Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01996D0409-20070101

    Consolidated text: Id-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' L-Istati Membri Fil-Kunsill tal- 25 Ġunju 1996 dwar l-istabbiliment ta' dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar (96/409/CFSP)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/409/2007-01-01

    1996D0409 — MT — 01.01.2007 — 002.003


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI FIL-KUNSILL

    tal-25 Ġunju 1996

    dwar l-istabbiliment ta' dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar

    (96/409/CFSP)

    (ĠU L 168, 6.7.1996, p.4)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI, IMLAQQGĦIN FI ĦDAN IL-KUNSILL, tat-30 ta' Novembru 2006

      L 363

    422

    20.12.2006


    Emendat bi:

    ►A1

      L 236

    33

    23.9.2003




    ▼B

    ID-DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI FIL-KUNSILL

    tal-25 Ġunju 1996

    dwar l-istabbiliment ta' dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar

    (96/409/CFSP)



    IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA, F'LAQGĦA FIL-KUNSILL,

    L-Istati Membri konxji li l-ħolqien ta' dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar b'format komuni liċ-ċittadini ta' l-Unjoni f'postijiet fejn dawk iċ-ċittadini ta' Stat Membru fil-bidu ma għandux rappreżentazzjoni diplomatika permanenti jew konsulari, jew f'ċirkostanzi oħra kif deskritti fir-regoli fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 8ċ tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Jikkunsidra li l-ħolqien ta' dokument proviżorju komuni ta' l-ivvjaġġar għandu jipprovdi għajnuna ġenwina liċ-cittadini ta' l-Unjoni fil-bżonn.

    Konfidenti li l-ħolqien ta' tali dokument għalhekk jipprovdi prova ċara tal-vantaġġi li tkun ċittadin ta' l-Unjoni,

    IDDEĊIDEW DAN LI ĠEJ:



    Artikolu 1

    Sstabbilit dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar, bil-format uniformi deskritt fl-Anness I, li jifforma parti integrali ta' din id-Deċiżjoni.

    Ir-regoli li jirregolaw il-ħruġ tad-dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar u l-miżuri ta' sigurtà dwaru huma mniżżla fl-Annessi II u III u jiffurmaw parti integrali ta' din id-Deċiżjoni. Ir-regoli u l-miżuri jistgħu jinbidlu bi ftehim unanimu ta' l-Istati Membri; liema emendi jiġu b'effett wara xahar ta' l-adozzjoni tagħhom kemm-il darba xi Stat Membru ma jagħmilx talba għal reviżjoni f'livell ministerjali.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol f'effett meta l-Istati Membri jkunu nnotifikaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li l-proċeduri mitluba mis-sistemi legali tagħhom għall-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni jkunu tlestew.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.




    ANNEX I — ANNEXE I — ANEXO I — BILAG I — ANLAGE I — ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ I — IARSCRÍBHINN I — ALLEGATO I — BIJLAGE I — ANEXO I — LIITE I — BILAGE I ►A1   — PŘÍLOHA I — I LISA — I PIELIKUMS — I PRIEDAS — I. MELLÉKLET — ANNESS I — ZAŁĄCZNIK 1 — PRILOGA I — PRÍLOHA I ◄ ►M1  — ПРИЛОЖЕНИЕ 1 — ANEXA I ◄

    image

    ►(2) A1  

    ►(2) M1  

    image

    image

    image

    ►(5) A1  

    ►(5) A1  

    ►(5) A1  

    ►(5) M1  

    ►(5) M1  

    image

    ►(2) A1  

    ►(2) M1  




    ANNESS II

    REGOLI LI JIRREGOLAW IL-ĦRUĠ TAD-DOKUMENT PROVIŻORJU TA' L-IVVJAĠĠAR

    1.

    Dokument proviżorju ta' l-ivvjaġġar (ETD) il-format komuni tiegħu hu muri fl-Anness I hu dokument ta' l-ivvjaġġar li jista' jinħareġ għal vjaġġ wieħed lill-applikant għal Stat Membru ta' l-oriġini, pajjiż ta' residenza permanenti jew, eċċezjonalment, destinazzjoni oħra. Jista' jinħareġ lil ċittadini ta' nazzjonalità ta' l-Istati Membri bl-awtorità ta' l-Istat li ċ-ċittadin ikun ċittadin tiegħu'.

