Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01991L0628-20030605

Consolidated text: Id-Direttiva Tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (91/628/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/628/2003-06-05

1991L0628 — MT — 05.06.2003 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 1991

dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE

(91/628/KEE)

(ĠU L 340, 11.12.1991, p.17)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Lulju 1992

  L 243

27

25.8.1992

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 95/29/KE tad-29 ta' Ġunju 1995

  L 148

52

30.6.1995

►M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 806/2003 ta' l-14 ta' April 2003

  L 122

1

16.5.2003


Emendat bi:

►A1

  C 241

21

29.8.1994




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 1991

dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE

(91/628/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 );

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi skond ir-riżoluzzjoni ta’ l-20 ta’ Frar 1987 dwar il-politika tal-ħarsien ta’ l-annimali ( 4 ), il-Parlament Ewropew kien talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposti dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali matul it-trasport;

Billi sabiex jiġu eliminati l-intoppi tekniċi għall-kummerċ f’annimali ħajjin u biex ikun permess li l-organizzazzjonijiet tas-suq f’dan il-każ jaħdmu bla xkiel, waqt li jkun asigurat livell sodisfaċenti ta’ protezzjoni għall-annimali kkonċernati, il-Komunità addottat regoli f’dan il-qasam;

Billi l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta’ l-annimali matul it-trasport internazzjonali u ffirmaw il-protokoll addizzjonali li jippermetti lill-Komunità bħala tali li taċċedi għall-imsemmija Konvenzjoni;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3626/82 tat-3 ta’ Diċembru 1982 dwar l-implimentazzjoni fil-Komunità tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ internazzjonali fi speċi pperikolati ta’ fawna u flora ferjali ( 5 ), minn hawn ’il quddiem imsejjħa “Cites”, jirregola l-kondizzjonijiet tat-trasport ta’ ċerti speċi;

Billi d-Direttiva 77/489/KEE ( 6 ) tistabbilixxi regoli għall-protezzjoni ta’ l-annimali matul it-trasport internazzjonali; billi d-Direttiva 81/389/KEE ( 7 ) tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 77/489/KEE, u b’mod partikolari introduċiet kontrolli mal-fruntieri interni tal-Komunità;

Billi sabiex jintlaħħqu l-istess skopijiet, u b’mod partikolari l-protezzjoni ta’ l-annimali matul it-trasport, huwa meħtieġ fil-kuntest tat-twaqqif tas-suq intern li jiġu rregolati ir-regoli tad-Direttiva 90/425/KEE ( 8 )inter alia bil-ħsieb ta’ l-armonizzazzjoni ta’ verifiki minn qabel li jirrelataw mal-ħarsien ta’ l-annimali matul it-trasport;

Billi f’dan il-qafas it-trasport ta’ l-annimali ġewwa, lejn u mill-Komunità għandu jkun kopert, u l-verifiki sistematiċi fil-fruntieri interni tal-Komunità għandhom ikunu aboliti;

Billi għal raġunijiet tal-ħarsien ta’ l-annimali it-trasport ta’ l-annimali tul distanzi twal, inklużi annimali għall-qatla, għandu jitnaqqas kemm jista’ jkun possibli;

Billi r-regoli proposti għandhom jassiguraw il-protezzjoni aktar effettiva ta’ l-annimali matul it-trasport;

Billi d-Direttiva 91/496/KEE ( 9 ) għandha tkun emendata sabiex tiġa addattata ma’ din id-Direttiva; billi d-Direttivi 77/489/KEE u 81/389/KEE għandhom għalhekk jiġu mħassra,

ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



IL-KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

L-Artikolu 1

1.  Din id-Direttiva tapplika għat-trasport ta’:

(a) solipedi (annimali ta’ difer wieħed) domestiċi u annimali domestiċi ta’ l-ispeċi ta’ annimali tal-fart, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-majjali;

(b) tjur, għasafar domestiċi u fniek domestiċi;

(ċ) qtates domestiċi u klieb domestiċi;

(d) mammiferi oħrajn u għasafar;

(e) annimali vertebrati oħrajn u annimali ta’ demm kiesaħ.

