Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01994A0722(04)-19991209

    Consolidated text: Ftehim relatat mal-koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/457/1999-12-09

    1994A4722 — MT — 09.12.1999 — 001.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    FTEHIM

    relatat mal-koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

    (ĠU L 188 22.7.1994, p. 18)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    FTEHIM li jemenda l-Ftehim dwar koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja

      L 195

    32

    28.7.1999




    ▼B

    FTEHIM

    relatat mal-koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja



    L-AWSTRALJA u l-KOMUNITÀ EWROPEA, minn issa 'l quddiem imsejħa “il-Partijiet”,

    WAQT LI JIRRIKONOXXU li l-Komunità Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejħa “il-Komunità”, u l-Awstralja qed jiżvolġu programmi speċifiċi ta' riċerka fl-oqsma ta' interess komuni;

    WAQT LI JINNOTAW li l-Arranġament bejn il-Gvern ta' l-Awstralja u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-Koperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija, iffirmat f'Canberra fit-12 ta' Novembru 1986, li jipprovdi għal koperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija ta' interess reċiproku permezz ta' skambju ta' informazzjoni li toħroġ mir-riċerka f'oqsma speċifiċi.

    WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza tar-riċerka xjentifika u teknika għall-Awstralja u l-Komunità, u l-benefiċċji reċiproċi li jistgħu jinkisbu kieku l-Partijiet kellhom jiffaċilitaw aktar koperazzjoni;

    WAQT LI JIXTIEQU jistabbilixxu struttura biex tiġi ggwidata l-kollaborazzjoni fir-riċerka xjentifika u teknika li testendi u ssaħħaħ il-kollaborazzjoni f'oqsma ta' interess komuni u tinkoraġġixxi l-applikazzjoni tar-riżultati ta' din il-kollaborazzjoni għall-benefiċċju soċjali u ekonomiku ta' l-Awstralja u tal-Komunità,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:



    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    1.  “Attività koperattiva” tfisser attività li tkun seħħet taħt dan il-Ftehim, u li tinkludi riċerka konġunta.

    2.  “Informazzjoni” tfisser data xjentifika u teknika, riżultati jew metodi ta' riċerka u żvilupp li joħroġ mir-riċerka konġunta u kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa neċessarja mill-Partijiet u/jew mill-parteċipanti involuti fir-riċerka konġunta li għandha tiġi pprovduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim jew riċerka li toħroġ minnha.

    3.  “Proprjetà intellettwali” għandha tfisser skond kif stabbilit fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija dwar Proprjetà Intellettwali, li saret fi Stokkolma, fl-14 ta' Lulju 1967.

    4.  “Riċerka konġunta” tfisser riċerka implimentata u/jew iffinanzjata mill-kontribuzzjonijiet konġunti tal-Partijiet u bil-kollaborazzjoni tal-parteċipanti taż-żewġ Partijiet, meta approprjat.

    5.  “Parteċipant” tfisser kwalunkwe persuna, entità legali, istitut ta' riċerka jew kull korp ieħor li jipparteċipa fi proġett ta' riċerka taħt dan il-Ftehim, inklużi l-Partijiet infushom.

    Artikolu 2

    Għanijiet

    Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu u, fit-termini ta' dan il-Ftehim, jiffaċilitaw koperazzjoni bejn l-Awstralja u l-Komunità f'oqsma ta' interess komuni meta l-Partijiet ikunu jappoġġaw attivitajiet ta' riċerka u żvilupp biex imexxu 'l quddiem ix-xjenza u/jew it-teknoloġija relevanti għal dawk l-oqsma ta' interess.

