Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01991L0692-20031120

    Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill tat- 23 ta' Diċembru, 1991 , biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti direttivi fuq l-ambjent (91/692/KEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/692/2003-11-20

    1991L0692 — MT — 20.11.2003 — 001.003


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tat-23 ta' Diċembru, 1991,

    biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti direttivi fuq l-ambjent

    (91/692/KEE)

    (ĠU L 377 31.12.1991, p. 48)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003

      L 284

    1

    31.10.2003


    Ikkoreġut b'

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 137, 26.5.2016, p.  27  (1991/692)




    ▼B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tat-23 ta' Diċembru, 1991,

    biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti direttivi fuq l-ambjent

    (91/692/KEE)



    L-Artikolu 1

    L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li tirrazzjonalizza u ttejjeb fuq bażi settorjali d-dispożizzjonijiet fuq it-tixrid ta' informazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' rapporti dwar ċerti Direttivi tal-Komunità fuq il-ħarsien ta' l-ambjent, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-ewwel vers ta' l-Artikolu 155 tat-Trattat.

    L-Artikolu 2

    1.  Id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Anness I għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

    “F'intervalli ta' tliet snin l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, permezz ta' rapport settorjali li għandu jiġbor fih ukoll Direttivi oħra relevanti tal-Komunità. Dan ir-rapport għandu jkun imsejjes fuq kwestjonarju jew punti prinċipali magħmula mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE ( 5 ). Il-kwestjonarju jew punti prinċipali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel ma jibda l-perjodu li għalih ikun sar ir-rapport. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin li għalih ikun sar.

    L-ewwel rapport għandu jkun għall-perjodu mill-1993 sa l-1995, biż-żewġ dati magħduda.

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport tal-Komunità dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fi żmien disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

    2.  It-test li jidher fil-paragrafu 1 għandu jiddaħħal fid-Direttivi msemmija fl-Anness II kif indikat.

    L-Artikolu 3

    L-Artikolu 13 tad-Direttiva 76/160/KEE għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “L-Artikolu 13

    Kull sena, u għall-ewwel darba sal-31 ta' Diċembru, 1993, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fis-sena li tkun għaddejja. Ir-rapport għandu jkun imsejjes fuq kwestjonarju jew punti prinċipali magħmula mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE ( 6 ). Il-kwestjonarju jew punti prinċipali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel ma jibda l-perjodu li għalih ikun sar ir-rapport. Ir-rapport għandu jsir lill-Kummissjoni qabel l-aħħar tas-sena inkwistjoni.

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport tal-Komunità dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

    L-Artikolu 4

    1.  Id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Anness III għandhom ikunu sostitwiti b'dan li ġej:

    “F'intervalli ta' tliet snin l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, permezz ta' rapport settorjali li għandu jiġbor fih ukoll Direttivi oħra relevanti tal-Komunità. Dan ir-rapport għandu jsir fuq kwestjonarju jew punti prinċipali magħmula mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE ( 7 ). Il-kwestjonarju jew punti prinċipali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel ma jibda l-perjodu li għalih ikun sar ir-rapport. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur mit-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin li għalih ikun sar.

    L-ewwel rapport għandu jkun għall-perjodu mill-1994 sal-1996, biż-żewġ dati magħduda.

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport tal-Komunità dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fi żmien disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

    2.  It-test li jidher fil-paragrafu 1 għandu jiddaħħal fid-Direttivi msemmija fl-Anness IV kif hemm indikat.

    3.  It-test li ġej għandu jiddaħħal fid-Direttivi msemmija fl-Anness V kif hemm indikat.

    “Il-Kummissjoni għandha kull sena tgħaddi lill-Istati Membri l-informazzjoni li tkun irċeviet skond dan l-Artikolu.”

    L-Artikolu 5

    Id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Anness VI għandhom ikunu sostitwiti b'dan li ġej:

    “F'intervalli ta' tliet snin l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, permezz ta' rapport settorjali li għandu jiġbor fih ukoll Direttivi oħra relevanti tal-Komunità. Ir-rapport għandu jkun imsejjes fuq kwestjonarju jew punti prinċipali magħmula mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE ( 8 ). Il-kwestjonarju jew punti prinċipali għandhom jintbagħtu lill-Istati Membri sitt xhur qabel ma jibda l-perjodu li għalih ikun sar ir-rapport. Ir-rapport għandi jiġi magħmul lill-Kummissjoni fi żmien disa' xhur fit-tmiem il-perjodu ta' tliet snin kopert minnu.

