Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01995L0059-20020308

    Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE tas-27 ta' Novembru 1995 dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta' tabakk manifatturat

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1995/59/2002-03-08

    1995L0059 — MT — 08.03.2002 — 002.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 95/59/KE

    tas-27 ta' Novembru 1995

    dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta' tabakk manifatturat

    (ĠU L 291, 6.12.1995, p.40)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 1999/81/KE tad-29 ta' Lulju 1999

      L 211

    47

    11.8.1999

    ►M2

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2002/10/KE tat-12 ta’ Frar 2002

      L 46

    26

    16.2.2002




    ▼B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 95/59/KE

    tas-27 ta' Novembru 1995

    dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta' tabakk manifatturat



    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Socjali ( 2 ),

    (1)

    Filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 72/464/KEE tad-19 ta' Diċembru 1972 dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-bejgh li jaffettwaw il-konsum ta' tabakk manifatturat ( 3 ) u t-Tieni Direttiva tal-Kunsill 79/32/KEE tat-18 ta' Diċembru 1978 dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta' tabakk manifatturat ( 4 ) ġew emendati sostanzjalment f'numru ta' okkażjonijiet; filwaqt li għal raġunitjiet ta' razzjonalità u klarifikazzjoni d-Direttivi msemmija għandhom ikunu konsolidati f'test wiehed;

    (2)

    Filwaqt li l-għan tat-Trattat huwa li jistabbilixxi unjoni ekonomika fejn hemm kompetizzjoni attiva u li l-karatteristiċi tagħha huma simili ta' dawk ta' suq domestiku; u, fejn jidħol tabakk manifatturat, l-intenzjoni wara dan il-għan huwa biex l-applikazzjoni fl-Istati Membri tat-taxxi li jaffettwaw il-konsum ta' prodotti f'dan is-settur ma toħloqx distorsjoni fil-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni u ma tfixkilx il-moviment liberu fi ħdan il-Komunità;

    (3)

    Filwaqt li, safejn taxxi tas-sisa huma ikkonċernati,l-armoniżżazzjoni ta' l-istrutturi għandha, b'mod partikolari, tirriżulta f'kompetizzjoni f'kategoriji differenti ta' tabakk manifatturat taħt l-istess grupp u ma tinħoloqx distorsjoni bl-effetti ta' l-ispiża tat-taxxa u, konsegwentament, fil-ftuħ tas-swieq nazzjonali ta' l-Istati Membri;

    (4)

    Filwaqt li l-istruttura tat-taxxa tas-sisa fuq is-sigaretti ghandha tinkludi, flimkien ma' komponent kalkolat fuq kull unit tal-prodott, komponent proporzjonali ibbażat fuq il-prezz ta' bejgħ bl-imnut, li jinkludi it-taxxi kollha; filwaqt li t-taxxa fuq il-bejgħ tas-sigaretti għandha l-istess effett ta' sisa proporzjonali u dan il-fatt għandu jiġi kkunsidrat meta r-rata bejn komponenti speċifiċi tat-taxxa tas-sisa u t-taxxa tiġi stabbilita;

    (5)

    Filwaqt li, safejn jidħlu s-sigaretti, l-għan imsemmi hawn fuq jintlaħaq l-aħjar b'sistema li tipprovdi għal tnaqqis fl-inċidenza tat-taxxa u filwaqt li għal dan il-għan, it-taxxa imposta fuq dawn il-prodotti għandha tikkonsisti f'taxxa tas-sisa proporzjonali flimkien ma' taxxa tas-sisa speċifika, liema ammont ikun iffissat minn kull Stat Membru skond il-kriterja tal-Komunità;

    (6)

    Filwaqt li l-istrutturi għat-taxxi tas-sisa fuq tabakk manifatturat għandu jkunu armonizzati fi stadji;

    (7)

    Filwaqt li l-bżonnijiet imperattivi ta' kompetizzjoni jimplikaw sistema ta' prezzijiet iffurmati liberament għall-gruppijiet kollha ta' tabakk manifatturat;

    (8)