    Artikolu 3

    Prinċipji

    Il-koperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandha titmexxa fuq il-bażi ta' dawn il-prinċipji li ġejjin:

    (a) benefiċċju reċiproku,

    (b) skambju f'waqtu ta' informazzjoni li tista' teffettwa l-azzjonijiet tal-parteċipanti f'attivitajiet ta' koperazzjoni,

    (ċ) fil-qafas tal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli relatati mal-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni effettiva u t-tqassim ġust tal-proprjetà intellettwali, kif spjegat fl-Anness I għal dan il-Ftehim, li jifforma parti integrali tiegħu; u

    (d) it-tħabrik għal benefiċċji ekonomiċi u soċjali ta' attivitajiet ta' koperazzjoni għall-Komunità u għall-Awstralja fid-dawl tal-kontribuzzjonijiet li jkunu saru għal attivitajiet ta' koperazzjoni mill-parteċipanti rispettivi u mill-Partijiet.

    Artikolu 4

    Ambitu

    1.  Il-koperazzjoni tista' tinkludi l-attivitajiet li ġejjin:

    (a) parteċipazzjoni ta' persuni u entitajiet legali, istituti tar-riċerka, u korpi oħra, inklużi l-Partijiet infushom, fi proġetti ta' riċerka mmexxija mill-Awstralja u mill-Komunità b'konformità mal-proċeduri fis-seħħ għal kull Parti;

    (b) l-użu bi sħab ta' faċilitajiet tar-riċerka biex tinstab koperazzjoni fi proġetti ta' riċerka;

    (ċ) viżiti u skambji ta' xjenzati, inġinieri u persunal approprjat ieħor għall-iskop ta' parteċipazzjoni f'seminars, simposji u workshops relevanti għall-koperazzjoni taħt dan il-Ftehim;

    (d) skambju ta' informazzjoni bħal prattiċi, liġijiet, regolamentti u programmi relevanti għall-koperazzjoni taħt dan il-Ftehim; u

    (e) attivitajiet oħra li jistgħu jiġu miftiehma bejn xulxin mill-Kumitat Konġunt għal Koperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija skond il-politika u l-programmi tal-Partijiet.

    ▼M1

    2.  Għal-għanjiet ta' dan il-Ftehim, iż-żoni ta' koperazzjoni huma mfissra kif ġejjin.

    Għall-Komunità, jistgħu jiġu nklużi kull riċerka u żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta' turija koperti mill-Artikoli 130ġ(a) ( 1 ) u 130ġ(d) ( 2 ) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, din ta' l- aħħar biss sa fejn għandhom x'jaqsmu relazzjonijiet bejn operaturi ta' l-infrasttura u proġetti tar-riċerka kkonċernati.

    Għall-Awstralja, jistgħu jinkludu kwalsiasi attivitajiet tax-xjenza jew teknoloġija finanzjati jew magħmulin mill-Gvern tal-Awstralja, l-Gvernijiet tal-Istati u Territorji, awtoritajiet mhux governattivi nklużi setturi privati ta' riċerka u setturi kummerċjali, u kull entità ta' riċerka nteressata. L-Awstralja tgħarraf lill-Komunità permezz ta' kuntatti diplomatiċi bl-applikazjoni tal-Ftehim għal Stati u Terittorji.

    ▼B

    3.  Il-proġetti ta' riċerka m'għandhomx jimxu 'l quddiem taħt dan il-Ftehim sakemm il-Partijiet ma jkunux approvaw Pjan tal-Ġestjoni tat-Teknoloġija, kif deskritt fl-Appendiċi għal dan il-Ftehim, u li jkunu qablu dwaru l-parteċipanti.

    Artikolu 5

    Kumitat Konġunt dwar Koperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija

    1.  Attivitajiet ta' koperazzjoni taħt dan il-Ftehim għandhom ikunu amministrati minn Kumitat Konġunt għall-Koperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”, li jkun fih rappreżentanti ta' kull Parti.

