Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01995D0168-19970414

    Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 1995 li tistabbilixxi, rigward il-salmonella, garanziji addizzjonali għall-kunsinni lejn il-Finlandja u l-Isvezja ta’ ċerti tipi ta’ bajd maħsuba għall-konsum tal-bniedem (95/168/KE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/168/1997-04-14

    1995D0168 — MT — 14.04.1997 — 001.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-8 ta’ Mejju 1995

    li tistabbilixxi, rigward il-salmonella, garanziji addizzjonali għall-kunsinni lejn il-Finlandja u l-Isvezja ta’ ċerti tipi ta’ bajd maħsuba għall-konsum tal-bniedem

    (95/168/KE)

    (ĠU L 109, 16.5.1995, p.44)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    ID-DECIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-11 ta’ April 1997

      L 110

    77

    26.4.1997




    ▼B

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-8 ta’ Mejju 1995

    li tistabbilixxi, rigward il-salmonella, garanziji addizzjonali għall-kunsinni lejn il-Finlandja u l-Isvezja ta’ ċerti tipi ta’ bajd maħsuba għall-konsum tal-bniedem

    (95/168/KE)



    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1992 li tippreskrivi l-ħtiġijiet għas-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ fi, u l-importazzjonijiet lejn, il-Komunità ta’ prodotti li mhumiex suġġetti għall-ħtiġijiet imsemmija preskritti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità imsemmijin f’Anness A (I) tad-Direttiva 89/662/KEE u, dwar il-patoġeni, tad-Direttiva 90/425/KEE ( 1 ), kif l-aħħar emendata bl-Att ta’Adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, u partikolarment Anness II, Kapitolu 2, l-ewwel inċiż;

    Billi bid-Deċiżjonijiet 94/968/KE ( 2 ) u 95/50/KE ( 3 ), il-Kummissjoni approvat il-programmi ta’ operazzjonijiet għall-kontroll tas-salmonella ppreżentati mill-Finlandja u mill-Isvezja; billi dawn il-programmi fihom miżuri speċifiċi għall-bajd tat-tiġieġ li jbidu maħsuba għall-konsum dirett tal-bniedem;

    Billi l-Finlandja ntrabtet li ċentri tal-ippakkjar se jaċċettaw biss dak il-bajd li joriġina minn qtajja’ ta’ tiġieġ li jbidu suġġetti għal kontrolli regolari għas-salmonella; billi l-Isvezja provdiet għall-kontrolli tas-salmonella fuq il-qtajja’ kollha tat-tiġieġ li jbidu li l-bajd tagħhom jitqegħdu fis-suq;

    Billi garanziji addizzjonali ekwivalenti għal dawk li l-Finlandja u l-Isvezja jimplimentaw taħt il-programmi ta’ operazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu stabbiliti;

    Billi ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom għalhekk jipprovdu garanzija li l-bajd maħsub għall-Finlandja u għall-Isvezja joriġina minn qatgħat ta’ tiġieġ li jbidu li kienu suġġetti għal test mikrobijoloġiku bit-teħid ta’ kampjuni;

    Billi r-regoli li jirrelataw għal testijiet mikrobijoloġiċi bħal dawn bit-teħid ta’ kampjuni għandhom jitħejjew u jippreskrivu l-metodu tat-teħid ta’ kampjuni, in-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u l-metodu bijoloġiku li għandu jintuża biex ikunu eżaminati l-kampjuni;

    Billi għandu jitqies ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards ta’ marketing talbajd ( 4 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3117/94 ( 5 ), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1274/91 tal-15 ta’ Mejju 1991 li jdaħħal regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standardsta’ marketing ghall-bajd ( 6 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3239/94 ( 7 ), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/371/KE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1994 li tippreskrivi kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa pubblika għat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti tipi ta’ bajd ( 8 );

    Billi l-Finlandja u l-Isvezja jridu japplikaw il-ħtiġijiet ta’ l-importazzjoni għall-kunsinni li joriġinaw minn pajjiżi terzi mill-anqas stretti daqs dawk preskritti f’din id-Deċiżjoni;

    Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



    Artikolu 1

    1.  Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet mogħtija fir-Regolamenti (KEE) Nru 1907/90 u (KEE) Nru 1274/91 għandhom jgħoddu.

    2.  Madankolli, għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, “bajd” tfisser bajd tat-tiġieġ maħsuba għall-konsum tal-bniedem u li jaqgħu taħt il-kategoriji li ġejjin:

     Bajd Grad“A”,

     Bajd Grad “B”.

