EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01997D0080-20050407

Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 1996 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar surveys għall-ġbir ta’ statistika għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (97/80/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1997/80(1)/2005-04-07

1997D0080 — MT — 07.04.2005 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 1996

li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar surveys għall-ġbir ta’ statistika għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(97/80/KE)

(ĠU L 024, 25.1.1997, p.26)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tas-6 ta’ Ottubru 1998

  L 281

36

17.10.1998

►M2

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-18 ta' Marzu 2005

  L 88

10

7.4.2005




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 1996

li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar surveys għall-ġbir ta’ statistika għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(97/80/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE tad-19 ta’ Marzu 1996 fuq surveys għall-ġbir ta’ statistikagħall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi, wara t-tibdil bid-Direttiva 96/16/KE tad-Direttiva 72/280/KEE, hemm bżonn ta’ formulazzjoni mill-ġdid parallela tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 72/356/KEE tat-18 ta’ Ottubru 1972 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ surveys għall-ġbir ta’ statistikagħall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ( 2 ), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 86/180/KEE ( 3 ), bħala mezz biex tiggarantixxi l-iżvilupp kontinwu ta’ statistiċi f’armonija mal-kondizzjonijiet ekonomiċi li hemm fil-preżent;

Billi l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 72/356/KEE wriet li huwa meħtieġ li jiġu adottati noti ta’ spjega aktar dettaljati dwar il-prodotti u t-tabelli;

Billi, bil-ħsieb li jkun hemm integrazzjoni aħjar ta’ l-istatistiċi tal-Komunità, huwa opportun li wieħed iħares ’il quddiem lejn kordinazzjoni sħiħa mal-lista Prodcom imsemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar l-istabbiliment ta’ stħarriġ Komunitarju tal-produzzjoni industrijali ( 4 );

Billi l-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għal Statistiċi Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Il-lista ta’ prodotti tal-ħalib koperta mill-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 96/16/KE hija stabbilita fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-mudelli tat-tabelli li għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/16/KE huma stabbiliti fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Il-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 96/16/KE huwa stabbilit fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 72/356/KEE għandha tiġi rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 1997.

Referenzi għad-Deċiżjoni rrevokata għandhom jiġu meqjusa bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

LISTA TAL-PRODOTTI TAL-ĦALIB



Kodiċi tal-Prodott

Deskrizzjoni

1

Prodotti friski

11

Ħalib għax-xorb

111

Ħalib mhux maħdum

112

Ħalib sħiħ

1121

Pasturizzat

1122

Sterilizzat

1123

Uperizzat

113

Ħalib nofsu-xkumat

1131

Pasturizzat

1132

Sterlizzat

1133

Uperizzat (i.e. UHT)

114

Ħalib xkumat

1141

Pasturizzat

1142

Sterlizzat

1143

Uperizzat

12

Xorrox tal-butir

13

Krema

 

b'kontenut ta' xaħam bil-piż

131

Ta' mhux aktar minn 29 %

132

Ta' aktar minn 29 %

14

Ħalib aċidifikat (yoghurt, yoghurt biex jinxtorob, eċċ)

141

B'adittivi

142

Mingħajr adittivi

15

Xarbiet b'bażi ta' ħalib

16

Prodotti oħrajn tal-ħalib (ġeli tal-ħalib u oħrajn)

2

Prodotti mmanifatturati

21

Ħalib konċentrat

211

Mhux ħelu

212

Miżjud b'sostanzi li jagħtu ħlewwa

21

Prodotti tat-trab tal-ħalib

221

Trab tal-krema tal-ħalib

222

Trab tal-ħalib sħiħ

223

Trab tal-ħalib ftit xkumat

224

Trab tal-ħalib xkumat

225

Xorrox tal-butir

226

Prodotti oħra tat-trab tal-ħalib

▼M1

23

Butir sħiħ u prodotti sofor oħra tax-xaħam tal-ħalib

231

Butir

2311

Butir tradizzjonali (1)

2312

Butir rikumbinat (1)

2313

Butir tax-xorrox (1)

232

Butir maħdum u żejt mill-butir (butteroil)

233

Prodotti sofor oħra tax-xaħam

2331

Butir b'xaħam imnaqqas (1)

2332

Oħrajn (1)

▼B

24

Ġobon

241

Ġobon skond il-kategorija tal-ħalib:

2411

Ġobon mill-ħalib tal-baqra biss

2412

Ġobon mill-ħalib tan-nagħġa biss

2413

Ġobon mill-ħalib tal-mogħża biss

2414

Oħrajn (imħallat jew mill-ħalib tal-buflu biss)

242

Ġobon (il-ħalib kollu) skond il-kategorija

2421

Ġobon artab

2422

Ġobon nofsu-artab

2423

Ġobon nofsu-iebes

2424

Ġobon iebes

2425

Ġobon iebes ħafna

2426

Ġobon frisk

25

Ġobon ipproċessat

26

Kaseina u l-imluħa tal-kaseina

27

Xorrox, totali

271

Xorrox fi stat likwidu

272

Xorrox fi stat konċentrat

273

Xorrox fi trab jew fi blokok

274

Lattożju (zokkor tal-ħalib)

275

Lactalbumin

28

Prodotti mmanifatturati oħra

(1)   Il-ġbir u t-trasferiment tad-data mhuwiex obbligatorju.

▼B

NOTI TA’ SPJEGA

ĦALIB GĦAX-XORB (11)

Ħalib għax-xorb: ħalib mhux maħdum, ħalib sħiħ, ħalib nofsu-xkumat jew xkumat li ma jkun fih ebda adittivi.

 Għandu x’jaqsam biss ma’ ħalib maħsub direttment għall-konsum, normalment f’reċipjenti ta’ 2 l jew inqas,

 Jinkludi wkoll ħalib b’adittivi ta’ vitamini.

Ħalib mhux maħdum (111): produzzjoni tal-ħalib mill-glandoli mammarji ta’ baqra, nagħġa, mogħża waħda jew buflu wieħed jew aktar, li ma ġiex imsaħħan aktar minn 40 °C jew li ma jkun għadda minn ebda trattament li jkollu xi effett ekwivalenti (id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992, ĠU L 268, 14.9.1992, p. 3).

Ħalib sħiħ (112): ħalib li jkun għadda minn trattament wieħed ta’ sħana jew minn trattament awtorizzat ta’ effett ekwivalenti permezz ta’ proċessur tal-ħalib u li l-kontenut ta’ xaħam tiegħu huwa jew għallinqas 3,50 % naturali jew inkella jkun inġieb għal mill-anqas 3,5 % (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1411/71 tad-29 ta’ Ġunju 1971, ĠU L 148, 3.7.1971, p. 4).

 Jinkludi wkoll tipi ta’ ħalib tax-xorb Svediż imsejħa ‘Gammaldags mjoelk’ u ‘Standardmjoelk’ li l-kontenut ta’ xaħam fihom huwa ta’ 4,2 % u 3 % rispettivament.

Ħalib nofsu-xkumat (113): ħalib li jkun għadda minn għallinqas trattament wieħed tas-sħana jew minn trattament awtorizzat ta’ effett ekwivalenti permezz ta’ proċessur tal-ħalib u li l-kontenut tax-xaħam tiegħu jkun inġieb għallinqas għal 1,50 % u l-aktar 1,80 % (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1411/71 29 ta’ Ġunju 1971, ĠU L 148, 3.7.1971, p. 4).

