.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta’ l-14 ta’ Ottubru 1997

    dwar il-proċedura tal-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirigwardja l-bini bil-ġebel u l-prodotti relatati

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (97/740/KE)

    (ĠU L 299, 4.11.1997, p.42)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta' Jannar 2001

      L 209

    33

    2.8.2001




    ▼B

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta’ l-14 ta’ Ottubru 1997

    dwar il-proċedura tal-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti għall-bini permezz ta’ l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE f’dak li jirigwardja l-bini bil-ġebel u l-prodotti relatati

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (97/740/KE)



    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti għall-bini ( 1 ), kif emendata bid-Direttiva 93/68/KEE ( 2 ), u partikolarment l-Artikolu 13(4) tagħha,

    Billi l-Kummissjoni hija meħtieġa li tagħżel, bħal bejn iż-żewġ proċeduri permezz ta’ l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE għall-attestazzjoni tal-konformità ta’ prodott, il-‘proċedura l-anqas oneruża possibli li tkun konsistenti mas-sigurtà’; billi dan ifisser li huwa meħtieġ li tiddeċiedi jekk, għal prodott partikolari jew għal familja ta’ prodotti, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika taħt ir-responsabbilità tal-manifattur, tkunx il-kondizzjoni meħtieġa u suffiċjenti għall-attestazzjoni tal-konformità, jew jekk, għal raġunijiet relatati mat-twettieq tal-kriterja msemmija fl-Artikolu 13(4), l-intervent ta’ korp approvat tal-attestazzjoni ikunx għalhekk meħtieġ;

    Billi l-Artikolu 13(4) jeħtieġ li l-proċedura hekk iddeterminata għandha tkun indikata fuq il-mandat u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi; billi, għalhekk, huwa mixtieq li jkun definit il-kunċett ta’ prodotti jew familja ta’ prodotti kif użati fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi;

    Billi ż-żewġ proċeduri li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 13(3) huma deskritti fid-dettall fl-Anness III tad-Direttiva 89/106/KEE; billi huwa meħtieġ għalhekk li jkunu speċifikati b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom ikunu implementati, b’referenza għall-Anness III, għall-kull prodott jew familja ta’ prodotti, la darba l-Anness III jagħti preferenza għal ċerti sistemi;

    Billi l-proċedura riferita fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrespondi mas-sistemi stabbiliti fl-ewwel possibilità, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u t-tielet possibilitajiet tal-punt (ii) tas-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness III, u l-proċedura riferita fil-punt (b) ta’ l-Artikolu 13(3) tikkorrespondi għas-sistemi stabbiliti fil-punt (i) tas-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness III, u l-ewwel possibilità, b’sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tas-Sezzjoni 2 ta’ l-Anness III;

    Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Bini,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



    Artikolu 1

    Il-prodotti u l-familji tal-prodotti stabbiliti fl-Anness I għandhom ikollhom il-konformità tagħhom iċċertifikta bi proċedura li biha l-manifattur ikollu r-responsabbilità unika tiegħu is-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika biex jassigura li l-prodott ikun f’konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti.

    Artikolu 2

    Il-prodotti elenkati fl-Anness II għandhom ikollhom il-konformità tagħhom iċċertifikata bi proċedura li biha, b’żieda mas-sistema ta’ kontroll tal-produżżjoni fil-fabbrika operati mill-manifattur, korp approvat tal-attestazzjoni ikun involut fl-assessjar u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

    Artikolu 3

    Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità kif stabbilita fl-Anness III għandha tkun indikata fil-mandati għall-istandards armonizzati.

