This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 01991R1382-20031120
Council Regulation (EEC) No 1382/91 of 21 May 1991 on the submission of data on the landings of fishery products in Member States
Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1382/91 tal-21 ta' Mejju tal-1991 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar il-qbid tal-prodotti tas-sajd fl-Istati Membri
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1382/91 tal-21 ta' Mejju tal-1991 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar il-qbid tal-prodotti tas-sajd fl-Istati Membri
No longer in force
)
1991R1382 — MT — 20.11.2003 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1382/91 tal-21 ta' Mejju tal-1991 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar il-qbid tal-prodotti tas-sajd fl-Istati Membri (ĠU L 133, 28.5.1991, p.1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2104/93 tat-22 ta' Lulju 1993 |
L 191 |
1 |
31.7.1993 |
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003 |
L 284 |
1 |
31.10.2003 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1382/91
tal-21 ta' Mejju tal-1991
dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar il-qbid tal-prodotti tas-sajd fl-Istati Membri
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Billi, b'mod partikolari, l-imaniġġar tas-suq tal-prodotti tas-sajd, kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3796/81 tad-29 ta' Diċembru 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd ( 3 ), kif l-aħħar emendat b'Regolament (KEE) Nru 2886/89 ( 4 ), jiġi ameljorat bl-eżistenza ta' statistika armonizzata tal-Komunità dwar il-qbid totali ta' prodotti tas-sajd,
ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
L-Artikolu 1
Kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni data dwar il-kwantità u l-prezz medju ta' prodotti tal-ħut mniżżlin 'l art mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità u mill-bastimenti tal-EFTA f'kull xahar tal-kalendarju fit-territorju tiegħu filwaqt li jagħti kas xieraq tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta' Ġunju 1990 dwar it-trasmissjoni ta' data soġġetta għall-konfidenzjalità ta' l-istatistika lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej ( 5 ).
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, “l-iżbarkar tal-prodotti tal-ħut” għandu jkun:
— il-prodotti mniżżlin mill-bastimenti tas-sajd u komponenti oħrajn tal-flotta tas-sajd,
— il-prodotti mniżżlin mill-bastimenti ta' l-Istati Membri f'portijiet li mhumiex tal-Komunità u koperti bid-Dokument T2M anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 137/79 ( 6 ), u
— il-prodotti ttrasbordati għal fuq bastimenti ta' pajjiżi terzi minn bastimenti tal-ħut tal-Komunità u komponenti oħra tal-flotta tas-sajd tal-Komunità fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, minbarra fejn ikunu mogħtija derogi skond l-Artikolu 5(4), id-data mogħtija għandha tkopri kull ħatt tal-prodotti tal-ħut elenkati fl-Anness I f'dak ix-xahar kalendarju. Iżda, jistgħu jintużaw tekniki ta' teħid ta' kampjuni biex jistmaw sa mhux aktar minn 10 % bil-piż tal-prodotti tal-ħut żbarkati f'dak ix-xahar. Dawn it-tekniki ta' teħid ta' kampjuni għandhom jiġu rrapportati taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 5(1) u 5(2).
L-Artikolu 2
Id-dettalji msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu mogħtija lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur tax-xahar kopert.
L-Artikolu 3
1. Il-prodotti tas-sajd li għalihom hemm bżonn l-għoti tad-dettalji skond l-Artikolu 1 huma elenkati fl-Anness I. Madankollu l-Istati Membri jistgħu jagħtu dettalji għal prodotti oħra tas-sajd li huma identifikati individwalment.
Id-dettalji għal prodotti ta' ftit importanza fl-Istati Membri m'għandhomx għalfejn jiġu identifikati individwalment fl-għoti tal-informazzjoni imma jistgħu jiġu mgħaqqda flimkien bhala prodott wieħed bil-patt li l-piż tal-prodotti li hekk qed jiġu rreġistrati ma jeċċedix l-10 % tat-toqol tal-qbid totali f'dak l-Istat Membru f'dak ix-xahar.
