Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01995R0297-20180401

    Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta’ Frar 1995 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/297/2018-04-01

    01995R0297 — MT — 01.04.2018 — 014.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 297/95

    tal-10 ta’ Frar 1995

    dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali

    (ĠU L 035 15.2.1995, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2743/98 ta' l-14 ta' Diċembru 1998

      L 345

    3

    19.12.1998

     M2

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 494/2003 tat-18 ta' Marzu 2003

      L 73

    6

    19.3.2003

    ►M3

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1905/2005 ta' l-14 ta’ Novembru 2005

      L 304

    1

    23.11.2005

     M4

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 312/2008 tat-3 ta’ April 2008

      L 93

    8

    4.4.2008

     M5

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 249/2009 tat-23 ta’ Marzu 2009

      L 79

    34

    25.3.2009

     M6

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 261/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010

      L 80

    36

    26.3.2010

     M7

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 301/2011 tat-28 ta’ Marzu 2011

      L 81

    5

    29.3.2011

     M8

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 273/2012 tas-27 ta’ Marzu 2012

      L 90

    11

    28.3.2012

     M9

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 220/2013 tat-13 ta’ Marzu 2013

      L 70

    1

    14.3.2013

     M10

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 272/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014

      L 79

    37

    18.3.2014

     M11

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/490 tat-23 ta' Marzu 2015

      L 78

    9

    24.3.2015

     M12

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/461 tat-30 ta' Marzu 2016

      L 80

    25

    31.3.2016

     M13

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/612 tat-30 ta' Marzu 2017

      L 86

    7

    31.3.2017

    ►M14

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/471 tal-21 ta' Marzu 2018

      L 79

    19

    22.3.2018




    ▼B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 297/95

    tal-10 ta’ Frar 1995

    dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali



    ▼M1

    L-Artikolu 1

    Firxa ta' applikazzjoni

    Ħlasijiet għall-ksib u ż-żamma ta' awtorizzazzjoni Komunitarja għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u dak veterinarju u għal servizzi oħra provduti mill-Aġenzija għandhom ikunu imposti skond dan ir-Regolament.

    ▼M3

    L-ammonti ta' dawn il-ħlasijiet għandhom jiġi stabbiliti f'euro.

    ▼B

    L-Artikolu 2

    L-Aġenzija għandha tindika fl-istima annwali tagħha maħsuba sabiex jiġi stabbilit l-abbozz preliminari ta’ l-estimi finanzjarji tal-Kummissjoni l-estimi li jirrigwardaw il-miżati tas-sena finanzjarja ta’ wara, u dan għandu jsir separatament mill-istima tan-nefqa ġenerali u mill-kontribuzzjonijiet Komunitarji possibbli.

    ▼M1

    L-Artikolu 3

    ▼M3

    Prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem koperti mill-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 726/2004 ( 1 )

    ▼M1

    1.  Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali

    (a)  Ħlas sħiħ

    ▼M3

    Ħlas ta' ►M14  EUR 286 900  ◄ għandu japplika għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni sabiex jitqiegħed fis-suq prodott mediċinali sostnuta b'inkartament komplet. Il-ħlas ikopri doża waħda assoċjata ma’ forma waħda farmaċewtika u preżentazzjoni waħda.

    Il-ħlas għandu jiżdied b' ►M14  EUR 28 800  ◄ għal kull doża u/jew forma farmaċewtika addizzjonali sottomessa fl-istess ħin bħall-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni. Din iż-żieda tkopri doża u/jew forma farmaċewtika addizzjonali waħda u preżentazzjoni waħda.

    ▼M1

    Il-ħlas għandu jiżdied b' ►M14  EUR 7 200  ◄ għal kull presentazzjoni addizzjonali ta' l-istess doża u forma farmaċewtika, sottomessa fl-istess ħin bħall-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni.