2.  Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

▼M2

(a) 

 għal trasport li mhuwiex ta' natura kummerċjali jew għal annimal individwali akkompanjat minn persuna fiżika li għandha r-responsabbiltà għall-annimal matul it-trasport,

 għat-trasport ta' annimali domestiċi akkompanjati mis-sid tagħhom fuq vjaġġ privat;

▼B

(b) mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti, għat-trasport ta’ annimali mwettaq:

 sa distanza ta’ 50 km li jibdew jgħoddu mill-bidu tat-trasport ta’ l-annimali sal-post ta’ destinazzjoni, jew

 minn raħħala jew dawk li jsemmnu li jużaw vetturi agrikoli jew mezzi tat-trasport tagħhom stess fil-każi meta ċ-ċirkostanzi ġeografiċi jitolbu għal transhumance staġjonali li ma jagħmlux profitt ta’ ċerti tipi ta’ annimali.

L-Artikolu 2

1.  Għall-skopijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttivi 89/662/KEE ( 10 ), 90/425/KEE, 90/675/KEE ( 11 ) u d-Direttiva 91/496/KEE għandhom japplikaw kif meħtieġ.

2.  B’żieda, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) “mezzi tat-trasport”, dawk il-partijiet ta’ vetturi tat-triq, vaguni tal-ferrovija, vapuri w ajruplani wżati għat-tagħbija u l-ġarr ta’ l-annimali, kif ukoll kontenituri għat-trasport bl-art, bil-baħar jew bl-ajru;

(b) “trasport”, kull ċaqlieq ta’ annimali, effettwat permezz ta’ trasport li jinvolvi t-tagħbija u l-ħatt ta’ l-annimali;

(ċ) “punt ta’ waqfien”, post fejn ikun interrott il-vjaġġ għall-mistrieħ, jew biex ikunu mitmugħa jew mogħtija l-ilma l-annimali;

(d) “punt ta’ trasferiment”, post fejn it-trasport ikun interrott biex jiġu trasferiti l-annimali minn mezz tat-trasport għall-ieħor;

(e) “post tat-tluq”, il-post li minnu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(2)(b), l-annimal jitgħabba għall-ewwel darba fuq il-mezz tat-trasport, jew kull post fejn l-annimali jkunu ġew maħtuta ►M2  u akkomodati għal 24 siegħa ◄ , mogħtija l-ilma, mitmugħa u, fejn meħtieġ, ikkurati, iżda eskluż kull punt ta’ waqfien jew ta’ trasferiment.

Is-swieq u ċ-ċentri tal-ġbir approvati skond il-leġislazzjoni tal-Komunità jistgħu wkoll jitqiesu bħala l-postijiet tat-tluq:

 meta l-ewwel post tat-tagħbija ta’ l-annimali jkun anqas minn 50 km ’il bogħod mill-imsemmija swieq jew ċentri ta’ ġbir,

 meta, għalkemm id-distanza li hemm referenza dwarha fl-ewwel subinċiż tkun aktar minn 50 km, l-annimali jkollhom tul ta’ perjodu ta’ mistrieħ iddeterminat bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 u jkun ingħataw l-ilma u l-ikel qabel ma jitgħabbew mill-ġdid;

(f) “post tad-destinazzjoni”, il-post li fih l-annimal jinħatt għall-aħħar darba mill-mezzi tat-trasport, iżda eskluż punt tal-waqfien jew il-punt tat-trasferiment;

(g) “vjaġġ”, it-trasport mill-post tat-tluq sal-post tad-destinazzjoni;

▼M2

(h) “perjodu ta' mistrieħ”, perjodu kontinwu matul il-vjaġġ li matulu l-annimali mhumiex qegħdin jiġu mċaqalqa permezz ta' mezz ta' trasport;

(i) “trasportatur”, kull persuna fiżika jew ġuridika li titrasporta l-annimali

 f'isimha stess, jew

 f'isem terza persuna, jew

 billi tipprovdi lil terza persuna b'mezz ta' trasport għall-annimali, meta t-trasport bħal dan ikun ta' natura kummerċjali u jitwettaq bl-iskop ta' qligħ.