 Jinkludi wkoll ħalib għax-xorb Finlandiż magħruf bħala ‘ykkoesmaito/ettans mjoelk’ li l-kontenut ta’ xaħam tiegħu huwa ta’ 1 %,

 Jinkludi wkoll tipi ta’ ħalib għax-xorb Svediż magħrufin bħala ‘Ekologisk mjoelk’ u ‘Mellanmjoelk’ li l-kontenut ta’ xaħam tagħhom huwa ta’ 2 % u 1,5 % rispettivament,

 Jinkludi wkoll ħalib għax-xorb Awstrijak li l-kontenut tax-xaħam tiegħu huwa bejn 2 % u 2,5 %.

Ħalib xkumat (114): Ħalib li jkun għadda minn ta’ lanqas trattament wieħed ta’ sħana jew minn trattament awtorizzat ta’ effett ekwivalenti permezz ta’ proċessur tal-ħalib u li l-kontenut ta’ xaħam tiegħu jkun inġieb għal mhux aktar minn 0,30 % (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1411/71 tad-29 ta’ Ġunju 1971, ĠU L 148, 3.7.1971, p. 4).

 Jinkludi wkoll tipi ta’ ħalib għax-xorb Svediż magħrufin bħala ‘Laettmjoelk’ u ‘Minimjoelk’ li l-kontenut ta’ xaħam tagħhom huwa ta’ 0,5 % u 0,07 % rispettivament,

 Jinkludi wkoll ħalib għax-xorb Awstrijak li l-kontenut ta’ xaħam tiegħu huwa ta’ 0,5 %.

Pasturizzat: ħalib pasturizzat għandu jkun ġie miksub permezz ta’ trattament li jinvolvi temperatura għolja għal perjodu qasir (għallinqas 71,7 °C għal 15-il sekonda jew kwalunkwe kumbinazzjoni oħra li hija ekwivalenti) jew permezz ta’ proċess ta’ pasturizzazzjoni fejn jintużaw diversi kumbinazzjonijiet ta’ ħin u temperatura biex jinkiseb effett ekwivalenti (id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992, ĠU L 268, 14.9.1992, p. 24).

Sterilizzat: il-ħalib sterilizzat għandu:

 jkun ġie msaħħan u sterilizzat f’reċipjenti ssiġillati sew, u li s-siġill ta’ dawn għandu jibqa’ intatt,

 fil-każ li jittieħdu kampjuni b’mod każwali, ikun ta’ ċertu preservabilità b’tali mod li ma tkun tista’ tiġi osservata l-ebda deterjorazzjoni wara li dan ikun għamel 15-il ġurnata f’reċipjent magħluq f’temperatura ta’ +30 °C (id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992, ĠU L 268, 14.9.1992, p. 25).

Uperizzat: ħalib uperizzat (jew ħalib UHT) għandu jiġi prodott billi tiġi applikata ċirkolazzjoni kontinwa ta’ sħana f’temperatura għolja għal ħin qasir (mhux aktar minn 135 °C għal mhux anqas minn sekonda) (id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992, ĠU L 268, 14.9.1992, p. 24).

 L-Istati Membri li ma jagħmlu l-ebda distinzjoni bejn ħalib sterilizzat u ħalib uperizzat jistgħu jiġbruhom flimkien.

XORROX TAL-BUTIR (12)

Xorrox tal-butir: Prodotti residwali (jista’ jkunu aċidi jew aċidifikati) ta’ l-ipproċessar tal-ħalib jew tal-krema f’butir (permezz tat-taħwid u s-separazzjoni kontinwi tax-xaħmijiet solidi).

 Xorrox tal-butir li jkun fih adittivi għandu jiġi nkluż ukoll f’xarbiet li jkollhom bażi ta’ ħalib.

KREMA (13)

Krema: rita ta’ xaħam li tifforma b’mod naturali fuq il-wiċċ tal-ħalib b’agglomerazzjoni bil-mod ta’ l-emulsifikazzjoni tal-qtar tax-xaħam. Jekk din titneħħa billi tixkumaha mill-wiċċ tal-ħalib jew inkella tesrattaha mill-ħalib permezz ta’ ċentrifugazzjoni f’separatur tal-krema, din ikollha, flimkien mal-komponenti l-oħra tal-ħalib, kontenut ta’ xaħam relattivament għoli (li normalment ikun jaqbeż l-10 % tal-piż tal-prodotti).

Krema (13): krema li ġiet ipproċessata u hija disponibbli għat-tqassim barra l-imħaleb (i.e. għall-konsum mill-bniedem, bħala materjal mhux maħdum għall-fabbrikanti taċ-ċikkulata, ġelati, eċċ.). Bl-istess mod għal prodotti oħra, din ma tkunx tinkludi l-produzzjoni intermedja maħsuba għall-manifattura ta’ prodotti tal-ħalib oħra.

Krema b’kontenut ta’ xaħam skond il-piż ta’ mhux aktar minn 29 % (131).

Krema b’kontenut ta’ xaħam skond il-piż ta’ aktar minn 29 % (132).

 Tabella A/“ġbir”: materjal mhux maħdum (f’ekwivalenti ta’ ħalib) imqassam lill-imħaleb minn ishma agrikoli.

 Tabella B/“Disponibilitajiet”: krema separata fir-razzett u mqassma lill-maħleb.

 Tabella A/“Prodotti miksuba” u Tabella B/‘Utilizzazzjoni’:

 

 pasturizzat, sterilizzat jew uperizzat;

 tinkludi wkoll krema aċidifikata;

 tinkludi wkoll krema fil-kartun jew laned.

ĦALIB AĊIDIFIKAT (14)

Ħalib aċidifikat: prodotti tal-ħalib b’pH ta’ bejn it-3,8 u l-5,5.

 Għandu x’jaqsam ma’ yoghurts, yoghurts għax-xorb, yoghurts ippreparati, ħalib iffermentat ittrattat bis-sħana u oħrajn,

 Tinkludi wkoll prodotti bbażati fuq jew li jkun fihom il-bifidus.

Ħalib aċidifikat b’adittivi (141): il-ħalib aċidifikat mogħti ħlewwa għandu jiġi nkluż taħt l-intestatura 142.

Ħalib aċidifikat mingħajr adittivi (142): jinkludi wkoll ħalib aċidifikat miżjud biz-zokkor u/jew b’sostanzi li jagħtu ħlewwa.

XARBIET B’BAŻI TA’ ĦALIB (15)

Xarbiet b’bażi ta’ ħalib: prodotti oħra likwidi li jkun fihom għallinqas 50 % prodotti tal-ħalib, inklużi prodotti bbażati fuq ix-xorrox.

 Jinkludu ħalib taċ-ċikkulata, xorrox tal-butir b’adittivi jew mogħti togħma, eċċ.

PRODOTTI FRISKI OĦRA (16)

 Għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti tal-ħalib friski li mhumiex speċifikati mkien ieħor, b’mod partikolari ħelu li jkollu bażi ta’ ħalib (ħalib forma ta’ ġeli, torti tal-custard, ħelu bil-krema, mousses, eċċ.) u ġelati (u prodotti simili) immanifatturati fl-intrapriżi li jirrapportaw,

 Jinkludi wkoll ħelu fil-laned,

 Jinkludu wkoll prodotti friski li jkunu ġejjin minn ishma agrikoli u rziezet (taħt l-intestatura Disponibbiltà/III.4) u mpoġġija fis-suq mingħajr ipproċessar (għajr l-ippakkjar).

