EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01996L0026-20070101

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar dħul għall-impjieg ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport ta’ passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta’ trasport nazzjonali jew internazzjonali

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/26/2007-01-01

1996L0026 — MT — 01.01.2007 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/26/KE

tad-29 ta’ April 1996

dwar dħul għall-impjieg ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport ta’ passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta’ trasport nazzjonali jew internazzjonali

(ĠU L 124, 23.5.1996, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 98/76/KE ta’ l-1 ta’ Ottubru 1998

  L 277

17

14.10.1998

 M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/66/KE, tal-26. April 2004,

  L 168

35

1.5.2004

►M3

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/103/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

875

20.12.2006


Emendat bi:

►A1

  L 236

33

23.9.2003

►A2

  L 157

203

21.6.2005




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 96/26/KE

tad-29 ta’ April 1996

dwar dħul għall-impjieg ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u operatur ta’ trasport ta’ passiġġieri bit-triq u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali intenzjonati li jiffaċilitaw għal dawn l-operaturi d-dritt tal-libertà li jistabbilixxu ħidmiet ta’ trasport nazzjonali jew internazzjonali



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Filwaqt li jaġixxi bi qbil mal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat ( 3 ),

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 74/561/KEE tat-12 ta’ Novembru 1974 għad-dħul fl-impjieg ta’ operatur tat-triq ta’ trasport tal-merkanzija f’ħidmiet nazzjonali u internazzjonali ( 4 ), id-Direttiva tal-Kunsill 74/562/KEE tat-12 ta’ Novembru 1974 għad-dħul fl-impjieg ta’ operatur tat-triq għat-trasport tal-passiġġieri f’ħidmiet nazzjonali u internazzjonali ta’ trasport ( 5 ) u d-Direttiva tal-Kunsill 77/796/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1977 li l-għan tagħha u r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza oħra ta’ kwalifiki formali għall-operaturi ta’ trasport tal-merkanzija u operaturi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, inkluż miżuri intenzjonati sabiex effettivament iħeġġu dawn l-operaturi sabiex jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-libertà ta’ stabbiliment ( 6 ) ġew sostanzjalment emendati f’diversi okkażżjonijiet; billi għar-raġunijiet ta’ razzjonalità u ċarezza, it-tali Direttivi għandhom ikunu konsolidati f’test wieħed;

Billi l-organizzazzjoni tas-suq tat-trasport huwa wieħed mill-fatturi essenzjali ta’ l-implimentazzjoni tal-politika ta’ trasport komuni li hemm provvediment dwaru fit-Trattat;

Billi l-adozzjoni ta’ miżuri mmirati sabiex jiġu kkordinati l-kundizzjonijiet għad-dħul ta’ l-impjiegi tat-tagħbija fit-triq jew ta’ l-operaturi tat-trasport ta’ passiġġieri bit-triq (minn hawn’ il quddiem irreferuti bħala “operatur tat-trasport bit-triq” huwa probabbli li jiffavorixxi l-eżercizzju effettiv tad-dritt ta’ l-istabbiliment ta’ dawk l-operaturi;

Billi huwa meħtieġ li jipprovdi għall-introduzzjoni ta’ regoli komuni għad-dħul fl-impjieg ta’ operatur tat-trasport bit-triq f’ħidmiet nazzjonali u internazzjonali ta’ trasport sabiex jassigura li tali operaturi huma kkwalifikati aħjar, għalhekk qed jikkontribwixxu għar-razzjonalizzazzjoni tas-suq, titjib fil-kwalità tas-servizz ipprovdut, fl-interess ta’ l-utenti, l-operaturi u l-ekonomija fit-total tagħha, u għal sigurtà akbar fit-triq;

Billi, għalhekk, ir-regoli tad-dħul fl-impjieg ta’ operatur tat-trasport bit-triq għandu jkopri kondotta tajba, pożizzjoni finanzjarja u l-kompetenza professjonali ta’ l-operaturi;

Billi, madankollu mhuwiex meħtieġ li f’dawn ir-regoli komuni jkunu inklużi ċertu tip ta’ trasport li huma ta’ importanza ekonomika limitata;

Billi, mill-1 ta’ Jannar 1993, aċċess għas-suq ta’ ħidmiet ta’ trasport ta’ merkanzija transfruntier fit-triq kien irregolat minn sistema ta’ liċenzji tal-Komunità maħruġa fuq bażi ta’ kriterja kwalitattiva;

Billi, fir-rigward tal-ħtieġa ta’ mġieba tajba, huwa meħtieġ, sabiex is-suq ikun effettivament ri-organizzat, li d-dħul għall-impjieg ta’ operatur tat-trasport bit-triq ikun kondizzjonali uniformalment fuq li l-applikant ma jkollu l-ebda kundanna għal offizi kriminali serji, li jinkludu offizi ta’ natura kummerċjali, li ma jkunx ġie ddikjarat mhux f’siktu sabiex isegwi ix-xogħol u jkun konformi mar-regolamenti applikabbli għall-operatur tat-trasport bit-triq;

Billi, fir-rigward tal-ħtieġa ta’ pożizzjoni finanzjarja xierqa, huwa meħtieġ, b’mod partikolari li tassigura trattament ugwali ta’ l-impenji fl-Istati Membri varji, sabiex jiġu stipulati ċerti kriterji li għandhom ikunu sodisfatti mill-operaturi tat-trasport;

Billi, fir-rigward ta’ kondotta u pożizzjoni finanzjarja tajba, ikun xieraq li jiġu rikonoxxuti d-dokumenti rilevanti maħruġa mill-awtorità kompetenti fil-pajjiz ta’ l-oriġini jew tal-pajjiz minn fejn ġej l-operatur ta’ trasport bit-triq bħala prova suffiċjenti għad-dħul għall-attivitajiet ikkonċernati ta’ l-Istat Membru ospitanti;

Billi, fir-rigward ta’ kompetenza professjonali, huwa rakkomandabbli li jiġi stipulat li l-applikant operatur tat-trasport bit-triq juri tali kompetenza billi jgħaddi minn eżami bil-miktub imma li Stati Membri jistgħu jeżentaw tali applikant minn eżami bħal dak jekk jipprovdi prova suffiċjenti ta’ esperjenza prattika;

Billi, fir-rigward ta’ kompetenza professjonali, iċ-ċertifikati maħruġa skond id-dispożizzjonijiet tal-Komunità fuq dħul għall-impjieg ta’ operatur tat-trasport bit-triq għandu jkun rikonoxxut bħala prova suffiċjenti mill-Istat Membru ospitanti;

Billi, dispożizzjonijiet għandhom isiru għal sistema ta’ għajnuna reċiproka bejn l-Istati Membri għall-iskop li tiġi applikata din id-Direttiva;

Billi din id-Direttiva m’għandhiex taffetwa l-obbligazzjonijet ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti taż-żmien għall-implimentazzjoni jew l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, il-parti B,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



IT-TITOLU I

Dħul fl-impjieg ta’ operatur tat-trasport bit-triq

L-Artikolu 1

1.  Dħul fl-impjieg ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq jew operatur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għandu jkun irregolat bid-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri skond ir-regoli komuni li jinsabu f’din id-Direttiva.

2.  Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

▼M1

“l-okkupazzjoni ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq” — għandha tfisser l-attività ta’ kull impriża li tittrasporta oġġetti b’kiri jew benefiċċju permezz ta’ jew vettura bil-mutur jew għaqda varjata ta’ vetturi,

▼B

“l-impjieg ta’ l-operatur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq” — għandu jfisser l-attività ta’ kull impriża li taħdem permezz ta’ vetturi bil-mutur kostruwiti u mgħammra b’mod li huma addattati li jġorru aktar minn disa’ persuni — inkluż is-sewwieq — u maħsuba għal dak il-għan, servizz ta’ trasport tal-passiġġieri għall-pubbliku jew għal kategoriji speċifiċi ta’ utenti bi ħlas mill-persuna trasportata jew mill-organizzatur tat-trasport,

“impriża” — għandha tfisser kwalunkwe persuna naturali, kwalunkwe persuna legali, kemm jekk għall-profitt jew le, kull assoċjazzjoni jew grupp ta’ persuni mingħajr personalità legali, kemm jekk bi profitt jew le, jew kwalunkwe korp uffiċjali, kemm jekk għandu l-personalità legali tiegħu jew dipendenti fuq awtorità li jkollha tali personalità,

▼M1

“residenza normali” —

għandha tfisser il-post fejn persuna s-soltu tgħammar, jiġifieri għall-inqas 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba rbit persunali jew tax-xogħol, jew, fil-każ ta’ persuna mingħajr irbit tax-xogħol, minħabba rbit persunali li juri konnessjonijiet mil-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn qiegħed jgħammar.