    L-ewwel rapport għandu jkun għall-perjodu mill-1995 sal-1997, biż-żewġ dati magħduda.

    Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport tal-Komunità dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva fi żmien disa' xhur minn meta tirċievi r-rapporti mill-Istati Membri.

    ▼M1

    L-Artikolu 6

    1.  Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjunha minn kumitat.

    2.  Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 9 ) għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

    Il-perjodu taż-żmien stabilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit bħala xahar wieħed.

    3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

    ▼B

    L-Artikolu 7

    1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri li huma meħtieġa biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta':

     l-Artikoli 2 u 3, l-aktar tard sa l-1 ta' Jannar, 1993,

     l-Artikolu 4, l-aktar tard sa l-1 ta' Jannar, 1994,

     l-Artikolu 5, l-aktar tard sa l-1 ta' Jannar, 1995.

    Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda.

    2.  Id-dispożizzjonijiet li hemm fis-seħħ bħalissa tad-Direttivi varji li ġew emendati b'dispożizzjonijiet ġodda għandhom jibqgħu fis-seħħ sad-dati msemmija fl-ewwel subparagrafu 1.

    3.  Meta l-Istati Membri jieħdu l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal dik meta jkunu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

    L-Artikolu 8

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




    L-ANNESS I

    Direttivi emendati skond l-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva

    (a) L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/464/KEE ta' l-4 ta' Mejju 1976, dwar it-tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi mitfugħa fl-ambjent ta' l-ilma tal-Komunità ( 10 ).

    (b) L-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/176/KEE ta' l-20 ta' Frar 1978, fuq skart mill-industrija ta' l-ossidu tat-titanju ( 11 ), kif emendata bid-Direttiva 83/29/KEE ( 12 ).

    (ċ) L-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/659/KEE tat-18 ta' Lulju 1978, fuq il-kwalità ta' ilma ħelu li għandu jkun imħares jew imtejjeb biex il-ħut iżomm ħaj ( 13 ), kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Aċċessjoni ta' l-1985.

    (d) L-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/869/KEE tad-9 ta' Ottubru, 1979, dwar il-metodi ta' kif u meta jitkejlu kampjuni u analiżi ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub biex minnu jittieħed ilma għax-xorb fl-Istati Membri ( 14 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/855/EEC ( 15 ).

    (e) L-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/923/KEE tat-30 ta' Ottubru, 1979, fuq il-kwalità ta' ilmijiet meħtieġa għal frott tal-baħar bil-qoxra ( 16 ).

    (f) L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE tas-17 ta' Diċembru, 1979, fuq il-ħarsien ta' l-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi ( 17 ).

    (g) L-Artikolu 5(1) u (2)(1) l-ewwel subparagrafu tad-Direttiva tal-Kunsill 82/176/KEE tat-22 ta' Marzu, 1982, fuq valuri ta' limitu u mira fil-kwalità ta' rimi ta' merkurju fl-industrija ta' l-elettrolisi tal-kloro-alkali ( 18 ).

    (h) L-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 83/513/KEE tas-26 ta' Settembru 1983, fuq il-valuri ta' limitu u mira fil-kwalità ta' rimi ta' kadmju ( 19 ).

    (i) L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/156/KEE tat-8 ta' Marzu, 1984, fuq valuri ta' limitu u mira fil-kwalità fir-rimi ta' merkurju minn bnadi oħra barra dawk ta' l-industrija ta' l-elettrolisi tal-kloro-alkali ( 20 ).

    (j) L-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/491/KEE tad-9 ta' Ottubru, 1982, fuq il-valuri ta' limitu u mira fil-kwalità fir-rimi ta' idrokarbon esakloroċiklu likwidu ( 21 ).

    (k) L-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat-12 ta' Ġunju, 1986, fuq il-valuri ta' limitu u mira fil-kwalità fir-rimi ta' ċerti sustanzi perikolużi msemmija fil-lista ta' l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE ( 22 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/415/KEE ( 23 ).