ĦALIB KONĊENTRAT (21)

Ħalib konċentrat: prodott miksub bl-eliminazzjoni parzjali ta’ l-ilma, minn ħalib sħiħ, ħalib nofsu-xkumat jew xkumat biss.

 Jinkludi wkoll ħalib evaporat (ittrattat bis-sħana) u ħalib konċentrat biz-zokkor miżjud,

 Jinkludi wkoll ħalib konċentrat użat għall-manifattura ta’ ‘Frak taċ-ċikkulata’; prodotti mnixxfin magħmulin mill-ħalib, zokkor u paste tal-kawkaw f’dawn il-proporzjonijiet li ġejjin:

 

 xaħam tal-ħalib: iktar minn 6,5 % (kontenut skond il-piż) iżda inqas minn 11 % (kontenut skond il-piż),

 kawkaw: aktar minn 6,5 % (kontenut skond il-piż) iżda inqas minn 15 % (kontenut skond il-piż),

  sucrose (jinkludi zokkor invertit ikkalkulat bħala sucrose) aktar minn 50 % (kontenut skond il-piż) iżda inqas minn 60 % (kontenut skond il-piż),

 sostanzi niexfin tal-ħalib mingħajr xaħam: aktar minn 17 % (kontenut skond il-piż) iżda inqas minn 30 % (kontenut skond il-piż),

 ilma: aktar minn 0,5 % (kontenut skond il-piż) iżda inqas minn 3,5 % (kontenut skond il-piż).

Il-komposizzjoni tiegħu hija kif mogħtija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 380/84 tal-15 ta’ Frar 1984 (ĠU L 46 16.2.1984, p. 26).

PRODOTTI TAL-ĦALIB FI TRAB (22)

Prodotti tal-ħalib fi trab: Prodotti miksubin bl-eliminazzjoni ta’ l-ilma mill-krema, ħalib sħiħ, ħalib nofsu-xkumat, ħalib xkumat, xorrox tal-butir u ħalib aċidifikat.

 Jinkludu wkoll adittivi għall-materjal mhux maħdum qabel ma l-prodott ikun magħmul fi trab,

 Jinkludu wkoll trab tal-ħalib immanifatturat fl-imħaleb u li jkun preżenti fi trabijiet għat-tfal u f’għalf għall-annimali.

Trab tal-krema tal-ħalib (221): trab tal-ħalib b’kontenut ta’ xaħam ta’ inqas minn 42 % skond il-piż tal-prodott.

Trab tal-ħalib sħiħ (222): trab tal-ħalib b’kontenut ta’ xaħam ta’ mhux inqas minn 26 % iżda inqas minn 42 % skond il-piż tal-prodott.

Trab tal-ħalib li huwa parzjalment xkumat (223): trab tal-ħalib b’kontenut ta’ xaħam ta’ aktar minn 1,5 % u inqas minn 26 % skond il-piż tal-prodott.

Trab tal-ħalib xkumat (224): trab tal-ħalib b’kontenut massimu ta’ xaħam ta’ 1,5 % skond il-piż tal-prodott.

Trab tax-xorrox tal-butir (225): prodotti tat-trab magħmul mix-xorrox tal-butir.

Prodotti oħra fi trab (226): ħalib magħqud u krema, kefir jew ħalib jew krema oħra ffermentata jew aċidifikata, kemm jekk ikun fihom iz-zokkor jew sostanzi oħra li jagħtu ħlewwa jew togħma kif ukoll jekk le, jew li jkun fihom il-frott jew il-kawkaw miżjud.

 Jinkludu wkoll taħlit ta’ trab tal-krema, ħalib, xorrox tal-ħalib u/jew xorrox,

 Jinkludu wkoll prodotti tat-trab ibbażati fuq il-proteina.

▼M1

BUTIR (23)

Butir, sħiħ u prodotti sofor oħra tax-xaħam tal-ħalib (23): jinkludi butir, butir tradizzjonali, butir rikumbinat, butir tax-xorrox, butir maħdum u żejt tal-butir, u prodotti sofor oħra tax-xaħam, espressi f’ekwivalenti ta’ butir li jkollu kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ugwali għal 82 % bil-piż tal-prodott.

 Tabella A: Id-Danimarka: tinkludi biss butir (231),

 Tabella B: l-intestaturi 231 (butir), 2311 (butir tradizzjonali), 2312 (butir rikumbinat), 2313 (butir tax-xorrox), 232 (butir maħdum u żejt tal-butir), 233 (prodotti sofor oħra tax-xaħam tal-ħalib), 2331 (butir b’xaħam imnaqqas) u 2332 (oħrajn) għandhom jiġu rreġistrati bil-piż tal-prodott. Il-punt 23 biss għandu jingħata fl-ekwivalenti tiegħu ta’ butir.

Butir (231): prodott b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ mhux anqas minn 80 % u inqas minn 90 %, b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 16 % u kontenut massimu ta’ materjal imnixxef tal-ħalib bla xaħam ta’ 2 %.

 Jinkludi wkoll butir li jkollu ammonti żgħar ta’ ħxejjex aromatiċi, ħwawar, sostanzi aromatiċi, eċċ. bil-kundizzjoni li l-prodott iżomm il-karatteristiċi ta’ butir.

Butir tradizzjonali (2311): prodott miksub direttament u esklussivament minn krema pasturizzata, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ mhux anqas minn 80 % iżda inqas minn 90 %, b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 16 % u b’kontenut massimu ta’ materjal imnixxef tal-ħalib bla xaħam ta’ 2 %.

Butir rikumbinat (2312): prodott miksub miż-żejt tal-butir, estratt tal-ħalib niexef bla xaħam u ilma, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ mhux inqas minn 80 % u inqas minn 90 %, b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 16 % u b’kontenut massimu ta’ materjal imnixxef tal-ħalib bla xaħam ta’ 2 %.

Butir tax-xorrox (2313): prodott miksub mill-krema tax-xorrox jew minn taħlita ta’ krema tax-xorrox u krema b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ mhux inqas minn 80 % u inqas minn 90 %, b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 16 % u b’kontenut massimu ta’ materjal imnixxef tal-ħalib bla xaħam ta’ 2 %.

L-intestaturi 2311, 2312 u 2313 jinkludu wkoll butir li jkollu ammonti żgħar ta’ ħxejjex aromatiċi, ħwawar, sostanzi aromatiċi, eċċ. fuq il-kundizzjoni li l-prodott iżomm il-karatteristiċi tiegħu ta’ butir.

Butir maħdum u żejt tal-butir (232):

Butir maħdum: butir maħdum ikollu kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ aktar minn 85 % fil-piż. Ħafna drabi, it-terminu jkopri, flimkien ma’ butir maħdum innifsu, numru simili ieħor ta’ butir imnixxfa magħrufin b’mod ġeneriku taħt ismijiet differenti, bħalma huma “butir imnixxef”, “butir mingħajr ilma”, “żejt tal-butir (butteroil)”, “xaħam butiriku” (xaħam tal-ħalib) u “butir konċentrat”.

Żejt tal-butir (butteroil): prodott miksub mill-ħalib, krema jew butir bi proċessi li jeliminaw l-ilma u l-estratt niexef mingħajr xaħam b’kontenut minimu ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 99,3 % tal-piż totali u b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 0,5 % tal-piż totali.

 Jinkludi wkoll il-“ghee”.

 Biex jiġu evitati kalkoli doppji, iż-“żejt tal-butir (butteroil)” għandu x’jaqsam biss mal-produzzjoni diretta mill-krema.