2. Definizzjonijiet li għandhom jintużaw għat-tqassim tal-unitajiet tal-piż u prezz medju, id-destinazzjoni u preżentazzjoni tal-prodotti huma msemmija fl-Anness II.
3. Il-lista ta' prodotti fl-Anness I u t-tifsiriet fl-Anness II jistgħu jiġu emendati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6.
L-Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jissodisfaw l-obbligi tagħhom lejn il-Kummissjoni skond l-Artikoli 1 u 2 billi jippreżentaw id-data fuq mezzi manjetiċi, li l-format tagħhom huwa mogħti fl-Anness IV.
2. Fejn l-Istati Membri ikollhom diffikultà fil-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni fuq mezz manjetiku, id-data għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni fil-forma murija fl-Anness III.
L-Artikolu 5
1. Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħtu rapport lill-Kummissjoni li jiddeskrivi kif id-dettalji dwar il-qbid ikunu ġew miġbura u għandhom jindikaw kemm huma rapreżentattivi u kemm huma ta' min joqgħod fuqhom. Il-Kummissjoni, b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri, għandha tikkomponi verżjoni qasira ta' dawn ir-rapporti.
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar xi tibdiliet fid-dettalji pprovduti skond paragrafu 1 fi żmien tliet xhur mill-introduzzjoni tagħhom.
3. Fil-każ li r-rapporti metodoloġiċi msemmija fil-paragrafu 1 juru li Stat Membru ma jistax jilħaq immedjatament ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u li tibdil fl-istudju tal-metodi ta' teknika u l-metodoloġija huma meħtieġa, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi, b'koperazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, perjodu ta' transizzjoni ta' mhux aktar minn tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, f'liema żmien il-programm ta' dan ir-Regolament għandu jiġi miksub; waqt dan il-perjodu ta' transizzjoni, derogi temporanji li jeżentaw l-Istat Membru mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu permessi għal mhux aktar minn tliet snin. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'dawn id-derogi li jużaw il-proċedura msemmija fil-paragrafu 7.
4. F'każijiet fejn l-inklużjoni ta' settur partikolari tas-sajd ta' Stat Membru tista' tikkawża diffikultajiet lill-awtoritajiet nazzjonali u li m'għandiex x'taqsam mal-importanza ta' dak is-settur, tista' tiġi mogħtija deroga, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6, li tippermetti lil dak l-Istat Membru li jeskludi d-dettalji dwar dak is-settur mill-għoti nazzjonali ta' dettalji.
5. Id-derogi mogħtija skond il-paragrafu 4 għandhom ikunu għall-mhux iktar minn tliet snin, imma jistgħu, madankollu, jiġu estiżi għal-perjodi oħra ta' tliet snin. F'talba għal-estensjoni, l-Istat Membru għandu jgħaddi lill-Kummissjoni r-riżultati ta' studju ta' prova li juru l-problemi li jiltaqa' magħhom fl-applikar ta' dan ir-Regolament għall-qbid totali ta' dak l-Istat Membru. It-talba għandha tkun bla ħsara għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 6.
6. Id-dettalji dwar qbid ġewwa portijiet żgħar tista', fuq talba raġjonevoli ta' Stat Membru li għandha jssir lill-kummissjoni fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tiġi eskluża mill-għoti ta' dettaljinazzjonali bil-kundizzjonijiet li ġejjin.
Din l-eskluzzjoni għandha tiġi mogħtija jekk is-sottomissjoni tad-dettalji mitluba tikkaġuna diffikultajiet għall-awtoritajiet nazzjonali li mhumiex proporzjonali mal-importanza tal-qbid kollu jekk il-prodotti korrispondenti maqbuda huma biss mibjugħa fis-suq lokali. Lista tal-portijiet ikkonċernati għandha tiġi magħmula għal kull Stat Membru rilevanti skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 6.
