Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01996L0053-20020309

    Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/53/2002-03-09

    1996L0053 — MT — 09.03.2002 — 001.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/53/KE

    tal-25 ta' Lulju 1996

    li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali

    (ĠU L 235, 17.9.1996, p.59)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    ID-DIRETTIVA 2002/7/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-18 ta' Frar 2002

      L 67

    47

    9.3.2002




    ▼B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/53/KE

    tal-25 ta' Lulju 1996

    li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali



    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

    Waqt li jaġġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat ( 3 ),

    (1) Filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 85/3/KEE tad-19 ta' Diċembru 1984 dwar il-piżijiet, id-dimensjonijiet u ċerti karatteristiċi tekniċi oħrajn tal-vetturi tat-triq ( 4 ) stabbiliet, fil-qafas tal-politika dwar it-trasport komuni, standards komuni li jippermetu l-użu mtejjeb tal-vetturi tat-triq fi traffiku bejn l-Istati Membri;

    (2)

    Filwaqt li d-Direttiva 85/3/KEE ġiet emendata sinifikament f'ħafna okkażjonijiet; filwaqt li fl-okkażjoni ta' l-aħħar emenda tagħha għandha għal raġunijiet ta' kjarezza u razzjonalità terġa' tiġi fformolata bħala test singolu flimkien mad-Direttiva tal-Kunsill 86/364/KEE ta' l-24 ta' Lulju 1986 li għandha x'taqsam max-xhieda ta' konformità tal-vetturi mad-Direttiva 85/3/KEE ( 5 );

    (3)

    Filwaqt li d-differenzi bejn l-istandards fis-seħħ fl-Istati Membri fejn għandhom x'jaqsmu l-piżijiet u d-dimensjonijiet tal-vetturi tat-triq kummerċjali jistgħu jkollhom effett kuntrarju fuq il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni u jikkostitwixxu ostakolu għat-traffiku bejn l-Istati Membri;

    (4)

    Filwaqt li, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà, għandha tittieħed azzjoni fil-livell Komunitarju sabiex jitneħħa dan l-ostakolu;

    (5)

    Filwaqt li l-istandards imsemmija fuq jirriflettu bilanċ bejn l-użu razzjonali u ekonomiku tal-vetturi tat-triq kummerċjali u l-ħtiġiet tal-manutenzjoni ta' l-infrastruttura, is-sigurtà fit-triq u l-protezzjoni ta' l-ambjent u ċ-ċiklu tal-ħajja;

    (6)

    Filwaqt li l-istandards komuni dwar id-dimensjonijiet tal-vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija għandhom jibqgħu stabbli għal żmien twil;

    (7)

    Filwaqt li ħtiġiet tekniċi addizzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-piżijiet u d-dimensjonijiet tal-vetturi jistgħu japplikaw għal vetturi kummerċjali reġistrati jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni fi Stat Membru; filwaqt li dawn il-ħtiġiet m'għandhomx jikkostitwixxu ostakolu għaċ-ċirkolazzjoni tal-vetturi kummerċjali bejn l-Istati Membri;

    (8)

    Filwaqt li d-definizzjoni ta' “vettura mkessħa ta' ġnub ħoxnin” fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 85/3/KEE, kif emendata bid-Direttiva 89/388/KEE ( 6 ), għandha tiġi mwessgħa sabiex tippermetti l-Istati Membri li jħallu vetturi mkessħa li m'għadhomx jilħqu l-ħtiġiet ta' insulazzjoni definiti f'dak l-Artikolu li jiċċirkolaw fit-territorju tagħhom;

    (9)

    Filwaqt li hu neċessarju li jiġi kkjarifikat il-kunċett ta' “tagħbija indiviżibbli” sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva fejn għandhom x'jaqsmu l-permessi għal vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jerfgħu dawn it-tagħbijiet;

    (10)

    Filwaqt li t-tunnellata metrika hija użata universalment u mifhuma bħala unità ta' kejl għall-piż ta' vettura u hi, għalhekk, applikata għal din id-Direttiva waqt li tagħraf li l-unità formali ta' piż huwa n-newton;

    (11)

    Filwaqt li, fl-implimentazzjoni tas-suq intern, l-iskop ta' din id-Direttiva għandu jiġi estiż għat-trasport nazzjonali sa fejn jikkonċerna l-karatteristiċi li sinifikament jaffettwaw il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-settur tat- trasport u b'mod partikolari il-valuri li għandhom x'jaqsmu mat-tul u l-wisa' massimi awtorizzati u l-kombinazzjonijiet tal-vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija;

    (12)

    Filwaqt li, għall-karatteristiċi l-oħrajn tal-vetturi, l-Istati Membri huma awtorizzati japplikaw fit-territorju tagħhom valuri differenti minn dawk provduti f'din id-Direttiva biss għal vetturi użati fit-traffiku nazzjonali;

    (13)

    Filwaqt li road trains li jużaw sistemi ta' agganċjar estensivi fil-prattika jiksbu tul massimu ta' 18,75 m meta estiżi fl-intier; filwaqt li l-istess tul massimu għandu jkun awtorizzat għal road trains li jużaw sistemi ta' agganċjar fissi;

    (14)

    Filwaqt li l-wisa' massimu awtorizzat ta' 2,50 m għal vetturi maħsuba għat-trasport ta' merkanzija jista' jħalli spazju intern suffiċjenti għat-tagħbija effiċjenti ta' pallets, li kkawżat l-applikazzjoni ta' tolleranzi differenti lil hinn minn dak il-livell fil-leġislazzjoni ta' l-Istati Membri li tikkonċerna t-traffiku domestiku; filwaqt li adattament ġenerali għas-sitwazzjoni kurrenti hija għalhekk neċessarja sabiex tipprovdi kjarezza fil-ħtiġiet tekniċi, meta wieħed jiftakar l-aspetti tas-sigurtà fit-triq ta' dawn il-karatteristiċi;

    (15)

    Filwaqt li jekk il-wisgħa massimu tal-vetturi maħsuba għat-trasport tal-merkanzija jiżdied għal 2,55 m, dak l-istandard għandu wkoll jiġi applikat għal xarabanks; filwaqt li fejn għandhom x'jaqsmu x-xarabanks, huwa madanakollu neċessarju li jipprovdu għal perjodu transitorju biex jippermettu l-fabbrikanti kkonċernati jadattaw l-impjant industrijali;

    (16)

    Filwaqt li, sabiex tkun ipprevenuta ħsara eċċessiva lit-toroq u sabiex tkun assigurata l-manuvrabbilità, fl-awtorizzazzjoni u fl-użu tal-vetturi għandha tingħata preferenza lis-sospensjoni pnewmatika jew ekwivalenti aktar milli lis-sospensjoni mekkanika; filwaqt li m'għandhomx ikunu eċċeduti ċerti tagħbijiet massimi fuq il-fus, u l-vettura għandha tkun kapaċi ddur f' 360° fi ħdan ċerti valuri limiti għar-rotta segwita;

    (17)

    Filwaqt li l-Istati Membri għandu jkollhom il-permess, fit-trasport ta' merkanzija nazzjonali, li jħallu vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi b'dimensjonijiet li jvarjaw minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva li jiċċirkolaw fit-territorju tagħhom jekk l-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa minn dawn il-vetturi huma definiti minn din id-Direttiva bħala li ma jaffettwawx sinifikament il-kompetizzjoni internazzjonali fis-settur tat-trasport, jiġifieri operazzjonijiet imwettqa minn vetturi speċjalizzati u operazzjonijiet imwettqa skond il-kunċett modulari;