    Filwaqt li hemm diversi tipi ta' tabakk manifatturat, distinti bil-karatteristiċi tagħhom u mill-mod kif jiġu wżati;

    (9)

    Filwaqt li dawn it-tipi differenti ta' tabakk manifatturat ghandu jkunu definiti;

    (10)

    Filwaqt li, għal raġunijiet ekonomiċi, derogazzjonijiet temporanji għandhom jiġu pprovduti għal ċerti Stati Membri;

    (11)

    Filwaqt li hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn tabakk imqatta' fin biex jiġu rrumblati s-sigaretti u tip ieħor ta' tabakk li jiġi wżat għat-tipjip;

    (12)

    Filwaqt li manifattur għandu bżonn jigi definit bħala persuna naturali jew legali li fil-fatt jipprepara il-prodotti tat-tabakk u jista'bbilixx il-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut għall-kull Stat Membru għall-min il-prodotti involuti ser ikunu ċessati għall-konsumazzjoni;

    (13)

    Filwaqt li l-maġġoranza ta' l-Istati Membri jipprovdu eżenzjonijiet mit-taxxi tas-sisa jew iroddu lura sisa fir-rispett ta' ċertu tipi ta' tabakk manifatturat jiddependi mill-użu li jsir minnhom u filwaqt li l-eżenzjonijiet u r-radd lura ta' flus għall-użu partikolari għandhom bżonn jiġu speċifikati f'din id-Direttiva;

    (14)

    Filwaqt li rollijiet ta' tabakk li jistgħu jitpejpu kif inhuma wara sempliċiment immaniġġar għandhom ikunu meqjusa bħala sigaretti għall-iskop ta' taxxa uniformi ta' dawn il-prodotti;

    (15)

    Filwaqt li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tkun awtorizzata tintaxxa rollijiet għall-anqas bir-rata jew ammont applikkabli għat-tabakk imqatta' fin għar-romblar tas-sigaretti mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 1998:

    (16)

    Filwaqt li din id-Direttiva m'għandiex taffettwa l-obbligazzjonijiet ta' l-Isatai Membri li jikkonċernaw it-termini stipulati għall-implementazzjoni tad-Direttivi skond l-Anness I, Parti B,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



    TITOLU I

    Prinċipji Ġenerali

    Artikolu 1

    1.  L-istruttura tat-taxxa tas-sisa li l-Istati Membri jorbtu t-tabakk manifatturat għandha tkun armonizzata f'stadji differenti

    2.  Din id-Direttiva tistabbilixxi prinċipji ġenerali għal din l-armonizzazzjoni, kif ukoll il-kriterji speċjali applikabbli waqt l-istadji ta' armonizzazzjoni.

    3.  It-transazzjoni minn stadju wieħed ta' armonizzazzjoni għall-ieħor għandha tkun deċiza mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni, wara li jikkunsidra l-effetti li joħorġu waqt l-istadju li jkun għaddej bil-miżuri introdotti mill-Istati Membri fis-sistema tagħhom tat-taxxi tas-sisa sabiex iħarsu d-dispożizzjonijiet applikabbli waqt dak l-istadju. It-transazzjoni minn stadju għall-ieħor tista' tiġi mtawla speċjalment jekk x'aktarx tinvolvi telf ta' dħul disproporzjonali għall-Istati Membri.

    Artikolu 2

    1.  Is-sostanzi li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala tabakk manifatturat:

    (a) sigaretti;

    (b) sigarri u sigarillos;

    (ċ) tabakk għat-tipjip

     tabakk mqatta' għall-irrumblar tas-sigaretti,

     tabakk ieħor għat-tipjip;

    kif inhu definit fl-Artikoli 3 sa 7.

    2.  Il-Kunsill irid, fuq proposta tal-Kummissjoni, jadotta d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-mod kif it-tabakk manifatturat għandu jkun definit u kklassifikat fi gruppi.

    3.  Minkejja dispożizzjonijiet eżistenti tal-Komunità, id-definizzjonijiet msemmija fl-Artikoli 3 sa 7 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-għażla tas-sistema u l-livell ta' tassazzjoni li għandhom japplikaw għall-gruppi differenti ta' prodotti msemmija f'dawn l-Artikoli.