    ▼M3

    (b)  Ħlas imnaqqas

    Ħlas imnaqqas ta’ ►M14  EUR 111 400  ◄ għandu japplika għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skond l-Artikolu 10 ( 2 ), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 10ċ tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem*. Dan il-ħlas ikopri doża waħda assoċjata ma' forma farmaċewtika waħda.

    Ħlas imnaqqas speċifiku ta' ►M14  EUR 185 500  ◄ għandu japplika għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tħat-tqegħid fis-suq skond l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2001/83/KE. Dak il-ħlas għandu jkopri doża waħda assoċjata ma’ forma waħda farmaċewtika u preżentazzjoni waħda.

    Il-ħlasijiet imnaqqsa msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu għandhom jiżdied b' ►M14  EUR 11 100  ◄ għal kull doża jew forma farmaċewtika sottomessa fl-istess ħin ta' l-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni. Dik iż-żieda għandha tkopri doża jew forma farmaċewtika waħda addizzjonali u preżentazzjoni waħda.

    Il-ħlasijiet imnaqqsa msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu għandhom jiżdied b' ►M14  EUR 7 200  ◄ għal kull preżentazzjoni addizzjonali ta' l-istess doża u forma farmaċewtika, sottomessa fl-istess ħin ta' l-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni.

    (ċ)  Ħlas għal estensjoni

    Ħlas ta’ estensjoni ta’ ►M14  EUR 86 100  ◄ għandu japplika għal kull estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq fis-sens ta’ l-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1085/2003 tat-3 ta' Ġunju 2003 rigward l-eżaminazzjoni tal-varjazzjonijiet għat-termini għal awtorizzazzjoni tal-marketing għal prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u għal prodotti mediċinali għal użu veterinarj li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2309/93 ( 3 ), li tkun diġà ingħatat.

    B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas imnaqqas ta’ estensjoni li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M14  EUR 21 600 sa EUR 64 600  ◄ għandu japplika għal ċerti estensjonijiet. Dawk l-estensjonijiet għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament.

    Il-ħlas ta’ estensjoni u l-ħlas imnaqqas ta’ estensjoni għandhom jiżdiedu b’ ►M14  EUR 7 200  ◄ għal kull preżentazzjoni addizzjonali ta’ l-istess estensjoni sottomessa fl-istess żmien ta' l-applikazzjoni għal estensjoni.

    ▼M1

    2.  Varjazzjoni

    (a)  Tip I ta' ħlas għal varjazzjoni

    ▼M3

    Ħlas ta' varjazzjoni tat-Tip I għandu japplika għal varjazzjoni minuri għall-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, kif definita fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1085/2003. Għal varjazzjonijiet tat-Tip IA, il-ħlas għandu jkun ta' ►M14  EUR 3 100  ◄ . Għal varjazzjonijiet tat-Tip IB, il-ħlas għandu jkun ta' ►M14  EUR 7 200  ◄ .

    ▼M1

    Fil-każ li tkun introdotta l-istess varjazzjoni, dan il-ħlas għandu jkopri d-dożi, forom farmaċewtiċi u preżentazzjonijiet kollha awtorizzati.

    (b)  Tip II ta' ħlas għal varjazzjoni

    ▼M3

    Ħlas ta' varjazzjoni tat-Tip II ta' ►M14  EUR 86 100  ◄ għandu japplika għal varjazzjoni prinċipali fl-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, kif definita fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1085/2003.

    B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas imnaqqas ta’ estensjoni tat-Tip II li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M14  EUR 21 600 sa EUR 64 600  ◄ għandu japplika għal ċerti estensjonijiet. Dawk il-varjazzjonijiet għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament.

    ▼M1

    Fil-każ li tkun introdotta l-istess varjazzjoni, dan il-ħlas għandu jkopri d-dożi, forom farmaċewtiċi u preżentazzjonijiet kollha awtorizzati.

    3.  Ħlas għal tiġdid

    Il-ħlas għall-eżami ta' informazzjoni disponibbli fil-ħin tat-tiġdid ta' kull ħames snin għall-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali għandu jkun ta' ►M14  EUR 14 200  ◄ . Għandu jkun impost għal kull doża assoċjata ma' forma farmaċewtika.