    (18)

    Filwaqt li, fil-każ ta' operazzjonijiet ta' kunċett modulari, għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-perjodu transitorju biex Stat Membru jkun jista' jadatta l-infrastruttura tat-toroq tiegħu;

    (19)

    Filwaqt li vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li japplikaw teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda, skond l-istandards li jvarjaw minn dawk stabbiliti minn din id-Direttiva, għandhom ikunu permessi jwettqu operazzjonijiet tat-trasport lokali għal perjodu ta' prova sabiex jippermettu li jkun hemm profitt mill-progress tekniku;

    (20)

    Filwaqt li l-vetturi li daħlu fis-servizz qabel id-data ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u li ma jikkonformawx mal-karatteristiċi ta' dimensjoni mqiegħda f'din id-Direttiva, minħabba dispożizzjonijiet nazzjonali jew metodi ta' miżura preċedenti li jvarjaw, għandhom jitħallew ikomplu jipprovdu servizzi ta' trasport fi ħdan l-Istat Membru fejn il-vettura hija reġistrata jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni għal perjodu transitorju;

    (21)

    Filwaqt li sar progress lejn l-adozzjoni ta' Direttivi ta' l-Approvazzjoni tat-Tip għal kombinazzjonijiet ta' vetturi b'ħames jew sitt fusijiet; filwaqt li, l-ħtiġiet li jirrigwardaw il-konformità b'karatteristiċi ta' xort'oħra minn piżijiet u dimensjonijiet kif imqiegħda fl-Anness II tad-Direttiva 85/3/KEE għandhom għalhekk jitħassru;

    (22)

    Filwaqt li din il-modifika hija wkoll neċessarja sabiex jiġu evitati regoli f'konflitt mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar it-traffiku u ċ-ċirkolazzjoni;

    (23)

    Filwaqt li sabiex ikun iffaċilitat il-monitoraġġ ta' konformità ma' din id-Direttiva, huwa neċessarju li jiġi assigurat li l-vetturi jkollhom xhieda ta' din il-konformità;

    (24)

    Filwaqt li din id-Direttiva ma taffettwax l-obbligi ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw l-iskadenzi għat-trasportazzjoni għal-liġi nazzjonali u għall-applikazzjoni tad-Direttivi li din id-Direttiva tissostitwixxi,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



    L-Artikolu 1

    1.  Din id-Direttiva tapplika għal:

    ▼M1

    a) id-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur fil-kategoriji M2 u M3 u l-karrijiet tagħhom fil-kategorija 0 u l-vetturi bil-mutur fil-kategoriji N2 u N3 u l-karrijiet tagħhom fil-kategoriji 03 u 04, kif definiti fl-Anness II li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni dwar it-tip tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 7 );

    ▼B

    (b) l-piżijiet u ċerti karatteristiċi oħrajn tal-vetturi definiti f'(a) u speċifikati fl-Anness 1(2) ma' din id-Direttiva.

    2.  Il-valuri kollha tal-piżijiet indikati fl-Anness I huma validi bħala standards ta' ċirkolazzjoni u għalhekk jirreferu għall-kondizzjonijiet ta' tagħbija, mhux għall-istandards ta' produzzjoni, li jkunu definiti f'Direttiva iktar tard.

    ▼M1

    3.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-karozzi tal-linja artikolati magħmula minn aktar minn sezzjoni artikolata waħda.

    ▼B

    L-Artikolu 2

    Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

     “vettura bil-mutur” għandha tfisser kull vettura b'inġenju li tivvjaġġa fit-triq awtomatikament,

     trailer” għandu jfisser kull vettura maħsuba biex tkun agganċjata ma' vettura bil-mutur bl-esklużjoni ta' semi-trailers, u mibnija u mgħammra għat-trasport tal-merkanzija,

     semi-trailer” għandu jfisser kull vettura maħsuba li tkun agganċjata ma' vettura bil-mutur b'tali mod li parti minnha jibqa' fuq il-vettura bil-mutur b'parti sostanzjali mill-piż tagħha u mill-piż tat-tagħbija tagħha li jintrefa' mill-vettura bil-mutur, u mibnija u mgħammra għat-trasport ta' merkanzija,

     “kombinazzjoni ta' vettura” għandha tfisser jew:

     

      road train li tikkonsisti f'vettura bil-mutur agganċjata ma' trailer; jew

     vettura artikolata li tikkonsisti f'vettura bil-mutur agganċjata ma' semi-trailer,

     “vettura kondizzjonata” għandha tfisser kull vettura li s-superstrutturi fissi jew mobbli tagħha huma speċjalment mgħammra għat-trasport ta' merkanzija f'temperaturi kkontrollati u li l-ġnub tagħha, inkluża l-insulazzjoni, huma mill-inqas 45 mm ħoxnin,

     “xarabank” għandha tfisser vettura b'iktar minn disa' siġġijiet inkluż is-siġġu tax-xufier, mibnija u mgħammra biex iġġorr passiġġieri u l-bagalji tagħhom. Jista' jkollha sular wieħed jew tnejn u tista' wkoll iġġorr trailer tal-bagalji,

     “xarabank artikolat” għandha tfisser xarabank li tikkonsisti minn żewġ sezzjonijiet riġidi mqabbda flimkien b'sezzjoni artikolata. Fuq din it-tip ta' vettura il-kompartimenti tal-passiġġieri f'kull wieħed miż-żewġ sezzjonijiet riġidi għandhom jinterkomunikaw. Is-sezzjoni artikolata għandha tippermetti l-moviment liberu tal-vjaġġaturi bejn is-sezzjonijiet riġidi. Il-Konnessjoni u n-nuqqas ta' konnessjoni taż-żewġ sezzjonijiet għandha tkun possibbli biss fil-ħanut,

     “id-dimensjonijiet massimi awtorizzati” għandhom ifissru d-dimensjoni massima għall-użu ta' vettura, kif stabbilit fl-Anness I ma' din id-Direttiva,

     “il-piż massimu awtorizzat” għandu jfisser il-piż massimu għall-użu ta' vettura mgħobbija fit-traffiku internazzjonali,

     “il-piż tal-fus massimu awtorizzat” għandu jfisser il-piż massimu għall-użu fit-traffiku internazzjonali ta' fus mgħobbi jew ta' grupp ta' fusijiet,

     “tagħbija indivisibbli” għandha tfisser tagħbija li ma tistax, għall-iskop ta' trasport bit-triq, tinqasam f'żewġ tagħbijiet jew iktar mingħajr spejjeż żejda jew riskju ta' ħsara u li minħabba d-dimensjonijiet jew il-massa tagħha ma tistax tinġarr minn vettura bil-mutur, trailer, road train jew vettura artikolata li tikkonforma ma' din id-Direttiva fejn jidħlu l-kwistjonijiet kollha,

     “tunnellata metrika” għandha tfisser il-piż esegwit bil-massa ta' tunnellata metrika u għandha tikkorrispondi għal 9,8 kilonewtons (kN),

    Id-dimensjonijiet massimi awtorizzati kollha speċifikati fl-Anness I għandhom jitkejlu skond l-Anness I mad-Direttiva 70/156/KEE, b'ebda tolleranzi pożittivi.