    Artikolu 4

    Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




    L-ANNESS I

    Bini bil-ġebel u prodotti relatati

     Unitajiet ta’ bini bil-ġebel tal-kategorija II biex ikunu wżati fil-ħitan, kolonni u diviżorji,

     Unitajiet speċjali ta’ bini bil-ġebel tal-kategorija II b’materjali ta’ insulazzjoni termika inkorporati fihom biex ikunu użati fil-ħitan u d-diviżjori u li ma humiex inklużi fl-Anness II,

     tajn tal-bini bil-ġebel maħduma fil-fabbrika preskritti biex ikun użat fil-ħitan, kolonni u diviżorji,

     tajn tat-tikħil/l-illixxar maħduma fil-fabbrika biex ikun użat fil-ħitan, kolonni, diviżorji u l-illixxar tas-soqfa, u

     irbit, qfiel ta’ saħħa, spallieri tat-travi, mensuli, angoli tas-sostenn, infurzament ta’ l-għaqdiet fil-pedamenti u blajjiet biex ikunu nkorporati f’ħitan, kolonni u diviżorji tal-ġebel.




    L-ANNESS II

    Bini bil-ġebel u prodotti relatati

     Unitajiet ta’ bini bil-ġebel tal-kategorija I biex ikunu wżati fil-ħitan, kolonni u diviżorji,

    ▼M1

     Unitjiet speċjali tal-ġebel tal-kategorija I jew II li jinkorporaw materjali termiċi ta' insulazzjoni li jidħlu fil-klassijiet A1 ( 3 ), A2 (3) , B (3) , Ċ (3)  biex jintużaw fil-ħitan u diviżorji suġġetti għar-regolamenti dwar ir-reazzjoni għan-nar, imma biss meta l-materjal ikunu suxxettibli li jkun espost għan-nar fl-applikazzjoni finali tiegħu, u

    ▼B

     tajn tal-bini bil-ġebel maħduma fil-fabbrika iddisinjati biex ikunu wżati fil-ħitan, kolonni u diviżorji.




    L-ANNESS III

    FAMILJA TA’ PRODOTTI

    BINI BIL-ĠEBEL U PRODOTTI RELATATI (1/3)

    Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

    Għal-prodott(i) u ntiżi għall-użu(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fis-standards armonizzati relevanti:



    Prodott(i)

    Użu(i) ntiż(i)

    Livell(i) jew klassi(jiet)

    Attestazzjoni tal-konformità tas-sistema(i)

    Unitajiet ta’ bini bil-ġebel kategorija I (1)

    Fil-ħitan, kolonni jew diviżorji

    2+

    Magħmulin fil-fabbrika, tajn maħsub għall-bini bil-ġebel (2)

    Unitajiet ta’ bini bil-ġebel Kategorija II

    Fil-ħitan, kolonni jew diviżorji

    4

    Magħmulin fil-fabbrika, tajn preskritt, għall-bini bil-ġebel (3)

    Magħmulin fil-fabbrika, tajn tat-tikħil/l-illixxsar

    Fl-illixxar tal-ħitan, kolonni, diviżorji u soqfa

    (1)   Unitajiet b’medja speċifikata ta’ forza komprensiva bi probabbilità ta’ nuqqas li tilħaq dan il-livell li ma teċċedix 5 %.

    (2)   Tajn iddisinjat u mmanifatturat biex jilħaq ħtiġiet speċifiċi ta’ rendiment.

    (3)   Tajn immanifatturat minn proporzjon speċifiċu ta’ kostitwenti li jistgħu ikunu meqjusa bħala li jilħqu l-ħtiġiet assoċjati mat-twettieq.

    Is-Sistema 2+: Ara l-Annes III (2) (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, l-ewwel possibbilità, inkluża l-attestazzjoni tal-kontroll tal-produzzjoni fil-fabbrika minn korp approvat.

    Is-Sistema 4: Ara l-Annes III (2) (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbilità.

