EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01993D0195-20180215

Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Frar 1993 dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (93/195/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/195/2018-02-15

01993D0195 — MT — 15.02.2018 — 035.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Frar 1993

dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja

(93/195/KEE)

(ĠU L 086 6.4.1993, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 93/344/KEE tas-17 ta' Mejju 1993

  L 138

11

9.6.1993

 M2

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 93/509/KEE tal-21 ta’ Settembru 1993

  L 238

44

23.9.1993

 M3

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 94/453/KE tad-29 ta' Ġunju 1994

  L 187

11

22.7.1994

 M4

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 94/561/KE tas-27 ta' Lulju 1994

  L 214

17

19.8.1994

 M5

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 95/99/KE tas-27 ta’ Marzu 1995

  L 76

16

5.4.1995

 M6

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 95/322/KE tal-25 ta' Lulju 1995

  L 190

9

11.8.1995

 M7

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 95/323/KE tal-25 ta' Lulju ta' l-1995

  L 190

11

11.8.1995

 M8

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 96/279/KE tas-26 ta’ Frar 1996

  L 107

1

30.4.1996

 M9

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 97/160/KE ta' l-14 ta' Frar 1997

  L 62

39

4.3.1997

►M10

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 97/684/KE ta’ l-10 ta’ Ottubru 1997

  L 287

49

21.10.1997

 M11

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 98/360/KE tat-18 ta’ Mejju 1998

  L 163

44

6.6.1998

►M12

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 98/567/KE tas-6 ta’ Ottubru, 1998,

  L 276

11

13.10.1998

 M13

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 98/594/KE tas-6 ta' Ottubru 1998

  L 286

53

23.10.1998

 M14

ID-DEĊIŻONI TAL-KUMMISSJONI 1999/228/KE tal-5 ta’ Marzu 1999

  L 83

77

27.3.1999

 M15

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 1999/558/KE tas-26 ta' Lulju 1999

  L 211

53

11.8.1999

 M16

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2000/209/KE ta' l-24 ta' Frar 2000

  L 64

22

11.3.2000

►M17

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2000/754/KE ta’ l-24 ta’ Novembru 2000

  L 303

34

2.12.2000

 M18

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 117/01 Test b'relevanza għaż-ŻEE tas-26 ta' Jannar 2001

  L 43

38

14.2.2001

 M19

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2001/144/KE tat-12 ta’ Frar 2001

  L 53

23

23.2.2001

 M20

ID-DECIZJONI TAL-KUMMISSJONI 2001/610/KE tat-18 ta’ Lulju 2001

  L 214

45

8.8.2001

 M21

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2001/611/KE ta’ l-20 ta’ Lulju 2001.

  L 214

49

8.8.2001

 M22

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004

  L 73

1

11.3.2004

►M23

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2005/605/KE ta’ l-4 ta’ Awwissu 2005

  L 206

16

9.8.2005

►M24

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2005/771/KE tat-3 ta’ Novembru 2005

  L 291

38

5.11.2005

 M25

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI Test b’rilevanza għaż-ŻEE tal-21 ta’ Diċembru 2005

  L 342

94

24.12.2005

 M26

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2006/542/KE tat-2 ta' Awwissu 2006

  L 214

59

4.8.2006

 M27

COMMISSION REGULATION (EC) No 1792/2006 of 23 October 2006 (*)

  L 362

1

20.12.2006

►M28

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2010/266/UE tat-30 ta’ April 2010

  L 117

85

11.5.2010

 M29

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI 2010/463/UE tal-20 ta’ Awwissu 2010

  L 220

74

21.8.2010

 M30

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta’ Frar 2013

  L 158

74

10.6.2013

►M31

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/416/UE tal-31 ta’ Lulju 2013

  L 206

9

2.8.2013

 M32

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/86/UE tat-13 ta’ Frar 2014

  L 45

24

15.2.2014

►M33

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1009 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-24 ta' Ġunju 2015

  L 161

22

26.6.2015

 M34

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2301 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-8 ta' Diċembru 2015