    4.  Ħlas ta' spezzjoni

    ▼M3

    Ħlas ta' ►M14  EUR 21 600  ◄ għandu japplika għal kwalunkwe spezzjoni fil-Komunità jew barra. Għal spezzjonijiet barra mill-Komunità, l-ispejjeż ta' l-ivjaġġar għandhom jitħallsu bħala żieda fuq il-bażi tan-nefqa reali.

    ▼M3

    B'deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas imnaqqas ta' spezzjoni għandu japplika għal ċerti spezzjonijiet, skond il-livell u n-natura ta' l-ispezzjoni u abbażi tal-kondizzjonijiet stabbiliti b'konformità ma' l-Artikolu 11(2).

    ▼M1

    5.  Ħlas ta' trasferiment

    Il-ħlas għal bidla tad-detentur ta' l-awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq li għandu x'jaqsam magħhom it-trasferiment għandu jkun ta' ►M14  EUR 7 200  ◄ . Dan ikopri l-preżentazzjonijiet awtorizzati kollha tal-prodott mediċinali li jkun.

    ▼M3

    6.  Ħlas annwali

    Ħlas annwali ta' ►M14  EUR 102 900  ◄ għandu japplika għal kull awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali. Dak il-ħlas għandu jkopri l-preżentazzjonijiet awtorizzati kollha ta' prodott mediċinali partikolari.

    B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas imnaqqas annwali li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M14  EUR 25 600 sa EUR 77 100  ◄ għandu japplika għal ċerti tipi ta' prodotti mediċinali. Dawk il-prodotti mediċinali għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2).

    Artikolu 4

    Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem koperti mill-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 2001/83/KE

    Ħlas ta' arbitraġġ

    Ħlas ta' arbitraġġ ta' ►M14  EUR 71 400  ◄ għandu japplika fejn il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 30(1) u l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE jinbdew mill-applikant għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq jew mill-possessur ta' awtorizzazzjoni eżistenti għal tqegħid fis-suq.

    Fejn aktar minn applikant wieħed għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq jew possessur ta' awtorizzazzjoni eżistenti għal tqegħid fis-suq ikunu kkonċernati mill-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-applikanti jew il-possessuri jistgħu jkunu miġbura fi gruppi sabiex jitħallas ħlas ta' arbitraġġ wieħed. Jekk madankollu l-istess proċedura tikkonċerna aktar minn għaxar applikanti jew possessuri differenti, il-ħlas għandu jsir mill-applikazzjoni tal-ħlas ta' referenza imsemmi hawn fuq.

    ▼M1

    L-Artikolu 5

    ▼M3

    Prodotti mediċinali għall-użu veterinarju koperti mill-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2743/98

    ▼M1

    1.  Awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali

    (a)  Ħlas sħiħ

    ▼M3

    Ħlas sħiħ ta' ►M14  EUR 143 700  ◄ għandu japplika għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq sostnuta b'inkartament komplet. Dak il-ħlas għandu jkopri doża waħda assoċjata ma' forma farmaċewtika waħda u preżentazzjoni waħda.

    Il-ħlas għandu jiżdied b’ ►M14  EUR 14 200  ◄ għal kull doża u/jew forma farmaċewtika addizzjonali sottomessa fl-istess ħin ta' l-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni. Dik iż-żieda għandha tkopri doża addizzjonali waħda jew forma farmaċewtika u preżentazzjoni waħda.

    ▼M1

    Il-ħlas għandu jiżdied b' ►M14  EUR 7 200  ◄ għal kull preżentazzjoni addizzjonali ta' l-istess doża u forma farmaċewtika, sottomessa fl-istess ħin ta' l-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni.

    ▼M3

    Fil-każ ta’ prodotti mediċinali immunoloġiċi għall-użu veterinarju, il-ħlas kollu għandu jitnaqqas għal ►M14  EUR 71 400  ◄ , ma' kull doża u/jew forma farmaċewtika u/jew presentazzjoni addizzjonali li ġġorr magħha żieda ta’ ►M14  EUR 7 200  ◄ .