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali hekk li tkun tista tiġi mplementata anki meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tkun iddeterminata għal ċerti karatteristiċi, minħabba li Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali dwar karatteristika bħal dik (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-dokumenti ta’ l-interpretazzjoni). F’dawk il-każi il-verifika ta’ karatteristika bħal dik m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dak ir-rigward.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI

    BINI BIL-ĠEBEL U PRODOTTI RELATATI (2/3)

    Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

    Għal-prodott(i) u ntiżi għall-użu(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fis-standards armonizzati relevanti:



    Prodott(i)

    Użu(i) intiż(i)

    Livel(i) jew klassi(jiet)

    Attestazzjoni tas-sistema(i) tal-konformità

    Irbit, ċintorini ta’ l-isikkar, spallieri tat-travi, mensuli, angoli ta’ sostenn, għaqdiet għat-tisħiħ tal-pedamenti u blajjet

    fil-ħitan u d-diviżorji

    3

    Sistema 3: Ara l-Anness III 2 (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà.

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali hekk li tkun tista tiġi mplementata anki meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tkun iddeterminata għal ċerti karatteristiċi, minħabba li Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali dwar karatteristika bħal dik (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-dokumenti ta’ l-interpretazzjoni). F’dawk il-każi il-verifika ta’ karatteristika bħal dik m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dak ir-rigward.

    FAMILJA TA’ PRODOTTI

    TAL-BINI U L-PRODOTTI RELATATI (3/3)

    Sistemi tal-attestazzjoni tal-konformità

    Għal-prodott(i) u ntiżi għall-użu(i) elenkati hawn taħt, CEN/Cenelec huma mitluba biex jispeċifikaw is-sistema(i) li ġejjin tal-attestazzjoni tal-konformità fis-standards armonizzati relevanti:



    Prodott(i)

    Użu(i) ntiż(i)

    Livell(i) jew klassi(jiet)

    (Reazzjoni għan-nar) (1)

    attestazzjoni tal-konformità tas-sistema(i)

    Unitajiet tal-bini bil-ġebel li jinkorporaw materjali ta’ l-insulazzjoni termika imqiegħda fuq il-wiċċ suxxettibbli li jkun espost għan-nar

    Fil-ħitan jew fid-diviżorji suġġetti għal reazzjoni rigward ir-regolamenti dwar in-nirien

    ►M1  A1 (2), A2 (2), B (2), Ċ (2)  ◄

    1

    ►M1  A1 (3), A2 (3), B (3), Ċ (3), D, E ◄

    3

    ►M1  (A1 sa E) (4), F ◄

    4

    (1)   Għar-reazzjoni lejn in-nar, ara ►M1  id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/147/KE (ĠU L 50, tat-23.2.2000, p. 14) ◄

    (2)    ►M1  Prodotti/materjali fejn stadju identifikkabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib dwar il-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (p.e. żieda ta' fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi) ◄ .

    (3)    ►M1  Prodotti/materjali mhux koperti bin-nota ta' l-aħħar 2 ◄ .

    (4)   Prodotti/materjali li ma jenħtieġux prova għal reazzjoni għan-nar (p.e. Prodotti/materjali fi Klassijiet A1 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE).

    Is-Sistema 1: Ara l-Anness III (2) (i) tad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr l-awditjar tat-testijiet tal-kampjuni.

    Is-Sistema 3: Ara l-Anness III (2) (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbilità.

    Is-Sistema 4: Ara l-Anness III (2) (ii) tad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbilità.

    L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun tali hekk li tkun tista tiġi mplementata anki meta l-imġieba ma jkunx hemm ħtieġa li tkun iddeterminata għal ċerti karatteristiċi, minħabba li Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda ħtieġa legali dwar karatteristika bħal dik (ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, meta applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-dokumenti ta’ l-interpretazzjoni). F’dawk il-każi il-verifika ta’ karatteristika bħal dik m’għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-imġieba tal-prodott f’dak ir-rigward.



    ( 1 ) ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 12.

    ( 2 ) ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1.

    ( 3 ) Prodotti/materjali fejn stadju identifikkabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f'titjib dwar il-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (p.e. żieda ta' fire retardants jew limitu fuq il-materjali organiċi).

    Top