    L-Artikolu 3

    1.  Stat Membru ma jistax jiċħad jew jipprojbixxi l-użu fit-territorju tiegħu:

     fit-traffiku internazzjonali, ta' vetturi reġistrati jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni f'kull Stat Membru ieħor għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-piżijiet u d-dimensjonijiet tagħhom,

    ▼M1

     fit-traffiku nazzjonali, il-vetturi rreġistrati jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni f'xi Stat Membru ieħor għal raġunijiet relatati mad-dimensjonijiet tagħhom;

    ▼B

    sakemm dawn il-vetturi jikkonformaw mal-valuri limiti speċifikati fl-Anness I.

    Din id-dispożizzjoni għandha tapplika minkejja l-fatt li:

    (a) l-vetturi msemmija mhumiex konformi mal-ħtiġiet ta' dak l-Istat Membru fejn għandhom x'jaqsmu ċerti karattersitiċi ta' piż u dimensjoni mhux koperti mill-Anness I;

    (b) l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn il-vetturi huma reġistrati jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni għandha limiti awtorizzati mhux imsemmija fl-Artikolu 4(1) li jeċċedu dawk imqiegħda fl-Anness I.

    2.  Madanakollu, il-paragrafu 1(a) m'għandux jaffettwa d-dritt ta' l-Istati Membri, b'qies xieraq għal-liġi Komunitarja, li jeħtieġu vetturi reġistrati jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni fit-territorju proprju li jkunu konformi mal-ħtiġiet nazzjonali tagħhom dwar kartteristiċi ta' piż u dimensjoni mhux koperti mill-Anness I.

    3.  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li vetturi kondizzjonati jkollhom ċertifikat ATP jew pjanċa ta' ċertifikazzjoni ATP prevista fil-Ftehim ta' l-1 ta' Settembru 1970 dwar it-trasport internazzjonali ta' affarijiet ta' l-ikel li jmorru u dwar it-tagħmir speċjali li għandu jintuża għal dan it-trasport.

    L-Artikolu 4

    ▼M1

    1.  L-Istati Membri m'għandhomx jawtorizzaw iċ-ċirkolazzjoni normali fit-territorji tagħhom:

    (a) ta' vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi għat-trasport nazzjonali ta' merkanzija li ma jkunux jikkonformaw mal-karatteristiċi mniżżla fil-punti 1.1, 1.2, 1.4, 1.5, 1.6, 1.7, 1.8, 4.2 u 4.4 ta' l-Anness I;

    (b) ta' vetturi għat-trasport nazzjonali tal-passiġġieri, ma jkunux jikkonformaw mal-karatteristiċi mniżżla fil-punti 1.1, 1.2, 1.4a, 1.5 u 1.5a ta' l-Anness I.

    2.  L-Istati Membri jistgħu madankollu jawtorizzaw iċ-ċirkolazzjoni fuq it-territorji tagħhom:

    (a) ta' vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi għat-trasport nazzjonali tal-merkanzija li ma jkunux jikkonformaw mal-karatteristiċi mniżżla fil-punti 1.3, 2, 3, 4.1 u 4.3 ta' l-Anness I;

    (b) ta' vetturi għat-trasport nazzjonali tal-passiġġieri, li ma jkunux jikkonformaw mal-karatteristiċi mniżżla fil-punti 1.3, 2, 3, 4.1 u 4.3 ta' l-Anness I.

    ▼B

    3.  Vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jeċċedu d-dimensjonijiet massimi jistgħu biss jitħallew jiċċirkolaw fuq il-bażi ta' permessi speċjali maħruġa mingħajr diskriminazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, jew fuq il-bażi ta' arranġamenti mhux diskriminatorji simili miftiehma fuq bażi ta' każ b'każ ma' dawk l-awtoritajiet, meta dawn il-vetturi jew il-kombinazzjonijiet ta' vetturi jerfgħu jew huma intenzjonati li jerfgħu tagħbijiet indivisibbli.

    4.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu ►M1  vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi użati għat-trasport li ◄ jwettqu ċerti operazzjonijiet nazzjonali tat-trasport li ma jaffettwawx sinifikament il-kompetizzjoni internazzjonali fis-settur tat-trasport li jiċċirkolaw fit-territorju tagħhom b'dimensjonijiet li jvarjaw minn dawk stabbiliti fil-punti 1.1, 1.2, 1.4 to 1.8, 4.2 u 4.4 ta' l-Anness I.

    L-operazzjonijiet tat-trasport għandhom jiġu kkunsidrati bħala li ma jaffettwawx il-kompetizzjoni internazzjonali sinifikament fis-settur tat-trasport jekk waħda mill-kondizzjonijiet taħt (a) u (b) hija ssodisfata:

    (a) L-operazzjonijiet tat-trasport huma mwettqa fit-territorju ta' Stat Membru minn vetturi speċjalizzati jew kombinazzjonijiet speċjalizzati ta' vetturi f'ċirkostanzi fejn mhumiex normalment imwettqa minn vetturi minn Stati Membri oħrajn, e.ż. operazzjonijiet marbuta mal-qtugħ tas-siġar u l-industrija forestjera;

    (b) L-Istat Membru li jippermetti li l-operazzjonijiet tat-trasport jitwettqu fit-territorju tiegħu minn vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi b'dimensjonijiet li jvarjaw minn dawk imqiegħda fl-Anness I ukoll jippermetti vetturi bil-mutur, trailers u semi-trailers li jikkonformaw mad-dimensjonijiet imqiegħda fl-Anness I li jiġu użati f'dawn il-kombinazzjonijiet biex jakkwistaw mill-inqas it-tul ta' tagħbija awtorizzat f'dak l-Istat Membru, sabiex kull operatur ikun jista' jibbenefika minn kondizzjonijiet ugwali ta' kompetizzjoni (il-kunċett modulari).

    L-Istat Membru kkonċernat li għandu jadatta l-infrastruttura tat-triq tiegħu sabiex ikun jista' jtemm il-kondizzjoni taħt (b) jista' madanakollu jipprojbixxi, sal-31 ta' Diċembru 2003 fl-iktar tard, ►M1  iċ-ċirkolazzjoni fit-territorju tagħhom, f'operazzjonijiet nazzjonali ta' trasport, ta' vetturi ◄ jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jeċċedu l-istandards nazzjonali kurrenti dwar dimensjonijiet, sakemm dik il-leġislazzjoni nazzjonali tibqa' tapplika għat-trasportaturi Komunitarji kollha b'mod mhux diskriminatorju.

    L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skond dan il-paragrafu.

    5.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jinkorporaw teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda li ma jistgħux jikkonformaw ma' ħtieġa waħda jew iktar ta' din id-Direttiva li jtemmu ċerti operazzjonijiet tat-trasport lokali għal perjodu ta' prova. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

    6.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu li vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi użati għat-trasport tal-merkanzija u reġistrati jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni qabel l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva jiċċirkolaw fit-territorju tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2006 b'dimensjonijiet li jeċċedu dawk imqiegħda fil-punti 1.1, 1.2, 1.4 sa 1.8, 4.2 u 4.4 ta' l-Anness I permezz ta' dispożizzjonijiet nazzjonali jew metodi ta' kejl li jvarjaw.

    ▼M1

    7.  Sal-31 ta' Diċembru 2020 l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li karrozzi tal-linja li kienu rreġistrati jew imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni qabel l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva iżda li d-dimensjonijiet tagħhom jeċċedu dawk stabiliti fil-punti 1.1, 1.2, 1.5 u 1.5a ta' l-Anness I biex jiċċirkolaw fuq it-territorji tagħhom.