▼B



IL-KAPITOLU II

Trasport u kontrolli fit-territorju tal-Komunità

L-Artikolu 3

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

(a) it-trasport ta’ l-annimali fil-, lejn u minn kull Stat membru għandu jkun effettwat skond din id-Direttiva u, fir-rigward ta’ l-annimali li hemm referenza dwarhom fi:

 l-Artikolu 1(a), id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I ta’ l-Anness,

 l-Artikolu 1(b), id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II ta’ l-Anness,

 l-Artikolu 1(ċ), id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ta’ l-Anness,

 l-Artikolu 1(d), id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IV ta’ l-Anness,

 l-Artikolu 1(e), id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V ta’ l-Anness;

▼M2

(aa) 

 l-ispazji permessi (densitajiet ta' tagħbija) għall-annimali ta' mill-anqas jikkonformaw mal-figuri stabbiliti fil-Kapitolu VI ta' l-Anness, fir-rigward ta' l-annimali u l-mezzi ta' trasport msemmija f'dak il-Kapitolu,

 il-ħinijiet ta' l-ivjaġġar u l-perjodi ta' mistrieħ u l-intervalli tat-tmigħ u tat-tisqija għal ċerti tipi ta' annimali jikkonformaw ma’ dawk stabbiliti fil-Kapitolu VII ta' l-Anness, għar-rigward ta' l-annimali li għalihom issir referenza f'dak il-Kapitolu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3820/85 ( 12 );

▼B

(b) l-ebda annimal m’għandu jkun ittrasportat sakemm ma jkunx b’saħħtu biżżejjed għall-vjaġġ maħsub u sakemm ma jkunux saru provvedimenti addattati għall-kura tiegħu matul il-vjaġġ u mal-wasla fil-post tad-destinazzjoni. L-annimali li jkunu morda jew imweġġa m’għandhomx jitqiesu li jkunu b’saħħithom biżżejjed għat-trasport. Iżda, din id-dispożizzjoni m’għandhiex tgħodd għal:

(i) l-annimali li jkunu mweġġa’ jew morda ħafif li t-trasport tagħhom ma joħloqx tbatija żejda;

(ii) l-annimali li huma ttrasporatati għall-skopijiet ta’ riċerka xjentifika approvata mill-awtorità kompetenti;

(ċ) l-annimali li jimirdu jew iweġġgħu matul it-trasport għandhom jirċievu l-ewwel għajnuna kemm jista’ jkun malajr; għandhom jingħataw il-kura veterinarja addattata u fejn meħtieġ jinqatlu b’emerġenza b’dak il-mod li ma tiġix ikkawżata lilhom tbatija żejda.

2.  Minkejja l-paragrafu 1(b), l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-trasport ta’ l-annimali għall-kura veterinarja ta’ emerġenza jew qatla skond il-kondizzjonijiet li ma jkunux b’konformità mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull trasport bħal dak ikun permissibbli biss meta ma tinħoloq l-ebda tbatija żejda jew trattament ħażin għall-annimali kkonċernati. Jekk meħtieġ, għandhom jiġu addottati regoli speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ din il-paragrafu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet stabbiliti fil-punti 1(a) u (b) u fl-Anness li jinsab ma’ din id-Direttiva, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet addizzjonali addattati għat-trasport ta’ ċerti tipi ta’ annimali bħal m’huma solipedi, għasafar selvaġġi, u mammiferi marini biex titħares is-sigurtà tagħhom.

Sakemm jiġu implementati dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istati Membri jisgħu, suġġetti għad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat, japplikaw ir-regoli addizzjonali nazzjonali relevanti.