    ▼M1

    Għall-għanijiet ta' dan il-punt (a), in-numru ta' speċji mmirati huwa irrelevanti.

    ▼M3

    (b)  Ħlas imnaqqas

    Ħlas imnaqqas ta' ►M14  EUR 71 400  ◄ għandu japplika għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq skond l-Artikolu 13, l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 13ċ tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunitàrigward il-prodotti mediċinali għall-użu veterinarju ( 4 ). Dak il-ħlas għandu jkopri doża waħda assoċjata ma' forma farmaċewtika waħda u preżentazzjoni waħda.

    Ħlas imnaqqas ta' ►M14  EUR 121 200  ◄ għandu japplika għall-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq skond l-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2001/82/KE. Dak il-ħlas għandu jkopri doża waħda assoċjata ma' forma farmaċewtika waħda u preżentazzjoni waħda.

    Il-ħlasijiet imnaqqsa msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu għandhom jiġu miżjuda b’ ►M14  EUR 14 200  ◄ għal kull doża addizzjonali jew forma farmaċewtika sottomessa fl-istess żmien bħall-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni. Din iż-żieda għandha tkopri konċentrazzjoni addizzjonali jew forma farmaċewtika waħda u preżentazzjoni waħda.

    Il-ħlasijiet imnaqqsa msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu għandhom jiġu miżjuda b’ ►M14  EUR 7 200  ◄ għal kull preżentazzjoni addizzjonali ta’ l-istess doża jew forma farmaċewtika, sottomessa fl-istess żmien bħall-applikazzjoni inizjali għall-awtorizzazzjoni.

    Fil-każ ta’ prodotti mediċinali immunoliġiċi għall-użu veterinarju, il-ħlas għandu jitnaqqas għal ►M14  EUR 35 900  ◄ , fejn kull doża addizzjonali u/jew forma farmaċewtika u/jew preżentazzjoni tinvolvi żieda ta’ ►M14  EUR 7 200  ◄ .

    Għall-finijiet ta’ dan il-punt, in-numru ta’ speċi li għalihom il-mediċina hi maħsuba huwa irrilevanti.

    (ċ)  Ħlas ta’ estensjoni

    Ħlas ta’ estensjoni ta’ ►M14  EUR 35 900  ◄ għandu japplika għal kull estensjoni ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq fis-sens ta’ l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1085/2003, li tkun diġà ġiet mogħtija.

    B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas ta’ estensjoni mnaqqas li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M14  EUR 8 900 sa EUR 27 000  ◄ għandu japplika għal ċerti estensjonijiet. Dawk l-estensjonijiet għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament.

    Il-ħlas ta’ estensjoni u l-ħlas ta’ estensjoni mnaqqas għandhom jiżdiedu b’ ►M14  EUR 7 200  ◄ għal kull preżentazzjoni addizzjonali ta’ l-istess estensjoni sottomessa fl-istess żmien bħall-applikazzjoni għal estensjoni.

    ▼M1

    2.  Varjazzjoni

    (a)  Tip I ta' ħlas għal varjazzjoni

    ▼M3

    Ħlas ta' varjazzjoni tat-Tip I għandu japplika għal varjazzjoni minuri għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, kif definita fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1085/2003. Għal varjazzjonijiet tat-Tip IA, il-ħlas għandu jkun ta' ►M14  EUR 3 100  ◄ . Għal varjazzjonijiet tat-Tip IB, il-ħlas għandu jkun ta' ►M14  EUR 7 200  ◄ .

    ▼M1

    Fil-każ li l-istess varjazzjoni tiġi ntrodotta, dan il-ħlas għandu jkopri d-dożi, forom farmaċewtiċi u presentazzjonijiet kollha awtorizzati.