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni kull tliet snin mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament rapport li fiħ jinsabu d-dettalji kollha rilevanti, sabiex jippermetti lill-Kumitat għall-Istatistika Agrikola stabbilit b'Deċiżjoni 72/279/KEE ( 7 ) biex jeżamina, u jekk ikun hemm bżonn, biex jirrevedi, skond il-proċedura esiġita fl-Artikolu 6, il-kriterji u l-listi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-istess l-Artikolu.
7. Rapporti metodoloġiċi, arranġamenti transizzjonali, disponibilità ta' dettalji, dettalji ta' min joqgħod fuqhom, u affarijiet oħra rilevanti konessi mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu eżaminati darba fis-sena fi ħdan il-grupp ta' ħidma kompetenti tal-Kumitat għall-Istatisika Agrikola.
L-Artikolu 6
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permnenti dwar l-Istatistika Agrikola, minn hawn il-quddiem referut bħala “il-Kumitat”.
2. Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 8 ) għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.
L-Artikolu 7
Dan ir-Regolament għandu jiġi fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1992.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament lill-Istati Membri kollha.
L-ANNESS I
LISTA TA' PRODOTTI TAL-ĦUT LI GĦALIHOM TINĦTIEĠ IL-PREŻENTAZZJONI TAD-DATA
Kodiċi |
Speċi |
Preżentazzjoni |
CDZ |
Bakkaljaw (Gadus morhua, Boreogadus saida, Gadus ogac) |
Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat mhux imqatta Fillets iffriżati Immellaħ |
HAD |
Balottra tal-baħar (Melanogrammus aeglefinus) |
Friska sħiħa Friska imnaddfa Iffriżata mhux imqatta Fillets iffriżati |
POK |
Lipp (Coalfish) (Pollachius virens) |
Frisk Sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat mhux imqatta Fillets iffriżati |
HKE |
Merluzz (Merluccius spp.) |
Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat sħiħ Iffriżat, imnaddaf u bir-ras maqtugħa Fillets iffriżati Iffriżat, ieħor |
WHG |
Merlangu (Merlangius merlangus) |
Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat sħiħ Fillets iffriżati |
LNZ |
Linarda (Molva spp.) |
Friska sħiħa Imnaddfa friska Iffriżata sħiħa Fillets iffriżati |
POL |
Pollakkju (Pollachius pollachius) |
Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat sħiħ Fillets iffriżati |
BIB |
Pouting (Trisopterus luscus) |
Frisk |
NOP |
Pouting tan-Norveġja (Trisopterus esmarkii) |
Frisk |
WHB |
Merlangu blu (Micromesistius poutassou) |
Frisk |
PLE |
Barbun tat-tbajja' (Pleuronketes platessa) |
Frisk sħiħ Frisk imnaddaf Iffriżat sħiħ Fillets iffriżati |
SOL |
Lingwata (Solea vulgaris) |
Friska sħiħa Imnaddfa friska Iffriżata sħiħa Fillets iffriżati |
MEG |
Megrim (Lepidorhombus spp.) |
Frisk Iffriżat sħiħ |
DAB |
Barbun (Limanda limanda) |
Frisk Iffriżat |
LEM |
Lingwata (Lemon sole) (Microstomus kitt) |
Friska Iffriżata |
RED |
Balottra (Sebastes spp.) |
Friska Iffriżata sħiħa Fillets iffriżati |
MNZ |
Xkatlu (Lophius spp.) |
Frisk sħiħ Dnub friski Dnub iffriżati |
BOZ |
Vopi (Boops spp.) |
Friski Iffriżati |