  L 324

38

10.12.2015

►M35

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1775 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-4 ta' Ottubru 2016

  L 271

9

6.10.2016

 M36

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/99 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-18 ta' Jannar 2017

  L 16

44

20.1.2017

►M37

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/862 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tas-17 ta' Mejju 2017

  L 128

55

19.5.2017

►M38

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/218 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-13 ta' Frar 2018

  L 42

54

15.2.2018


Emendat bi:

 A1

ATT li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea

  C 241

21

29.8.1994

 A2

ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea

  L 236

33

23.9.2003



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Frar 1993

dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja

(93/195/KEE)



L-Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 92/160/KEE L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara l-esportazzjoni temporanja, meta dawn iż-żwiemel bħal dawn:

 ritorn minn pajjiżi terzi li jidhru fi Partijiet I u II tal-kolonna speċjali għall-equidae fl-Anness għad-Deċiżjoni 79/542/KEE li għalih kienu esportati temporanjament jew direttament wara t-transitu f’pajjiżi oħra ta’ l-istess grupp fl-Anness I tad-Deċiżjoni preżenti,

 iħares il-ħtiġijiet preskritti f’kampjuni taċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ l-annimali stipulati fl-Anness II għad-Deċiżjoni preżenti,

▼M23

 ħadu sehem fi tlielaq, kompetizzjonijiet jew avvenimenti kulturali speċifiċi fil-Kanada jew fl-Istati Uniti ta' l-Amerika u jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'ċertifikat tas-saħħa skond il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fl-Anness III ma' din id-Deċiżjoni.

▼M10

 ikun ħadu sehem fit-Tazza tad-Dinja tat-Tlielaq ta’ Dubaj u jilħqu l-ħtiġiet preskritti fiċ-ċertifikat tas-saħħa skond il-mudell stipulat f’L-Anness IV li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni,

▼M12

 li jkunu ħadu sehem fil-Melbourne Cup u kienu skond il-ħtiġijiet stabbiliti f’ċertifikat ta’ saħħa skond il-mudell muri fl-Anness V ta’ din id-Deċiżjoni,

▼M17

 ħadu sehem fit-Tlielaq Internazzjonali tat-Tazza tal-Ġappun u ta’Ħong Kong u jissodisfaw il-kundizzjonijiet mitluba stabbiliti f’ċertifikat tas-saħħa skond il-mudell imfassal fl-Anness VI ma’ din id-Deċiżjoni,

▼M28

 ħadu sehem fl-avvenimenti ekwestri tal-Logħob Asjatiku jew għat-Tazza tad-Dinja tal-Kapaċità ta’ Reżistenza, irrispettivament f’liema mill-pajjiżi terzi, territorji jew partijiet tagħhom se ssir il-kompetizzjoni, u mil-liema dħul mill-ġdid fl-Unjoni hi awtorizzata kif previst mit-tieni inċiż tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2004/211/KE u indikat fil-kolonna 7 tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, u jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fiċ-ċertifikat tas-saħħa f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness VII ta’ din id-Deċiżjoni,

▼M35

 wara li jkunu ħadu sehem f'kompetizzjonijiet internazzjonali fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti tal-Amerika, f'Ħong Kong, fil-Ġappun, f'Singapor, fl-Emirati Magħquda Għarab jew fil-Qatar u jkunu laħqu l-ħtiġiet preskritti fiċ-ċertifikat tas-saħħa bi qbil mal-mudell preskritt fl-Anness VIII għal din id-Deċiżjoni,

▼M24

 ħadu sehem f’avvenimenti ekwestri għal-Logħob Olimpiku, l-avvenimenti ta’ testijiet ta’ tħejjija jew fil-Paralympics u jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'ċertifikat tas-saħħa skond il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fl-Anness IX għal din id-Deċiżjoni,

▼M38

 ħadu sehem fl-avvenimenti ekwestri tal-LG Global Champions Tour f'Shanghai, iċ-Ċina, fiż-żona metropolitana tal-Belt tal-Messiku, il-Messiku jew f'Miami, l-Istati Uniti tal-Amerka, u jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness X ta' din id-Deċiżjoni.