    ▼B

    L-Artikolu 5

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(6):

    (a) vetturi artikolati imqiegħda fiċ-ċirkolazzjoni qabel l-1 ta' Jannar 1991 li ma jikkonformawx ma' l-ispeċifikazzjonijiet kontenuti fil-punti 1.6 u 4.4 ta' l-Anness I għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 3 jekk ma jeċċedux tul totali ta' 15,50 m;

    (b)  road trains, li l-mutur tal-vettura tagħhom kien imqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni qabel il-31 ta' Diċembru 1991 u li ma jikkonformawx ma' l-ispeċifikazzjonijiet kontenuti fil-punti 1.7 u 1.8 ta' l-Anness I, għandhom sal-31 ta' Diċembru 1998 jitqiesu li jikkonformaw ma' dawn l-ispeċifikazzjonijiet għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 3 jekk ma jeċċedux tul totali ta' 18,00 m.

    L-Artikolu 6

    1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarja biex jassiguraw li l-vetturi ta' l-Artikolu 1 imsemmija fl-Artikolu 1 u li jikkonformaw ma' din id-Direttiva ikollhom waħda mix-xhieda msemmija f' (a), (b) u (ċ):

    (a) kombinazzjoni taż-żewġ pjanċi li ġejjin:

     il-“pjanċa tal-fabbrikant” stabbilita u annessa skond id-Direttiva 76/114/KEE ( 8 ),

     il-pjanċa li għandha x'taqsam mad-dimensjonijiet, skond l-Anness III, stabbilita u annessa skond id-Direttiva 76/114/KEE;

    (b) pjanċa singola stabbilita u annessa skond id-Direttiva 76/114/KEE u li tikkontjeni l-informazzjoni fuq iż-żewġ pjanċi msemmija f'(a);

    (ċ) dokument wieħed maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru fejn il-vettura hi rreġistrata jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni. Dan id-dokument għandu jkollu l-istess intetstauri u informazzjoi bħall-pjanċi msemmija f'(a). Għandu jinżamm f'post faċilment aċċessibbli għall-ispezzjoni u għandu jinżamm adegwatament protett.

    2.  Jekk il-karatteristiċi tal-vettura ma jikkorrispondux ma' dawk indikati fuq ix-xhieda ta' konformità, l-Istat Membru fejn il-vettura hi reġistrata għandu jieħu l-passi neċessarja biex jassigura li x-xhieda ta' konformità hi mibdula.

    3.  Il-pjanċi u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintgħarfu mill-Istati Membri bħala xhieda tal-konformità tal-vettura prevista f'din id-Direttiva.

    4.  Vetturi li jkollhom ix-xhieda ta' konformità jistgħu ikunu soġġetti:

     fejn għandhom x'jaqsmu l-istandards komuni dwar il-piżijiet, għal spezzjonijiet bl-addoċċ,

     fejn għandhom x'jaqsmu l-istandards komuni dwar id-dimensjonijiet, biss għal spezzjonijiet fejn hemm suspett ta' non-konformità ma' din id-Direttiva.

    5.  Il-kolonna tan-nofs tal-prova ta' konformità li għandha x'taqsam mal-piżijiet għandha tikkontjeni, meta xieraq, l-istandards tal-piż Komunitarji applikabbli għall-vettura konċernata. Fejn għandhom x'jaqsmu l-vetturi msemmija fil-punt 2.2.2(ċ) ta' l-Anness I, l-iskrizzjoni “44 tunnellati metriċi” għandha tiġi inkluża f'parentesi taħt il-piż massimu awtorizzat tal-kombinazzjoni tal-vettura.

    6.  Kull Stat Membru jista' jiddeċiedi, fejn għandha x'taqsam kull vettura rreġistrata jew imqiegħda f'ċirkolazzjoni fit-territorju tiegħu, li l-piżijiet massimi awtorizzati mil-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu għandhom jiġu indikati bħala xhieda ta' konformità fil-kolonna tan-naħa tax-xellug u l-piżijiet teknikament permissibbli fil-kolonna tan-naħa tal-lemin.

    ▼M1

    L-Artikolu 7

    Din id-Direttiva m'għandhiex tipprekludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-traffiku fit-toroq fis-seħħ f'kull Stat Membru li jippermetti li l-piż u/jew id-dimensjonijiet tal-vetturi fuq ċerti toroq jew strutturi ta' inġinerija ċivili jkun limitat, irrispettivament mill-Istat tar-reġistrazzjoni ta' dawk il-vetturi jew l-Istat fejn dawk il-vetturi jkunu tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni.

    Dan jinkludi l-possibiltà li jiġu imposti restrizzjonijiet lokali dwar id-dimensjonijiet massimi awtorizzati u/jew il-piżijiet tal-vetturi li jistgħu jintużaw f'żoni speċifiċi jew fuq toroq speċifiċi, fejn l-infrastruttura ma tkunx adattata għal vetturi twal u tqal, bħal ċentri ta' l-ibliet, villaġġi żgħar u postijiet ta' interess naturali speċjali.

    ▼B

    L-Artikolu 8

    L-Artikolu 3 m'għandux japplika għall-Irlanda u għar-Renju Unit sal-31 ta' Diċembru 1998;

    (a) fejn għandhom x'jaqsmu l-istandards imsemmija fil-punti 2.2, 2.3.1, 2.3.3, 2.4 u 3.3.2 ta' l-Anness I:

     bl-eċċezzjoni tal-vetturi artikolati msemmija fil-punt 2.2.2 fejn:

     

    (i) il-piż mgħobbi totali ma jeċċedix it-38 tunnellata metrika;

    (ii) il-piż fuq kull tri-fus bl-ispazjar speċifikat fil-punt 3.3.2 ma jeċċedix it-22,5 tunnellata metriċi,

     bl-eċċezzjoni tal-vetturi msemmija fil-punti 2.2.3, 2.2.4, 2.3 u 2.4, fejn il-piż totali mgħobbi ma jeċċedix:

     

    (i) il-35 tunnellata metrika għall-vetturi msemmija fil-punti 2.2.3 u 2.2.4;

    (ii) is-17-il tunnellata metrika għall-vetturi msemmija fil-punt 2.3.1;

    (iii) it-30 tunnellata metrika għall-vetturi msemmija fil-punt 2.3.3, soġġetti għall-konformità mal-kondizzjonijiet speċifikati f'dak il-punt u fil-punt 4.3;

    (iv) is-27 tunnellata metrika għall-vetturi msemmija fil-punt 2.4,

    (b) fejn għandu x'jaqsam l-istandard imsemmi fil-punt 3.4 ta' l-Anness I, bl-eċċezzjoni tal-vetturi msemmija fil-punti 2.2, 2.3 u 2.4, fejn il-piż għal kull fus tas-sewqan ma jeċċedix l-10,5 tunnellati metriċi.