    2.  Il-funzjonijiet tal-Kumitat għandhom ikunu li:

    (a) jippromwovi u jirrevedi l-attivitajiet maħsuba taħt dan il-Ftehim;

    (b) jawtorizza attivitajiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 4(1)(e) ta' dan il-Ftehim bħala attivitajiet ta' koperazzjoni li għalihom dan il-Ftehim jgħodd;

    (ċ) jagħtu parir lill-Partijiet dwar il-metodi ta' kif għandha tiżdied il-koperazzjoni b'mod konsistenti ma' l-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti f'dan il-Ftehim; u

    (d) joħorġu rapport ta' kull sena lill-Partijiet fuq il-livell, l-istatus u l-effettività ta' l-attivitajiet ta' koperazzjoni li jinbdew taħt dan il-Ftehim.

    3.  Il-Kumitat għandu jfittex li jiltaqa' darba fis-sena, filwaqt li dawn il-laqgħat ta' kull sena jsiru alternattivament fl-Ewropa u fl-Awstralja. Laqgħat oħra għandhom isiru kif jiġi stabbilit bejniethom.

    4.  Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom jintlaħqu b'konsensus. Il-minuti li jkun fihom ir-rekord tad-deċiżjonijiet u tal-punti prinċipali diskussi għandhom jinżammu f'kull laqgħa. Dawn il-minuti għandhom jaqblu dwarhom dawk il-persuni magħżula minn kull naħa biex flimkien jippresiedu l-laqgħa, u għandhom, flimkien mar-rapport ta' kull sena, jkunu disponibbli għal-laqgħa Ministerjali bilaterali li tkun tmiss bejn l-Awstralja u l-Komunità.

    Artikolu 6

    Disseminazzjoni u utilizzazzjoni ta' l-informazzjoni

    Id-disseminazzjoni u l-utilizzazzjoni ta' l-informazzjoni, u l-immaniġġar, l-allokazzjoni u l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li jirriżultaw mir-riċerka konġunta taħt dan il-Ftehim, għandhom ikunu bla ħsara għall-prinċipji spjegati fl-Anness ma dan il-Ftehim.

    Artikolu 7

    Finanzjament

    1.  L-attivitajiet ta' koperazzjoni għandhom ikunu bla ħsara għad-disponibilità tal-fondi u għal-liġijiet u r-regoli, il-politika u l-programmi applikabbli ta' l-Awstralja u tal-Komunità.

    2.  L-ispejjeż li jsiru mill-parteċipanti f'attivitajiet ta' koperazzjoni taħt dan il-Ftehim ma jkollhomx bżonn ta' xi trasferiment ta' fondi minn Parti għal oħra.

    3.  L-ispejjeż li jsiru min jew għan-nom tal-Kumitat għandhom jitħallsu mill-Parti li lejha l-membri jkunu responsabbli. L-ispejjeż, minbarra dawk tat-trasport u l-akkomodazzjoni, li jkollhom x'jaqsmu direttament ma' laqgħat tal-Kumitat, għandhom jitħallsu mill-Parti li tospita.

    Artikolu 8

    Id-dħul tal-persunal u tat-tagħmir

    Kull Parti għandha tieħu passi raġonevoli u tagħmel mill-aħjar biex tiffaċilita d-dħul u l-ħruġ mit-territorju tagħha ta' persunal, materjal u tagħmir tal-Parti l-oħra li jkun involut jew użat f'attivitajiet koperattivi taħt dan il-Ftehim.

    Artikolu 9

    Ftehim ieħor

    Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għal koperazzjoni li tista' ssir skond Ftehim jew arranġamenti oħra bejn il-Partijiet.

    Artikolu 10

    Applikazzjoni territorjali ta' dan il-Ftehim

    Dan il-Ftehim għandu jgħodd, fuq in-naħa l-waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jiġi applikat u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat u, fuq in-naħa l-oħra, għat-territorju ta' l-Awstralja.

    Artikolu 11

    Dħul fis-seħħ u tmiem

    1.  Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-ħtiġiet legali għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim ikunu saru.

    2.  Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat jew estiż bi ftehim bejn il-Partijiet. L-emendi u l-estensjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulkxin bil-miktub li l-ħtiġiet legali tagħhom saru.