▼B

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M28




L-ANNESS I

Il-Grupp Sanitarju A ( 1 )

L-Isvizzera (CH), il-Groenlandja (GL), l-Islanda (IS)

Il-Grupp Sanitarju B (1) 

▼M37

L-Awstralja (AU), il-Belarussja (BY), il-Kroazja (HR), il-Montenegro (ME), dik li kienet Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ( 2 ) (MK), New Zealand (NZ), is-Serbja (RS), ir-Russja ( 3 ) (RU), it-Turkmenistan (3)  ( 4 ) (TM), l-Ukrajna (UA).

▼M28

Il-Grupp Sanitarju C (1) 

Il-Kanada (CA), iċ-Ċina (CN) (3) , Ħong Kong (HK), il-Ġappun (JP), ir-Repubblika tal-Korea (KR), il-Makaw (MO), il-Malasja (peninsula) (MY), Singapor (SG), it-Tajlandja (TH), l-Istati Uniti tal-Amerika (US)

Il-Grupp Sanitarju D (1) 

L-Arġentina (AR), il-Barbados (BB), il-Bermuda (BM), il-Bolivja (BO), il-Brażil (3)  (BR), iċ-Ċili (CL), il-Kosta Rika (3)  (CR), Kuba (CU), il-Ġamajka (JM), il-Messiku (3)  (MX), il-Peru (3)  (PE), il-Paragwaj (PY), l-Urugwaj (UY)

▼M33

Il-Grupp Sanitarju E (1) 

L-Emirati Għarab Magħquda (AE), il-Baħrejn (BH), l-Alġerija (DZ), l-Iżrael ( 5 ) (IL), il-Ġordan (ĠO), il-Kuwajt (KW), il-Libanu (LB), il-Marokk (MA), l-Oman (OM), il-Qatar (QA), l-Arabja Sawdija (3)  (SA), it-Tuneżija (TN), it-Turkija (3)  (TR)

▼M31




ANNESS II

ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni Ewropea ta’ żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ mhux iktar minn 30 jum.

image

image

image

▼M23




L-ANNESS III

image

image

image

image

▼M10




L-ANNESS IV

image

image

▼M12




L-ANNESS V

image

▼M17




L-ANNESS VI

image

▼M28




L-ANNESS VII

image

image

image

▼M35




ANNESS VIII

ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati wara li jkunu ħadu sehem f'kompetizzjonijiet internazzjonali fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti tal-Amerika, f'Ħong Kong, fil-Ġappun, f'Singapor, fl-Emirati Għarab Magħquda jew il-Qatar wara esportazzjoni temporanja ta' anqas minn 90 jum

Nru taċ-Ċertifikat:

Pajjiż tad-dispaċċ: L-AWSTRALJA ( 6 ), IL-KANADA (6) , L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA (6) , HONG KONG (6) , IL-ĠAPPUN (6) , SINGAPOR (6) , L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA (6) , il-QATAR (6) 

Il-Ministeru responsabbli:

(niżżel l-isem tal-Ministeru)

I.    Identifikazzjoni taż-żiemel

(a) Nru tad-dokument ta' identifikazzjoni:

(b) Ivvalidat minn:

(isem l-awtorità kompetenti)

II.    Oriġini taż-żiemel

Iż-żiemel għandu jintbagħat minn:

(il-post tal-kunsinna)

għal:

(il-post tad-destinazzjoni)

bl-ajru:

(in-numru tat-titjira)

Isem u indirizz tal-kunsinnatur:

Isem u indirizz tad-destinatarju:

III.    Tagħrif dwar is-saħħa

Jiena, li ismi jidher iffirmat aktar 'l isfel, niċċertifika li ż-żiemel deskritt aktar 'il fuq jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) ġej minn pajjiż fejn il-mard li ġej jiġi notifikat b'mod obbligatorju: il-marda Afrikana taż-żwiemel, id-durina, il-glanders, l-enċefalomjelite ekwina (tal-għamliet kollha inklużi l-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela), l-anemija infettiva taż-żwiemel, l-istomatite vexxikulari, ir-rabja u l-antraċe;