    Artikolu 3

    Is-sostanzi li ġejjin għandhom ikunu meqjusa bħala sigarri jew cigarillos, jekk jistgħu jintużaw għat-tipjip kif inhuma;

    1. rollijiet ta' tabakk magħmula kollha minn tabakk naturali;

    2. rollijiet ta' tabakk b'karta ta' tgeżwir magħmula minn tabakk naturali;

    ▼M2

    3. rombli tat-tabakk b’materjal li jimla taħlit midrus u b’għata ta’ barra ta’ lewn normali ta’ sigarru li jgħatti l-prodott kompletament, inkluż fejn xieraq il-filtru imma mhux fil-każ ta’ sigarri bit-tarf irqiq, it-tarf, u l-qoxra, li t-tnejn kemm huma jsiru minn tabakk rikostitwit, fejn il-piż ta’ kull unità, eskluż il-filtru jew il-biċċa li titqiegħed fil-ħalq, hija ta’ mhux inqas minn 1,2 g u fejn l-għata tkun mwaħħla f’għamla spirali b’angolu akut ta’ għallinqas 30° mal-fus lonġitudinali tas-sigarru;

    4. rombli tat-tabakk b’materjal li jimla taħlit midrus u b’ għata ta’ barra b’lewn normali ta’ sigarru, ta’ tabakk rikostitwit, li jgħatti l-prodott kollu, inkluż fejn xieraq il-filtru imma mhux fil-każ ta’ sigarri bit-tarf irqiq, it-tarf, fejn il-piż ta’ kull unità, eskluż il-filtru jew il-biċċa li titqiegħed fil-ħalq, hu ta’ mhux inqas minn 2,3 g u ċ-ċirkonferenza għallinqas aktar minn terz tat-tul tkun mhux inqas minn 34 mm.

    ▼B

    Artikolu 4

    1.  Is-sostanzi li ġejjin għandhom jiġu meqjusa bħala sigaretti;

    (a) rollijiet ta' tabakk li jistgħu jitpejpu kif inhuma u li mhumiex sigarri jew sigarillos fit-tifsira ta' l-Artikolu 3;

    (b) rollijiet ta' tabakk li, b'sempliċi maniġġjar mhux industrijali, huma mdaħħla f'tubu tal-karti;

    (ċ) rollijiet ta' tabakk li, b'sempliċi maniġġjar mhux industrijali, huma mgeżwra f'karti tas-sigaretti.

    ►M1  Sa u inkluż il-31 ta' Diċembru 2001 ◄ , ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tkun awtorizzata tintaxxa r-rollijiet tat-tabakk msemmija f'(b) ta' l-anqas bir-rata jew ammont applikabbli għal tabakk imqatta' fin għat-tgeżwir tas-sigaretti.

    2.  Roll ta' tabakk msemmi fil-paragrafu 1 għandu, għall-iskop tat-taxxa tas-sisa, jiġu kkunsidrati bħala żewġ sigaretti billi, meta teskludi filter jew il-biċċa tal-ħalq, huma itwal minn 9 cm iżda mhux itwal minn 18 cm, bħala tliet sigaretti billi, meta teskludi l-filter jew il-biċċa tal-ħalq, huwa itwal minn 18 cm iżda mhux itwal minn 27 cm, u hekk sat-tmiem.

    Artikolu 5

    Is-sostanzi li ġejjin għandhom jiġu meqjusa bħala tabakk għat-tipjip:

    1. tabakk li gie mqatta' jew maqsum, mdawwar jew pressat f'forma ta' kaxxi u jistgħu jintużaw għat-tipjip mingħar proċess industrijali aktar ‘il quddiem;

    2. fdal tat-tabakk għall-bejgħ bl-imnut li ma jaqawx taħt l-Artikoli 3 u 4 u li ma jistgħux jintużaw għat-tipjip.