Prodotti oħra sofor bix-xaħam (233):

Butir b’xaħam imnaqqas (2331): prodott simili għal butir b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ inqas minn 80 % bil-piż (barra x-xaħmijiet l-oħra kollha) (deskrizzjoni kummerċjali skond is-sezzjoni A tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2991/94 ( 5 ): “butir magħmul minn tliet kwarti xaħam”, “butir nofsu xaħam” u “butir li jiddellek”).

Oħrajn (2332): b’mod partikolari xaħmijiet magħmula minn prodotti tal-pjanti u/jew ta’ l-annimali: prodotti fil-forma ta’ emulsjoni malleabbli prinċipalment tat-tip ta’ l-ilma fiż-żejt, li jkunu ġejjin minn ħaxix solidu u/jew likwidu u/jew xaħmijiet ta’ l-annimali tajbin għall-konsum tal-bniedem, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ bejn l-10 u t-80 % tal-kontenut tax-xaħam (deskrizzjoni kummerċjali skond is-sezzjoni Ċ ta’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2291/94: “taħlita”, “taħlita ta’ tliet kwarti xaħam”, “taħlita ta’ nofs xaħam” u “taħlita li tiddellek”).

Tabella B: jekk il-butir bix-xaħam imnaqqas (2331) u/jew “oħrajn” (2332) jiġi prodott minn butir immanifatturat fl-istess fabbrika tal-ħalib u t-tip ta’ butir ma jkunx jista’ jiġi identifikat (2311, 2312 jew 2313) id-data għandha tittieħed mill-intestatura 23, li tindika l-kwantità ta’ butir konċernat

▼B

ĠOBON (24)

Ġobon: għandu jkun prodott frisk jew maturat, solidu jew nofsu-solidu, miksub bil-koagulazzjoni tal-ħalib, ħalib xkumat, ħalib ftit xkumat, krema, krema tax-xorrox jew xorrox tal-butir, waħdu jew f’xi taħlita, bl-azzjoni ta’ tames jew aġenti oħra xierqa ta’ koagulazzjoni, u billi x-xorrox li jkun ġej minn din il-koagulazzjoni jitnixxef parzjalment. (Codex Alimentarius - FAO, Volum XVI, Standard A-6).



–  Tabella A:

–  ħalib tal-baqra biss,

–  jinkludi wkoll ġobon użat għall-manifattura ta' ġobon proċessat iżda jeskludi l-ġobon ipproċessat.

–  Tabella B:

–  tinkludi l-kategoriji varji ta' ġobon (u baqta) li jinkisbu mit-tipi kollha ta' ħalib (242),

–  jinkludi wkoll ir-rikotta,

–  il-kwantitajiet ta' ġobon għandhom jeskludu l-kwantitajiet ta'ġobon użat biex jiġi mmanifatturat il-ġobon ipproċessat,

–  is-sub-diviżjoni fil-kategoriji ewlenin ta' ebusija tiddependi fuq

image

Ġobon artab (2421): ġobon li fih it-TBMX, meta din tkun raffinata, ġeneralment ma tkunx inqas minn 68 %.

Ġobon nofsu-artab (2422): ġobon li fih it-TBMX, meta din tkun raffinata, tkun ġeneralment mhux inqas minn 62 % u inqas minn 68 %.

Ġobon nofsu-iebes (2423): ġobon li fih it-TBMX, meta din tkun raffinata, tkun ġeneralment mhux inqas minn 55 % u inqas minn 62 %.

Ġobon iebes (2424): ġobon li fih it-TBMX, meta din tkun raffinata, tkun ġeneralment mhux inqas minn 47 % u inqas minn 55 %.

Ġobon iebes ħafna (2425): ġobon li fih it-TBMX, meta din tkun raffinata, tkun ġeneralment inqas minn 47 %.

Ġobon frisk (2426): prodotti miksubin minn ħalib qares li minnu jkun tneħħa ħafna mis-serum (eż. bit-tnixxif jew bil-pressa). Jinkludi wkoll baqta (għajr milli f’għamla ta’ trab) li jkun fiha sa 30 % skond il-piż fil-forma ta’ zokkor u frott miżjud.

 Tinkludi l-ġobon tax-xorrox frisk (miksub bil-konċentrazzjoni tax-xorrox u biż-żieda tal-ħalib jew xaħam tal-ħalib).

ĠOBON IPPROĊESSAT (25)

Ġobon ipproċessat: prodott miksub bit-tħin, it-taħlit, it-tidwib u l-emulsifikazzjoni fis-sħana bl-għajnuna ta’ aġenti emuslifikanti ta’ varjetà waħda jew aktar ta’ ġobon, biż-żieda, jew mingħajr żieda, ta’ komponenti tal-ħalib u/jew prodotti alimentari oħra. (Codex Alimentarius - FAO, Volum XVI, Standard A-8 (b)).

KASEINA U L-IMLUĦA TAL-KASEINA (26)

Il-kaseina: hija l-proetina ewlenija tal-ħalib. Din tinkiseb minn ħalib xkumat bil-preċipitazzjoni (baqtar), ġeneralment ma’ aċidi jew tames. L-intestatura tkopri tipi diversi ta’ kaseina li tvarja skond il-metodu ta’ baqtar, eż. kaseina aċiduża u tames tal-kaseina (paracasein). (Noti ta’ spjega għas-sistema armonizzata - Sezzjoni, Kapitolu 35 (Nru 35.01)).

Imluħa tal-kaseina: (l-imluħa tal-kaseina) jinkludu l-imluħa tas-sodju u ta’ l-ammonju magħrufin bħala ‘kaseini li jdubu’; dawn normalment jintużaw fil-preparazzjoni ta’ prodotti konċentrati ta’ l-ikel u farmaċewtiċi. Kaseina tal-kalċju tintuża fil-preparazzjoni ta’ oġġetti ta’ l-ikel jew kolla, jiddependi mill-karattru tagħha stess. (Noti ta’ spjega għas-sistema armonizzata - Sezzjoni VI, Kapitolu 35 (Nru 35.01)).

XORROX (27)

Xorrox: prodott sekondarju miksub matul il-manifattura tal-ġobon jew kaseina. Meta jkun fi stat likwidu, ix-xorrox ikun fih kostitwenti naturali (medja ta’ 4,8 % ta’ lattożju, 0,8 % ta’ proteina u 0,2 % xaħam skond il-piż tal-prodott) li jibqgħu hemm meta l-kaseina u l-maġġoranza tax-xaħam ikunu tneħħew mill-ħalib.

Xorrox totali (27): jinkludi wkoll ix-xorrox użat fil-manifattura ta’ l-għalf għall-annimali.

 L-oġġetti 271 (xorrox imqassam fi stat likwidu), 272 (xorrox użat fi stat konċentrat), 273 (xorrox fi trab jew fi blokok), 274 (il-lattożju), 275 (il-laktalbumina) għandhom jingħataw skond il-piż effettiv tagħhom. L-oġġett 27 biss (xorrox totali) għandu jingħata fl-ekwivalenti tax-xorrox likwidu tiegħu, u fl-ebda ċirkustanza dan ma għandu jkun is-somma tal-kwantitajiet imsemmija fuq.

Ix-xorrox imqassam fl-istat likwidu (271): xorrox imqassam sabiex jintuża b’mod partikolari għall-għalf ta’ l-annimali. Kwantitajiet li jintużaw bħala materjal mhux maħdum għal proċessi oħra għandhom jiġu esklużi.