    ▼M3

    (b)  Ħlas ta' varjazzjoni tat-Tip II

    Ħlas ta' varjazzjoni tat-Tip II ta' ►M14  EUR 43 000  ◄ għandu japplika għal varjazzjoni kbira għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq, kif definita fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1085/2003.

    B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas ta' varjazzjoni mnaqqas tat-Tip II li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn EUR 8 700 ►M14  EUR 10 800 sa EUR 32 400  ◄ għandu japplika għal ċerti varjazzjonijiet. Dawk il-varjazzjonijiet għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2) ta' dan ir-Regolament.

    Fil-każ ta' prodotti mediċinali immunoliġiċi għall-użu veterinarju, il-ħlas għandu jkun ta' ►M14  EUR 7 200  ◄ .

    F'każ li tiġi introdotta l-istess varjazzjoni, il-ħlas imsemmi fl-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu għandu jkopri l-konċentrazzjonijiet, il-forom farmaċewtiċi u l-preżentazzjonijiet kollha awtorizzati.

    ▼M1

    3.  Ħlas għal tiġdid

    Il-ħlas għal eżami ta' informazzjoni disponibbli fil-ħin tat-tiġdid ta' kull ħames snin ta' awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali għandu jkun ta' ►M14  EUR 7 200  ◄ . Għandu jkun mitlub għal kull doża assoċjata ma' forma farmaċewtika.

    4.  Ħlas għal spezzjoni

    ▼M3

    Ħlas ta' ►M14  EUR 21 600  ◄ għandu japplika għal kwalunkwe spezzjoni fil-Komunità jew barra. Għal ispezzjonijiet barra mill-Komunità, l-ispejjeż ta' l-ivjaġġar għandhom jitħallsu bħala żieda abbażi tan-nefqa reali.

    ▼M3

    B'deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas imnaqqas ta' spezzjoni għandu japplika għal ċerti spezzjonijiet, skond il-livell u n-natura ta' l-ispezzjoni u abbażi tal-kondizzjonijiet stabbiliti skond l-Artikolu 11(2).

    ▼M1

    5.  Ħlas għal trasferiment

    Il-ħlas għal meta jinbidel id-detentur ta' l-awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq li magħhom għandu x'jaqsam it-trasferiment għandu jkun ta' ►M14  EUR 7 200  ◄ . Dan ikopri l-preżentazzjonijiet awtorizzati kollha tal-prodott mediċinali li jkun.

    ▼M3

    6.  Ħlas annwali

    Ħlas annwali ta' ►M14  EUR 34 400  ◄ għandu japplika għal kull awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali. Dak il-ħlas għandu jkopri l-preżentazzjonijiet awtorizzati kollha ta' prodott mediċinali partikolari.

    B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ħlas annwali imnaqqas li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M14  EUR 8 500 sa EUR 25 600  ◄ għandu japplika għal ċerti tipi ta' prodotti mediċinali. Dawk il-prodotti mediċinali għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2).

    Artikolu 6

    Prodotti mediċinali għall-użu veterinarju koperti mill-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 2001/82/KE

    Ħlas ta' arbitraġġ

    Ħlas ta' arbitraġġ ta' ►M14  EUR 43 000  ◄ għandu japplika fejn il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 34(1) u l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2001/82/KE jinbdew mill-applikant għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq jew mill-possessur ta' awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq eżistenti.

    Fejn aktar minn applikant wieħed għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq jew possessur ta' awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq eżistenti jkunu kkonċernati mill-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-applikanti jew il-possessuri jistgħu jkunu miġbura fi gruppi għall-iskop li jitħallas ħlas ta' arbitraġġ wieħed. Jekk madankollu, l-istess proċedura tikkonċerna aktar minn għaxar applikanti jew possessuri differenti, il-ħlas għandu jsir mill-applikazzjoni tal-ħlas ta' referenza msemmi hawn fuq.