    Artikolu 6

    Tabakk għat-tipjip kif inhu definit fl-Artikolu 5 fejn aktar minn 25 % tal-piż tal-biċċiet żgħar tat-tabakk għandhom wisgħa maqsum ta' anqas minn millimetru għandu jiġi meqjus bħala tabakk mqatta' fin għall-irrumblar tas-sigaretti. L-Istati Membri li ma japplikawx dan il-wisgħa maqsum ta' millimetru fl-1 ta' Jannar 1993 ser ikollhom sal-31 ta' Diċembru 1997 biex iħarsu din id- dispożizzjoni.

    Stati Membri jistgħu iqisu bħala tabakk għat-tipjip fejn aktar minn 25 % tal-piż ta' partiċelli ta' tabakk li għandhom wisgħa maqsum ta' aktar minn millimetru u li kien mibjugħ jew intenzjonat biex jinbiegħ għall-irrumblar tas-sigaretti biex ikun tabakk imqatta' fin għall-irrumblar tas-sigaretti.

    Artikolu 7

    1.  Prodotti li partijiet minnhom jikkonsistu f'sostanzi li mhux tabakk, iżda li xorta jaqgħu taħt il-kriterja stipulati fl-Artikolu 3 għandhom ikunu meqjusa bħala sigarri jew sigarillos ġaladarba jkollhom rispettivament:

     karta tat-tgeżwir ta' tabakk naturali,

     karta tat-tgeżwir jew bajnder tat-tabakk, it-tnejn ta' tabakk rikostitwit,

     karta tat-tgeżwir ta' tabakk rikostitwit.

    2.  Prodotti magħmula kolla kemm huma jew in parti minn sostanzi li mhux tabakk iżda li xorta jaqgħu taħt il-kriterja stipulati fl-Artikoli 4 jew 5 għandhom ikunu meqjusa bħala sigaretti jew tabakk għat-tipjip.

    Minkejja l-ewwel paragrafu, prodotti li m'għandhomx tabakk u li huma wżati esklussivament għall-użu mediku m'għandhomx jiġu meqjusa bħala tabakk manifatturat.

    Artikolu 8

    1.  Sigaretti manifatturati fil-Komunità u dawk impurtati minn pajjiżi li mhumiex membri għandhom ikunu soġġetti għal taxxa tas-sisa proporzjonali kalkolata fuq il-prezz massimu ta' bejgħ bl-imnut, inkluż id-dazju u anke għal taxxa tas-sisa speċifika kalkolata fuq kull unit tal-prodott.

    2.  Ir-rata tat-taxxa tas-sisa proporzjonali u l-ammont tat-taxxa tas-sisa speċifika għandha tkun l-istess għas-sigaretti kollha.

    3.  Fl-istat finali ta' l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi, l-istess rata għandha tiġi stabbilita għas-sigaretti f'kull Stat Membru bejn it-taxxa tas-sisa speċifika u s-somma tat-taxxa tas-sisa proporzjonali u it-taxxa fuq il-bejgħ, b'tali mod li d-differenza fil-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tirrifletti d-differenza tat-tqassim tal-prezzijiet tal-manifattur.

    4.  Fejn meħtieġ, it-taxxa tas-sisa fuq is-sigaretti tista' tinkludi komponent tat-taxxa minimu, bil-limitu massimu jkun determinat għall-kull stadju mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni.

    Artikolu 9

    1.  Persuna naturali jew legali stabblita fil-Komunità li tikkonverti it-tabakk f'prodotti manifatturati lesti għall-bejgħ bl-imnut għandu jiġi meqjus bħala manifattur.

    Manifatturi,jew, fejn xieraq, ir-rappreżentanti jew aġenti awtorizzati tagħhom fil-Komunità u importaturi tat-tabakk minn pajjiżi li mhumiex membri għandhom ikunu liberi li jistabbilixxu l-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut għal kull prodott tagħhom għal kull Stat Membru fejn dawn il-prodotti jistgħu jiġu rilaxxati għall-konsum.