Xorrox imqassam fl-istat konċentrat (272).

Xorrox fi trab jew fi blokok (273).

Il-lattożju (zokkor tal-ħalib) (274).

Il-laktalbumina (275): waħda mill-komponenti ewlenin tal-proteina tax-xorrox.

PRODOTTI MMANIFATTURATI OĦRA (28)

 Din l-intestatura għandha x’taqsam ma’ prodotti tal-ħalib immanifatturati (li għandhom ikunu speċifikati) li mhumiex imsemmija mkien ieħor, b’mod partikolari l-lactoferrins.

 Tinkludi wkoll prodotti mmanifatturati li jinġabru minn ishma agrikoli (taħt l-intestatura Disponibbiltà/III.4) u mpoġġija fis-suq mingħajr ipproċessar (għajr l-ippakkjar jew maturità)




ANNESS II

TABELLA A

image

TABELLA B

image

image

image

►(1) M1  

image

►(1) M1  

TABELLA C

image

TABELLA D

image

TABELLA E

image

TABELLA F

image

TABELLA Ġ.1

image

TABELLA Ġ.2

image

TABELLA Ġ.3

image

TABELLA Ġ.4

image

TABELLA Ġ.5

image

▼M2



TABBELLA H

Attivitajiet ta' l-industrija tal-halib

Proteini tal-halib tal-baqra fil-prodotti tal-halib ewlenin

Pajjiż: …

Sena: …

Kodici

Prodotti

Kwantità (1)

(1000 t)

Kontenut f'proteini

(t)

 
 

1

2

1

Prodotti friski

 
 

11

Halib ghax-xorb

 
 

112

Halib shih

 
 

113

Halib nofsu xkumat

 
 

114

Halib xkumat

 
 

12

Xorrox tal-butir

 
 

13

Krema

 
 

2

Prodotti manifatturati

 
 

21

Halib ikkoncentrat

 
 

221

Trab tal-halib

 
 

222

Trab tal-halib shih

 
 

223

Trab tal-halib nofsu xkumat

 
 

224

Trab tal-halib xkumat

 
 

225

Trab tax-xorrox tal-butir

 
 

23

Butir u prodotti ohra sofor maghmulin mix-xaham tal-halib

 
 

2411

Gobon maghmul mill-halib tal-baqra

 
 

25

Gobon ipprocessat

 
 

26

Kaseina u l-kaseinati

 
 

27

Kaseina u l-kaseinati

 
 

(1)   L-ewwel Kolonna: kwantitajiet prodotti f'eluf ta' tunnellatti tul il-perjodi meqjus (sena). Definizzjoni: ara l-Anness II tad-Deciżjoni 97/80/KE, tabbella B, kolonna 1.



TABBELLA I

Taghrif regjonali tal-produzzjoni tal-halib tal-baqra

Pajjiż: …

Sena: …

Regjun

Kodici NUTS 2

Produzzjoni annwali tal-halib tal-baqra

(1000 t) (1)

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 

L-AMMONT TOTALI GHALL-PAJJIŻI

 
 

(1)   Tikkoncerna l-halib tal-baqra kollu, minbarra l-halib imredda' direttament, imma wkoll dak li jipprovjeni mill-hlib (inkluż il-kolostru) użat ghall-ghalf ta' l-annimali (per eżempju gol-bramel jew mezzi ohra)

▼B

NOTI TA’ SPJEGA

TABELLA A

Id-data dwar din it-Tabella tirreferi għal ħalib tal-baqar biss, kemm għall-ġbir kif ukoll għall-prodotti li miksuba (it-taħlit għalhekk huwa eskluż).

Fil-każ ta’ prospetti ta’ kull ġimgħa, it-tagħrif għall-ġimgħat li jkunu ġejjin għax-xahar li jmiss għandhom jiġu maqsumin skond in-numru ta’ ġranet tax-xogħol f’kull wieħed mix-xahrejn.



Kontenut ta' xaħam:

–  kontenut ta' xaħam tal-ħalib, bħala perċentaġġ tal-piż tal-prodott,

–  il-medja nazzjonali peżata bbażata fuq id-data miksuba b'referenza għall-metodu Röse-Gottlieb (kodiċi IDF/FIL 1 C: 1987).

Kontenut ta' proteina:

–  kontenut ta' proteina tal-ħalib, bħala perċentaġġ tal-piż tal-prodott.

–  il-medja nazzjonali peżata fuq il-bażi tad-data miksuba b'referenza għall-metodu Kjedahl.

Prodotti miksubin: kwantitajiet ta’ prodotti ta’ ħalib frisk ipproċessat għandhom jinftehmu li jkunu disponibbli għat-tqassim barra l-imħaleb.

TABELLA B

Biex jiġu evitati kalkoli doppji, il-prodotti tal-ħalib użati fl-istess maħleb għall-manifattura ta’ prodotti oħra tal-ħalib ma għandhomx jiġu kkunsidrati.

Bl-istess mod, id-data f’din it-tabella tirreferi għall-kunċett tal-‘maħleb nazzjonali’. Għalhekk, kull kummerċ ta’ materjal jew ta’ prodotti mhux maħduma bejn l-imħaleb fl-Istat Membru konċernat għandu jkun eskluż mill-figuri tal-produzzjoni nazzjonali.

Disponibbiltà/I u II: ħalib miġbur: għandha x’taqsam max-xiri tat-tipi kollha ta’ ħalib sħiħ (ħalib tal-baqra, tan-nagħġa, tal-mogħża u tal-buflu) u prodotti tal-ħalib miġbura direttament minn ishma agrikoli.

Disponibbiltà/II.6: għandha x’taqsam ma’ prodotti oħra tal-ħalib (bħal ġobon, butir u yoghurt) miġburin minn ishma agrikoli. Dawn il-prodotti, irrispettivament dwar jekk ikunux ipproċessati jew le, huma maħsubin sabiex jintużaw fil-proċess tal-manifattura ta’ l-imħaleb u għandhom jiġu nklużi fil-parti B (Użu) tat-tabella.

Disponibbiltà/III.4: għandha x’taqsam ma’ prodotti oħra tal-ħalib (bħal ġobon, butir u yoghurt) importati minn pajjiżi oħra. Dawn il-prodotti, irrispettivament minn jekk ikunux maħsubin sabiex jintużaw fil-proċess tal-manifattura ta’ l-imħaleb, għandhom jiġu nklużi fil-parti B (Użu) tat-tabella.

Jekk dawn huma maħsubin sabiex jitpoġġew fis-suq mingħajr ipproċessar (għajr l-ippakkjar u l-maturità), dawn il-prodotti għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura 16 (fil-każ ta’ prodotti friski tar-razzett) jew 28 (fil-każ ta’ prodotti mmanifatturati tar-razzett).

Disponibbiltà/III-Importazzjonijiet u wasliet fil-Komunità: fi kwantitajiet kbar jew f’reċipjenti ta’ 2 l jew aktar.

Kolonna 1 - Kwantitajiet: sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-kwantitajiet li għandhom jiġu rreġistrati jirreferu għall-piż nett tal-materjal mhux maħdum/prodott maħdum (f’1 000 tunnellata).

Kwantitajiet ta’ prodotti ta’ ħalib frisk ipproċessat għandhom ifissru li jkunu disponibbli għat-tqassim barra l-imħaleb.