    ▼M1

    L-Artikolu 8a

    Il-Portugall u r-Renju Unit jistgħu jirrifjutaw jew jipprojbixxu l-użu fuq it-territorju tagħhom sad-9 ta' Marzu 2005 tal-karrozzi tal-linja msemmija fil-punt 1.1 ta' l-Anness sakemm dawn ma jkunux jissodisfaw il-kriterji dwar il-manuvrabilità li ġejjin:

     meta l-karrozza tal-linja tkun wieqfa u jkollha r-roti tagħha miksura b'tali mod li jekk il-vettura titmexxa, il-punt l-aktar 'il barra fuq quddiem nett jagħmel ċirku ta' radius ta 12,50 m, pjan vertikali tanġenzjali mal-ġenb tal-vettura li jħares 'il barra miċ-ċirku għandu jiġi stabilit billi tiġi mmarkata linja fl-art. Fil-każ ta' karrozza tal-linja artikolata, iż-żewġ porzjonijiet riġidi għandhom ikunu allineati mal-pjan,

     meta l-karrozza tal-linja titmexxa 'l quddiem fuq kull naħa waqt li ssegwi ċ-ċirku ta' radius ta'12,50 m, ebda parti tagħha ma tista' tisporġi 'l barra mill-pjan vertikali b'aktar minn 0,80 m fil-każ ta' karrozza tal-linja riġida sa tul sa 12-il m u b'mhux aktar minn 1,20 m fil-każ jew ta' karrozza tal-linja riġida ta' tul ta' aktar minn 12-il m jew ta' karrozza tal-linja artikolata.

    ▼B

    L-Artikolu 9

    Fejn għandu x'jaqsam l-istandard imsemmi fil-punt 1.2 (a) ta' l-Anness I, Stat Membru jista' jiċħad jew jipprojibixxi l-użu fit-territorju tiegħu, sal-31 ta' Diċembru 1999, ta' xarabanks b'wisa' li jeċċedi t-2,5 m.

    L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skond dan l-Artikolu. Il-Kummsssjoni għandha tinforma l-Istati Membri.

    L-Artikolu 10

    Id-Direttiva mniżżla fl-Anness IV, il-Parti A, għandha titħassar b'effett mid-data fl-Artikolu 11, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw it-traspożizzjoni mqiegħda fl-Anness IV, il-Parti B.

    Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni mqiegħda fl-Anness V.

    ▼M1

    l-Artikolu 10a

    Fir-rigward ta' l-Anness I, il-punt 1.5a, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mid-9 ta'Marzu 2005, tippreżenta rapport dwar kemm huwa possibbli li jitnaqqas il-valur ta' 0,60 m msemmi fit-tieni sub-paragrafu ta' dan il-punt biex jittejbu l-kundizzjonijiet tas-sigurtà relatati mal-manuvrabilità ta' karrozzi tal-linja twal. Fejn japplika, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġislattiva biex tiġi hekk emendata din id-Direttiva.

    ▼B

    L-Artikolu 11

    1.  L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarja biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sas-17 ta' Settembru 1997. Għandhom imbagħad jinformaw lill-Kummissjoni bihom.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

    2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva.

    L-Artikolu 12

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    L-Artikolu 13

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.




    L-ANNESS I

    IL-PIŻIJIET U D-DIMENSJONIJIET MASSIMI U L-KARATTERISTIĊI RELATATI TAL-VETTURI



    1.

    Id-dimensjonijiet massimi awtorizzati għall-vetturi msemmija fl-Artikolu 1(1)(a)

     

    ▼M1

    1.1

    it-tul massimu:

     

    - vettura bil-mutur minnbarra karrozza tal-linja

    12,00 m

    - karru

    12,00 m

    - vettura artikolata

    16,50 m

    - ferrovija tat-triq

    18,75 m

    - karrozza tal-linja artikolata

    18,75 m

    - karrozzi tal-linja b'żewġ fusien

    13,50 m

    - karrozzi tal-linja b'aktar minn żewġ fusien

    15,00 m

    - karrozza tal-linja + karru

    18,75 m

    ▼B

    1.2

    Il-wisgħa massimu:

     

    (a) il-vetturi kollha

    2,55 m

    (b)superstrutturi ta' vetturi kondizzjonati

    2,60 m

    1.3

    L-Għoli massimu (kwalunkwe vettura)

    4,00 m

    1.4

    Superstrutturi li jitneħħew u oġġetti tat-tagħbija standardizzati bħall-containers huma inklużi fid-dimensjonijiet speċifikati fil-punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.6, 1.7, 1.8 u 4.4

     

    ▼M1

    1.4a

    Jekk xi aċċessorji li jistgħu jitneħħew bħal ski-boxes ikunu ffittjati mal-karrozza tal-linja, it-tul tagħha, inklużi l-aċċessorji, m'għandux jeċċedi t-tul massimu stabilit fil-punt 1.1

     

    ▼B

    1.5

    Kull vettura bil-mutur jew kombinazzjoni ta' vettura f'moviment għandha tkun tista' ddur fi ħdan ċirku b'radju fuq barra ta' 12,50 m u radju fuq ġewwa ta' 5,30 m.

     

    ▼M1

    1.5a

    Ħtiġiet addizzjonali fil-każ tal-karrozzi tal-linja

    Bil-vettura wieqfa, pjan vertikali tanġenzjali għall-ġenb tal-vettura u jħares 'il barra miċ-ċirku għandu jiġi stabilit billi tiġi mmarkata linja ma' l-art. Fil-każ ta' vettura artikolata, iż-żewġ porzjonijiet riġidi għandhom ikunu allineati mal-pjan,

    Meta l-vettura titmexxa dritt mill-faċċata fiż-żona ċirkolari deskritta fil-punt 1.5, ebda parti minnha m'għandha toħroġ 'il barra minn dak il-pjan vertikali b'aktar minn 0,60 m.

     

    ▼B

    1.6

    Id-distanza massima bejn l-assi tal-pern tal-ħames rota u l-wara tas-semi-trailer

    12,00 m

    1.7

    Id-distanza massima mkejla parallela ma' l-assi lonġitudinali tar-road train mill-punt estern l-iktar 'il quddiem ta' l-ispazju tat-tagħbija wara l-kabina sal-punt estern tat-trailer tal-kombinazzjoni l-iktar fuq wara, naqqas id-distanza bejn il-wara tal-vettura li qed tiġbed u l-quddiem tat-trailer

    15,65 m

    1.8

    Id-distanza massima mkejla parallela għall-axis lonġitudinali tar-road train mill-punt estern l-iktar 'il quddiem ta' l-ispazju tat-tagħbija wara l-kabina sal punt estern l-iktar lura tat-trailer tal-kombinazzjoni

    16,40 m

    2.

    Il-piż massimu awtorizzat tal-vettura (f'tunnellati metriċi)

     

    2.1

    Vetturi li jifformaw parti minn kombinazzjoni ta' vettura

     

    2.1.1

    Trailer b'żewġ fusijiet

    18-il tunnellata metrika

    2.1.2

    Trailer bi tliet fusijiet

    24 tunnellata metrika

    2.2.