(b) ġie eżaminat illum u ma wera l-ebda sinjal kliniku ta' mard ( 7 );

(c) mhux maħsub biex jinqatel skont programm nazzjonali ta' mard infettiv jew qerda ta' mard li jittieħed;

(d) mindu daħal fil-pajjiż tad-dispaċċ jew, fil-każ tar-reġjonalizzazzjoni uffiċjali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, f'parti mit-territorju tal-pajjiż tad-dispaċċ ( 8 ), kien residenti f'azjendi li għandhom superviżjoni veterinarja, kien miżmum fi stalel separati mingħajr ma ġie f'kuntatt ma' ekwidi ta' stat ta' saħħa iktar baxx ħlief waqt it-tiġrijiet;

(e) ġej mit-territorju jew, fil-każ ta' reġjonalizzazzjoni uffiċjali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, minn parti tat-territorju ta' pajjiż tad-dispaċċ li fih:

(i) l-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela ma tfaċċatx matul l-aħħar sentejn;

(ii) ma kienx hemm każijiet ta' durina matul l-aħħar sitt xhur;

(iii) ma kienx hemm każijiet ta' glanders matul l-aħħar sitt xhur;

(f) mhux ġej mit-territorju jew minn parti mit-territorju ta' pajjiż tad-dispaċċ li hu meqjus, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, li hu infettat mill-marda Afrikana taż-żwiemel;

(g) mhux ġej minn stabbiliment li kien soġġett għal ordni ta' projbizzjoni għal raġunijiet ta' saħħa tal-annimali u lanqas ma kellu kuntatt ma' ewkini minn stabbiliment li kien soġġett għal ordni ta' projbizzjoni għal raġunijiet ta' saħħa tal-annimali li stipulat il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) jekk mhux l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli għal marda waħda jew iktar mill-mard imsemmi minn hawn 'il quddiem tneħħew mill-istabbiliment, il-projbizzjoni damet għal:

 sitt xhur fil-każ ta' enċefalomjelite ekwina, (fit-tipi kollha minbarra enċefalomjelite ekwina Venezwelana), li jibdew mid-data li fiha l-ekwini li jsofru mill-marda nqatlu jew tneħħew mill-istabbiliment,

 għall-anemija infettiva taż-żwiemel, il-ħin meħtieġ biex jitwettqu żewġ testijiet Coggins li jagħtu riżultati negattivi bi tliet xhur ta' distakk minn wieħed għall-ieħor, fuq kampjuni li jkunu ttieħdu mill-annimali li jkun fadal wara li jkunu nqatlu l-annimali infettati,

 sitt xhur fil-każ tal-istomatite vexxikulari,

 sitt xhur fil-każ tal-artrite virali ekwina;

 xahar mill-aħħar każ irreġistrat, fil-każ tal-idrofobija,

 15-il jum mill-aħħar każ irreġistrat, fil-każ tal-antraċe.

(ii) jekk l-annimali kollha tal-ispeċi suxxettibbli għall-marda nqatlu jew tneħħew mill-istabbiliment, il-perjodu ta' projbizzjoni għandu jkun ta' 30 jum, jew ta' 15-il jum fil-każ tal-antraċe, li jibda mill-ġurnata meta l-istabbiliment tnaddaf u ġie ddiżinfettat wara l-qerda jew it-tneħħija tal-annimali;

(h) sa fejn naf jien, ma kienx f'kuntatt ma' ekwini li jsofru minn mard li jinfetta jew li huwa kontaġġjuż waqt il-15-il jum qabel din id-dikjarazzjoni.

IV.    Informazzjoni dwar residenza u kwarantina:

(a) Iż-żiemel daħal fit-territorju tal-pajjiż tad-dispaċċ fi ( 9 ).

(b) Iż-żiemel wasal fil-pajjiż tad-dispaċċ minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (6)  jew minn (6)  ( 10 ).