Madankollu, ir-residenza normali ta’ persuna li l-irbit tax-xogħol tagħha huwa f’post differenti mill-irbit persunali tiegħu u li b’konsegwenza jgħammar daqqa f’post u daqqa f’ieħor differenti li jinsabu f’żewġ jew iktar Stati Membri għandha titqies fejn għandu l-post ta’ l-irbit persunali tiegħu, sakemm din il-persuna tiritorna hemm regolarment. Din l-aħħar kondizzjoni m’għandhiex tkun rikjesta fejn persuna qiegħda tgħammar fi Stat Membru biex teżegwixxi biċċa xogħol ta’ żmien indefinit. Attendenza f’università jew skola m’għandhiex timplika trasferiment ta’ residenza normali.

▼B

L-Artikolu 2

▼M1

1.  Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-impriżi impenjati fl-okkupazzjoni ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq permezz ta’ vetturi bil-mutur għaqdiet varjati ta’ vetturi li l-piż massimu awtorizzat tagħhom ma jeċċedix it-3, 5 tunnellati metriċi. L-Istati Membri jistgħu, madankolllu, ibaxxu dan il-limiti għall-kategoriji kollha ta’ operazzjonijiet ta’ trasport jew xi wħud minnhom.

▼B

2.  

(a) L-Istati Membri jistgħu, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ kull jew uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva impenji ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq ingaġġati esklussivament f’ħidmiet ta’ trasport nazzjonali li għandhom impatt minuri fis-suq tat-trasport minnħabba li:

 in-natura ta’ l-oġġetti mgħobbija, jew

 id-distanza qasira involuta.

Fil-kaz ta’ ċirkostanzi imprevedibbli, l-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni temporanja sakemm jintemmu l-konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni.

▼M1

(b) Fil-każ ta’ impriżi impenjati f’okkupazzjoni ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq li jużaw vetturi li l-piżijiet massimi awtorizzati tagħhom huma bejn it-3, 5 u s-6 tunnellati metriki l-Istati Membri jistgħu, wara li jgħarrfu lill-Kummissjoni, jeżentaw mill-applikazzjoni tat-totalità jew parti ta’ din id-Direttiva impriżi impenjati b’mod esklussiv fi trasport lokali u li għandhom impatt żgħir fuq is-suq ta’ trasport minħabba d-distanzi qosra involuti.

▼B

3.  Stati Membri jistgħu, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ kull jew uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva impenji ingaġġati esklussivament fuq ċerti servizzi tat-trasport tal-passiġġier għal skopijiet mhux kummerċjali jew minnħabba li jkollu l-mpjieg ewlieni apparti minn dak ta’ operatur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, b’mod li l-ħidmiet tagħhom għandhom impatt minuri fis-suq ta’ trasport.

L-Artikolu 3

1.  Impriżi li jixtiequ li jingaġġaw fl-impjieg ta’ operatur tat-trasport bit-triq għandhom:

(a) ikunu ta’ kondotta tajba;

(b) ikunu ta’ pożizzjoni finanzjarja xierqa;

(ċ) jissodisfaw il-kundizzjoni ta’ kompetenza professjonali.

Meta l-applikant huwa persuna naturali u ma jissodisfax ir-rekwiżit (ċ), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu madankollu jippermettu li jagħmel l-impjieg ta’ operatur tat-trasport fit-triq basta jagħti lill-imsemmija awtoritajiet nomina ta’ persuna oħra, li tissodisfa r-rekwiżiti (a) u (ċ), li treġġi kontinwament u effettivament il-ħidmiet tat-trasport ta’ l-impriża.

Meta l-applikant m’huwiex persuna naturali:

 ir-rekwiżit (a) għandu jkun issodisfat mill-persuna jew persuni li kontinwament u effettivament treġġi l-ħidmiet tat-trasport ta’ l-impriża. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li persuni oħra fl-impriża wkoll jissodisfaw dan ir-rekwiżit.

 ir-rekwiżit (ċ) għandu jkun issodisfat mill-persuna jew persuni li għalihom saret referenza fl-ewwel subinċiż.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li għandhom ikunu issodisfati mill-impriżi stabbiliti fit-territorji tagħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ kondotta tajba.

Għandhom jipprovdu li t-tali rekwiżit ma jkunx issodisfat jew ma jkunx għadu aktar issodisfat, jekk il-persuna jew persuni naturali li jkunu meqjusa li jissodisfaw tali kondizzjoni permezz tal-paragrafu 1:

(a) ikunu ġew ikkundannati għall-offiżi kriminali serji, inkluż offizi ta’ natura kummerċjali,

(b) ikunu ġew iddikjarati mhux f’sikkithom sabiex ikompli l-impjieg ta’ operatur tat-trasport bit-triq permezz ta’ xi regoli fis-seħħ,

▼M1

(ċ) instabu ħatja ta’ offiżi serji kontra r-regoli fis-seħħ dwar:

 il-kondizzjonijiet ta’ paga u impjieg fil-professjoni, jew

 it-trasport ta’ merkanzija bit-triq jew passiġġieri, kif jixraq, b’mod partikolari r-regoli dwar il-perjodi ta’ sewqan u serħ tas-sewwieqa, il-piżijiet u l-qisien tal-vetturi kummerċjali, sigurtà stradali u sigurtà ta’ vetturi, il-ħarsien ta’ l-ambjent u r-regoli l-oħra dwar responsabbiltà professjonali.

▼B

Fil-kazijiet li għalihom saret referenza taħt (a), (b) u (ċ), il-ħtieġa ta’ kondotta tajba tibqa’ mhix sodisfatta sakemm riabilitazzjoni jew kwalunkwe miżura oħra li jkollha effett ekwivalenti tkun seħħet, skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti eżistenti.

3.  

(a) Pożizzjoni finanzjarja xierqa għandha tikkonsisti billi jkun hemm riżorsi biżżejjed disponibbli li jassiguraw l-istabbeliment xieraq u l-amministrazzjoni xierqa ta’ l-impriza

(b) Għall-iskopijiet ta’ l-assessjar tal-pożizzjoni finanzjarja, l-awtorità kompetenti għandha tieħu konsiderazzjoni ta’: rendikonti annwali ta’ l-impriża, jekk hemm; fondi disponibbli, inkluż flus fil-bank, faċilitajiet ta’ overdraft u self; kwalsijasi assi, inkluża l-proprjetà, li jkunu disponibbli sabiex jipprovdu garanzija għall-impriża; spejjez, inklużi spejjez tax-xiri jew pagament inizzjali għall-vetturi, l-bini, l-impjant u t-tagħmir, u l-kapital tal-ħidma.

▼M1

(ċ) L-impriża għandu jkollha disponibbli kapital u riżervi ta’ għall-inqas EUR 9 000 meta vettura waħda hija użata u għall-inqas EUR 5 000 għal kull vetturi addizzjonali.

Għal finijiet ta’ din id-Direttiva, il-valur ta’ l-euro f’dawk il-muniti nazzjonali li mhumiex parteċipanti fit-tielet stadju ta’ l-unjoni moneterja għandu jkun iffissat kull ħames snin. Ir-rati li għandhom ikunu applikati ikunu dawk miksuba fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Ottubru u ppubblikati fill-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Huma għandhom jidħlu fis-seħħ mill-1 Jannar tas-sena kalendarja li tmiss.

(d) Għall-finijiet tas-subparagrafi (a), (b) u (ċ) l-awtorità kompetenti tista’ taċċetta jew tirrekjedi, bħala prova, il-konferma jew assigurazzjoni mogħtija minn bank jew istituzzjoni oħra kkwalifikata kif għandu jkun. Din il-konferma jew assigurazzjoni tista’ tingħata b’garanzija bankarja, jekk jista’ jkun f’forma ta’ rahan jew sigurtà, jew b’xi mezz ieħor simili.

▼B

(e) Il-punti (b), (ċ) u (d) għandhom japplikaw għall-impriżi awtorizzati mill-Istat Membru, mill-1 ta’ Jannar 1990, taħt regoli nazzjonali, sabiex jidħlu f’ħidmiet ta’ l-operatur tat-trasport bit-triq.