    L-ANNESS II

    Direttivi ssupplimentati skond l-Artikolu 2(2) ta' din id-Direttiva

    (a) Id-Direttiva tal-Kunsill 75/440/KEE tas-16 ta' Ġunju, 1975, dwar il-kwalità ta' l-ilma tal-wiċċ maħsub biex minnu jittieħed ilma għax-xorb fl-Istati Membri ( 24 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 79/869/KEE ( 25 ).

    It-test ta' l-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva huwa inkorporat fl-Artikolu 9a.

    (b) Id-Direttiva tal-Kunsill 80/778/KEE tal-15 ta' Lulju, 1980, dwar il-kwalità ta' l-ilma maħsub għall-konsum tan-nies ( 26 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/858/KEE ( 27 ).

    It-test ta' l-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva huwa inkorporat fl-Artikolu 17a.




    L-ANNESS III

    Direttivi emendati skond l-Artikolu 4(1) ta' din id-Direttiva

    (a) L-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/779/KEE tal-15 ta' Lulju fuq il-valuri ta' limitu tal-kwalità ta' l-arja u valuri ta' gwida għal diossidu tal-kubrit u partikuli sospiżi ( 28 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 89/427/KEE ( 29 ).

    (b) L-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/501/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1982 dwar riskji ta' aċċidenti gravi minn ċerti attivitajiet industrijali ( 30 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 88/610/EEC ( 31 ).

    (ċ) L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/884/KEE tat-3 ta' Diċembru 1982 fuq il-valur ta' limitu għal ċomb fl-arja ( 32 ).

    (d) L-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/203/KEE tas-7 ta' Marzu 1985 fuq livelli ta' kwalità ta' l-arja għal diossidu tan-nitroġenu ( 33 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 85/580/KEE ( 34 ).

    (e) L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/217/KEE tad-19 ta' Marzu 1987 biex jinżamm u jitnaqqas it-tniġġis ta' l-ambjent mill-asbestos ( 35 ).




    L-ANNESS IV

    Direttivi emendati skond l-Artikolu 4(2) ta' din id-Direttiva

    (a) Id-Direttiva tal-Kunsill 75/716/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1975 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-kontenut ta' kubrit ta' ċerti kombustibbli likwidi ( 36 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 87/219/KEE ( 37 ).

    It-test ta' l-Artikolu 4(2) ta' din id-Direttiva huwa Inkorporat fl-Artikolu 7a.

    (b) Id-Direttiva tal-Kunsill 84/360/KEE tat-28 ta' Ġunju 1984 fil-ġlieda kontra t-tniġġis ta' l-arja minn impjanti industrijali ( 38 ).

    It-test ta' l-Artikolu 4(2) ta' din id-Direttiva huwa inkorporat fl-Artikolu 15a.




    L-ANNESS V

    Direttivi emendati skond l-Artikolu 4(3) ta' din id-Direttiva

    (a) Id-Direttiva tal-Kunsill 80/779/KEE tal-15 ta' Lulju 1980 fuq il-valuri ta' limiti tal-kwalità ta' l-arja u valuri ta' gwida għal diossidu tal-kubrit u partikuli sospiżi, kif emendata bid-Direttiva 89/427/KEE.

    It-test ta' l-Artikolu 4(3) ta' din id-Direttiva huwa inkorporat fl-Artikolu 7(4).

    (b) Id-Direttiva tal-Kunsill 82/884/KEE tat-3 ta' Diċembru 1982 fuq valur ta' limitu għal ċomb fl-arja.

    It-test ta' l-Artikolu 4(3) ta' din id-Direttiva huwa inkorporat fl-Artikolu 5(4).

    (d) Id-Direttiva tal-Kunsill 85/203/KEE tas-7 ta' Marzu 1985 fuq livelli ta' kwalità ta' l-arja għal diossidu tan-nitroġenu, kif emendata bid-Direttiva 85/580/KEE.

    It-test ta' l-Artikolu 4(3) ta' din id-Direttiva huwa inkorporat fl-Artikolu 7(4).




    L-ANNESS VI

    Direttivi emendati skond l-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva

    ▼C1

    (a) L-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/439/KEE tas-16 ta' Ġunju 1975 fuq ir-rimi ta' skart ta' żjut ( 39 ), kif emendata bid-Direttiva 87/101/KEE ( 40 ).

    ▼B

    (b) L-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju, 1975, fuq l-iskart ( 41 ), kif emendata bid-Direttiva 91/156/KEE ( 42 ).