    3.  Din id-Deċiżjoni ma tgħoddx għall-bajd li huma maħsuba għall-produzzjoni tal-prodotti tal-bajd jew kunsenjati lill-impriżi tal-industrija ta’ l-ikel approvati skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/437/KEE ( 9 ), sakemm il-pakketti li qegħdin fihom huma mmarkati biċ-ċar biex juru dik id-destinazzjoni.

    Artikolu 2

    1.  Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom għalhekk jipprovdu garanzija li bajd maħsub għall-Finlandja u għall-Isvezja joriġina minn qtajja’ ta’ tiġieġ li jbidu li kienu suġġettati għal test mikrobijoloġiku bit-teħid ta’ kampjuni li sar skond id-dispożizzjonijiet preskritti f’Anness I.

    2.  Għall-iskopijiet tal-garanzija msemmija fil-paragrafu 1, il-bajd irid ikun akkumpanjat b’ċertifikat kif preskritt f’Anness II.

    Artikolu 3

    Il-garanziji addizzjonali previsti f’din id-Deċiżjoni ma jgħoddux għal bajd li joriġina fi stabbiliment suġġett għal programm rikonoxxut, skond il-proċedura preskritta f’Artikolu 18 tad-Direttiva 92/118/KEE, bħala ekwivalenti għal dawk implimentati mill-Finlandja u mill-Isvezja.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni tkun riveduta qabel il-31 ta’ Diċembru 1996. Ir-reviżjoni tkun bażata fuq rapport, imħejji mill-Finlandja u mill-Isvezja, fuq l-esperjenza miksuba, li għandu jkun ippreżentat qabel it-30 ta’ Settembru 1996.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.




    ANNESS I

    1.   Teħid ta’ kampjuni

    Fil-każ ta’ tiġieġ imkabbra fuq passiġģieri jew fil-beraħ, kampjuni komposti tal-feċi, kull kampjun jikkonsisti f’kampjuni separati ta’ feċi frisk, kull wieħed jiżen mill-anqas gramma, għandhom jittieħdu saltwarjament min numru ta’ postijiet fil-bini fejn jinżammu t-tiġieġ jew, fejn tiġieġ bhal dawn għandhom aċċess liberu għal aktar minn bini wieħed ġo farm partikolari, dawn il-kampjuni għandhom jittieħdu minn kull grupp ta’ bini tal-farm fejn jinżammu t-tiġieġ.

    Fil-każ tat-tiġieġ li jbidu fil-gaġeġ, dawn il-kampjuni għandhom jittieħdu mill-barraxa jew mill-wiċċ tat-twaqqigħ mill-ħofra.

    2.   In-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu

    In-numru ta’ kampjuni jrid jagħmilha possibbli li tinstab b’95 % li tista’ torbot fuqha preżenza ta’ 5 % ta’ salmonella.

    ▼M1

    3.   Testijiet mikrobijoloġiċi għall-eżami tal-kampjuni

     Testijiet mikrobijoloġiċi għall-eżami tal-kampjuni għas-salmonella għandhom jitwettqu fuq il-livell tal-International Organization for Standardization ISO 6579:1993 jew l-edizzjonijiet riveduti, jew bil-metodi deskritti minn Nordic Committee on Food Analysis (NMKL il-metodu Nru 71, ir-raba’ edizzjoni, 1991) jew l-edizzjonijiet riveduti.

     Meta r-riżultati ta’ l-analiżi jkunu kkontestati bejn l-Istati Membri il-livell tal-International Organization for Standardization ISO 6579:1993 jew l-edizzjonijiet riveduti għandu jiġi mħares bħala l-metodu ta’ referenza.

    ▼B

    4.   Frekwenza ta’ teħid ta’ kampjuni

    Il-qatgħa għandu jittieħed kampjuni minnha f’perjodu ta’ ġimaghtejn qabel jibdew ibidu u minn hemm ’il quddiem mill-anqas darba kull 25 ġimgħa.




    ANNESS II

    image



    ( 1 ) ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49

    ( 2 ) ĠU L 371, tal-31.12.1994, p. 36

    ( 3 ) ĠU L 53, tad-9.3.1995, p. 31

    ( 4 ) ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 5

    ( 5 ) ĠU L 330, tal-21.12.1994, p. 4

    ( 6 ) ĠU L 121, tal-15.5.1991, p. 11

    ( 7 ) ĠU L 338, tat-28.12.1994, p. 48

    ( 8 ) ĠU L 168, tat-2.7.1994, p. 34.

    ( 9 ) ĠU L 212, tat-22.7.1989, p. 87

    Top