▼M1

4.  

(a) Il-kondizzjoni dwar kompetenza professjonali għandha tkun tikkonsisti fil-pussess ta’ għarfien li jikkorrispondi mal-livell ta’ taħriġ li jipprovdi għaih l-Anness I fis-suġġetti elenkati fih. Għandu jkun stabbilit permezz ta’ eżami bil-miktub obbligatorju li jista’ jkun issupplimentat b’eżami orali organizzat fil-forma espressa fl-Anness I mill-awtorità jew korp innominat għal dak il-għan mill-Istat Membru.

(b) L-Istati Membri jistgħu jeżentaw minn eżami applikanti li jagħtu prova ta’ mill-inqas ħames snin ta’ esperjenza prattika f’impriża ta’ trasport fil-livell ta’ amministrazzjoni, sakemm applikanti bħal dawn jagħmlu test, li l-arranġamenti għalih ikunu ddeterminati mill-Istati Membri skond l-Anness I.

(ċ) L-Istati Membri jistgħu jeżentaw li d-detenturi ta’ ċerti diplomi avanzati jew diplomi tekniċi, li jagħtu prova ta’ għarfien sod tas-suġġetti elenkati fl-Anness I li għandhom ikunu definiti minnhom, milli jagħmlu eżami fis-suġġetti koperti mid-diplomi.

(d) Ċertifikat maħruġ mill-awtorità jew korp li jirreferi għalih l-(a) għandu jintwera bħala prova ta’ kompetenza professjonali. Dan iċ-ċertifikat għandu jinkiteb skond il-forma ta’ ċertifikat espressa fl-Anness Ia.

(e) Rigward l-applikanti intenzjonati li jamministraw b’mod effiċjenti u kontinwu impriżi impenjati biss f’operazzjonijiet ta’ trasport nazzjonali, L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-għarfien li għandu jitqies biex tkun stabbilita kompetenza professjonali ikopri biss suġġetti relatati mat-trasport nazzjonali. F’dak il-każ, iċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali, li l-mudell tiegħu jinsab fl-Anness Ia tiegħu, għandu jiddikjara li l-possessur huwa kkwalifikat li jamministra b’mod effiċjenti u kontinwu impriżi impenjati biss f’operazzjonijiet ta’ trasport ġewwa l-Istat Membru li ħareġ iċ-ċertifikat.

(f) Wara li jkun ikkonsulta lill-Kummissjoni Stat Membru jista’ jirrikjedi li kull persuna naturali li għandha ċertifikat ta’ kompetenza professjonali maħruġ minn awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor wara l-1 ta’ Ottubru 1999 meta dik il-persuna kienet normalment residenti fl-ewwel Stat Membru li tagħmel eżami addizzjonali organizzat mill-awtorità jew korp innominat għal dak il-għan mill-ewwel Stat Membru. L-eżami addizzjonali għandu jkopri l-għarfien speċifiku relatat ma’ l-aspetti nazzjoniali tax-xogħol ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq fl-ewwel Stat Membru.

Dan il-punt għandu japplika għal perjodu ta’ tliet snin milll-1 ta’ Ottubru 1999. Dak il-perjodu jista’ jkun estiż għal perjodu massimu ieħor ta’ ħames snin mill-Kunsill billi jaġixxi wara proposta mill-Kummissjoni skond ir-regoli tat-Trattat. Huwa għandu japplika biss għal persuni naturali li, meta jkunu kisbu ċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonali taħt il-kondizzjonijiet li jirreferi għalihom l-ewwel subparagrafu, ma jkunux għadhom kisbu ċ-ċertifikat imsemmi ġo Stat Membru.

▼B

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw iċ-ċirkostanzi li fihom impriża tat-trasport bit-triq tista’, minkejja l-Artikolu 3(1), tkun operata fuq bażi temporanja għal perjodu massimu ta’ sena, b’estensjoni ta’ perjodu massimu ta’ sitt xhur, f’dawk il-kazijiet speċjali ġġustifikati, fil-kaz ta’ mewt, jew inkapaċità legali jew fiżika tal-persuna naturali ingaġġjata fl-impjieg ta’ operatur tat-trasport bit-triq jew ta’ persuna naturali li tissodisfa ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 3(1)(a) u (ċ).

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu, bħala eċċezzjoni u f’ċerti kazi speċjali, jawtorizzaw definitivament persuna li ma tilħaqx ir-rekwiżiti ta’ kompetenza professjonali li għaliha saret referenza fl-Artikolu 3(1)(ċ) sabiex tħaddem l-impriża ta’ trasport basta persuna bħal din ikollha tliet snin ta’ esperjenza prattika fit-tmexxija ta’ kuljum ta’ l-impriża.

L-Artikolu 5

1.  Impriżi jridu jfornu prova li qabel:

 l-1 ta’ Jannar 1978 għall-Belġju, għad-Danimarka, għall-Ġermanja, għal Franza, għall-Irlanda, għall-Italja, għal-Lussemburgu, għall-Olanda u għar-Renju Unit,

 l-1 ta’ Jannar 1984 għall-Greċja,

 l-1 ta’ Jannar 1986 għal Spanja u għall-Portugall,

 it-3 ta’ Ottubru 1989 għat-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja,

▼M1

 l-1 ta’ Jannar 1995 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja,

▼B

ikunu ġew awtorizzati taħt ir-regoli nazzjonali fi Stat Membru sabiex jidħlu fl-impjieg jew ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq jew operatur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, kif xieraq, f’ħidmiet nazzjonali u/jew internazzjonali għandu jkun eżentat mill-bżonn li jforni prova li jkunu jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3.

2.  Madankollu, dawk il-persuni naturali li:

 wara l-31 ta’ Diċembru 1974 u qabel l-1 ta’ Jannar 1978 għall-Belġju, għad-Danimarka, għall-Ġermanja, għal Franza, għall-Irlanda, għall-Italja, għal-Lussemburgu, għall-Olanda u għar-Renju Unit,

 wara l-31 ta’ Diċembru 1980 u qabel l-1 ta’ Jannar 1984 għall-Greċja,

 wara l-31 ta’ Diċembru 1982 u qabel l-1 ta’ Jannar 1986 għal Spanja u l-Portugall,

 wara t-2 ta’ Ottubru 1989 u qabel l-1 ta’ Jannar 1992 għat-territorju li dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja,

▼M1

 wara l-31 ta’ Diċembru 1994 u qabel l-1 ta’ Jannar 1997 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja,

▼B

kienu:

 awtorizzati li jingaġġaw fl-impjieg jew ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq jew ta’ operatur tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq, kif xieraq, mingħajr ma kienu ġabu evidenza, taħt regolamenti nazzjonali, tal-kompetenzi professjonali tagħhom, jew

 effetivament u kontinwament maħtura sabiex ireġġu l-ħidmiet tat-trasport ta’ l-impriża,

iridu jkunu ssodisfaw il-kundizzjoni ta’ kompetenza professjonali li għaliha saret referenza fl-Artikolu 3(4) qabel:

 l-1 ta’ Jannar 1980 għall-Belġju, għad-Danimarka, għall-Ġermanja, għal Franza, għal-Irlanda, għall-Italja, għal-Lussemburgu, għall-Olanda u għar-Renju Unit,

 l-1 ta’ Jannar 1986 għall-Greċja,

 l-1 ta’ Jannar 1988 għal Spanja u l-Portugall,

 l-1 ta’ Lulju 1992 għat-territorju ta’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Demokratika tal-Ġermanja,

▼M1

 l-1 ta’ Jannar 1997 għall-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja.

▼B

L-istess ħtieġa għandha tkun tapplika fil-każ li għalih saret referenza fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1).

▼M1

3.  

(a) L-impriża kollha li huma awtorizzati li jimpenjaw ruħhom fix-xogħol ta’ operatur ta’ trasport bit-triq qabel l-1 ta’ Ottubru 1999 għandhom, rigward il-flotot ta’ vetturi li huma joperaw f’dik id-data, jikkonformaw ruħhom ma’ l-Artikolu 3(3) mhux iktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2001.

Dawn l-impriżi għandhom, madankollu, jissodisfaw il-kondizzjonijiet imposti fl-Artikolu 3(3) rigward kull żieda mal-flotot tagħhom wara l-1 ta’ Ottubru 1999.