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-annimali jkunu ddentifikati u rreġistrati matul il-vjaġġ kollu tagħhom bi qbil mal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 90/425/KEE u jkunu akkumpanjati mid-dokumentazzjoni meħtieġa mill-leġislazzjoni tal-Komunità u dik nazzjonali li tippermetti lill-awtorità kompetenti li tivverifika:

 l-oriġini tagħhom u s-sidien tagħhom,

 il-post ta’ minn fejn ikun sar it-tluq u l-post tad-destinazzjoni tagħhom,

 id-data u l-ħin tat-tluq.

▼M2

L-Artikolu 5

A. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

1. kull trasportatur:

(a) huwa:

(i) reġistrat b'mod li jgħin lill-awtorità kompetenti tidentifika lill-persuna malajr fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mar-regolamenti ta' din id-Direttiva;

(ii) koperta minn awtorizzazzjoni valida għat-trasport kollu ta' l-annimali bis-sinsla (vertebrati) li jitwettaq f'wieħed mit-territorji li għalihom issir referenza fl-Anness I tad-Direttiva 90/675/KEE, mogħtija mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' stabbiliment jew, jekk impriża stabbilita f'pajjiż terz hija involuta, minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ta' l-Unjoni, bla ħsara għal impenn bil-miktub mill-persuna responsabbli għat-trasport li tintrabat li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità fis-seħħ.

Dan l-impenn bil-miktub għandu b'mod partikolari jiddikjara li:

 it-trasportatur li għalih issir referenza fil-punt 2 ħa l-miżuri kollha meħtieġa sabiex iħares ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva sakemm u safejn il-post ta' destinazzjoni u, aktar b'mod partikolari meta tkun involuta esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, sakemm u safejn il-post ta' destinazzjoni huwa definit mil-leġislazzjoni tal-Komunità,

 mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1A(6)(b) ta' l-Anness, il-personal li għalih issir referenza f’(a) tal-punt 2 jkun irċieva taħriġ speċifiku, jew mill-impriża jew minn korp ta' taħriġ, jew għandhom esperjenza ekwivalenti prattika li tagħtihom kwalifika sabiex iqandlu u jittrasportaw annimali bis-sinsla (vertebrati) u biex jamministraw, jekk ikun meħtieġ, kura xierqa lill-annimali trasportati;

(b) ma jittrasportax kull annimal, jew jikkawża kull annimal li jrid jiġi trasportat, b'mod li x'aktarx jikkawża korriment jew sofferenza mhux mistħoqqa lil dak l-annimal;

(ċ) juża, għat-trasport ta' l-annimali li għalihom issir referenza f'din id-Direttiva, mezzi ta' trasport li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti tal-Komunità li jirrigwarjaw l-assistenza matul it-trasport, u b'mod partikolari ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness u dawk li jridu jiġu stabbiliti b’mod konformi ma’ l-Artikolu 13(1);

2. it-trasportatur:

(a) jafda t-trasport ta' l-annimali ħajjin lil personal li jippossjedi l-ħila meħtieġa, kompetenza professjonali u t-tagħrif stabbilit fis-sottoparagrafu (a) tal-punt 1;

(b) għall-annimali li għalihom issir referenza fl-Artikolu 1(1)(a) li sejrin jiġu negozjati bejn Stati Membri jew esportati lil pajjiżi terzi, u f'każijiet meta l-ħin tal-vjaġġ jeċċedi tmien sigħat, ifassal pjanta tar-rotta bi qbil mal-kampjun fil-Kapitolu VIII ta' l-Anness, li għandu jiġi mehmuż maċ-ċertifikat tas-saħħa matul il-vjaġġ, u anke jindika kull post ta' waqfien u trasferiment.