    It-tieni paragrafu ma jistax, madankollu,ifixkel l-implementazzjoni tas-sistemi ta' leġislazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tal-livell tal-prezzijiet jew l-osservanza ta' prezzijiet imposti, sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-leġislazzjoni tal-Komunità.

    2.  Biex jiffaċilitaw l-ħlas tat-taxxa tas-sisa, l-Istati Membri jistgħu, għal kull grupp ta' tabakk manifatturat, jistabbilixxu skala ta' prezzijiet ta' bejgħ bl-imnut bil-kondizzjoni li kull skala għandha skop suffiċjenti u varjetà biex tikkorrispondi mal-varjetà ta' prodotti tal-Komunità. Kull skala għandha tkun valida għall-prodotti kollha li jappartjenu lill-grupp ta' tabakk manifatturat li jikkonċernaw, mingħajr distinzjoni ghab-bażi ta' kwalità, preżentazzjoni, l-oriġini tal-prodott jew tal-materjal użati, il-karatteristiċi ta' l-intrapriżi jew ta' kwalunkwe kriterja oħra.

    Artikolu 10

    1.  L-aktar tard fl-istadju finali r-regoli biex tinġabar it-taxxa tas-sisa għandha tkun armonizzata. Waqt l-istadji preċedenti t-taxxa tas-sisa għandha, fil-prinċipju, tinġabar permezz ta' bolol ta' taxxa. Jekk jiġbru it-taxxa tas-sisa permezz ta' bolol ta' taxxa, l-Istati Membri jkunu obbligati li jagħmlu dawn il-bolol disponibbli lill-manifatturi u negozjanti fi Stati Membri oħra. Jekk jiġbru it-taxxa tas-sisa b'mezzi oħra, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ebda ostaklu, la amministrattiv u lanqas tekniku, ma jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fuq dawk il-merti.

    2.  Impurtaturi u manifatturi nazzjonali ta' tabakk manifatturat ikunu soġġetti għas-sistema stipulata fil-paragrafu 1 fir-rigward ir-regoli dettaljati biex tiġi stabbilita u titħallas it-taxxa tas-sisa.

    Artikolu 11

    Is-sostanzi li ġejjin jistgħu jiġu eżentati mit-taxxa tas-sisa jew taxxa tas-sisa diġa mħallsa fuqhom tista' tingħata lura:

    (a) tabakk denaturat manifatturat użat għal skopijiet industrijali u ħortikulturali;

    (b) tabakk manifatturat li huwa distrutt taħt sorvelja amministrattiva;

    (ċ) tabakk manifatturat li huwa unikament intenzjonat għal testijiet xjentifiċi konnessi mal-kwalità tal-prodott;

    (d) tabakk manifatturat li reġa' inħadem mill-produttur.

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu il-kondizzjonijiet u l-formalitajiet li għalihom huma soġġetti l-eżenzjonijiet u r-radd ta' flus lura msemmija fuq.



    TITOLU II

    Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli waqt l-ewwel stadju ta' armonizzazzjoni

    Artikolu 12

    1.  Soġġett għall-Artikolu 1(3), l-ewwel stadju ta' armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxa tas-sisa fuq tabakk manifatturat għandu jkopri perjodu ta' sittin xahar mill-1 ta' Lulju 1973.

    2.  Waqt l-ewwel stadju t' armonizzazzjoni l-Artikoli 13 u 14 għandhom jiġu applikati.

    Artikolu 13

    1.  L-ammont tat-taxxa tas-sisa speċifika imposta fuq is-sigaretti għandu jiġi stabbilit għall-ewwel darba b'referenza għas-sigaretti bl-aktar kategorija ta' prezz popolari skond l-informazzjoni disponibbli fl-1 ta' Jannar 1973.

    2.  Mingħajr preġudizzju għas-soluzzjoni biex tkun finalment adottata fir-rigward tar-rata bejn il-komponent speċifiku u l-komponent proporzjonali, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ma jistax ikun anqas minn 5 % jew aktar minn 75 % ta' l-ammont komprensiv tat-taxxa tas-sisa proporzjonali u t-taxxa tas-sisa speċifika imposta fuq dawn is-sigaretti.