PIC |
Picarel (Spicara (= Maena) spp.) |
Frisk Iffriżat |
CGZ |
Morina conger (Conger spp.) |
Friska Iffriżata |
GUX |
Tiġieġa tal-baħar (Triglidae) |
Friska Iffriżata |
MUL |
Mulett (Mugilidae) |
Frisk Iffriżat |
HER |
Aringa (Clupea harengus) |
Friska Iffriżata sħiħa Fillets iffriżati |
PIL |
Sardin (Sardina pilchardus) |
Frisk Iffriżat |
ANE |
Inċova (Engraulis spp.) |
Friska Iffriżata |
SPR |
Sprat (Sprattus sprattus) |
Frisk |
ALB |
Alonga (Thunnus alalunga) |
Friska Iffriżata |
YFT |
Tonn tal-pinna safra (Thunnus albacares) |
Frisk Iffriżat |
SKJ |
Tonn qabbieżi/palamit (Katsuwonus pelamis) |
Frisk Iffriżat |
BET |
Kubrita (Thunnus obesus) |
Friska Iffriżata |
BFT |
Tonn tal-pinna blu (Thunnus thynnus) |
Fresh Iffriżat |
SWO |
Buxiħ blu (Xiphius gladius) |
Frisk Iffriżat |
TUN |
Tonn ieħor (Thunnini) |
Frisk Iffriżat |
MAC |
Kavalli (Scomber scombrus) |
Friski Iffriżati |
MAZ |
Kavalli oħra (Scomber japonicus, Scomber australasicus) |
Friski Iffriżati |
JAX |
Sawrella ta' għajnejha kbar (Trachurus spp.) |
Friska Iffriżata |
SRX |
Skate u Raja (Rajiformas) |
Friska Iffriżata |
DGZ |
Pixxiplamtu (Squalus acanthias, Scyliorhinus spp.) |
Frisk Iffriżat |
NEP |
Langustura tan-Norveġja (Nephrops norvegicus) |
Friska sħiħa Dnub friski Dnub iffriżati |
CNZ |
Gambli (Crangon spp.) |
Frisk Iffriżati |
PDZ |
Gambli (Pandalidae) |
Friski Iffriżati |
CRE |
Granċ ta' l-ikel (Cancer pagurus) |
Frisk Iffriżat |
CRS |
Swimcrab (Portunus spp.) |
Frisk |
LBE |
Langostura Ewropea (Homarus gammarus) |
Friska Dnub iffriżati |
SCE |
Molluski komuni (Pekten maximus) |
Frisk |
SQC |
Klamar komuni (Loligo spp .) |
Frisk Iffriżat, imnaddaf Iffriżat, mhux imnaddaf |
SQX |
Klamari tal-pinna qasira (Todarodes saggittatus, Illex spp.) |
Frisk Iffriżat, imnaddaf Iffriżat, mhux imnaddaf |
OMZ |
Klamar (ieħor) (Omnastrephidae) |
Frisk Iffriżat, imnaddaf Iffriżat, mhux imnaddaf |
OCZ |
Qarnit (Qarnit spp.) |
Frisk Iffriżat |
CTL |
Siċċ (Sepia officinalis, Rossia macrosoma, Sepiola rondeleti) |
Frisk Iffriżat |
FIN |
Ħut ieħor |
Frisk Iffriżat |
CRU |
Krostaċeji oħra |
Friski Iffriżati |
MOL |
Molluski oħra |
Friski Iffriżati |
L-ANNESS II
DEFINIZZJONIJIET BIEX JINTUŻAW FIL-PREŻENTAZZJONI TA' DATA DWAR IL-ĦATT TA' PRODOTTI TAL-ĦUT
Unitajiet
Piż: Il-piż irreġistrat għandu jkun il-piż tal-prodott kif żbarkat.
Il-piż għandu jiġi irreġistrat f'tunnellati b'post deċimali wieħed.
Prezz medju: Il-prezz medju għandu jitniżżel fil-munità nazzjonali għal kull tunnellata. Għall-prodotti li ma jinbiegħux mill-ewwel, il-prezz medju għandu jkun stmat, billi jintuża metodu xieraq.
Destinazzjoni
Konsum mill-bniedem: Inklużi hawnhekk hawn il-prodotti kollha li jinbiegħu għall-ewwel bejgħ għall-konsum mill-bniedem jew li jiġu żbarkati taħt kuntratt jew ftehim ieħor għall-konsum mill-bniedem. Esklużi huma kwantitajiet destinati għall-konsum mill-bniedem li għalihom, fil-mument ta' l-ewwel bejgħ, minħabba l-kondizzjonijiet tas-suq, ir-regolamenti ta' iġjene jew raġunijiet simili, jiġu rtirati mis-suq għall-konsum mill-bniedem.