(b) L-impriżi impenjati fl-okkupazzjoni (fix-xogħol) ta’ operatur ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq qabel l-1 ta’ Ottubru 1999 permezz ta’ vetturi li għalihom il-piżijiet massimi huma ta’ bejn it-3, 5 u 6 tunnellati metriċi għandhom jikkonformaw ruħhom mal-kondizzjonijiet imposti fl-Artikolu 3(3) mhux iktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2001.

▼B

L-Artikolu 6

1.  Id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri skond il-miżuri adottati fuq il-bażi ta’ din id-Direttiva u li jeħtieġu l-irtirar ta’ applikazzjoni għad-dħul fl-impjieg ta’ operatur tat-trasport bit-triq għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati.

▼M1

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jikkontrollaw regolarment u għall-inqas kull ħames snin impriżi għadhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ reputazzjoni tajba, pożizzjoni finanzjarja u kompetenza professjonali.

Jekk ir-rekwiżit ta’ pożizzjoni finanzjarja mhux issodisfatt fiż-żmien tal-kontroll l-awtoritajiet jistgħu, fejn ċirkostanzi ekonomiċi oħra ta’ l-impriża jagħtu bażi biex wieħed jassumi li r-rekwiżiti tal-pożizzjoni finanzjarja jerġgħu jkunu ssodisfatti fil-futur previst fuq il-bażi ta’ pjan finanzjarju, jagħtu notifika oħra ta’ mhux iktar minn sena.

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom jaraw li l-awtoritajiet kompetenti jirtiraw l-awtorizzazzjoni li jitkompla l-impjieg ta’ operatur tat-trasport bit-triq jekk jistabbilixxu li l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(1)(a), (b) jew (ċ) m’humiex aktar issodifsati. F’dan il-kaz, madankollu, għandhom iħallu żmien biżżejjed għal sostitut li jiġi appuntat.

3.  Fir-rigward tad-deċiżjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jaraw li l-impriżi koperti b’din id-Direttiva huma kapaċi jiddefendu l-interessi tagħhom b’mezzi xierqa.

L-Artikolu 7

 

1.  Fejn offiżi kontra (ksur tar-) r-regoli ◄ li jirrregolaw it-trasport ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq jew tal-passiġġieri bit-triq, kif xieraq, ikunu ġew imwettqa minn operaturi ta’ trasport bit-triq mhux residenti u jistgħu jwasslu għall-irtirar ta’ l-awtorizzazzjoni sabiex jipprattika bħala operatur tat-trasport bit-triq, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-Istat Membru li fih dak l-operatur tat-trasport bit-triq huwa stabbilit bl-informazzjoni kollha fil-pussess tagħhom rigward dawk l-offiżi u l-pieni imposti.

▼M1 —————

▼B

►M1  2. ◄   L-Istati Membri għandhom joffru għajnuna reċiproka lil xulxin għall-iskop li tkun applikata din id-Direttiva.



IT-TITOLU II

Rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u evidenza formali oħra ta’ kwalifiki formali

L-Artikolu 8

1.  L-Istati membri għandhom, fir-rigward ta’ l-attivitajiet li hemm referenza għalihom f’din id-Direttiva, jieħdu l-miżuri kif definiti f’din id-Direttiva rigward l-istabbiliment fit-territorju tagħhom tal-persuni naturali u impriżi li hemm referenza għalihom fit-Titolu 1 tal-programm ġenerali għat-tneħħija ta’ restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ stabbiliment ( 7 ).

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, l-Istat Membru ospitanti għandu, għall-iskop ta’ dħul fl-impjieg ta’ operatur tat-trasport bit-triq, jaċċetta bħala prova suffiċjenti ta’ kondotta tajba ►M1  ————— ◄ , estratt minn rekord ġudizzjarju, jew fin-nuqqas ta’ dan, dokument ekwivalenti maħruġ mill-awtorità kompetenti ġudizzjarja jew amministrattiva tal-pajjiz ta’ oriġini jew mill-pajjiż mnejn hu ġej l-operatur tat-trasport bit-triq, li juru li dawn ir-rekwiżiti ġew milħuqa.

3.  Meta l-Istat Membru ospitanti jimponi fuq iċ-ċittadini tiegħu ċerti rekwiżiti bħal kondotta tajba u prova li dawn ir-rekwiżiti ikunu issodisfati ma jistgħux ikunu miksuba mid-dokument li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2, dak l-Istat għandu jaċċetta bħala evidenza suffiċjenti fir-rigward ta’ persuni ta’ nazzjonalità ta’ l-Istati Membri l-oħra ċertifikat maħruġ mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti fil-pajjiz ta’ oriġini minn fejn ġej iċ-ċittadin barrani li jiddikjara li r-rekwiżiti f’dak il-każ ikunu milħuqa. Dawn iċ-ċertifikati għandhom jirrelataw għal fatti speċifiċi meqjusa bħala relevanti mill-pajjiz ospitanti.

4.  Meta l-pajjiz ta’ oriġini jew il-pajjiz minn fejn ikun ġej iċ-ċittadin barrani ma joħrogx id-dokument mixtieq skond il-paragrafi 2 u 3, dak id-dokument jista’ jkun mibdul b’dikjarazzjoni b’ġurament jew b’dikjarazzjoni solenni magħmula mill-persuna konċernata quddiem awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva jew, fejn xieraq, nutar fil-pajjiz ta’ oriġini ta’ dik il-persuna minn fejn tkun ġejja; dik l-awtorità jew dak in-nutar għandu joħroġ ċertifikat li jafferma l-awtentiċità tad-dikjarazzjoni b’ġurament jew tad-dikjarazzjoni solenni. ►M1  ————— ◄

5.  Dokumenti maħruġa skond il-paragrafi 2 u 3 m’għandhomx jiġu aċċettati jekk ikunu pproduċuti aktar minn tliet xhur wara d-data tal-ħruġ. Din il-kondizzjoni għandha tapplika anke għad-dikjarazzjonijiet magħmula skond il-paragrafu 4.

L-Artikolu 9

1.  Meta fl-Istat Membru li jospita ċertifikat ikun meħtieġ bħala prova tal-qagħda finanzjarja, dak l-Istat għandu jqis ċ-ċertifikati korrispondenti maħruġa mill-banek tal-pajjiz ta’ l-oriġini jew fil-pajjiz minfejn ikun ġej iċ-ċittadin barrani jew minn korpi finanzjarji oħra nominati minn dak il-pajjiz, bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġa fit-territorju tiegħu.

2.  Meta l-Istat Membru li jospita jimponi fuq iċ-ċittadini tiegħu ċerti rekwiżiti rigward il-qagħda finanzjarja u prova li dawk ir-rekwiżiti jikunu ssodisfati ma jistgħux ikunu miksuba mid-dokument li dwaru hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, dak l-Istat għandu jaċċetta bħala evidenza suffiċjenti, fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra, ċertifikat maħruġ mill-awtorità amministrattiva kompetenti fil-pajjiz ta’ oriġini jew minn pajjiż mnejn ikun ġej iċ-ċittadin barani, li jiddikjara li r-rekwiżiti f’dak il-każ ikun ġie milħuq. Ċertifikat bħal dak għandu jirrelata għal fatti speċifiċi meqjusa bħala rilevanti mill-ospitanti.

L-Artikolu 10

1.  Mill-1 ta’ Jannar 1990, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċertifikati bħala prova suffiċjenti ta’ kompetenza professjonali li hemm referenza għaliha fir-raba subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(4) li huma maħruġa minn Stat Membru ieħor.

2.  Fir-rigward ta’ impriżi awtorizzati fil-Greċja, qabel 1 ta’ Jannar 1981, jew, fl-Istati Membri l-oħra qabel l-1 ta’ Jannar 1975, taħt reġoli nazzjonali, sabiex tingaġġa fil-ħidma ta’ operatur ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq jew operatur ta’ trasport bit-triq tal-passiġġieri fit-trasport nazzjonali u/jew internazzjonali u jekk kemm-il darba l-impriżi kkonċernati huma kumpaniji jew ditti li jidħlu fit-tifsira ta’ l-Artikolu 58 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw bħala prova suffiċjenti ċertifikati ta’ kompetenza professjonali li jiddikjaraw li l-attività konċernata kienet attwalment imwettqa fi Stat Membru għal perjodu ta’ tliet snin. Din l-attività m’għandhiex tkun waqfet aktar minn ħames snin qabel id-data tal-preżentazzjoni taċ-ċertifikat.