    3.  Jekk it-taxxa tas-sisa fuq il-kategorija ta'prezzijiet msemmija fil-paragrafu 1 tkun emendata wara l-1 ta' Jannar 1973, l-ammont ta' taxxa tas-sisa speċifika għandu jiġi stabbilit b'referenza għall-piż ġdid ta' taxxa fuq is-sigaretti msemmija fil-paragrafu 1.

    Artikolu 14

    Minkejja l-Artikolu 8(1), kull Stat Membru jista' jeskludi dazji mill-kalkolazzjonijiet tat-taxxa tas-sisa proporzjonali fuq is-sigaretti.



    TITOLU III

    Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli waqt it-tieni fażi t'armonizzazzjoni

    Artikolu 15

    1.  It-tieni stadju t'armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxa tas-sisa fuq tabakk manifatturat għandu jibda mill-1 ta' Lulju 1978.

    2.  Waqt it-tieni stadju t'armonizzazzjoni għandu jiġi applikat l-Artikolu 16.

    Artikolu 16

    1.  L-ammont ta' taxxa tas-sisa speċifika fuq is-sigaretti għandu jiġi stabbilit b'referenza għas-sigaretti fl-aktar kategorija tal-prezzijiet popolari skond l-informazzjoni disponibbli fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, b'effett minn l-1 ta' Jannar 1978.

    2.  Il-komponent ta' taxxa tas-sisa speċifika ma jistax ikun anqas minn 5 % jew aktar minn 55 % ta' l-ammont globali tal-piż ta' taxxa,li jirriżulta mill-aggregazzjoni tat-taxxa tas-sisa proporzjonali, it-taxxa tas-sisa speċifika u t-taxxa fuq il-bejgħ imposta fuq dawn is-sigaretti.

    ▼M1

    2a.  B'deroga mill-paragrafu 2, fejn bidla fil-prezz tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti fil-kategorija ta' prezz l-iżjed popolari tinsab fi Stat Membru, b'hekk iġġib il-komponent speċifiku tat-taxxa tas-sisa, imfisser bhala persentaġġ tal-piż totali tat-taxxa, taħt il-5 % jew fuq il-55 % tal-piż totali tat-taxxa, l-Istat Membru in kwistjoni jista jżomm ruħu milli jaġġusta l-ammont tat-taxxa tas-sisa speċifika sa mhux iżjed tard mill-1 ta' Jannar tat-tieni sena li tiġi wara dik li fiha tkun saret il-bidla.

    ▼B

    3.   ►M1  Jekk it-taxxa tas-sisa ntaxxata ◄ fuq il-kategorija ta' prezzijiet msemmija fil-paragrafu 1 tkun emendata wara l-1 ta' Jannar 1978, l-ammont ta' taxxa tas-sisa speċifika għandu jiġi stabbilit b'referenza għall-piż globali ġdid ta' taxxa fuq is-sigaretti msemmi fil-paragrafu 1.

    4.  Minkejja l-Artikolu 8(1), kull Stat Membru jista' jeskludi d-dazju mill-kalkolazzjonijiet tat-taxxa tas-sisa proporzjonali fuq is-sigaretti.

    ▼M2

    5.  L-Istati Membri jistgħu jimponu taxxa minima tas-sisa fuq sigarretti mibjugħa bi prezz aktar baxx mill-prezz bl-imnut għas-sigarretti fil-kategorija tal-prezz fejn hemm l-akbar domanda, sakemm din it-taxxa tas-sisa ma teċċedix l-ammont tat-taxxa tas-sisa imposta fuq is-sigarretti fil-kategorija tal-prezz fejn hemm l-akbar domanda.

    ▼B



    TITOLU IV

    Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 17

    Fejn meħtieġ, il-Kunsill għandu, fuq proposta tal-Kummissjoni, jadotta dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

    Artikolu 18

    L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

    Artikolu 19

    1.  Id-Direttivi imniżżla fl-Anness 1, Parti A għandhom jiġi mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri fejn jikkonċerna il-limitu ta' żmien għall-implementazzjoni ddikjarata fl-Anness I, Parti B.