Pjanta ta' rotta waħda trid titfassal bi qbil mal-punt (ċ) biex tkopri l-perjodu sħiħ tal-vjaġġ;

(ċ) jissottometti l-pjanta tar-rotta li għaliha ssir referenza f’(b) lill-awtorità kompetenti sabiex ikun jista’ jfassal iċ-ċertifikat tas-saħħa, li warajh, in-numru jew numri ta' ċertifikati bħal dawn iridu jiġu mmarkati fuq il-pjanta tar-rotta u jrid jiġi ttimbrat mill-veterinarju tal-post tat-tluq, li jrid jagħti wkoll avviż ta' l-eżistenza tal-pjanta tar-rotta matul is-sistema Animo;

(d) jiżgura:

(i) li l-kopja oriġinali tal-pjanta tar-rotta li għaliha ssir referenza f’(b)

 hija mfassla kif suppost u mimlija mill-persuni approprjati fiż-żmien xieraq,

 hija mehmuża maċ-ċertifikat tas-saħħa li jintbagħat mal-kunsinna matul il-vjaġġ;

(ii) li l-persunal responsabbli għat-trasport

 jiddikjara fil-pjanta tar-rotta l-ħinijiet u postijiet li fihom l-annimali trasportati ngħataw l-ikel u l-ilma matul il-vjaġġ,

 meta l-annimali jkunu qegħdin jiġu trasportati lejn pajjiżi terzi u l-ħin tal-vjaġġ fit-territorju tal-Komunità jeċċedi t-tmien sigħat, il-pjanta tar-rotta tkun ġiet iċċertifikata, wara spezzjoni, mill-awtorità kompetenti tal-post tal-mogħdija jew tal-post tal-ħruġ assennjat minn Stat Membru (timbri u firma), wara li l-annimali ġew spezzjonati u ġġudikati mill-veterinarju uffiċjali li huma kapaċi jkomplu l-vjaġġ tagħhom.

 L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw li l-ispejjeż li ntefqu għall-ispezzjoni veterinarja hawn fuq imsemmija jridu jitħallsu mill-operatur li jesporta l-annimali,

 mal-wasla lura tagħhom, jibgħat lura l-pjanta tar-rotta tal-post ta' oriġini lill-awtorità kompetenti.

 Madankollu, meta l-annimali jiġu trasportati lejn pajjiżi terzi permezz tal-baħar u l-ħin tal-vjaġġ jeċċedi t-tmien sigħat, l-istess dispożizzjonijiet għandhom jgħoddu;

(e) iżomm, għal perjodu stabbilit mill-awtorità kompetenti, it-tieni kopja tal-pjanta tar-rotta li għaliha ssir referenza f’(b) li tista’, jekk ikun meħtieġ, tipi sottomessa meta tintlab lill-awtorità kompetenti għall-verifika;

(f) juri, skond l-ispeċi trasportati u meta t-tul tal-vjaġġ jinvolvi konformità mal-Kapitolu VII (4), li ttieħdu passi sabiex jiġu sodisfatti l-ħtieġiet ta' l-annimali għall-għalf u l-ilma matul il-vjaġġ, anke meta l-pjanta tar-rotta tinbidel jew meta l-vjaġġ jiġi interrott għal raġunijiet li m'għandux kontroll fuqhom;

(g) jiżgura li l-annimali jiġu trasportati mingħajr dewmien lejn il-post ta' destinazzjoni tagħhom;

(h) mingħajr preġudizzju għall-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III ta' l-Anness, jiżgura li l-annimali ta' speċi li għalihom ma ssirx referenza fil-Kapitolu VII ta' l-Anness jingħataw l-għalf u l-ilma b'mod xieraq f'intervalli xierqa matul it-trasport;

3. li l-postijiet ta' waqfien, li ġew miftehma minn qabel mill-persuna responsabbli li għaliha ssir referenza fil-punt 2, huma spezzjonati regolarment mill-awtorità kompetenti li trid tkun sodisfatta wkoll li l-annimali huma kapaċi jkomplu l-vjaġġ tagħhom;

4. li l-ispejjeż sabiex jintlaħqu l-ħtiġiet tat-tmigħ, tat-tisqija u tal-mistrieħ ta' l-annimali huma mħallsa mill-operaturi li għalihom issir referenza fil-punt 1.