(c) Iż-żiemel daħal fit-territorju tal-pajjiż tad-dispaċċ taħt kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jkunu stretti għallinqas daqs dawk stipulati f'dan iċ-ċertifikat.

(d) Sa fejn jista' jkun aċċertat u bbażat fuq id-dikjarazzjoni mehmuża mis-sid (6)  taż-żiemel, jew mir-rappreżentant tiegħu (6) , li tagħmel parti minn dan iċ-ċertifikat, iż-żiemel ma kienx kontinwament barra mill-Unjoni Ewropea għal 90 jum jew iktar, inkluża d-data tar-ritorn skedata skont dan iċ-ċertifikat, u ma kienx barra mill-pajjiżi msemmija hawn fuq.

V.

Iż-żiemel se jintbgħat f'vettura nadifa u disinfettata minn qabel b'disinfettant uffiċjalment rikonoxxut fil-pajjiż terz tad-dispaċċ u ddisinjata b'tali mod li l-ħmieġ, il-materjal li jorqod fuqu jew l-għalf ma' jistax joħroġ waqt it-trasport.

VI.

Dan iċ-ċertifikat huwa validu għal għaxart ijiem.



Data

Post

Timbru u firma tal-veterinarju uffiċjali (1)

 

 

 

Isem b'ittri kbar u l-pożizzjoni.

(1)   Il-kulur tat-timbru u l-firma għandhom ikunu differenti minn dak użat għall-istampar.

DIKJARAZZJONI

Jiena, il-veterinarju

(daħħal f'ittri kbar l-isem tas-sid (6) , jew tar-rappreżentant (6) , tas-sid taż-żiemel deskritt hawn fuq)

niddikjara li:

 iż-żiemel se jintbagħat direttament mill-bini tal-ispedizzjoni lejn il-bini tad-destinazzjoni bla ma jiġi f'kuntatt ma' annimali ekwini oħra li ma jkunux tal-istess stat ta' saħħa;

 iż-żiemel se jiċċaqlaq biss bejn bini approvat għal żwiemel li se jieħdu sehem f'kompetizzjonijiet internazzjonali fl-Awstralja, fil-Kanada, fl-Istati Uniti tal-Amerika, f'Ħong Kong, fil-Ġappun, f'Singapor, fl-Emirati Għarab Magħquda u fil-Qatar;

 iż-żiemel ġie esportat minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fil- (9) 

(Post, data)

(Firma)

▼M24




L-ANNESS IX

image

image

image

▼M38




ANNESS X

image

image

image



( 1 ) Il-grupp sanitarju kif indikat fil-kolonna 5 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

( 2 ) Dan il-Kodiċi proviżorju ma jippreġudika, bl-ebda mod, id-denominazzjoni definittiva għal dan il-pajjiż, li se tkun approvata wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.

( 3 ►M37  Parti mill-pajjiż terz jew territorju f'konformità mal-Artikolu 13(2)(a) tad-Direttiva 2009/156/KE kif indikat fil-kolonni 3 u 4 tat-tabella fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE. ◄

( 4 ►M37  Għall-perjodu indikat fil-kolonna 15 tat-tabella fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE. ◄

( 5 ►M33  Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat tal-Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji li jinsabu taħt l-Amministrazzjoni tal-Iżrael minn Ġunju tal-1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, il-Medda ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-kumplament tax-Xatt tal-Punent. ◄

( 6 ) Ħassar kif xieraq.

( 7 ) Dan iċ-ċertifikat għandu jinħareġ dakinhar tat-tagħbija tal-annimal biex jintbagħat lejn l-Unjoni Ewropea jew fl-aħħar jum tax-xogħol qabel l-imbarkazzjoni.

( 8 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).

( 9 ) Daħħal data (jj/xx/ssss).

( 10 ) Daħħal l-isem tal-pajjiż minn fejn ikun wasal iż-żiemel u li għandu jkun wieħed mill-pajjiżi li ġejjin: L-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerka, Ħong Kong, il-Ġappun, Singapor, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Qatar.

Top