    Il-kombinazzjonijiet tal-vettura

     

    2.2.1

    Feroviji tat-toroq b'ħames jew sitt fusijiet

     

    (a)  vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet bi trailer bi tliet fusijiet

    40 tunnellata metrika

    (b)  vettura bil-mutur bi tliet fusijiet bi trailer b'żewġ fusijiet jew bi tlieta

    40 tunnellata metrika

    2.2.2

    Vetturi Artikolati b'ħames jew b'sitt fusijiet

     

    (a)  vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet bi trailer bi tliet fusijiet

    40 tunnellata metrika

    (b)  vettura bil-mutur bi tliet fusijiet b'semi-trailer b'żewġ jew bi tliet fusijiet

    40 tunnellata metrika

    (ċ)  vettura bil-mutur bi tlett fusijiet b'semi trailer b'żewġ jew bi tliet fusijiet li jiflaħ container ISO ta' 40 pied bħala operazzjoni ta' trasport ikkumbinat

    44 tunnellata metrika

    2.2.3

    Road trains b'erba' fusijiet li jikkonsisitu f'vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet u bi trailer b'żewġ fusijiet

    36 tunnellata metrika

    2.2.4

    Vetturi artikolati b'erba' fusijiet li jikkonsistu f'vettura bil-mutur b'żewġ fusijiet u semi-trailer b'żewġ fusijiet, jekk id-distanza bejn il-fusijiet tas-semi-trailer:

     

    2.2.4.1

    hija 1,3 m jew akbar imma mhux aktar minn 1,8 m

    36 tunnellata metrika

    2.2.4.2

    hija akbar minn 1,8 m

    36 tunnellata metrika

    + 2 tunnellati metriċi marġni meta l-piż massimu awtorizzat (MAW) tal-vettura bil-mutur (18-il tunnellata metrika) u l- MAW tal-fus tandem tas-semi- trailer (20 tunnellata metrika) huwa rispettat u l-fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u s-sospensjoni ta' l-arja jew is-sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti fi ħdan il-Komunità kif definit fl-Anness II.

    2.3

    Vetturi bil-mutur

     

    2.3.1

    Vetturi bil-mutur b'żewġ fusijiet

    18-il tunnellata metrika

    2.3.2

    Vetturi bil-mutur b'tliet fusijiet

    — 25 tunnellata metrika

    — 26 tunnellata metrika

    meta l-fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u s-sospensjoni ta' l-arja jew is-sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti fi ħdan il-Komunità kif definit fl-Anness II, jew meta kull fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u l-piż massimu ta' kull fus ma jeċċedix id-9,5 tunnellati metriċi.

    2.3.3

    Vetturi bil-mutur b'erba' fusijiet b'żewġ fusijiet tas-sewqan

    — 32 tunnellata metrika

    meta l-fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u s-sospensjoni ta' l-arja jew is-sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti fi ħdan il-Komunità kif definit fl-Anness II, jew meta kull fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u l-piż massimu ta' kull fus ma jeċċedix id-9,5 tunnellati metriċi.

    2.4

    Xarabanks artikolati bi tliet fusijiet

    28 tunnellata metrika

    3.

    Il-piż massimu awtorizzat tal-fusijiet tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) (f'tunnellati metriċi)

     

    3.1

    Fusijiet singoli

    Fus singolu mhux tas-sewqan

    10 tunnellati metriċi

    3.2

    Fusijiet tandem ta' trailers u semi-trailers

    Is-somma tal-piżijiet tal-fusijiet għal kull fus tandem m'għandhiex teċċedi, jekk id-distanza (d) bejn il-fusijiet hi:

     

    3.2.1

    inqas minn 1 m (d < 1,0)

    11-il tunnellata metrika

    3.2.2

    bejn 1,0 m u inqas minn 1,3 m (1,0 ≤ d < 1,3)

    16-il tunnellata metrika

    3.2.3

    bejn 1,3 m u inqas minn 1,8 m (1,3 ≤ d < 1,8)

    18-il tunnellata metrika

    3.2.4

    1,8 m jew iktar (1,8 ≤ d)

    20 tunnellata metrika

    3.3

    Tri-Fusijiet ta' trailers u semi-trailers

    Is-somma tal-piżijiet tal-fus għal kull tri-fus m'għandhiex teċċedi, jekk id-distanza (d) bejn il-fusijiet hi:

     

    3.3.1

    1,3 m jew inqas (d ≤ 1,3)

    21 tunnellata metrika

    3.3.2

    iktar minn 1,3 m u sa 1,4 m (1,3 < d ≤ 1,4)

    24 tunnellata metrika

    3.4

    Il-Fus tas-sewqan

     

    3.4.1

    Il-Fus tas-sewqan tal-vetturi msemmija f' 2.2.1 u 2.2.2

    11,5 tunnellati metriċi

    3.4.2

    Il-fus tas-sewqan tal-vetturi msemmija fil-punti 2.2.3, 2.2.4, 2.3 u 2.4

    11,5 tunnellati metriċi

    3.5

    Il-Fusijiet tandem tal-vetturi bil-mutur

    Is-somma tal-piżijiet tal-fusijiet għal kull fus tandem m'għandhiex teċċedi, jekk id-distanza (d) bejn il-fusijiet hi:

     

    3.5.1

    inqas minn 1 m (d < 1,0)

    11,5 tunnellata metrika

    3.5.2

    1,0 m jew iktar imma inqas minn 1,3 m (1,0 ≤ d < 1,3)

    16-il tunnellata metrika

    3.5.3

    1,3 m jew iktar imma inqas minn 1,8 m (1,3 ≤ d < 1,8)

    — 18-il tunnellata metrika

    — 19-il tunnellata metrika

    meta l-fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u s-sospensjoni ta' l-arja jew is-sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti fi ħdan il-Komunità kif definit fl-Anness II, jew meta kull fus tas-sewqan hu mgħammar b'tajers tewmin u l-piż massimu ta' kull fus ma jeċċedix id-9,5 tunnellati metriċi.

    4.

    Karatteristiċi rrelatati tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 1(1)(b)

     

    4.1

    Il-vetturi kollha

    Il-piż merfugħ mill-fus tas-sewqan jew mill-fusijiet tas-sewqan ta' vettura jew kombinazzjoni ta' vettura m'għandux ikun inqas minn 25 % tal-piż totali mgħobbi tal-vettura jew tal-kombinazzjoni tal-vettura, meta użata fit-traffiku internazzjonali.

     

    4.2

    Ir-Road trains

    Id-distanza bejn il-fus ta' wara ta' vetura bil-mutur u l-fus ta' quddiem ta' trailer m'għandhiex tkun inqas minn 3,00 m.

     

    4.3

    Il-Piż massimu awtorizzat jiddependi mill-bażi tar-rota

    Il-piż massimu awtorizzat f'tunnellati metriċi ta' vettura bil-mutur b'erba' fusijiet ma jistax jeċċedi ħames darbiet id-distanza f'metri bejn il-fusijiet tal-fusijiet l-iktar 'il quddiem u l-iktar lura tal-vettura.

     

    4.4

    Semi-trailers

    Id-distanza mkejla orizzontalment bejn il-fus tal-pern tal-ħames rota u kwalunkwe punt fil-quddiem tas-semi-trailer m'għandhiex teċċedi t-2,04 m.

     




    L-ANNESS II

    KONDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM X'JAQSMU MA' L-EKWIVALENZA BEJN ĊERTI SISTEMI TA' SOSPENSJONI MINGĦAJR ARJA U SOSPENSJONI TA' L-ARJA GĦAL FUS(IJIET) TAS-SEWQAN TAL-VETTURI

    1.   ID-DEFINIZZJONI TAS-SOSPENSJONI TA' L-ARJA

    Sistema ta' sospensjoni hija kkunsidrata arja sospiża jekk mill-inqas 75 % ta' l-effett tal-molla hu kkawżat mill-molla ta' l-arja.