Fil-kaz ta’ persuna legali, iċ-ċertifikat li jistqarr li l-attività kienet attwalment imwettqa għandu jkun maħruġ fir-rigward ta’ wieħed mill-persuni naturali attwalment inkarigat fl-attivitajiet tat-trasport ta’ l-impriża.

3.  Iċ-ċertifikati maħruġa lejn l-operaturi ta’ trasport qabel l- ►M1  1 ta’ Ottubru 1999 ◄ bħala prova tal-kompetenza professjonali tagħhom skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ sa dik id-data għandhom ikunu meqjusa bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġa bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

▼A1

4.  B'deroga mill-paragrafu 3, ċertifikati maħruġa lill-operaturi ta' trasport bit-triq qabel id-data ta' l-adeżjoni fir-Republika Ċeka għandhom biss jitqiesu bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jekk ikunu nħarġu lil:

 operaturi internazzjonali ta' trasport ta' merkanzija bit-triq u ta' trasport ta' passiġġieri taħt l-Att dwar it-Trasport bit-Triq Nru 111/1994 Sb., kif emendat bl-Att Nru 150/2000 Sb., mill-1 ta' Lulju 2000;

 operaturi domestiċi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq u ta' trasport ta' passiġġieri taħt l-Att dwar it-Trasport bit-Triq Nru 111/1994 Sb., kif emendat bl-Att Nru 150/2000 Sb., mill-1 ta' Jannar 2003.

5.  B'deroga mill-paragrafu 3, ċertifikati maħruġa lill-operaturi ta' trasport bit-triq qabel id-data ta' l-adeżjoni fl-Estonja għandhom biss jitqiesu bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jekk ikunu nħarġu lil:

 operaturi internazzjonali u domestiċi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq taħt l-Att dwar it-Trasport bit-Triq tas-7 ta' Ġunju 2000 (RTI 2000, 54,346) mill-1 ta' Ottubru 2000;

 operaturi internazzjonali u domestiċi ta' trasport ta' passiġġieri bit-triq taħt l-Att dwar it-Trasport Pubbliku tas-26 ta' Jannar 2000 (RTI 2000, 10, 58) mill-1 ta' Ottubru 2000.

6.  B'deroga mill-paragrafu 3, ċertifikati maħruġa lill-operaturi ta' trasport bit-triq qabel id-data ta' l-adeżjoni fil-Latvja għandhom biss jitqiesu bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jekk ikunu nħarġu lil:

 operaturi ta' trasport internazzjonali u domestiċi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq u ta' trasport ta' passiġġieri bit-triq taħt il-Liġi dwar it-Trasport bit-Triq u r-Regolament tal-Ministeru tat-Trasport Nru 9 tas-6 ta' Frar 2001 dwar il-Kummissjoni li Teżamina l-Għoti ta' Ċertifikati ta' Kompetenza Professjonali fir-rigward tat-Trasport Nazzjonali u Internazzjonali ta' Merkanzija bit-Triq u ta' Passiġġieri mill-1 ta' April 2001.

7.  B'deroga mill-paragrafu 3, ċertifikati maħruġa lil operaturi tat-trasport bit-triq qabel id-data ta' l-adeżjoni fil-Litwanja għandhom biss jitqiesu bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jekk ikunu nħarġu lil:

 operaturi internazzjonali u domestiċi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq u ta' trasport ta' passiġġieri bit-triq taħt l-Ordni tal-Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Nru. 3-20 dwar l-Eżaminazzjoni ta' Persuni għall-kompetenza professjonali li qed isegwu l-attivitajiet Liċenzjati fit-Trasport bit-Triq tat-13 ta' Jannar 2003 mis-17 ta' Jannar 2003.

8.  B'deroga mill-paragrafu 3, ċertifikati maħruġa lill-operaturi ta' trasport bit-triq qabel id-data ta' l-adeżjoni fl-Ungerija għandhom biss jitqiesu bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jekk ikunu nħarġu lil:

 operaturi internazzjonali ta' trasport ta' merkanzija bit-triq taħt id-Digriet tal-Gvern Nru 20/1991 (I.29.) Korm. li jemenda d-Digriet Nru 89/1988 (XII. 20.) MT tal-Kunsill tal-Ministri mill-1 ta' Frar 1991;

 operaturi domestiċi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq taħt id-Digriet tal-Gvern Nru 31/1995 (III. 24.) Korm. li jemenda d-Digriet Nru 89/1988 (XII. 20.) MT tal-Kunsill tal-Ministri mill-1 ta' April 1995;

 operaturi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq taħt id-Digriet tal-Gvern Nru 68/2001 (IV.20.) Korm. li jemenda d-Digriet Nru 89/1988 (XII. 20.) MT tal-Kunsill tal-Ministri mill-1 ta' Mejju 2001;

 operaturi ta' trasport ta' passiġġieri bit-triq taħt id-Digriet Nru 49/2001 (XII. 22.) KöViM tal-Ministru tat-Trasport u l-Amministrazzjoni ta' l-Ilma mill-1 ta' Jannar 2002.

9.  B'deroga mill-paragrafu 3, ċertifikati maħruġa lill-operaturi ta' trasport bit-triq qabel id-data ta' l-adeżjoni fil-Polonja għandhom biss jitqiesu bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jekk ikunu nħarġu lil operaturi internazzjonali u domestiċi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq u ta' passiġġieri taħt il-Liġi dwar it-Trasport bit-Triq tas-6 ta' Settembru 2001 mill-1 ta' Jannar 2002.

10.  B'deroga mill-paragrafu 3, ċertifikati maħruġa lill-operaturi ta' trasport bit-triq qabel id-data ta' l-adeżjoni fis-Slovakkja għandhom biss jitqiesu bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jekk ikunu nħarġu lil operaturi internazzjonali u domestiċi ta' trasport ta' merkanzija bit-triq u ta' trasport ta' passiġġieri bit-triq taħt l-Att dwar it-Trasport bit-Triq Nru 168/1996, kif emendat fid-19 ta' Awwissu 2002, mill-1 ta' Settembru 2002.

▼A2

11.  B'deroga mill-paragrafu 3, ċertifikati maħruġa fil-Bulgarija lill-operaturi ta' trasport bit-triq qabel id-data ta' l-adeżjoni għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva biss jekk ikunu nħarġu lil:

 operaturi internazzjonali ta' trasport ta' merkanzija u ta' passiġġieri bit-triq taħt l-Ordinanza Nru 11 tal-31 ta' Ottubru 2002 dwar Trasport Internazzjonali ta' Passiġġieri u Merkanzija bit-Triq (Gazzetta ta' l-Istat Nru 108 tad-19 ta' Novembru 2002), sa mid-19 ta' Novembru 2002;

 operaturi domestiċi ta' trasport ta' merkanzija u ta' passiġġieri bit-triq taħt l-Ordinanza 33 tat-3 ta' Novembru 1999 dwar Trasport Pubbliku ta' Passiġġieri u Merkanzija fit-territorju tal-Bulgarija, kif emendata fit-30 ta' Ottubru 2002 (Gazzetta ta' l-Istat Nru 108 tad-19 ta' Novembru 2002), mid-19 ta' Novembru 2002.

12.  B'deroga mill-paragrafu 3, ċertifikati maħruġa lill-operaturi ta' trasport bit-triq qabel id-data ta' l-adeżjoni fir-Rumanija għandhom biss jitqiesu bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati maħruġa skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jekk ikunu nħarġu lil operaturi internazzjonali u domestiċi ta' trasport ta' merkanzija u ta' passiġġieri bit-triq taħt l-Ordni tal-Ministru tat-Trasport Nru 761 tal-21 ta' Diċembru 1999 dwar il-ħatra, it-taħriġ u ċ- ċertifikazzjoni professjonali ta' persuni li jikkordinaw b'mod permanenti u effettiv l-attività ta' trasport bit-triq, mit-28 ta' Jannar 2000.

▼M1

L-Artikolu 10a

L-Istati Membri għandhom jipprovdu sistemi ta’ pieni għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jisguraw li dawk il-pieni jkunu applikati. Il-pieni hekk ipprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswassivi.

L-Artikolu 10b

Wara l-1 ta’ Ottubru 1999 l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala prova suffiċjenti ta’ kompetenza professjonali iċ-ċertifikati li jikkonformaw mal-forma ta’ ċertifikat espressa fl-Anness Ia u maħruġin mill-awtorità jew korp innominat għal dak il-għan minn kull Stat Membru.