Użu industrijali: Inklużi hawnhekk hawn il-prodotti kollha żbarkati speċifikament sabiex jinħadmu f'ikel u żejt jew għall-konsum mill-annimali kif ukoll kwantitajiet li, għalkemm oriġinalment ikunu destinati għall-konsum mill-bniedem, ma jinbiegħux għal din ir-raġuni fl-ewwel bejgħ.
Preżentazzjoni
Fillets tirreferi għall-biċċiet tal-laħam maqtugħin b'mod parallel max-xewka tal-ħuta u li jkunu jikkonsistu fin-naħa tal-lemin jew tax-xellug tal-ħuta, dejjem jekk ir-ras, l-imsaren, il-pinna (ix-xewka tad-dahar, il-biċċa ta' wara id-denb, tal-ġenb, u ta' quddiem) u x-xewk (x-xewka tad-dahar jew xewk kbir, fil-ġenb jew kostali, tal-ġenb eċċ.) ikunu ġew imneħħija u ż-żewġ naħat ma jkunux magħqudin, per eżempju mad-dahar jew ma' l-istonku.
Ħut sħiħ jirreferi għal ħut mhux imnaddaf.
Imnaddaf tirreferi għal klamar fejn is-swaba', ir-ras u l-organi interni jiġu mneħħija minn mal-ġisem.
Ħut iffriżat huwa ħut li jkun iffriżat b'mod illi tiġi ppriservata il-kwalità inerenti tal-ħut billi it-temperatura medja tiġi mnaqqsa għal - 18° C jew inqas u li mbagħad jiġi miżmum f'temperatura ta' - 18° C jew inqas.
Ħut frisk huwa ħut li ma jkunx ġie ppreservat, ikkurat, iffriżat jew ittrattat b'mod ieħor ħlief li jkun ġie mkessaħ. B'mod ġenerali jiġu ppreżentati sħaħ jew bl-imsaren.
Ħut immellaħ huwa ħut li ħafna drabi jkun mingħajr l-imsaren u r-ras, li jiġi ppriservat fil-melħ jew fis-salmura.
Nazzjonalità u kopertura
Id-data għandha tinkludi il-prodotti kollha żbarkati mill-bastimenti tal-ħut tal-Komunità u tal-EFTA fil-portijiet ta' l-Istat Membru li jkun qiegħed jirraporta. L-Istat Membru li jkun qiegħed jirraporta m'għandux bżonn, taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, li jirraporta id-dħul tal-bastimenti tiegħu fil-portijiet għajr il-portijiet nazzjonali.
Id-data għandha tinkludi prodotti mniżżlin 'l art fit-territorju ta' l-Istat Membru u koperti bid-dokument T2M li hemm riferenza għalih fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 137/79. Għandhom ikunu Inklużi wkoll il-prodotti trasbordati fuq bastimenti ta' pajjiżi terzi mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità u tal-EFTA u komponenti oħrajn tal-flotta tas-sajd tal-Komunità u tal-EFTA li jkunu mniżżlin 'l art fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.
Bastimenti tal-Komunità huma bastimenti li jtajru il-bandiera ta', jew li jkunu rreġistrati fi Stat Membru tal-Komunità.
Bastimenti tal-EFTA huma bastimenti li jtajru l-bandiera ta', jew li jkunu rreġistrati f'pajjiż membru tal-EFTA.
Bastimenti ta' pajjiżi terzi huma bastimenti li jtajru l-bandiera ta' jew ikunu rreġistrati f'pajjiż ieħor għajr dawk il-pajjiżi membri tal-Komunità jew tal-EFTA.