    3.  Dan il-Ftehim jista' jiġi mitmum fi kwalunkwe waqt minn kull waħda mill-partijiet permezz ta' avviż bil-miktub ta' tnax-il xahar. L-iskadenza jew it-tmiem ta' dan il-Ftehim m'għandhiex teffettwa l-validità jew it-tul ta' xi arranġamenti li jkunu saru taħtu, jew id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti skond l-Anness għal dan il-Ftehim.

    Artikolu 12

    Dan il-Ftehim redatt f'kopji doppji bl-ilsien Daniż, Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż u Spanjol, b'kull wieħed minn dawn it-testi bl-istess awtentiċità.

    En fe de lo cual, los abajo firmantes suscriben el presente Acuerdo.

    Til bekræftelse heraf har undertegnede underskrevet denne aftale.

    Zu Urkund dessen haben die Unterzeichneten diesel Abkommen unterschrieben.

    Σε πίστωση των ανωτέρω, οι υπογράφοντες έθεσαν την υπογραφή τους κάτω από την παρούσα συμφωνία.

    In witness whereof the undersigned have signed this Agreement.

    En foi de quoi, les soussignés ont apposé leur signature au bas du présent accord.

    In fede di che, i sottoscritti hanno firmato il presente accordo.

    Ten blijke waarvan de ondergetekenden hun handtekening onder deze overeenkomst hebben gezet.

    Em fé do que, os abaixo-assinados apuseram as suas assinaturas no final do presente acordo.

    Hecho en Canberra, el veintitrés de febrero de mil novecientos noventa y cuatro.

    Udfærdiget i Canberra den treogtyvende Frar nitten hundrede og fireoghalvfems.

    Geschehen zu Canberra am dreiundzwanzigsten Frar neunzehnhundertvierundneunzig.

    Έγινε στην Καμπέρα, στις είκοσι τρεις Φεβρουαρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα τέσσερα.

    Done at Canberra on the twenty-third day of February in the year one thousand nine hundred and ninety-four.

    Fait à Canberra, le vingt-trois février mil neuf cent quatre-vingt-quatorze.

    Fatto a Canberra, addì ventitré febbraio millenovecentonovantaquattro.

    Gedaan te Canberra, de drieëntwintigste Frar negentienhonderd vierennegentig.

    Feito em Camberra, em vinte e três de Fevereiro de mil novecentos e noventa e quatro.

    Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade Europeia

    signatory

    Por AwstraliaFor AustralienFür AustralienΓια την ΑυστραλίαFor AwstraliaPour l'AustraliePer l'AwstraljaVoor AustraliëPela Austrália

    signatory

    ANNESS

    DISSEMINAZZJONI U UTILIZZAZZJONI TA' L-INFORMAZZJONI U AMMINISTRAZZJONI, ASSENJAZZJONI U EŻERĊIZZJU TAD-DRITTIJIET TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI

    I.   Id-dritt tal-propjetà, l-assenjazzjoni u l-eżerċizzju tad-drittijiet

    1. Ir-riċerka kollha li ssir skond dan il-Ftehim għandha tkun “riċerka konġunta”. Il-parteċipanti għandhom flimkien jiżviluppaw pjani konġunti għall-immaniġġar tat-teknoloġija (TPM) ( 3 ) fir-rigward tad-dritt tal-pussess u l-użu, inkluża l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni u proprjetà intellettwali (IP) li tinħoloq fil-kors tar-riċerka konġunta. Dawk il-pjani sa jiġu approvati mill-Partijiet qabel il-konklużjoni tal-kuntratti kollha ta' koperazzjoni f'riċerka u żvilupp speċifiku li għalihom jirreferu. It-TMPs għandhom jiġu żviluppati billi jitqiesu l-għanijiet tar-riċerka konġunta, il-kontribuzzjonijiet relattivi tal-parteċipanti, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-liċenzar skond it-territorju jew għal oqsma ta' użu, ħtiġiet imposti minn liġijiet applikabbli, proċeduri għal soluzzjoni ta' tilwim, u fatturi oħra meqjusa approprjati mill-parteċiapnti. Id-drittijiet u l-obbligi rigward ir-riċerka ġenerati minn riċerkaturi li jkunu qed jagħmlu viżita fir-rigward ta' l-IP għandhom jiġu indirizzati wkoll mit-TMPs.