    (ċ) L-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 76/403/KEE tas-6 ta' April 1976 fuq ir-rimi ta' bifenil miżjud bil-poliklorin u terfenil miżjud bil-poliklorin ( 43 ).

    (d) L-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 78/319/KEE ta' l-20 ta' Marzu, 1978, fuq skart tossiku u perikoluż ( 44 ), kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-1985.

    (e) L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 84/631/KEE tas-6 Diċembru 1984 dwar is-sorveljanza u l-kontroll fil-Komunità Ewropea fuq it-trasport bil-vapuri bejn il-fruntieri ta' skart perikoluż ( 45 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 87/112/EEC ( 46 ).

    (f) L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/339/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 fuq kontenituri ta' likwidi għall-konsum tan-nies ( 47 ).

    (g) L-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta' Ġunju, 1986, fuq il-ħarsien ta' l-ambjent, u partikolarment tal-ħamrija, meta tajn tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura ( 48 ).



    ( 1 ) ĠU C 214, tad-29.8.1990, p. 6.

    ( 2 ) ĠU C 19, tat-28.1.1991, p. 587.

    ( 3 ) ĠU C 60, tat-8.3.1991, p. 15.

    ( 4 ) ĠU L 31, tal-5.2.1976, p. 1.

    ( 5 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.”

    ( 6 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.”

    ( 7 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.”

    ( 8 ) ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48.”

    ( 9 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23).

    ( 10 ) ĠU L 129, tat-18.5.1976, p. 23.

    ( 11 ) ĠU L 54, tal-25.2.1978, p. 19.

    ( 12 ) ĠU L 32, tat-3.2.1983, p. 28.

    ( 13 ) ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, p. 1.

    ( 14 ) ĠU L 271, tad-29.10.1979, p. 44.

    ( 15 ) ĠU L 319, tas-7.11.1981, p. 16.

    ( 16 ) ĠU L 281, ta' l-10.11.1979, p. 47.

    ( 17 ) ĠU L 20, tas-26.1.1980, p. 43.

    ( 18 ) ĠU L 81, tas-27.3.1982, p. 29.

    ( 19 ) ĠU L 291, ta' l-24.10.1983, p. 2.

    ( 20 ) ĠU L 74, tas-17.3.1984, p. 49.

    ( 21 ) ĠU L 274, tas-17.10.1984, p. 11.

    ( 22 ) ĠU L 181, ta' l-4.7.1986, p. 16.

    ( 23 ) ĠU L 219, ta' l-14.8.1990, p. 49.

    ( 24 ) ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 26.

    ( 25 ) ĠU L 271, tad-29.10.1979, p. 44.

    ( 26 ) ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 11.

    ( 27 ) ĠU L 319, tas-7.11.1981, p. 19.

    ( 28 ) ĠU L 229, tat-30.8.1980, p. 30.

    ( 29 ) ĠU L 201, ta' l-14.7.1989, p. 53.

    ( 30 ) ĠU L 230, tal-5.8.1982, p. 1.

    ( 31 ) ĠU L 336, tas-7.12.1988, p. 14.

    ( 32 ) ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 15.

    ( 33 ) ĠU L 87, tas-27.3.1985, p. 1.

    ( 34 ) ĠU L 372, tal-31.12.1985, p. 36.

    ( 35 ) ĠU L 85, tat-28.3.1987, p. 40.

    ( 36 ) ĠU L 307, tas-27.11.1975. p. 22.

    ( 37 ) ĠU L 91, tat-3.4.1987, p. 19.

    ( 38 ) ĠU L 188, tas-16.7.1984, p. 20.

    ( 39 ) ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 23.

    ( 40 ) ĠU L 42, tat-12.2.1987, p. 43.

    ( 41 ) ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39.

    ( 42 ) ĠU L 78, tas-26.3.1991, p. 32.

    ( 43 ) ĠU L 108, tas-26.4.1976, p. 41.

    ( 44 ) ĠU L 84, tal-31.3.1978, p. 43.

    ( 45 ) ĠU L 236, tat-13.12.1984, p. 31.

    ( 46 ) ĠU L 48, tas-17.2.1987, p. 31.

    ( 47 ) ĠU L 176, tas-6.7.1985, p. 18.

    ( 48 ) ĠU L 181, ta' l-4.7.1986. p. 6.

    Top