Kolonna 2/B. Użu - kontenut ta’ xaħam tal-ħalib: kwantitajiet (f’tunnellati) ta’ xaħam tal-ħalib użati għall-manifattura tal-prodott konċernat, inkluż it-telf possibbli li jkun hemm waqt il-proċess tal-manifattura.

Kolonna 3/A. Disponibbiltajiet - proteina tal-ħalib: kwantitajiet (f’tunnellati) ta’ proteina tal-ħalib li jkun hemm fil-ħalib tal-baqra miġbur.

Kolonna 3/B. Użu - dħul dwar ħalib sħiħ: kwantitajiet (f’1 000 tunnellata) ta’ ħalib sħiħ użat fil-manifattura tal-prodott imsemmi, inkluż it-telf possibbli li jista’ jkun hemm matul il-proċess tal-manifattura.

Kolonna 4/B. Użu - dħul dwar ħalib xkumat:

 pożittiv: kwantitajiet (f’1 000 tunnellata) ta’ ħalib xkumat użat fil-manifattura tal-prodott imsemmi, inkluż it-telf possibbli li jista’ jkun hemm matul il-proċess tal-manifattura,

 negattiv: kwantitajiet (f’1 000 tunnellata) ta’ ħalib xkumat li jiġi rkuprat mill-proċess tal-manifattura għall-prodott imsemmi (per eżempju: ħalib xkumat miksub matul il-manifattura tal-butir mill-ħalib sħiħ jew krema).

Użu ieħor (kodiċi 3-6):

Ħalib xkumat u xorrox tal-butir imrodd lura lir-razzett (3): il-ħalib xkumat u x-xorrox tal-butir imrodd lura lill-irziezet.

Esportazzjonijiet u kunsinni ta’ ħalib u krema fi kwantitajiet kbar (4): esportazzjonijiet u dispaċċi tal-Komunità ta’ ħalib sħiħ, ħalib xkumat u krema likwida fi kwantitajiet kbar jew li jkunu f’reċipjenti ta’ 2 l jew aktar mill-imħaleb.

Użu ieħor (5): jinkludi ħalib sħiħ u xkumat fi kwantitajiet kbar jew li jkun f’reċipjenti ta’ aktar minn 2 l u li jitqassmu lill-industriji ta’ l-ikel (eż. għall-ġelat) jew maħsuba għall-użu bħala għalf ta’ kull forma għall-annimali, barra l-punt 3.

Differenzi (6): għandha x’taqsam ma’ differenzi statistikali.

TABELLA C

Ishma agrikoli: unità tekno-ekonomika taħt amministrazzjoni waħda li tipproduċi prodotti agrikoli.

A: Disponibbiltajiet:

Ħalib tal-baqra: għandu x’jaqsam mal-ħalib tal-baqar kollu, għajr il-ħalib mill-irdiegħ dirett iżda li jinkludi dak miksub mit-taħlib (inkluż il-kolostrum) użat bħala għalf għall-annimali (eżempju fi bramel jew b’mezzi oħra).

Baqar tal-ħalib: baqar li jintużaw esklussivament jew b’mod partikolari għall-produzzjoni tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem u/jew ipproċessar fi prodotti tal-ħalib, inklużi l-baqar tal-ħalib imwarrba (kemm jekk imsemmna kif ukoll jekk le bejn l-aħħar għoti tal-ħalib u l-qatla tagħhom).

Il-kolonna tal-ħalib sħiħ: għandha x’taqsam mal-kwantitajiet tal-ħalib miksubin.

Il-kolonna tal-ħalib xkumat u tax-xorrox tal-butir:

 mrodd lura mill-imħaleb (1): ara d-definizzjoni fit-Tabella B/3.

 il-bilanċ tat-tqassim tal-krema (2).

B. L-użu:

Ħalib sħiħ/konsum fid-djar: ħalib sħiħ ikkunsmat mid-dar tas-sid (għalhekk, għall-konsum mill-bnedmin biss).

Ħalib sħiħ/bejgħ dirett: ħalib sħiħ għall-konsum mill-bniedem mibjugħ direttament lill-kosumaturi.

Ħalib sħiħ/butir u krema tar-razzett: ħalib sħiħ (il-ħalib kollu) użat għall-produzzjoni ta’ butir u krema tar-razzett.

Ħalib sħiħ/ġobon tar-razzett: ħalib sħiħ (il-ħalib kollu) użat għall-produzzjoni tal-ġobon tar-razzett.

Ħalib sħiħ/prodotti oħra: ħalib sħiħ (il-ħalib kollu) użat għall-manifattura ta’ prodotti tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem (eż. il-yoghurt).

Ħalib sħiħ/għalf għall-annimali: ħalib sħiħ użat fl-irziezet bħala għalf għall-annimali, fi kwalunkwe forma (kif inhuma jew bħala għalf għall-annimali kompost immanifatturat fir-razzett stess).

Ħalib sħiħ/imqassam lill-imħaleb:

 jinkludi t-tqassim:

 

 tat-tipi kollha ta’ ħalib sħiħ (mill-baqar, ngħaġ, mogħoż u bufli) lill-imħaleb (fi ħdan jew barra l-Istat Membru) u lill-ishma agrikoli msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/16/KE;

 prodotti oħra (speċifiki), f’ekwivalenti ta’ ħalib,

 it-tqassim tal-krema għandu jitfisser f’termini ta’ ekwivalenti ta’ ħalib.

Ħalib sħiħ/differenzi u telf:

 tirreferi għad-differenza statistikali u l-kwantitajiet mitlufa matul il-manifattura,

 it-total għal ‘l-kolonna ta’ l-użu tal-ħalib sħiħ’ għandha tkun ugwali għat-total disponibbli.

Ħalib xkumat u xorrox tal-butir/ħalib għax-xorb: ħalib xkumat u xorrox tal-butir użat f’ishma agrikoli għall-konsum mill-bniedem, b’mod partikolari dak domestiku u l-bejgħ dirett lill-konsumaturi.

Ħalib xkumat u xorrox tal-butir/ġobon tar-razzett: il-kwantità ta’ ħalib xkumat u xorrox tal-butir użati biex jiġi mmanifatturat il-ġobon tar-razzett.

C. Prodotti miksuba:

Il-kwantitajiet irrappurtati għandhom jirreferu għall-piż nett tal-prodott maħdum (f’1 000 tunnellata).

Ħalib għax-xorb: konsum domestiku u bejgħ dirett.

Krema tar-razzett: krema mmanifatturata f’ishma agrikoli.

Butir tar-razzett: butir immanifatturat f’ishma agrikoli.

Ġobon tar-razzett: ġobon immanifatturat f’ishma agrikoli.

Prodotti oħra: prodotti oħra (li għandhom jiġu speċifikati) maħduma f’ishma agrikoli.

Liema minnhom ġew imqassma lill-imħaleb: għandha x’taqsam mat-tqassim ta’ krema, butir, ġobon u prodotti oħra tar-razzett lill-imħaleb (fi jew barra l-Istat Membru).

TABELLI D U E

Ħalib miġbur: il-kwantitajiet ta’ ħalib u krema (f’ekwivalenti ta’ ħalib) miġbur direttament mill-irziezet.

TABELLA E

Ċentri ta’ ġbir: għandha x’taqsam biss ma’ dawk l-intrapriżi li jixtru l-ħalib minn ishma agrikoli u jbigħuh f’isimhom lill-imħaleb. Iċ-ċentri ta’ ġbir li huma unitajiet lokali li jiddependu fuq l-imħaleb huma għalhekk esklużi.