    2.

    ETD jistgħu jinħarġu meta dawn il-kondizzjonijiet ikunu milqugħa:

    (a) ir-riċevitur għandu jkun ċittadin ta' Stat Membru li l-passaport tiegħu jkun tilfu, insteraq jew tqatta' jew temporjarjament mhux disponibbli.

    (b) hu/hi tkun fit-territorju ta' pajjiż fejn l-Istat Membru ta' oriġini tal-persuna ma jkollhiex l-ebda aċċess diplomatiku jew rappreżentanza konsulari bil-kapaċità li toħroġ dokument ta' l-ivvjaġġar jew, fejn l-Istat mhux b' mod ieħor rappreżentat, u

    (ċ) liċenza mill-awtoritajiet ta' l-Istat Membru ta' l-oriġini tal-persuna tkun ingħatat.

    3

    Mhux ikun l-eqreb wieħed jekk awtorità oħra fir-reġjun tkun aktar xierqa. L-uffiċċju tal-ħruġ jiġbor mingħand l-applikant u jżomm dawk il-ħlasijiet u spejjeż li normalment jiġbru huma meta joħorġu passaport ta' emerġenza. Applikanti b'fondi insuffiċjenti biex ikopru spejjeż oħra lokali jirċievu, fejn jaqbel, il-fondi neċessarji bi ftehim ma' l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Istat Membru ta' oriġini fil-ħin ta' l-applikazzjoni.

    4.

    ETD għandu jkun validu għal ftit aktar miż-żmien meħtieġ għat-tkomplija tal-vjaġġ li għalih ikun inħareġ. Fil-kalkulazzjoni taż-żmien, kompens għandu jingħata għall-waqfien neċessarju bil-lejl u sabiex isiru l-konnezzjonijiet ta' l-ivvjaġġar.

    5.

    Għal skopijiet ta' reġistri, fotokopja ta' kull dokument maħruġ għandu jinżamm fl-uffiċċju tal-ħruġ u ieħor għandu jintbagħat lill-awtorità ta' l-Istat Membru ta' oriġini ta' l-applikant.

    6.

    Kull Stat Membru jista' jestendi l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli lill-persuni oħra b'konnessjonijiet miegħu u liema hu jixtieq li jdaħħal.




    ANNESS III

    MIŻURI TA’ SIGURTÀ GHAL DOKUMENTI PROVIŻORJI TA’ L-IVVJAĠĠAR

    Dokumenti proviżorji ta’ l-ivvjaġġar (ETDs) ikunu magħmula u maħruġa b’konformità ma’ dawn il-miżuri ta’ sigurtà:

    1.   Qies



    Miftuħ:

    18 × 13 cm,

    Magħluq:

    9 × 13 cm.

    2.   Karta

    L-ETD għandhom ikunu stampati fuq karta ta’ sigurtà, mingħajr tlellix ottikali (approssimament 90 g/m2), tintuża filograna standard “CHAIN WIRES” legalment protetta għall-fabbrikazzjoni tad-dokument, b’żewġ ħjatiet invisibbli (blu u isfar, SSI/05) li jixgħel taħt dawl ultraviolet u reaġġent kontra tħassir kimiku.

    3.   Sistema ta’ numerazzjoni

    Kull Stat Membru għandu jipprovdi d-dokumenti b’sistema ċentrali numerika, flimkien ma’ l-inizjali ta’ l-Istat Membru li qiegħed joħorġu, kif ġej:

    ▼M1

    Belġju

    =

    B — [OOOOO]

    Bulgarija

    =

    BG — [OOOOO]

    Repubblika Ċeka

    =

    CZ — [OOOOO]

    Danimarka

    =

    DK — [OOOOO]

    Ġermanja

    =

    D — [OOOOO]

    Estonja

    =

    EE — [OOOOO]

    Greċja

    =

    GR — [OOOOO]