    ▼M1

    L-Artikolu 7

    ▼M3

    Stabbiliment ta limiti residwi massimi (MRL) għal prodotti mediċinali għall-użu veterinarju skond il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 ( 5 )

    ▼M1

    1.  Ħlasijiet għall-istabiliment ta' MRL

    Il-ħlas sħiħ ta' MRL ta' ►M14  EUR 71 400  ◄ għandu jkun mitlub għal applikazzjoni sabiex ikun stabbilit MRL inizjali għas-sustanza li tkun.

    ▼M3

    Għandu japplika ħlas addizzjonali ta’ ►M14  EUR 21 600  ◄ għal kull applikazzjoni biex tiġi modifikata MRL eżistenti, kif inkluż f'wieħed mill-Annessi għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

    ▼M1

    Ħlasijiet għal MRL għandhom jitnaqqsu mill-ħlas pagabbli għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' tqegħid fis-suq jew għal applikazzjoni biex tkun estiża awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali li jkun fih is-sustanza li għaliha jkun ġie stabbilit MRL meta applikazzjonijiet bħal dawn ikunu sottomessi mill-istess applikant. Madankollu, dan it-tnaqqis jista' jlaħħaq total ta' mhux iktar minn nofs il-ħlas li japplika għalih.

    ▼M3 —————

    ▼M3

    Artikolu 8

    Diversi Ħlasijiet

    1.   Ħlas għal parir xjentifiku

    Il-ħlas ta' parir xjentifiku għandu japplika fejn issir applikazzjoni għal parir xjentifiku li jikkonċerna t-twettiq ta' diversi testijiet u provi neċessarji biex juru l-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali.

    Fir-rigward tal-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem, il-ħlas għandu jkun ta' ►M14  EUR 86 100  ◄ .

    Fir-rigward tal-prodotti mediċinali għall-użu veterinarju, il-ħlas għandu jkun ta' ►M14  EUR 43 000  ◄ .

    B’deroga mit-tieni subparagrafu, ħlas imnaqqas ta' parir xjentifiku li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M14  EUR 21 600 sa EUR 64 600  ◄ għandu japplika għal ċerti pariri xjentifiċi li jikkonċernaw prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem.

    B’deroga mit-tielet subparagrafu, ħlas imnaqqas ta' parir xjentifiku li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M14  EUR 10 800 sa EUR 32 400  ◄ għandu japplika għal ċerti pariri xjentifiċi li jikkonċernaw prodotti mediċinali għall-użu veterinarju.

    Il-pariri xjentifiċi msemmija fir-raba' u l-ħames subparagrafu għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2).

    2.   Ħlas għal servizzi xjentifiċi mhux koperti mill-Artikoli 3 sa 7 jew mill-Artikolu 8(1)

    Ħlas għal servizz xjentifiku għandu japplika fejn issir applikazzjoni għal kwalunkwe parir jew opinjoni xjentifika minn Kumitat xjentifiku, li ma jkunx kopert mill-Artikoli 3 sa 7 jew mill-Artikolu 8(1). Dan jinkludi kwalunkwe evalwazzjoni ta' prodotti mediċinali magħmula minn ħxejjex tradizzjonali, kwalunkwe opinjoni dwar prodotti mediċinali għal użu f'każi li jinvolvu l-ħniena, kwalunkwe konsultazzjoni dwar sustanzi anċillari inklużi derivattivi tad-demm, inkorporati fi strumenti mediċi, u kwalunkwe evalwazzjoni ta' plasma master files u vaccine antigen master files.

    Fir-rigward tal-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem, il-ħlas għandu jkun ta' ►M14  EUR 286 900  ◄ .

    Fir-rigward tal-prodotti mediċinali għall-użu veterinarju, il-ħlas għandu jkun ta' ►M14  EUR 143 700  ◄ .

    L-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe opinjoni xjentifika għall-evalwazzjoni tal-prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem maħsuba esklussivament għal swieq li jinsabu barra mill-Komunità skond l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004.