    2. L-informazzjoni jew l-IP li tinħoloq fil-kors ta' riċerka konġunta u li ma tiġix indirizzata fit-TMP għandha tiġi allokata, bl-approvazzjoni tal-Partijiet, skond il-prinċipji spjegati fit-TMP, inkluża s-soluzzjoni tat-tilwim. Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim li għal raġunijiet validi ma jkunx jista' jiġi riżolt mill-proċedurra miftehma għas-soluzzjoni tat-tilwim, it-tilwima tista' titressaq quddiem il-Kumitat Konġunt għall-Koperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija li għandu jfittex li jressaq lill-parteċipanti lejn xulxin. Jekk, wara li jiġu eżawriti l-proċeduri mfissra hawn fuq, in-nuqqas ta' ftehim jibqa', dik l-informazzjoni jew l-IP għandha tkun proprjetà konġunta tal-parteċipanti kollha involuti fir-riċerka konġunta li minnha l-informazzjoni jew l-IP tirriżulta. Kull parteċipant li għalih din id-disposizzjoni tgħodd għandu jkollu d-dritt li juża dik l-informazzjoni jew l-IP għall-użufrutt kummerċjali tiegħu nnifsu mingħajr limitazzjoni ġeografika.

    3. Kull Parti għandha tiżgura li l-Parti l-oħra u l-parteċipanti tagħha jista' jkollhom id-drittijiet għal IP allokati skond il-prinċipji spjegati fit-Taqsima I ta' dan l-Anness.

    4. Filwaqt li żżomm il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni f'oqsma effettwati mill-Ftehim, kull Parti għandha tfittex li tiżgura li drittijiet akkwistati skond dan il-Ftehim u l-arranġamenti li jsiru taħtu jiġu eżerċitati b'tali mod li jħajru b'mod partikolari:

    (i) it-tixrid u l-użu ta' informazzjoni maħluqa, żvelata jew b'xi mod ieħor magħmula disponibbli, taħt il-Ftehim; u

    (ii) l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-istandards internazzjonali.

    II.   Xogħlijiet bid-dritt ta' l-awtur

    Id-dritt ta' l-awtur li jkun jappartieni lill-Partijiet jew lill-parteċipanti tagħhom għandu jiġi ttrattat b'mod konsistenti mal-Konvenzjoni ta' Berna (l-Att ta' Pariġi 1971).

    III.   Xogħlijiet letterarji xjentifiċi

    Bla ħsara għat-Taqsima IV, kemm-il darba ma jkunx hemm qbil mod ieħor fit-TMP, il-pubblikazzjoni ta' riżultati ta' riċerka għandu jsir b'mod konġunt mill-Partijiet jew mill-parteċipanti f'dik ir-riċerka konġunta. Bla ħsara għal din ir-regola ġenerali, il-proċeduri li ġejjin għandhom jgħoddu:

    (1) Fil-każ ta' pubblikazzjoni minn Parti jew minn korpi pubbliċi ta' dik il-Parti ta' ġurnali xjentiifiċi u tekniċi, artikoli, rapporti, kotba, inklużi video u software, li jkunu rriżultaw minn riċerka konġunta skond dan il-Ftehim, il-Parti l-oħra għandha tkun intitolata għal liċenza mondjali, mhux esklussiva, irrevokabbli, mingħajr dritt ta' l-awtur biex tittraduċi, tirriproduċi, tibgħat u tqassam pubblikament dawn ix-xogħlijiet.

    (2) Il-Partijiet għandhom jiżguraw li xogħlijiet letterrji ta' karattru xjentifiku li jirrużultaw minn riċerka konġunta skond dan il-Ftehim u li jiġu ppubblikati minn pubblikaturi indipendenti għandhom jiġu mxerrda fuq skala wiesgħa kemm jista' jkun.