▼A2

Iċ-ċertifikati ta' kompetenza professjonali msemmija fil-paragrafi 4 sa 12 ta' l-Artikolu 10 jistgħu jerġgħu jinħarġu mill-Istati Membri konċernati fil-forma taċ-ċertifikat stabbilit fl-Anness Ia.

▼B



IT-TITOLU III

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 11

L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet u l-korpi kompetenti li joħorġu d-dokumenti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 8(2) u fl-Artikolu 9 u ċ-ċertifikat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 10(2). Għandhom minnufih jinformaw lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni b’dan.

L-Artikolu 12

L-Artikoli 8 sa 11 għandhom ukoll japplikaw għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri li, bis-saħħa tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-15 ta’ Ottubru 1968 dwar il-libertà ta’ moviment ta’ ħaddiema fi ħdan il-Komunità ( 8 ), jwettqu l-attività ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq jew operatur ta’ trasport tal-passiġġieri bit-triq fil-kapaċità ta’ impjegati.

L-Artikolu 13

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-miżuri meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, mhux aktar tard mid-dati elenkati fl-Anness II, il-parti B wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

2.  Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

L-Artikolu 14

Id-Direttivi elenkati fl-Anness II, il-parti A, huma b’dan irrevokati, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għall-implimentazzjoni jew l-applikazzjoni stabbiliti fl-Anness II, il-parti B.

Referenzi għad-Direttivi rrevokati għandhom ikunu meqjusa bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw bi qbil mat-tabella ta’ korrelazzjoni stabbilita fl-Anness III.

L-Artikolu 15

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M1




L-ANNESS I

I.   IL-LISTA TA’ SUĠĠETTI LI JIRREFERI GĦALIHOM L-ARTIKOLU 3(4)

L-għarfien li għandu jitqies għall-għarfien uffiċjali ta’ kompetenza professjonali mill-Istati Membri għandu jkopri għall-inqas is-suġġetti koperti iktar’ l isfel għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq u trasport bit-triq ta’ passiġġieri rispettivament. F’relazzjoni ma’ dawn is-suġġetti, operaturi applikanti għal trasport ta’ merkanzija bit-triq u trasport bit-triq ta’ passiġġieri għandu jkollhom il-livelli ta’ għarfien u dispożizzjoni prattika meħtieġa għall-amministrazzjoni ta’ impriża ta’ trasport.

Il-livell minimu ta’ għarfien, kif muri iktar’ l isfel, ma jistax ikun taħt il-livell 3 ta’ l-istruttura ta’ livelli ta’ taħriġ preskritti fl-Anness mad-Deċiżjoni 85/368/KEE ( 9 ), jiġifieri l-livell miksub fit-taħriġ vokazzjonali miksub matul l-edukazzjoni obbligatorja ssupplimentat jew b’taħriġ vokazzjonali u taħriġ tekniku supplimentari jew b’taħriġ tekniku fuq livell ta’ skola sekondarja.

A.   Liġi ċivili

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u ta’ passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari:

1. ikun familjari mat-tipi prinċipali ta’ kuntratti użati fit-trasport bit-triq u mad-drittijiet u obbligazzjonijiet li joħorġu minnhom;

2. ikun kapaċi jinnegozja kuntratt ta’ trasport legalment validu, notevolment fir-rigward ta’ kondizzjonijiet tal-ġarr;

Trasport ta’ merkanzija bit-triq

3. ikun kapaċi jqis talba mill-prinċipal tiegħu dwar kumpens għal telf jew ħsara lill-oġġetti matul il-ġarr jew għal kunsinna tard tagħhom, u jifhem kif talba bhal din teffettwa r-responsabbiltà kuntrattwali tiegħu;

4. ikun familjari mar-regoli u l-obbligi joħorġu mill-Konvenzjoni CMR dwar il-kuntratt għall-ġarr stradali internazzjonali ta’ oġġetti;

Trasport bit-triq ta’ passiġġieri

5. ikun kapaċi jqis talba mill-prinċipal tiegħu dwar kumpens għal korriment ta’ passiġġieri jew ħsara lill-bagalji tagħhom ikkawżati minn aċċident matul il-ġarr, jew dwar kumpens għal dewmien, u jifhem kif talba bħal din taffettwa r-reponsabbiltà kuntrattwali tiegħu.

B.   Liġi kummerċjali

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari:

1. ikun familjari mal-kondizzjonijiet u l-formalitajiet preskritti biex iħaddem l-kummerċ, l-obbligazzjonijiet ġenerali li jaqgħu fuq operaturi tat-trasport u l-konsegwenzi ta’ falliment;

2. ikollu għarfien xieraq tal-forom varji ta’ kumpanija kummerċjali u tar-regoli li jirregolaw il-kostituzzjoni u l-operat tagħhom.

Ċ.   Liġi soċjali

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari:

1. ikun familjari mar-rwol u l-funzjoni ta’ l-istituzzjonijiet soċjali varji li għandhom interess fit-trasport bit-triq (trade unions, kunsilli tax-xogħol, shop stewards, spetturi tax-xogħol, eċċ.);

2. ikun familjari ma’ l-obbligi ta’ sigurtà soċjali ta’ min iħaddem;

3. ikun familjari mar-regoli li jirregolaw kuntratti ta’ xogħol għall-kategoriji varji ta’ ħaddiema impjegati minn impriżi ta’ trasport bit-triq (forma ta’ kuntratti, obbligi tal-partijiet, kondizzjonijiet tax-xogħol u ħinijiet tax-xogħol, frank imħallas, remunerazzjoni, ksur ta’ kuntratti, eċċ.);

4. ikun familjari mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 ( 10 ) u r-Regolamenti (KEE) Nru 3821/85 ( 11 ), u l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti.

D.   Liġi fiskali

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari, ikun familjari mar-regoli li jirregolaw:

1. il-VAT fuq servizzi ta’ trasport;

2. it-taxxa fuq vetturi bil-mutur;

3. it-taxxi fuq ċerti vetturi għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq u tolls u ħlasijiet għall-użu ta’ infrastruttura;

4. it-taxxa fuq id-dħul.

E.   Kummerċ u amministrazzjoni finanzjarja ta’ l-impriża

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari:

1. ikun familjari mal-liġijiet u l-prattiċi dwar l-użu ta’ ċekkijiet, kambjali, ċedoli, karti ta’ kreditu u mezzi jew metodi oħra ta’ pagament;

2. ikun familjari mal-forom varji ta’ kreditu (kreditu bankarju, kreditu dokumentarju, depożiti ta’ garanzija, ipoteki, kuntratti ta’ kera, kiri, factoring, eċċ.) u mal-ħlasijiet u obbligi li joħorġu minnhom;

3. ikun jaf x’inhi karta bilanċjali, kif inhi mqassma u kif għandu jinterpretaha;

4. ikun kapaċi jaqra u jinterpreta kont ta’ qligħ u telf;

5. ikun kapaċi jagħmel stima tal-profitt u l-pożizzjoni finanzjarja, b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ rapporti finanzjarji;

6. ikun kapaċi jipprepara estimi;

7. ikun familjari ma’ l-elementi ta’ spejjeż ta’ l-impriża tiegħu (spejjeż fissi, spejjeż varjabbli, kapital tax-xogħol, deprezzament eċċ.), u jkun kapaċi jikkalkola l-ispejjeż ta’ kull vettura, ta’ kull kilometru, ta’ kull vjaġġ jew ta’ kull tunnellata metrika;

8. ikun kapaċi jikteb karta ta’ organizzazzjoni dwar il-personnel (l-istaff, l-impjegati) ta’ l-impriża fit-totalità tiegħu u jorganizza pjanijiet ta’ xogħol, eċċ.;

9. ikun familjari mal-prinċipji ta’ marketing, pubbliċità u relazzjonijiet pubbliċi, inklużi l-promozzjoni tal-bejgħ tas-servizzi tat-trasport u l-preparazzjoni ta’ files tal-klijenti, eċċ.;

10. ikun familjari mat-tipi differenti ta’ assigurazzjoni ta’ trasport bit-triq (responsabbiltà, korriment minn aċċident/assigurazzjoni fuq il-ħajja, assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja u fuq valiġġi) u mal-garanziji u obbligi li joħorġu minnhom;

11. ikun familjari ma’ l-applikazzjonijiet ta’ trasmissjoni ta’ data elettronika fit-trasport bit-triq;

Trasport ta’ merkanzija bit-triq

12. ikun kapaċi japplika r-regoli li jirregolaw il-ħruġ ta’ fatturi għal servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq u jkun jaf it-tifsira u l-implikazzjonijiet ta’ Incoterms;

13. ikun familjari mal-kategoriji differenti ta’ awżiljari tat-transport, ir-rwol tagħhom, il-funzjoni tagħhom u, fejn xieraq, l-istatus tagħhom;

Trasport bit-triq ta’ passiġġieri

14. ikun kapaċi japplika r-regoli li jirregolaw tariffi u prezzijiet fit-trasport tal-passiġġieri pubbliku u privat;

15. ikun kapaċi japplika r-regoli li jirregolaw il-ħruġ ta’ fatturi għas-servizzi ta’ trasport bit-triq ta’ passiġġieri.