Iċ-ċentri tal-kontabilità għall-kontabilità nazzjonali tal-kwantitajiet ta’ ħalib miġbura fit-territorju nazzjonali minn intrapriża (tal-ħalib) minn Stat Membru ieħor għandhom għalhekk ikunu inklużi wkoll f’din it-tabella.

TABELLA F

Il-volum: il-volum totali ta’ materjal mhux maħdum ipproċessat = il-kwantitajiet ta’ ħalib sħiħ (jew l-ekwivalenti ta’ ħalib sħiħ) użat għall-manifattura ta’ prodotti tal-ħalib fl-intrapriża.

TABELLI D, E, F U Ġ

Intrapriża: l-intrapriża hija l-iżgħar kumbinazzjoni ta’ unitajiet legali, jiġifieri unità organizzazzjonali li tipproduċi oġġetti u servizzi, li tkun tgawdi minn ċertu grad ta’ awtonomija fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, speċjalment għall-allokazzjoni tar-riżorsi preżenti tagħha. Intrapriża twettaq attività waħda jew aktar f’post wieħed jew aktar. Intrapriża tista’ tkun unità legali unika. (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993, ĠU L 76, 30.3.1993).

Id-data kkomunikata li hija soġġetta għall-kunfidenzjalità statistikali għandha tiġi identifikata bħala tali b’mod ċar.

It-tabelli għandhom jimtlew għall-intrapriżi kollha li jkunu qegħdin jaħdmu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena tar-referenza. Dawn għandhom x’jaqsmu ma’ l-attivitajiet ta’ l-imħaleb, inklużi l-attivitajiet ta’ l-imħaleb li jkunu nbdew matul is-sena.

▼M2




ANNESS III

KWESTJONARJU METODOLOGIKU(*) DWAR IL-GBIR TA' STATISTIKA DWAR IL-HALIB

Qafas tal-kwestjonarju

IDENTIFIKAZZJONI TAL-KORRISPONDENT1. Punti generali2. Il-ġbir ta' l-informazzjoni bażikaA) Mill-industriji tal-ħalibB) Mill-azjendi agrikoli3. Tabella BTaqsima A: Riżorsi disponibbliTaqsima B: Użu4. Kummenti u propostiData ta’ referenza:Kien hemm xi tibdiliet fl-informazzjoni metodoloġikameta mqabbla ma'dik ngħatat fil-kwestjonarju tas-sena li għaddiet?Iva LeIDENTIFIKAZZJONI TAL-KORRISPONDENT EUROSTAT TA’ L-ISTAT MEMBRUIsem u Kunjom: Sur/Sinjura/SinjorinaPoIstituzzjoni jew organizzazzjoni:Dipartiment:Indirizz:Telefown/Feks:E-mail:(*) Dan il-kwestjonarju għandu jitwassal lill-Kummissjoni fl-istess waqt ta" Tabella B mimlija kif suppost, skondl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 6/16/KE.

1. PUNTI ĠENERALIResponsabbilità ta’ l-informazzjoni mgħoddijaMin, fil-pajjiż tiegħek, huwa responsabbli mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta'l-istatistika dwar il-ħalib?Isem il-persuna:Dettalji ta’ din il-persuna (jew dipartiment):TABELLA A:Statistika ta’ kull xahar (tal-ħalib)TABELLA B:Statistika annwali (tal-ħalib)TABELLA C:Statistika annwaliAzjendi agrikoliTABELLI D sa G:Statistika ta’ l-istrutturiTABELLA H:Proteini fil-ħalib tal-baqra fil-prodotti tal-ħalib ewleninTABELLA I:Informazzjoni reġjonali annwaliHemm xi organizzazzjoni oħra li tiehu sehem fil-ġbir ta' statistika dwar il-ħalib?Iva (*) Le(*) Jekk iva, agħti l-isem u d-dettalji ta' din l-organizzazzjoni.1.2. Mistoqsija dwar il-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni mgħoddijaGħandkom xi problemi fuq il-kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni?Iva (*) Le(*) Jekk iva, tistgħu tiddeskrivuhom?2. IL-ĠBIR TA' L-INFORMAZZJONI BAŻIKAA) Mill-industriji tal-ħalibtabelli a u b2.A.1. Karatteristiċi ġeneraliNumru ta’ intrapriżi tal'ħalib preżenti fl- 01/ta' Jannar/20.... (Ħlief għaċ-ċentri jew intrapriżi li jiġbru biss)Numru ta’ ċentri jew intrapriżi li jiġbru biss. (Fit-tifsira ta" l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 96/16/KE).

2.A.2. Oriġini tal-listi (ta’ l-unitajiet ta’ stħarriġ) użata għall-istħarriġ ta’ kull xahar u ta’ kull senaX’inhi l-oriġini tal-kompilazzjoni li ntużat?Estratt mir-reġistru nazzjonali tal-kummerċListi miġbura għall-instħarriġ dwar il-ħalibListi li tappartjeni għall-organizzazzjonijiet professjonali (*)Listi wżati għal stħarriġ ieħor (*)Oħrajn(*)(*) Speċifika s-sorsi:2.A.3. Kif u kull meta tiġi aġġorna l-lista?Inti taġġorna l-lista:KontinwamentKull xaharKull tliet xhurKull senaKull tliet sninKull numru ta’ snin2.A.4. Il-kwestjonarji ta’ kull xahar(Industrija tal-ħalib: Tabella a)Numru ta’ unitajiet ta’ l-istħarriġ ikkonċernatiProporzjon tal-popolazzjoni statistika mistħarrġa minn dan il-kampjun (f' %)Metodu ta' stħarriġPermezz ta’ enumeraturiBil-postaBit-telefonBl-e-mailB’mod ieRata ta' rispons li jkun hemm normalment (f' %):B’liema metodu qed tikkalkula l-informazzjoni ta’ dawk li ma jwiġbux?Tuża sorsi oħra ta' informazzjoni?Iva (*) Le(*) Jekk iva, liema?2.A.5. Il-kwestjonarji li jsiru kull sena (Industrija tal-ħalib: Tabelli B, C, H u I)Kumment: L-istħarriġ annwali huwa eżawrjentiMetodu ta' stħarriġ:Permezz ta’ enumeraturiBil-postaBit-telefonBl-e-mailB’mod ieħor, liema?

Rata ta' rispons li jkun hemm normalment (f' %):B’liema metodu qed tikkalkula l-informazzjoni ta’ dawk li ma jwiġbux?Tuża sorsi oħra ta' informazzjoni?Iva (*) Le(*) Jekk iva, liema?B) L-Azjendi agrikoli (Irziezet)TABELLA CNumru ta’ azjendi agrikoli kkonċernati fl-1 ta' Jannar 20.......2.B.1. Eżistenza ta' stħarriġ regolari dwar il-produzzjoni u l-użu tal-ħalib fir-razzettHemm stħarriġ regolari dwar il-produzzjoni u l-użu tal-ħalib fir-razzett?Iva (B2) Le (B5)2.B.2. Jekk iva, agħti d-dettalji dwar proċeduri:Metodu ta' stħarriġ:Permezz ta’ enumeraturiBil-postaBit-telefonBl-e-mailB’mod ieħor, liema?Rata ta' rispons li jkun hemm normalment (f' %):Deskrizzjoni tal-metodoloġija ta' l-iġija ta' l-istħarriġ:2.B.3. Metodu użat għall-kalkolu tal-kwantitajiet prodotti u użati minn dawk li ma wiġbuxB’liema metodu qed tikkalkula l-produzzjoni u l-użu tal-ħakub fl-irziezet għal dawk li ma wiġbux?2.B.4. Użu ta' sorsi oħra ta' informazzjoniTuża sorsi oħra ta' informazzjoniIva * Le(*) Jekk iva, liema?2.B.5. Jekk le, spjega u agħti d-dettalji tal-metodu użat biex jiġu kkalkulati b'mod preċiż jew bejn wieħed u ieħor, il-produzzjoni annwali u l-użu tal-ħalib fir-razzett:2.B.6. Ħalib tal-baqraJekk neskludu l-ħalib li l-għoġielajerdghu direttament, il-ħalib kollu li jkun inħaleb (inkluż il-Colostrum) lijiġi użat bħala għalf għall-annimali (fil-bramel jew b'mezzi oħra), jingħadd ma' l-ammonti disponibbli?Iva Le