    Spanja

    =

    E — [OOOOO]

    Franza

    =

    F — [OOOOO]

    Irlanda

    =

    IRL — [OOOOO]

    Italja

    =

    I — [OOOOO]

    Ċipru

    =

    CY — [OOOOO]

    Latvija

    =

    LV — [OOOOO]

    Litwanja

    =

    LT — [OOOOO]

    Lussemburgu

    =

    L — [OOOOO]

    Ungerija

    =

    HU — [OOOOO]

    Malta

    =

    MT — [OOOOO]

    Olanda

    =

    NL — [OOOOO]

    Austrija

    =

    A — [OOOOO]

    Polonja

    =

    PL — [OOOOO]

    Portugall

    =

    P — [OOOOO]

    Rumanija

    =

    RO — [OOOOO]

    Slovenja

    =

    SI — [OOOOO]

    Slovakkja

    =

    SK — [OOOOO]

    Finlandja

    =

    FIN — [OOOOO]

    Svezja

    =

    S — [OOOOO]

    Renju Unit

    =

    UK — [OOOOO]

    ▼B

    In-numru jrid ikun stampat b’tipi mbozzati f’paġni 1 u 4 tad-dokument, jintużaw karattri OCR-B, b’kulur iswed florixxenti taħt dawl UV.

    4.   It-twaħħil tar-ritratt tat-titular

    Ir-ritratt tat-titular għandu jitwaħħal sew mad-dokument li ma ma jkunx jista’ jitneħħa faċilment. Ir-ritratt għandu ikun laminat skond kif inhi l-prattika nazzjonali. Huwa mifhum li l-Istati Membri jieħdu l-passi neċessarji sabiex jiżguraw ammont xieraq ta’ sigurtà għad-dokument

    5.   Ir-reġistrazzjoni tad-dettalji personali tat-titular

    Għandu ikun hemm trattament konsistenti fir-reġistrazzjoni tad-dettalji personali tat-titular fid-dokument ETD. Dawn id-dettalji jridu jiddaħħlu jew bil-kitba jew ittajpjati fuq il-foma, u għandha tkun laminata

    6.   Siġill ta’ l-awtorità tal-ħruġ

    Meta jinħareġ ETD, is-siġill ta’ l-awtorità tal-ħruġ għandu jsir parti fuq id-dokument u parti fuq ir-ritratt tat-titular

    7.   Karatteristiċi addizzjonali ta’ sigurtà

    L-ETD għandu jkollhom guilloche protettiv bi stampar imbozzat indirett f’erba’ kuluri fil-paġni tal-Fatti magħrufa li ghandha tiddaħħal b’attenzjoni għal stampar b’tiżwiq ta’ kuluri

    Din it-teknoloġija ta’ l-istampar għandha tintuża’:

     INĊIŻJONI, recto kif ukoll il-kliem f’paġna 1, figura moħbija u stampar mikro b’inka blu riflerssa,

     OFFSET, recto u verso, f’żewġ kuluri u IRIS,

     l-ewwel: kliem, b’blu rifless,

     it-tieni: sfond antiscanner b’blu ċar,,

     it-tielet: sfond guilloche b’effett IRIS b’żewġ kuluri, aħdar u vjola, it-tieni wieħed bl-isfar florexxenti taħt dawl UV.

    L-inek użati jridu jkunu reżistenti għall-ikkuppjar u kull attentat li jsir biex issir kopja kulurita jrid jirriżulta f’tibdil fil-kulur li jingħaraf b’faċilità. Ma’ dan, għall-inqas kulur wieħed għandu jkollu aġenti flworexxenti. L-inek għandu jkollhom ukoll reaġġenti kontra taħsir kimiku.

    8.   Stampar ta’ Forom:

    Għal dan id-dokument għandhom jintużaw forom bi sfond guilloche bi proċess multikulurit, disinjat apposta għalih

    9.   Il-ħażna tal-forom vojta tal-ETD:

    Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ falsifikar u imitazzjoni, l-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw ħażna li minnu ma jistax jinsteraq forom vojta ta’ l-ETD.

    Top