L-ANNESS III
FORMAT GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA' DATA SKOND L-ARTIKOLU 1
STATISTIKA TA’ L-IŻBARKAR
L-ANNESS IV
FORMAT GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAD-DATA FUQ MEZZI MANJETIĊI
1. MEZZI MANJETIĊI
Tapes tal-kompjuter: B'disa' tracks b'densità ta' 1 600 jew 6 250 BPI u EDCDIC jew ASCII coding, preferibbilment ittikkettjat. Jekk ittikkettjata, il-kodiċi fl-aħħar tal-fajl għandha tkun inkluża.
Floppy discs: MS-DOS formatted 3,5″ Prim; 720 Kbyte jew 1,4 Mbyte jew 5,25 & diski Prim; 360 Kbyte jew 1,2 Mbyte.
2. Format tal-coding
Nru ta' Bytes |
Oġġett |
Rimarki |
1 sa 4 |
Pajjiż |
Kodiċi ISO 3-alpha (e.ż. FRA — Franza) |
5 sa 6 |
Sena |
Eżempju: 94 = 1994 |
7 sa 8 |
Xahar |
Eżempju: 01 = Jannar |
9 sa 11 |
Speċi |
Identifikatur 3-alpha (e.ż. CDZ — bakkaljaw) |
12 sa 13 |
Preżentazzjoni |
Ara l-lista tal-kodiċi taħt |
14 |
Destinazzjoni |
Ara lista tal-kodiċi taħt |
15 sa 25 |
Kwantità |
Tunnellati b'deċimu wieħed |
26 sa 36 |
Prezz medju |
Flus nazzjonali/tunnellata |
37 |
Kodiċi ta' Nazzjonalità |
Ara n-nota ta' taħt |
Notes
(a) Kull field numerika għandha tkun aġġustjata għal-lemin bi spazji vojta fuq quddiem. Kull field alfa-numerika għandha tkun aġġustata għax xellug bi spazji vojta fuq wara.
(b) Il-piż irreġistrat għandu jkun il-piż imiżżel 'l art.
(ċ) Kwantitajiet ta' inqas minn 50 kg għandhom jiġu rreġistarti bħala “0 0”.
3. Listi tal-kodiċi
(a) Kodiċi ta' preżentazzjoni |
|
Frisk |
10 |
Frisk sħiħ |
11 |
Frisk imnaddaf |
12 |
Dnub friski |
13 |
Frisk, imnaddaf u bir-ras maqtugħa |
16 |
Frisk, ieħor |
19 |
Iffriżat |
20 |
Iffriżat sħiħ |
21 |
Iffriżat imnaddaf |
22 |
Dnub iffriżati |
23 |
Iffriżat mhux maqtugħ f'fillets |
25 |
Iffriżat imnaddaf u bir-ras maqtugħa |
26 |
Iffriżat nadif |
27 |
Iffriżat, mhux nadif |
28 |
Iffriżat, ieħor |
29 |
Immellaħ |
30 |
Iffumigat |
40 |
Imsajjar |
50 |
Imsajjar, iffriżat u ppakkjat |
60 |
(b) Il-Kodiċi ta' Destinazzjoni |
|
Il-konsum tal-bnedmin |
1 |
L-utilitajiet industrijali |
2 |
L-utilitajiet mhux magħrufa |
9 |
(ċ) Il-kodiċi tan-Nazzjonalità |
|
Bastimenti tal-KEE |
1 |
Bastimenti tal-EFTA |
2 |
Bastimenti ta' pajjiżi terzi |
3 |
( 1 ) ĠU C 214, tal-21.8.1989, p. 21.
( 2 ) ĠU C 113, tas-7.5.1990, p. 216.
( 3 ) ĠU L 379, tal-31.12.1981, p. 1.
( 4 ) ĠU L 282, tat-2.10.1989, p. 1.
( 5 ) ĠU L 151, tal-15.6.1990, p. 1.
( 6 ) ĠU L 20, tas-27.1.1979, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3399/91 (ĠU L 320, tat-22.11.1991, p. 19).
( 7 ) ĠU L 179, tas-7.8.1972, p. 1.
( 8 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).