    B’deroga mit-tieni subparagrafu, ħlas imnaqqas għal servizz xjentifiku li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M14  EUR 3 100 sa EUR 247 300  ◄ għandu japplika għal ċerti opinjonijiet xjentifiċi jew servizzi li jikkonċernaw prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem.

    B’deroga mit-tielet subparagrafu, ħlas imnaqqas għal servizz xjentifiku li jaqa’ taħt il-firxa ta’ bejn ►M14  EUR 3 100 sa EUR 123 800  ◄ għandu japplika għal ċerti opinjonijiet xjentifiċi jew servizzi li jikkonċernaw prodotti mediċinali għall-użu veterinarju.

    L-opinjonijiet jew servizzi xjentifiċi msemmija fil-ħames u s-sitt subparagrafu għandhom jiġu inklużi f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2).

    3   Ħlas għal servizzi amministrattivi

    Ħlas li jaqa' fil-firxa ta' bejn EUR 100 u ►M14  EUR 7 200  ◄ għandu japplika għas-servizzi amministrattivi fejn dokumenti jew ċertifikati jinħarġu barra mill-qafas tas-servizzi koperti minn ħlas ieħor imsemmi f'dan ir-Regolament jew fejn applikazzjoni tkun rifjutata wara konklużjoni mill-validazzjoni amministrattiva ta' l-inkartament relatat jew fejn l-informazzjoni mitluba fil-każ ta' distribuzzjoni parallela għandha tkun iċċekkjata.

    Klassifika tas-servizzi u l-ħlas għandha tkun inkluża f’lista, li għandha tiġi mfassla skond l-Artikolu 11(2).

    ▼M1

    L-Artikolu 9

    Tnaqqis ta' ħlasijiet possibbli

    Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi tal-Komunità, f'ċirkostanzi eċċezzjonali u għal raġunijiet imperattivi ta' saħħa pubblika jew dik ta' l-annimali, tnaqqis ta' ħlasijiet jistgħu jiġu mogħtija każ b'każ mid-Direttur Eżekuttiv wara konsultazzjoni ma' l-kumitat xjentifiku kompetenti. Kull deċiżjoni meħuda skond dan l-Artikolu għandha tagħti r-raġunijiet li tkun ibbażata fuqhom.

    ▼M3

    Eżenzjoni totali jew parzjali mill-ħlas tal-ħlasijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament tista' tingħata, b'mod partikolari għal prodotti mediċinali għall-kura ta' mard rari jew mard li jolqot l-ispeċi minuri ta' l-annimali jew għal estensjoni ta' MRL eżistenti għal speċi ta' annimali addizzjonali jew għal prodotti mediċinali disponibbli għal użu f'każi li jinvolvu l-ħniena.

    Il-kondizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-eżenzjoni totali jew parzjali għandhom ikunu determinati skond l-Artikolu 11(2).

    Il-ħlas pagabbli għal opinjoni dwar prodott mediċinali għal użu f'każi li jinvolvu l-ħniena għandu jitnaqqas mill-ħlas pagabbli għall-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta' l-istess prodott mediċinali, fejn tali applikazzjoni hi sottomessa mill-istess applikant.

    Artikolu 10

    Data ta' l-għeluq u ħlas tard

    1.  Il-ħlasijiet għandhom jingħataw fid-data tal-validazzjoni amministrattiva ta' l-applikazzjoni rilevanti sakemm id-dispożizzjonijiet speċifiċi ma jistipulawx mod ieħor. Għandhom ikunu pagabbli lill-applikant fi żmien 45 jum mid-data tan-notifika tal-validazzjoni amministrattiva. Huma għandhom jitħallsu f'euro.

    Il-ħlas annwali għandu jingħata fl-ewwel anniversarju u kull wieħed sussegwenti tan-notifika tad-deċiżjoni ta' l-awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq. Għandu jkun pagabbli fi żmien 45 jum mid-data stipulata. Il-ħlas annwali għandu jirrelata għas-sena preċedenti.

    Il-ħlas ta' spezzjoni għandu jkun pagabbli fi żmien 45 jum mid-data li fiha ssir l-ispezzjoni.