    2.   EKWIVALENZA GĦAS-SOSPENSJONI TA' L-ARJA

    Sospensjoni magħrufa bħala ekwivalenti għal sospensjoni ta' l-arja għandha tikkonforma ma' li ġej:

    2.1.

    matul oxxillar wieqaf baxx free transient tal-massa mmullata 'l fuq mill-fus tas-sewqan jew mill-bogie, il-frekwenza mkejla u d-damping mas-sospensjoni li jerfa' t-tagħbija massima tiegħu għandha taqa' fi ħdan il-limiti definiti fil-punti 2.2 sa 2.5;

    2.2.

    kull fus għandu jkun mgħammar b'dampers idrawliċi. Fuq bogies b'fus tandem, id-dampers għandhom ikunu pożizzjonati biex jimminimizzaw l-oxxillar tal-bogies;

    2.3.

    il-proporzjon medju ta' damping D għandu jkun iktar minn 20 % tad-damping kritiku għas-suspensjoni fil-kondizzjonijiet normali tagħha b'dampers idrawliċi fil-post u f'operazzjoni;

    2.4.

    il-proporzjon ta' damping D tas-suspensjoni bid-dampers idrawliċi kollha mneħħija jew inkapaċitati m'għandux ikun iktar minn 50 % ta' D;

    2.5.

    il-frekwenza tal-massa mmullata 'l fuq mill-fus tas-sewqan jew mill-bogie f'oxxillar free transient m'għandhiex tkun ogħla minn 2,0 Hz;

    2.6.

    il-frekwenza u d-damping tas-suspensjoni huma mogħtija fil-paragrafu 3. Il-proċeduri ta' test għall-kejl tal-frekwenza u d-damping huma stabbiliti fil-paragrafu 4.

    3.   DEFINIZZJONI TAL-FREKWENZA U TAD-DAMPING

    F'din id-definizzjoni hija kkunsidrata massa mmullata M (kg) 'l fuq mill-fus tas-sewqan jew mill-bogie. Il-fus jew il-bogie għandha riġidità wieqfa totali bejn il-wiċċ tat-triq u l-massa mmullata ta' K Newtons/metru (N/m) u koeffiċjent totali ta' damping ta' C Newtons għal kull metru f'kull sekonda (N.s/m). Iċ-ċaqliq wieqaf tal-massa mmullata huwa Z. L-ekwazzjoni tal-moviment għall-oxxillar ħieles tal-massa mmullata hi:

    image

    Il-frekwenza ta' l-oxxillar tal-massa mmullata F (rad/sec) hi:

    image

    Id-damping huwa kritiku meta C = Co,

    fejn

    image

    Il-proporzjon ta' damping bħala frazzjoni tad-damping kritiku hu

    image

    .

    Matul l-oxxillar free transient tal-massa mmullata l-moviment wieqaf tal-massa jsegwi mogħdija sinusoidal damped (Il-Figura 2). Il-frekwenza tista' tiġi stmata bil-kejl tal-ħin għal dawk iċ-ċikli ta' oxxillar li jistgħu jiġu osservati. Id-damping jista' jiġi stmat bil-kejl ta' l-għoli tal-ponot suċċessivi ta' l-oxxillar fl-istess direzzjoni. Jekk l-ampjezza tal- ponot ta' l-ewwel u t-tieni ċiklu ta' l-oxxillar huma A1 u A2, allura l-proporzjon ta' damping D hu:

    image

    ln' il-logaritmu naturali tal-proporzjon tar-rapport ta' ampjezza.

    4.   IL-PROĊEDURA TAT-TEST

    Biex jiġi stabbilit b'test il-proporzjon ta' damping D, il-proporzjon ta' damping bid-dampers idrawliċi imneħħija, u l-frekwenza tas-sospensjoni F, il-vettura mgħobbija għandha jew:

    (a) tiġi misjuqa b'veloċità baxxa (5 km/hr ± 1 km/hr) tul tarġa ta' 80 mm bil-profil muri fil-Figura 1. L-oxxillar transient li għandu jiġi analizzat għall-frekwenza u d-damping iseħħ wara li r-roti fuq il-fus tas-sewqan ikunu ħallew it-tarġa;

    jew

    (b) tinġibed 'l isfel mix-chassis sabiex it-tagħbija fuq il-fus tas-sewqan hija 1,5 darbiet il-valur statiku massimu tagħha. Il-vettura miżmuma

    jew

    (ċ) tinġibed mix-chassis sabiex il-massa mmullata tkun merfugħa 80 mm 'l fuq mill-fus tas-sewqan. Il-vettura miżmuma 'l fuq hi f'daqqa waħda mwaqqgħa u l-oxxillar sussegwenti analizzat;

    jew

    (d) tkun soġġetta għal proċeduri oħrajn sa fejn kien ippruvat mill-fabbrikant, għas-soddisfazzjon tad-dipartiment tekniku, li huma ekwivalenti.

    Il-vettura għandha tkun strumentata b'displacement transducer wieqaf bejn il-fus tas-sewqan u x-chassis, direttament fuq il-fus tas-sewqan. Mit-traċċa, l-intervall bejn l-ewwel u t-tieni ponot ta' kompressjoni jista' jitkejjel biex tinkiseb il-frekwenza F u l-proporzjon ta' l-amplitudini biex jinkiseb id-damping. Għal bogies bi twin-drive, displacement transducers weqfin għandhom jitqiegħdu bejn kull fus tas-sewqan u x-chassis direttament fuqu.

    image

    Figura 1

    Tarġa għat-testijiet tas-sospensjoni

    image

    Figura 2

    Risposta ta'damped transience




    L-ANNESS III

    PJANĊA LI GĦANDHA X'TAQSAM MAD-DIMENSJONIJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(1)(a)

    I.

    Il-pjanċa li għandha x'taqsam mad-dimensjonijiet, sa fejn possibbli mwaħħla viċin tal-pjanċa msemmija fid-Direttiva 76/114/KEE, għandu jkollha d-data li ġejja:

    1. l-isem tal-fabbrikant ( 9 );

    2. in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura (9) ;

    3. it-tul tal-vettura bil-mutur, tat-trailer jew tas-semi-trailer (L);

    4. il-wisgħa tal-vettura bil-mutur, tat-trailer jew tas-semi-trailer (W);

    5. data għall-kejl tat-tul tal-kombinazzjonijiet tal-vettura:

     id-distanza (a) bejn il-quddiem tal-vettura bil-mutur u ċ-ċentru ta' l-istrument ta' l-agganċjar (il-ganċ ta' l-agganċjar jew il-ħames rota); fil-każ tal-ħames rota b'diversi punti ta' l-agganċjar, il-valuri minimi u massimi għandhom jingħataw

     id-distanza (b) bejn iċ-ċentru ta' l-istrument ta' l-agganċjar tat-trailer (iċ-ċirku tal-ħames rota) (amin u amax), jew tas-semi-trailer (il-pern) u l-wara tat-trailer jew tas-semi-trailer; fil-każ ta' strument b'diversi punti ta' l-agganċjar, il-valuri minimi u massimi għandhom jingħataw (bmin u bmax).

    It-tul tal-kombinazzjonijiet tal-vettura huwa t-tul tal-vettura bil-mutur u t-trailer jew is-semi-trailer mqiegħda f'linja dritta wara xulxin.

    II.

    Il-valuri mogħtija fuq xiehda ta' konformità għandhom jirriproduċu eżattament l-istess miżuri mwettqa direttament fuq il-vettura.