    2.  Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jiġu meqjusa bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw b'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni ddikjarata fl-Anness II.

    Artikolu 20

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 21

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




    ANNESS I

    PARTI A

    DIRETTIVI MĦASSRA

    (msemmija fl-Artikolu 19)

    1. Direttiva 72/464/KEE

    2. Direttiva 79/32/KEE

    u l-emendi suċċessivi tagħhom:

     Direttiva 74/318/KEE

     Direttiva 75/786/KEE

     Direttiva 76/911/KEE

     Direttiva 77/805/KEE

     Direttiva 80/369/KEE

     Direttiva 80/1275/KEE

     Direttiva 81/463/KEE

     Direttiva 82/2/KEE

     Direttiva 82/877/KEE

     Direttiva 84/217/KEE

     Direttiva 86/246/KEE

     Direttiva 92/78/KEE.

    PARTI B



    Direttiva

    Limitu ta żmien limitu għat-trasposizzjoni

    - 72/464/KEE

    ta' l-1.7.1973 (1)

    - 79/32/KEE

    ta' l-1.1.1980

    -74/318/KEE

     

    - 75/786/KEE

     

    -76/911/KEE

     

    -77/805/KEE

     

    - 80/369/KEE

     

    - 80/1275/KEE

     

    - 81/463/KEE

     

    - 82/2/KEE

     

    - 82/877/KEE

     

    - 84/217/KEE

     

    - 86/246/KEE

    ta' l-1.1.1986

    - 92/78/KEE

    tal-31.12.1992

    (1)   Ir-Renju Unit u l-Irlanda kellhom il-permess biex jipposponu il-limitu ta żmien sal-31 ta' Diċembru 1977.




    ANNESS II



    TABELLA TA' KORRELAZZJONI

    Din id-Direttiva

    Direttiva 72/464/KEE

    Direttiva 79/32/KEE

    It-Titolu I

    It-Titolu I

     

    L-Artikolu 1, (1) u (2)

    L-Artikolu 1, (1) u (2)

     

    L-Artikolu 1, (3)

    L-Artikolu 1, (4)

     

    L-Artikolu 2, (1) u (2)

    L-Artikolu 3, (1) u (2)

    L-Artikolu 1, (1)

    L-Artikolu 2, (3)

     

    L-Artikolu 1, (2)

    Artikolu 3

     

    Artikolu 2

    Artikolu 4

     

    Artikolu 3

    Artikolu 5

     

    Artikolu 4

    Artikolu 6

     

    Artikolu 4a

    Artikolu 7

     

    Artikolu 7

    Artikolu 8

    Artikolu 4

     

    Artikolu 9

    Artikolu 5

     

    Artikolu 10

    Artikolu 6

     

    Artikolu 11

    Artikolu 6a

     

    It-Titolu II

    It-Titolu II

     

    Artikolu 12

    Artikolu 7

     

    Artikolu 13

    Artikolu 8

     

    Artikolu 14

    Artikolu 9

     

    It-Titolu III

    It-Titolu IIa

     

    Artikolu 15

    Artikolu 10a

     

    Artikolu 16

    Artikolu 10b

     

    It-Titolu IV

    It-Titolu III

     

    Artikolu 17

    Artikolu 11

     

    Artikolu 18

    L-Artikolu 12, (2)

     

    Artikolu 19

    -

    -

    Artikolu 20

    -

    -

    Artikolu 21

    Artikolu 13

    Artikolu 10



    ( 1 ) ĠU Nru C 56, 6.3.1995, p. 164.

    ( 2 ) ĠU Nru C 133, 31.5.1995, p. 1.

    ( 3 ) ĠU Nru 303, 31.12.1972, p. 1. Direttiva l-aħħar amendata b'Direttiva 92/78/KEE (GU Nru L 316, 31.10.1972, p. 5).

    ( 4 ) ĠU Nru L 10, 16.1.1979, p. 8. Direttiva l-aħħar amendata b'Direttiva 92/78/KEE.

    Top