    2.  Il-pagament tal-ħlas għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq ta' prodott mediċinali li għandu jintuża f'sitwazzjoni ta' pandemija tal-bniedem għandu jkun differit sakemm is-sitwazzjoni pandemika tkun ġiet rikonoxxuta bħala tali, jew mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jew mill-Komunità fil-qafas tad-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' network għas-sorveljanza epidemjoloġika u kontroll ta' mard li jinxtered fil-Komunità ( 6 ). Tali differiment m'għandux jeċċedi l-ħames snin.

    3.  Fejn kwalunkwe ħlas pagabbli taħt dan ir-Regolament jibqa' mhux imħallas sad-data ta' l-għeluq tiegħu u mingħajr preġudizzju għall-kapaċità ta' l-Aġenzija li tibda proċedimenti legali mogħtija lilha mill-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, id-Direttur Eżekuttiv jista' jiddeċiedi li ma jipprovdix is-servizzi mitluba jew li jissospendi s-servizzi u l-proċeduri kollha li jkunu għaddejjin sakemm isir il-ħlas, inkluż l-imgħaxx rilevanti kif previst fl-Artikolu 86 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjaru li japplika għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej ( 7 ).

    ▼M1

    L-Artikolu 11

    Regoli ta' implimentazzjoni

    1.  Fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni, il-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija għandu jiffissa r-regoli għall-ħlas lura ta' parti mir-riżorsi li ġejjin mill-ħlasijiet annwali lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali involuti fis-sorveljanza tas-suq tal-Komunità.

    ▼M3

    2.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, il-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija jista', fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni, jispeċifika kwalunkwe dispożizzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

    ▼M1

    3.  Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim dwar il-klassifika ta' applikazzjoni f'waħda mill-kategoriji ta' ħlas stabbiliti f'dan ir-Regolament, id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti deċiżjoni wara konsultazzjoni mal-kumitat xjentifiku kompetenti.

    L-Artikolu 12

    Emendi

    Kull emenda għal dan ir-Regolament għandha tkun adottata mill-Kunsill waqt li jaġixxi permezz ta' maġġoranza kwalifikata wara konsultazzjoni mall-Parlament Ewropew, fuq proposta tal-Kummissjoni.

    ▼M3

    Madankollu, emendi għall-ammonti tal-ħlasijiet stabbiliti b' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 87(2) tar-Regolament (KEE) Nru 726/2004, bl-eċċezzjoni ta' l-aġġornament previst fil-ħames paragrafu ta' dan l-Artikolu.

    Sa 24 ta' Novembru 2010 ( 8 ), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tiegħu lill-Kunsill, u dan ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-ħtieġa ta' l-inklużjoni ta' proċedura għar-riżoluzzjoni ta' disputi f'dan ir-Regolament.

    Kwalunkwe reviżjoni tal-ħlasijiet għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni ta' l-infiq ta' l-Aġenzija u abbażi ta' l-infiq relatat tas-servizzi pprovduti mill-Istati Membri. Dawk l-ispejjeż għandhom ikunu kkalkulati skond il-metodi ta' stima internazzjonali ġeneralment aċċettati, li għandhom ikunu adottati skond l-Artikolu 11(2).

    ▼M3

    B'effett mill-1 ta' April ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ħlasijiet b'referenza għar-rata ta' inflazzjoni kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, u taġġornahom.

    ▼B

    L-Artikolu ►M1  13 ◄

    Id-dħul fis-seħħ u l-effett legali

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



    ( 1 ) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.

    ( 2 ) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/27/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 34).

    ( 3 ) ĠU L 159, 27.6.2003, p. 24.

    ( 4 ) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

    ( 5 ) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal- Kummissjoni (KE) Nru 1518/2005 (ĠU L 244, 20.9.2005, p. 11).

    ( 6 ) ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

    ( 7 ) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1261/2005 (ĠU L 201, 2.8.2005, p. 3).

    ( 8 ) Ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    Top