F.   Aċċess għas-suq

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari:

1. ikun familari mar-regolamenti tax-xogħol li jirregolaw it-trasport bit-triq għal kiri jew benefiċċju, mal-kiri ta’ vetturi industrijali u l-għoti ta’ sotto-kuntratti, u b’mod partikolari mar-regoli li jirregolaw l-organizzazzjoni uffiċjali tax-xogħol, l-ammissjoni għax-xogħol, l-awtorizzazzjonijiet ta’ operazzjonijiet ta’ trasport bit-triq intra- jew extra — Komunitarju, spezzjonijiet u sanzjonijiet;

2. ikun famijari mar-regoli għall-istabbiliment ta’ impriża ta’ trasport bit-triq;

3. ikun familjari mad-dokumenti varji rekwiżiti għall-operazzjoni ta’ servizzi ta’ trasport bit-triq u jkun kapaċi jintroduċi proċeduri ta’ kontroll li jiżguraw li d-dokumenti approvati dwar kull operazzjoni tat-trasport, u b’mod partikolari dawk dwar il-vettura, is-sewwieq, l-oġġetti u l-valiġġi jinżammu kemm ġol-vettura u kemm fil-bini ta’ l-impriża;

Trasport ta’ merkanzija bit-triq

4. ikun familjari mar-regoli dwar l-organizzazzjoni tas-suq fis-servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija bit-triq, dwar l-immaneġġar u l-loġistiċi tat-trasport tal-merkanzija;

5. ikun familjari mal-formalitajiet tal-fruntiera, ir-rwol u l-ambitu tad-dokumenti T u carnets TIR, u l-obbligi u r-responsabbiltajiet li joħorġu mill-użu tagħhom;

Trasport bit-triq ta’ passiġġieri

6. ikun familjari mar-regoli dwar l-organizzazzjoni tas-suq fit-trasport ta’ passiġġieri;

7. ikun familjari mar-regoli għall-introduzzjoni ta’ servizzi ta’ trasport bit-triq ta’ passiġġieri u jkun kapaċi li jikteb pjanijiet ta’ trasport.

G.   Standards tekniċi u aspetti ta’ operazzjoni

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari:

1. ikun familjari mar-regoli dwar il-piżijiet u l-qisien tal-vetturi fl-Istati Membri u l-proċeduri li għandhom ikunu segwiti fil-każ ta’ tagħbijiet anormali li jkunu eċċezzjoni għal dawn ir-regoli;

2. ikun kapaċi jagħżel vetturi u l-komponenti tagħhom (chassis, magna, sistema ta’ trasmissjoni, sistema ta’ brejkijiet, eċċ.) skond il-ħtiġiet ta’ l-impriża;

3. ikun familjari mal-formalitajiet dwar it-tip ta’ approvazzjoni, reġistrazzjoni u spezzjoni teknika ta’ dawn il-vetturi;

4. jifhem x’miżuri għandhom jittieħdu għat-tnaqqis tal-ħoss u għal ġlieda kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn dħaħen ta’ l-exhaust ta’ vetturi bil-mutur;

5. ikun kapaċi jikteb pjanijiet ta’ manutenzjoni perjodika għall-vetturi u t-tgħammir tagħhom;

Trasport ta’ merkanzija bit-triq

6. ikun familjari mat-tipi differenti ta’ immaniġġar ta’ tagħbija u ta’ għodda ta’ tagħbija (tailboards, kontenituri, paletti, eċċ.) u jkun kapaċi jintroduċi proċeduri u joħroġ istruzzjonijiet għat-tagħbija u l-ħatt ta’ oġġetti (tqassim tat-tagħbija, stacking, stivar, blocking u chocking, eċċ.);

7. ikun familjari ma’ tekniki varji ta’ “piggy-back (fuq id-dahar/spallejn)” u trasport ikkombinat ta’ roll-on roll-off;

8. ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed jikkonforma ruħu mar-regoli tal-ġarr ta’ oġġetti u skart perikulużi, notevolment dawk li joħorġu mid-Direttiva 94/55/KE ( 12 ), id-Direttiva 96/35/KE ( 13 ), u r-Regolament (KEE) Nru 259/93 ( 14 );

9. ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed jikkonforma ruħu mar-regoli tal-ġarr ta’ affarijiet ta’ l-ikel li jitħassru, notevolment dawk li jiħorġu mill-Ftehim dwar il-ġarr ta’ affarijiet ta’ l-ikel li jiħassru u dwar it-tagħmir speċjali li għandu jintuża għall-ġar bħal dan (ATP);

10. ikun kapaċi jimplimenta proċeduri biex wieħed jikkonforma mar-regoli tat-trasport ta’ annimali ħajjin.

H.   Sigurtà stradali

Trasport ta’ merkanzija bit-triq u passiġġieri

L-applikant għandu, b’mod partikolari:

1. ikun jaf xi kwalifiki huma rekwiżiti għas-sewwieqa (liċenzja tas-sewqan’ certifikati mediċi, ċertifikati ta’ kondizzjoni tajba, eċċ.);

2. ikun kapaċi li jieħu l-passi meħtieġa biex ikun żgurat li s-sewwieqa jikkonformaw ruħhom mar-regoli tat-traffiku, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fis-seħħ fi Stati Membri differenti (limiti ta’ velocità, prijoritajiet, restrizzjonijiet ta’ stennija u parking, użu tad-dwal, sinjali stradali, eċċ.);

3. ikun kapaċi jikteb struzzjonijiet lis-sewwieqa għall-kontroll tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta’ sigurtà dwar il-kondizzjoni tal-vetturi, it-tagħmir tagħhom u t-tagħbija, u dwar mezzi preventivi li għandhom jittieħdu;

4. ikun kapaċi jippreskrivi proċeduri li għandhom ikunu segwiti fil-każ ta’ aċċident u biex ikunu implimentati proċeduri xierqa biex jimpedixxu ir-rikorrenza ta’ aċċidenti jew offiżi serji tat-traffiku;

Trasport bit-triq ta’ passiġġieri

5. ikollu għarfien elementari tal-pjanta tax-xibka stradali fl-Istati Membri.

II.   L-ORGANIZZAZZJONI TA’ L-EŻAMI

1.

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw eżami bil-miktub obbligatorju li huma jistgħu jissupplementaw b’eżami orali mhux obbligatorju biex jistabbilixxu jekk operaturi ta’ trasport bit-triq applikanti kisbux il-livell ta’ għarfien fis-suġġetti elenkati fil-parti I, b’mod partikolari, il-kapaċità tagħhom li jużaw strumenti u tekniki li għandhom x’jaqsmu magħhom u li jissodisfaw id-dmirijiet korrispondenti eżekuttivi u ta’ koordinazzjoni.

(a) L-eżami obbligatorju bil-miktub għandu jkun fih żewġ testijiet, li huma:

 mistoqsijiet bil-miktub li jikkonsistu jew minn mistoqjijiet multipli (kull waħda b’erba’ tweġibiet possibbli), mistoqsijiet li jirrekjedu tweġibiet diretti jew taħlita taż-żewġ sistemi,

 eżerċizzi bil-miktub/studji ta’ każijiet.

It-tul ta’ żmien minimu ta’ kull test hu ta’ sagħtejn.

(b) fejn eżami orali jkun organizzat, Stati Membri jistgħu jistipulaw li l-parteċipazzjoni hija suġġetta għall-kompletar b’suċċess ta’ l-eżami bil-miktub.