3. TABELLA B (informazzjoni dwar il-ħalib)Taqsima A: Riżorsi disponibbli3.A.1. Importazzjonijiet tal-ħalib, tal-krema u ta' prodotti tal-ħalib oħraL-industriji tal-ħalib jixtru ħalib mhux ipproċessat mingħand bejjiegħa approvati li jinsabu barra mit-territorju nazzjonali?Iva (*) Le(*) Jekk iva, dan ix-xiri jingħadd ma' l-ammonti importati? (tabella B, kolonna B)Iva LeTużal-informazzjoni li tingħata direttament mill-industriji tal-ħalib biex jinżamm rekord tal-kummerċ bejn il-fruntieri?Iva (*) Le(*) Jekk iva:Mill-kwestjonarju ta’ kull xaharSorsi oħra:Tuża l-informazzjoni statistika dwar il-kummerċ ma' barra?Iva (*) Le(*) Jekk iva, spjega kif tissepara l-importazzjonijiet għall-industrija tal-ħalib minn importazzjonijiet oħra:Kif titratta l-kunsinni tal-prodotti intermedji minn post għall-ieħor f'pajjiżi differenti iżda li jkunu ta' l-istess intrapriża?dawn huma inklużi ma' l-informazzjoni tal-kummerċ ma' barradawn huma inklużi mal-kunsinni ta' l-intrapriżioħrajn, speċifikaTaqsima B: użu (prodotti mmanifatturati4)3.B.1. Prodotti ewlenin (kolonna 1 tat-tabella)Hemm xi rabta bejn ir-riċerkastatistika dwar il-ħalib u r-riċerka Prodcom ?Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91, tad-19 ta’ Diċembru 1991, dwar il-ħolqien ta' kwestjonarju tal-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali ĠU L 374 tal-31.12.1991, p. 1.Iva LeJekk iva, iż-żewġ riċerki huma mmexxija mill-istess organizzazzjoni?Iva Le3.B.2. Għadd doppju:B.2.1 fl-industriji tal-ħalibBiex jiġi evitat li jinghaddu darbtejn, fuq liema elementi huwa bbażat l-istharriġ?fuq il-prodotti li jaslu qabel l-ipproċessar (Prodotti li jaslu)fuq il-prodotti manifatturati (Prodotti kkunsinjati)(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91, tad-19 ta’ Diċembru 1991, dwar il-ħolqien ta’ kwestjonarju tal-Komunità dwar il-produzzjoni industrijali ĠU L374 tal-31.12.1991, p.1.

B.2.2 Ġobon - ġobon ipproċessatTagħmel stħarriġ speċifiku dwar il-materja prima li tintuża biex isir il-ġobon ipproċessat (ġobon, butir, krema, prodotti tal-ħalib oħrajn)?Iva LeDin il-materja prima titnaqqas jew hija inkluża fl-informazzjoni tal-kolonna 1 tat-tabella B?informazzjoni mnaqqsa informazzjoni inkluża3.B.3. Kalkolu ta’ l-entrati tal-ħalib (bix-xaħam mhux imnaqqas u xkumat)Kif jiġu kkalkulati l-entrati tal-ħalib fit-tabella B għall-prodotti li ġejjin:KodiċiIsem il-prodottiStħarriġdirettUżu ta' koeffiċjenti tekniċi11-12ħalib likwidu u x-xorrox tal-butir13kremi14-15-16prodotti friski oħra (ħalib aċidifikat, xarbiet magħmula mill-ħalib, ħalib magħmul f' ġeli, eċċ.)21ħalib magħqud22prodotti tat-trab23butir totali u prodotti oħra magħmula minn xaħam isfar24ġobon2411ġobon tal-ħalib tal-baqra25ġobon ipproċessat27xorrox3.B.4. Kalkolu ta’ l-entrati ta’ xaħamKif jiġu kkalkulati l-entrati ta' xaħam fit-tabella B?Bħala INPUT (jiġifieri skond il-materja prima użata għall-manifatturar)Bħala OUTPUT (jiġifieri skond il-prodott finali)Uħud mill-Istati jistgħu jużaw żewġ metodi (awto-kontroll): speċifikaTuża l-informazzjoni li tingħata mill-industrija tal-ħalib bħala sors ta' informazzjoni?Iva Le (*)(*) Jekk le, x’inhi s-sors ta’ informazzjoni?3.B.5. Il-Proteini (tabella H)B’liema metodu tkejjel jew tagħmel stima tal-proteini?Bħala INPUT, (jiġifieri skond il-materja prima użata għall-manifatturar)Iva Le

Bħala OUTPUT? (jiġifieri skond il-prodott finali)Iva LeSpjegazzjonijiet3.B.6. Informazzjoni reġjonali (tabella I)Evalwazzjoni tal-produzzjoni reġjonaliinformazzjoni eżistenti mis-sorsIva Leinformazzjoni kkalkulata a posterioriIva LeJekk l-informazzjoni tkun ikkalkulata, liema hu l-metodu użat?Stħarriġ dwar l-istruttura ta' l-azjendi agrikoli (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/20021Stħarriġ dwar il-bovini (Direttiva 93/24/KEE u Deċiżjoni 94/433/KE 1Oħrajn, speċifika:4. Kummenti u propostiX'inhuma l-kummenti u l-proposti tiegħek għat-titjib tal-kwestjonarju metodoloġiku?Ehmeż l-informazzjoni kollha li taħseb li hi ta' għajnunaRegolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/2002 ta’ l-24 ta’ Jannar 2002 li jemenda l-anness I tar-Regolament tal-Kunsill Nru 571/88 li jorganizza l-kwestjonarji tal-Komunità skond l-irziezet fl-2003, 2005 u 2007. (ĠU L 24 tas-26.1.2002, p. 16).Direttiva tal-Kunsill 93/24/KE ta’ l-1 ta’ Ġunjo 1993, dwar dwar l-istħorriġ statistiku li jrid isir fuq il-prodoth tal-bovini (ĠU L 149, ta'l-1.6.1993, p. 5).Direttiva 93/24/KEE referenza ĠU L 149 tal-21.06.1993, p. 5 u Deċiżjoni 94/433/KE referenza ĠU L 179 tat-13.07.1994, p. 27.



( 1 ) ĠU L 78, tat-28.3.1996, p. 27.

( 2 ) ĠU L 246, tat-30.10.1972, p. 1.

( 3 ) ĠU L 138, ta’ l-24.5.1986, p. 49.

( 4 ) ĠU L 374, tal-31.12.1991, p. 1.

( 5 ) ĠU L 316, tad-9.12.1994, p. 2.

Top