    (3) Il-kopji kollha ta' xogħol bi dritt ta' awtur li jitqassmu pubblikament u li jsiru taħt din id-disposizzjoni għandhom jindikaw l-ismijiet ta' l-awtur jew l-awturi tax-xogħol kemm-il darba l-awtur jew l-awturi ma jkunx/jkunux jirrifjutaw li jiġu msemmija. Il-kopji għandu jkollhom fuqhom rikonoxximent li jidher b'mod ċar ta' l-appoġġ koperattiv tal-Partijiet.

    IV.   Informazzjoni mhix imxandra

    A.   Informazzjoni dokumentarja mhux imxandra

    1. Kull Parti jew il-parteċipanti tagħha, kif approprjat, għandha tidentifika kmieni kemm jista' jkun u preferibbilment fit-TMP l-informazzjoni li hi tixtieq li tibqa' mhix imxandra f'relazzjoni ma' dan il-Ftehim, waqt li tqis, fost ħwejjeġ oħra, dawn il-kriterji li ġejjin:

    (i) is-segretezza ta' l-informazzjoni fis-sens li l-informazzjoni ma tkunx, bħala korp jew fl-assjem preċiż tagħha jew fil-ġbir tal-komponenti tagħha, magħrufa b'mod ġenerali jew li tkun aċċessibbli bla diffikultà b'mezzi legali mill-esperti fil-qasam;

    (ii) il-valur kummerċjali attwali jew potenzali ta' l-informazzjoni bis-saħħa tas-segretezza tagħha; u

    (iii) il-protezzjoni li qabel kellha l-informazzjoni fis-sens li kienet suġġetta għal passi li kienu raġonevoli taħt iċ-ċirkostanzi mill-persuna li legalment kienet tikkontrollaha, biex tinżamm is-segretezza tagħha.

    Il-Partijiet u l-parteċipanti jistgħu f'ċerti ċirkostanzi jaqblu li, kemm-il darba ma jkunx indikat mod ieħor, partijiet jew l-intier ta' l-informazzjoni pprovduta fil-kors ta' riċerka konġunta skond dan il-Ftehim ma tistax tiġi żvelata.

    2. Kull Parti għandha tiżgura li informazzjoni mhux imxandra taħt dan il-Ftehim u n-natura privileġġata tagħha tkun rikonoxxibbli malajr bħala tali mill-Parti l-oħra, per eżempju permezz ta' mmarkar approprjat jew ta' nota restrittiva. Dan jgħodd ukoll għal kwalunkwe riproduzzjoni ta' l-imsemmija informazzjoni, fl-intier jew f'parti minnha.

    3. Parti li tirċievi informazzjoni mhux imxandra skond dan il-Ftehim għandha tirrispetta n-natura privileġġata tagħha. Dawn il-limitazzjonijiet għandhom jintemmu awtomatikament meta din l-informazzjoni tixxandar mill-propjetarju bla restrizzjoni għal esperti fil-qasam.

    4. Informazzjoni mhux imxandra kkomunikata taħt dan il-Ftehim tista' tiġi mxerrda mill-Parti riċevitriċi lil persuni ġewwa jew impjegata mill-Parti riċevitriċi, u minn dipartimenti jew aġenziji oħra kkonċernati fil-Parti ricevitriċi awtorizzata għal skopijiet speċifiċi tax-xogħol ta' riċerka konġunta li jkun għaddej, basta kwalunkwe informazzjoni mhux imxandra bħal din tiġi mxerrda biss skond il-kondizjonijiet ta' konfidenzalità u li tkun rikonoxxibbli malajr bħala tali, kif spjegat hawn fuq.