2.

Meta L-Istati Membri jorganizzaw ukoll eżami orali, huma għadhom jipprovdu, fir-rigward ta’ kull wieħed mit-tliet testijiet, għal piż ta’ marki ta’ minimu ta’ 25 % u massimu ta’ 40 % tan-numru totali tal-marki li se jingħataw.

Fejn L-Istati Membri jorganizzaw biss eżami bil-miktub huma għandhom jipprovdu, fir-rigward ta kull test, għal piż ta’ marki ta’ minimu ta’ 40 % u massimu ta’ 60 % tan-numru totali tal-marki li se jingħataw.

3.

Fir-rigward tat-testijiet kollha, l-applikanti għandhom jiksbu medja ta’ mill-inqas 60 % tan- numru totali tal-marki li se jingħataw, filwaqt li jottjenu f’kull test speċifiku mhux inqas minn 50 % tan-numru totali ta’ marki possibbli. F’test wieħed biss, Stat Membru jista’ jirriduċi dik il-marka minn 50 % għal 40 %.

▼M1




L-ANNESS Ia

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

image

►(1) M3  

▼B




L-ANNESS II

IL-PARTI A

DIRETTIVI REVOKATI

(li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 14)

 Id-Direttiva 74/561/KEE

 Id-Direttiva 74/562/KEE

 Id-Direttiva 77/796/KEE

u l-emendi suċċessivi tagħhom:

 Id-Direttiva 80/1178/KEE

 Id-Direttiva 80/1179/KEE

 Id-Direttiva 80/1180/KEE

 Id-Direttiva 85/578/KEE

 Id-Direttiva 85/579/KEE

 Id-Direttiva 89/438/KEE

 Ir-Regolament (KEE) Nru 3572/90: biss l-Artikoli 1 u 2

IL-PARTI B



Direttiva

Żmien stipulat għall-implimentazzjoni jew applikazzjoni

74/561/KEE (ĠU L 308, tad-19.11.1974, p. 18)

fl-1 ta’ Jannar 1977

fl-1 ta’ Jannar 1978

80/1178/KEE (ĠU C 350, tat-23.12.1980, p. 41)

fl-1 ta’ Jannar 1981

85/578/KEE (ĠU C 372, tal-31.12.1985, p. 34)

fl-1 ta’ Jannar 1986

89/438/KEE (ĠU C 212, tat-22.7.1989, p. 101)

fl-1 ta’ Jannar 1990

74/562/KEE (ĠU C 308, tad-19.11.1974, p. 23)

fl-1 ta’ Jannar 1977

fl-1 ta’ Jannar 1978

80/1179/KEE (ĠU C 350, tat-23.12.1980, p. 42)

fl-1 ta’ Jannar 1981

85/579/KEE (ĠU C 372, tal-31.12.1985, p. 35)

fl-1 ta’ Jannar 1986

89/438/KEE (ĠU C 212, tat-22.7.1989, p. 101)

fl-1 ta’ Jannar 1990

77/796/KEE (ĠU C 334, ta’ l-24.12.1977, p. 37)

fl-1 ta’ Jannar 1979

80/1180/KEE (ĠU C 350, tat-23.12.1980, p. 43)

fl-1 ta’ Jannar 1981

89/438/KEE (ĠU C 212, tat-22.7.1989, p. 101)

fl-1 ta’ Jannar 1990




L-ANNESS III



TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 74/561/KEE

Direttiva 74/562/KEE

Direttiva 89/438/KEE

Direttiva 77/796/KEE

Din id-direttiva

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(1)

 
 

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(2) l-ewwel inċiz

 
 

L-Artikolu 1(2) l-ewwel inċiz

L-Artikolu 1(2) l-ewwel inciz

 
 

L-Artikolu 1(2) it-tieni inċiz

L-Artikolu 1(2) it-tieni inċiz

L-Artikolu 1(2) it-tieni inċiz

 
 

L-Artikolu 1(2) it-tielet inċiz

L-Artikolu 2(1), (2)

 
 

L-Artikolu 2(1), (2)

L-Artikolu 1(3)

 
 

L-Artikolu 2(3)

L-Artikolu 3

L-Artikolu 2

 
 

L-Artikolu 3

L-Artikolu 4

L-Artikolu 3

 
 

L-Artikolu 4

L-Artikolu 5

L-Artikolu 4

 
 

L-Artikolu 5

L-Artikolu 6

L-Artikolu 5

 
 

L-Artikolu 6

L-Artikolu 6a

L-Artikolu 5a

 
 

L-Artikolu 7

L-Artikolu 7

L-Artikolu 6

 
 

 
 
 

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 8(1)

 
 
 

L-Artikolu 3

L-Artikolu 8(2)

 
 
 

L-Artikolu 4

L-Artikolu 9

 
 
 

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 10(1)

 
 
 

L-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 10(2)

L-Artikolu 4

 

L-Artikolu 10(3)

 
 
 

L-Artikolu 6

L-Artikolu 11

 
 
 

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 12

L-Artikolu 5

 

L-Artikolu 13

 
 

L-Artikolu 14

L-Artikolu 8

L-Artikolu 7

 
 

L-Artikolu 15

L-Anness il-punt A.1

L-Anness il-punt A.1

 
 

L-Anness I il-punt A (liġi)

L-Anness il-punt A. 2, 3, 4, 5

 
 

L-Anness I il-punt A.1. (a), (b), (ċ), (d)

L-Anness il-punt A. 2, 3, 4, 5

 
 

L-Anness I il-punt A.2. (a), (b), (ċ), (d)

L-Anness il-punt B

L-Anness il-punt B

 
 

L-Anness I il-punt B

L-Anness II il-Parti A

L-Anness II il-Parti B

L-Anness III



( 1 ) ĠU C 286, ta’ l-14.11.1990, p. 4 u l-emenda mressqa fis-16 ta’ Diċembru 1993.

( 2 ) ĠU C 339, tal-31.12.1991, p.5 u ĠU C 295, tat-22.10.1994, p. 30.

( 3 ) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 1991 (ĠU C 13, ta’ l-20.1.1992, p. 443) u ta’ l-20 ta’ April 1994 (ĠU C 128, tad-9.5.1994, p. 136) u l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 1995 (ĠU C 356, tat-30.12.1995) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Marzu 1996 (li għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

( 4 ) ĠU L 308, tad-19.11.1974, p. 18. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3572/90 (ĠU L 352, tas-17.12.1990, p. 12).

( 5 ) ĠU L 308, tad-19.11.1974, p. 23. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 3572/90 (ĠU L 353, tas-17.12.1990, p. 12).

( 6 ) ĠU L 334, ta’ l-24.12.1977, p. 37. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva Nru 89/438/KEE (ĠU L 212, tat-22.7.1989, p. 101) u corrigendum (ĠU L 298, tas-17.10.1989, p. 31).

( 7 ) ĠU 2, tal-15.1.1962, p. 36/62.

( 8 ) ĠU L 257, tad-19.10.1968, p. 2. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2434/92 (ĠU L 245, tas-26.8.1992, p. 1).

( 9 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 85/368/KEE tas-16 ta’ Lulju 1985 dwar il-paragunabilità ta’ kwalifiki ta’ taħriġ professjonali bejn l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea (ĠU L 199, tal-31.7.1985, p. 56).

( 10 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport stradali (ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 1).

( 11 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1985 dwar it-tagħmir tar-rekordjar fit-trasport stradali (ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 8). Ir-regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/97 (ĠU L 154, tat-12.6.1997, p. 21).

( 12 ) Id-direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport stradali ta’ oġġetti perikulużi(ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7). Id-direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/86/KE (ĠU L 335, ta’ l-24.12.1996, p. 43).

( 13 ) Id-direttiva tal-Kunsill 96/35/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 dwar il-ħatra u l-kwalifikazzjoni ta’ kunsillieri dwar is-sigurtà għat-trasport ta’ oġġetti perikulużi b’toroq, binarji u permezz tal-mogħdijiet ta’ l-ilma interni (ĠU L 145, tad-19.6.1996, p. 10).

( 14 ) Ir-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta’ l-1 ta’ Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta’ l-iskart ġewwa, għal ġo u għal barra mill-Komunità Ewropea (ĠU L 30, tas-6.12.1993, p. 1). Ir-regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 120/97 (ĠU L 22, ta’ l-24.1.1997, p. 14).

Top