    L-ANNESS IV

    IL-PARTI A

    DIRETTIVI MĦASSRA

    (imsemmija fl-Artikolu 10)

     Id-Direttiva 83/3/KEE dwar il-piżijiet, id-dimensjonijiet u ċerti karatteristiċi tekniċi oħrajn dwar ċerti vetturi tat-triq u l-emendi suċċessivi tagħha:

     

     Id-Direttiva 86/360/KEE

     Id-Direttiva 88/218/KEE

     Id-Direttiva 89/338/KEE

     Id-Direttiva 89/460/KEE

     Id-Direttiva 89/461/KEE

     Id-Direttiva 91/60/KEE

     Id-Direttiva 92/7/KEE

     Id-Direttiva 86/364/KEE li għandha x'taqsam max-xhieda ta' konformità ta' vetturi mad-Direttiva 85/3/KEE dwar il-piżijiet, id-dimensjonijiet u ċerti karatteristiċi tekniċi oħrajn ta' ċerti vetturi tat-triq.

    IL-PARTI B



    Direttiva

    Għeluq iż-żmien għat-traspożizzjoni

    85/3/KEE (ĠU L 2, tat-3.1.1985, p. 14)

    fl-1 ta' Lulju 1986

    fl-1 ta' Jannar 1990

    86/360/KEE (ĠU L 217, tal-5.8.1986, p. 19)

    fl-1 ta' Jannar 1992

    86/364/KEE (ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 48)

    fid-29 ta' Lulju 1987

    88/218/KEE (ĠU L 98, tal-15.4.1988, p. 48)

    fl-1 ta' Jannar 1989

    89/338/KEE (ĠU L 142, tal-25.5.1989, p. 3)

    fl-1 ta' Lulju 1991

    89/460/KEE (ĠU L 226, tat-3.8.1989, p. 5)

    fl-1 ta' Jannar 1993

    89/461/KEE (ĠU L 226, tat-3.8.1989, p. 7)

    fl-1 ta' Jannar 1991

    91/60/KEE (ĠU L 37, tad-9.2.1991, p. 37)

    fit-30 ta' Settembru 1991

    92/7/KEE (ĠU L 57, tat-2.3.1992, p. 29)

    fil-31 ta' Diċembru 1992.




    L-ANNESS V



    TABELLA TA' KORRELAZZJONI

    Din id-Direttiva

    85/3/KEE

    86/360/KEE

    86/364/KEE

    88/218/KEE

    89/338/KEE

    89/460/KEE

    89/461/KEE

    91/60/KEE

    92/7/KEE

    L-Artikolu 1(1)

    L-Artikolu 1(1)

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 1(1) (a)

    -

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 1(1) (b)

    L-Artikolu 1(1) (b)

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 1(2)

    L-Artikolu 1(2)

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 2 -1 sar-4 u s-6 sa l-10 inċiż

     
     
     
     

    L-Artikolu 1(2)

     
     
     
     

    L-Artikolu 2 Il-5, il-11 u t-t12-il inċiż

    -

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 2 L-aħħar paragrafu

    -

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 3(1)

    -

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 3(1) (a)(b)

    L-Artikolu 3(1) (a)(b)

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 3(2)

    L-Artikolu 3(2)

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 3(3)

    -

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 4

    -

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 5(a)

     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 1(1)

     
     

    L-Artikolu 5(b)

     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 1(1)

     

    Artikolu 6 (1 sa 4)

     
     

    L-Artikolu 1 (1 sa 4)

     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 6 (5 sa 6)

     
     

    L-Artikolu 2 (1 sa 2)

     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 7

    L-Artikolu 6

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 8

     
     
     
     
     

    L-Artikolu 1

     
     
     

    L-Artikolu 9 sa 12

    -

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 13

    L-Artikolu 9

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Anness I

    L-Anness I

     
     
     
     
     
     
     
     

    Il-Punt 1

    Il-Punt 1

     
     
     
     
     
     
     
     

    Il-Punt 1.1 l-1el sat-3 et u l-5es paragrafu

     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 1(2)

     

    Il-Punt 1.1r-4ba'inċiż

    -

     
     
     
     
     
     
     
     

    Il-Punt 1.2 (a)

    -

     
     
     
     
     
     
     
     

    Il-Punt 1.2 (b)

    -

     
     
     
     
     
     
     
     

    Il-Punt 1.3 sa 1.5

    Il-Punt 1.3 sa 1.5

     
     
     
     
     
     
     
     

    Il-Punt 1.6

     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 1(3)

     
     

    Il-Punt 1.7

     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 1(3)

     

    Il-Punt 1.8

    -

     
     
     
     
     
     
     
     

    Il-Punt 2 sa 2.2.1(b)

    Il-Punt Punt 2 sa 2.2.1(b)

     
     
     
     
     
     
     
     

    Il-Punt 2.2.2 (a sa ċ)

    Il-Punt 2.2.2 (a sa ċ)

     
     
     
     
     
     
     
     

    Il-Punt 2.2.3 Il-Punkt 2.2.4.1

     
     
     
     

    L-Artikolu 1(5) (b)

     
     
     
     

    Il-Punt 2.2.4.2

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 1(1) (a)

    Il-Punt 2.3 sa 2.3.1

     
     
     
     

    L-Artikolu 1(5) (ċ)

     
     
     
     

    Il-Punt 2.3.2 sa 2.3.3

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 1(1) (b sa ċ)

    Il-Punt 2.4

     
     
     
     

    L-Artikolu 1(5) (ċ)

     
     
     
     

    Il-Punt 3 sa 3.3.2

    Il-Punt 3 sa 3.3.2

     
     
     
     
     
     
     
     

    Il-Punt 3.4 sa 3.4.1

     

    L-Artikolu 1(3)

     
     
     
     
     
     
     

    Il-Punt 3.4.2 sa 3.5.2

     
     
     
     

    L-Artikolu (5) (d)

     
     
     
     

    Il-Punt 3.5.3

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 1(1) (d)

    Il-Punt 4 sa 4.2

    Il-Punt 4 sa 4.2

     
     
     
     
     
     
     
     

    Il-Punt 4.3

     
     
     
     

    L-Artikolu 1(5)(e)

     
     
     
     

    Punt 4.4

     
     
     
     
     
     

    L-Artikolu 1(4)

     
     

    L-Anness II

     
     
     
     
     
     
     
     

    L-Anness III

    L-Anness III

     
     

    L-Anness

     
     
     
     
     
     



    ( 1 ) ĠU C 38, tat-8.2.1994, p. 3 u ĠU C 247, tat-23.9.1995, p. 1.

    ( 2 ) ĠU C 295, tat-22.10.1994, p. 72.

    ( 3 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ikkonsenjata fil-15 ta' Novembru 1994 (ĠU C 341, tal-5.12.1994, p. 39), il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-8 ta' Diċembru 1995 (ĠU C 356, tat-30.12.1995, p. 13), u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Marzu 1996 (ĠU C 96, ta' l-4.4.1996, p. 233).

    ( 4 ) ĠU L 2, tat-3.1.1985, p. 14. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 92/7/KEE (ĠU L 57, tat-2.3.1992, p. 29).

    ( 5 ) ĠU L 221, tas-7.8.1986, p. 48.

    ( 6 ) ĠU L 142, tal-25.5.1989, p. 3.

    ( 7 ) ĠU L 42, tat-23.2.1970 p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/40/KE (ĠU L 302, ta' l-10.8.2000, p.9).

    ( 8 ) ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 78/507/KEE (ĠU L 155, tat-13.6.1978, p. 31).

    ( 9 ) Din l-informazzjoni m'għandhiex għalfejn tiġi ripetuta meta l-vettura jkollha pjanċa singola li jkollha d-data dwar kemm il-piżijiet u d-dimensjonijiet.

    Top