    5. Bil-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti li tkun tagħti l-informazzjoni mhux imxandra taħt dan il-Ftehim, il-Parti riċevitriċi tista' xxerred dik l-informazzjoni mhux imxandra aktar fil-beraħ milli kieku tkun permessa fil-Paragrafu 4 ta' hawn fuq. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw biex jiżviluppaw proċeduri biex jitolbu u jakkwistaw kunsens bil-miktub minnn qabel għal tixrid aktar wiesa' bħal dan, u kull Parti għandha tagħti din l-approvazzjoni sal-massimu permess mill-politika domestika, mir-regolamenti u mil-liġijiet tagħha.

    B.   Informazzjoni non-dokumetarja mhux imxandra

    Informazzjoni non-dokumentarja mhux imxandra jew ta' xi xorta oħra konfidenzali jew privileġġata mogħtija f'seminars jew f'laqgħat oħra organizzati taħt dan il-Ftehim, jew informazzjoni li tirriżulta minn ippustjar ta' staff, użu ta' faċilitajiet, jew proġetti konġunti, għandha tiġi ttrattata mill-Partijiet jew mill-parteċipanti tagħhom skond il-prinċipji speċifikati għall-informazzjoni dokumentarja fil-Ftehim, basta li, madankollu, ir-riċevitur ta' dik l-informazzjoni mhux imxandra jew ta' xi xorta oħra konfidenzali jew privileġġata jkun ġie mgħarraf dwar il-karattru konfidenzali ta' l-informazzjoni kkomunikata fil-waqt li tkun issir din il-komunikazzjoni.

    C.   Kontroll

    Kull Parti għandha tfittex li tiżgura li informazzjoni mhux imxandra riċevuta minnha taħt dan il-Ftehim għandha tiġi kkontrollata kif previst fiha. Jekk waħda mill-Partijiet tinduna li sa tkun, jew li b'mod raġonevoli tkun mistennija li mhix sa tkun kapaċi tlaħħaq mad-disposizzjonijiet tan-non-disseminazzjoni tas-Subsezzjonijiet A u B ta' hawn fuq, din għandha immedjatament tinforma lill-Parti l-oħra. Minn hemm il quddiem il-Partijiet għandhom jieħdu parir biex jistabbilixxu l-kors approprjat ta' l-azzjoni tagħhom.

    Appendiċi

    Karatteristiċi indikattivi tal-Pjan ta' Ġestjoni tat-Teknoloġija (TMP)

    It-TMP huwa ftehim speċifiku li għandu jiġi konkluż bejn il-parteċipanti dwar l-implimentazzjoni ta' riċerka konġunta u d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-parteċipanti. Fir-rigward ta' l-IP, it-TMP normalment tindirizza, fost affarijiet oħra, id-drittijiet proprjetarji, il-protezzjoni, id-drittijiet ta' l-utenti għal skopijiet ta' riċerka u żvilupp, l-esplojtazzjoni u d-disseminazzjoni, inklużi l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni konġunta, id-drittijiet u l-obbligi ta' riċerkaturi li jkunu fuq viżita u l-proċeduri għas-soluzzjoni ta' tilwim. It-TMP tista' wkoll tindirizza informazzjoni anteċedenti u posterjuri, liċenzar u proklami

    Dikjarazzjoni mill-Kunsill u mill-Kummissjoni

    Il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li dan il-Ftehim u l-attivitajiet kollha li jkunu ġew assunti taħtu bl-ebda mod m'għandhom jeffettwaw il-poteri vestiti fl-Istati Membri biex jidħlu għal attività bilaterali ma' l-Awstralja fil-qasam tax-xjenza, it-teknoloġija, ir-riċerka u l-iżvilupp u li jikkonkludu, meta jkun approprjat, ftehim għal dak l-iskop.



    ( 1 ) Implimentazzjoni ta' riċerki, żvilupp teknoloġiku u programmi ta' turija, billi tiġi promossa koperazzjoni ma' u bejn impriżi, ċentri ta' riċerki u universitajiet.

    ( 2 ) Stimulazzjoni ta' taħriġ u mobbilità ta' riċerkaturi fil-Komunità

    ( 3 ) Il-karatteristiċi indikattivi ta' dawn it-TMP huma spjegati fl-Appendiċi.

    Top