EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01993D0052-20101119

Consolidated text: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 Diċembru 1992 , li tieħu nota tal-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellosi ( B.melitensis ) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (93/52/KE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1993/52/2010-11-19

1993D0052 — MT — 19.11.2010 — 017.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 Diċembru 1992,

li tieħu nota tal-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellosi (B.melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda

(93/52/KE)

(ĠU L 013, 21.1.1993, p.14)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

COMMISSION DECISION of 21 December 1994 (*)

  L 352

102

31.12.1994

 M2

COMMISSION DECISION of 28 December 1994 (*)

  L 371

31

31.12.1994

 M3

COMMISSION DECISION of 28 December 1994 (*)

  L 371

48

31.12.1994

 M4

COMMISSION DECISION of 30 April 1997 (*)

  L 137

20

28.5.1997

 M5

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI Tad-29 ta’ Marzu 2001

  L 100

28

11.4.2001

 M6

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Ġunju 2002

  L 166

23

25.6.2002

 M7

COMMISSION DECISION of 17 January 2003 (*)

  L 13

37

18.1.2003

 M8

COMMISSION DECISION of 3 April 2003 (*)

  L 87

13

4.4.2003

 M9

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta’ l-10 ta’ Ottubru 2003

  L 264

30

15.10.2003

 M10

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-27 ta’ Frar 2004

  L 64

41

2.3.2004

 M11

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-31 ta’ Marzu 2004

  L 102

75

7.4.2004

 M12

DECIZJONI TAL-KUMMISSJONI tat-12 ta’ Jannar 2005

  L 15

30

19.1.2005

 M13

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta' l-4 ta' Marzu 2005

  L 61

37

8.3.2005

 M14

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI ta’ l-4 ta’ Awwissu 2005

  L 206

12

9.8.2005

 M15

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-28 ta’ Ottubru 2005

  L 288

56

29.10.2005

►M16

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta' Frar 2006

  L 57

35

28.2.2006

 M17

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-11 ta’ Ġunju 2007

  L 150

11

12.6.2007

 M18

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Jannar 2008

  L 32

25

6.2.2008

►M19

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta’ Lulju 2010

  L 180

21

15.7.2010

►M20

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta’ Novembru 2010

  L 303

14

19.11.2010


Emendat bi:

►A1

  C 241

21

29.8.1994


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 281, 24.10.2008, p. 35  (97/2008)

 C2

Rettifika, ĠU L 076M, 24.3.2009, p. 57  (28/2005)



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 Diċembru 1992,

li tieħu nota tal-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellosi (B.melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda

(93/52/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw in-negozju ġewwa l-Komunità ta’ nagħaġ u mogħoż ( 1 ), u b’mod partikulari l-Anness A, il-Kapitlu 1.II tiegħu,

Billi, fl-Ingilterra, l-Irlanda, l-Olanda, il-Belġju, l-Lussemburgu, il-Ġermanja u ċerti reġjuni fi Franza, il-bruċellosi (B.melitensis) kienet marda li għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet għal mill-anqas ħames snin; billi l-ebda każ ma ġie konfermat uffiċjalment hemmhekk għal mill-anqas ħames snin u t-tilqim kien projbit hemmhekk għal mill-anqas tliet snin; billi għalhekk irid jiġi notat uffiċjalment illi jikkonformaw mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-Anness A, il-Kapitlu 1.11(1)(b);

Billi, barra minn hekk, l-Istati Membri jew reġjuni msemmija hawn fuq jimpenjaw ruħhom li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness A, il-Kapitlu 1.II(2); billi, konsegwentement, l-Istati Membri u reġjuni msemmija għandhom jiġu mogħtija uffiċjalment l-istatus ta’ ħielsa mill-marda tal-bruċellosi (B. melitensis);

Billi l-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI



L- Artikolu 1

L-Istati Membri u reġjuni msemmija rispettivament fl-Annessi I u II jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/68/KEE, l-Anness A, il-Kapitlu 1.II(1)(b).

L- Artikolu 2

L-Istati Membri u reġjuni msemmija rispettivament fl-Annessi I u II huma rikonoxxuti bħala li huma uffiċjalment ħielsa mill-marda tal-bruċellosi (B. melitensis).

▼A1

L-Artikolu 2a

Għall-Awstrija, għall-Finlandja u għall-Isvezja il-Kummissjoni għandha tissuplimenta jekk meħtieġ l-Annessi I u II. Id-deċiżjonijiet xierqa għandhom ikunu adottati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni.

▼B

L- Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M20




ANNESS I



Stati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis)

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

IE

L-Irlanda

LV

Il-Latvja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

HU

L-Ungerija

NL

Il-Pajjiżi L-Baxxi

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

RO

Ir-Rumanija

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Isvezja

UK

Ir-Renju Unit

▼M16




ANNESS II

▼M20

Reġjuni ta’ Stati Membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis )

▼M16

Fi Franza:

Départements:

Ain, Aisne, Allier, Ardèche, Ardennes, Aube, Aveyron, Cantal, Charente, Charente Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d'Or, Côtes-d'Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Essonne, Eure, Eur-et-Loire, Finistère, Gers, Gironde, Haute-Loire, Haute-Saône, Haute-Vienne, Hauts-de-Seine, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Jura, Loir-et-Cher, Loire, Loire-Atlantique, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Morbihan, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Pas-de-Calais, Puy-de-Dôme, Rhône, Saône-et-Loire, Sarthe, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d'Oise, Vendée, Vienne, Ville de Paris, Vosges, Yonne, Yvelines

▼M19

Fl-Italja:

 Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara,

 Il-Provinċja ta’ Bolzano,

 Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

 Ir-Reġjun tal-Lazjo: Il-Provinċji ta’ Latina, Rieti, Ruma, Viterbo,

 Ir-Reġjun tal-Ligurja: Il-Provinċja ta’ Savona,

 Ir-Reġjun tal-Lombardija,

 Ir-Reġjun tal-Marche,

 Ir-Reġjun tal-Molise,

 Ir-Reġjun tal-Pjemonte,

 Ir-Reġjun ta’ Sardinja,

 Ir-Reġjun tat-Toskana,

 Il-Provinċja ta’ Trento,

 Ir-Reġjun tal-Umbrija,

 Ir-Reġjun tal-Veneto.

▼M16

Fil-Portugal:

Ir-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores.

▼M20

Fi Spanja:

 Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi;

 Il-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Kanarji: Il-Provinċji ta’ Santa Cruz de Tenerife u Las Palmas.



( 1 ) ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19.

Top