B. Kull proċedura għall-applikazzjoni li tirriżulta minn dan l-Artikolu għandha tiġi adottata bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

▼B

L-Artikolu 6

1.  Id-Direttiva 90/425/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:

(a) it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 1 għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

“Din id-Direttiva m’għandhiex teffettwa l-verifiki mwettqa bħala parti mid-doveri mwettqa b’mod mhux diskriminatorju mill-awtoritajiet responsabbli mill-applikazzjoni tal-liġijiet fi Stat Membru.”

;

(b) ir-referenza li ġejja għandha tiżdied mat-Taqsima I ta’ l-Anness A:

“Id-Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-annimali waqt it-trasport u li temenda d-Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE.

(ĠU L 340, tal-11.12.1991, p. 17).”

2.  Iċ-ċertifikati jew id-dokumenti li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 90/425/KEE għandhom ikunu ssupplimentati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Arikolu 17, sabiex jittieħed akkont tal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva.

3.  L-iskambju ta’ tagħrif bejn l-awtoritajiet b’konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva għandu jkun integrat fis-sistema kompjuterizzata li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE (Animo) u, fir-rigward ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, fil-proġett Shift, skond l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 91/496/KEE.

Ir-regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

L-Artikolu 7

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma jħallux jew inaqqsu għall-minimu kull dewmien matul it-trasport jew tbatija mill-annimali meta strikes jew ċirkostanzi oħra mhux previsti jimpedixxu l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. B’mod partikolari, għandhom jintgħamlu arranġamenti speċjali fil-portijiet, ajruporti, stazzjonijiet tal-ferrovija, inħawi tal-ġemgħa, u postijiet ta’ spezzjoni mal-fruntiera li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/496/KEE biex jitħaffef it-trasport ta’ l-annimali permezz tal-kondizzjonijiet b’konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet tal-Komunità dwar is-saħħa ta’ l-annimali stabiliti band oħra, ebda konsenja ta’ l-annimali m’għandha tinżamm matul it-trasport sakemm ma jkunx strettament meħtieġ għall-ġid ta’ l-annimali. Jekk xi konsenja ta’ l-annimali jkollha tinżamm matul it-trasport għal aktar minn sagħtejn, għandhom isiru l-arranġamenti xierqa għall-kura ta’ l-annimali u, meta meħtieġ, il-ħatt u l-akkommodazzjoni tagħhom.

▼M2

L-Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bi qbil mal-prinċipji u r-regoli ta' kontroll stabbiliti fid-Direttiva 90/425/KEE, l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw li r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva ġew mħarsa, billi jwettqu spezzjonijiet mhux diskriminatorji dwar:

(a) il-mezzi ta' trasport u l-annimali matul it-trasport bit-triq;

(b) il-mezzi ta' trasport u l-annimali li jaslu fil-post tad-destinazzjoni tagħhom;

(ċ) il-mezzi ta' trasport u l-annimali fi swieq, f'postijiet ta' tluq, f'postijiet ta' waqfien u f'postijiet ta' trasferiment;

(d) id-dettalji fuq id-dokumenti li jintbagħtu magħhom.

Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu fuq kampjun adegwat ta' annimali trasportati kull sena f’kull Stat Membru, u jista’ jitwettaq fl-istess ħin bħall-kontrolli għal skopijiet oħrajn.

L-awtorità kompetenti f'kull Stat Membru għandha tissottometti lill-Kummissjoni rapport annwali li jiddikjara n-numru ta' spezzjonijiet mwettqa fis-sena kalendarja preċedenti għar-rigward ta' kull wieħed mill-punti (a), (b), (ċ) u (d) u inklużi d-dettalji ta' kull ksur ta' liġi rapportat u l-azzjoni meħuda b'riżultat ta' dan mill-awtorità kompetenti.

Barra minn hekk, meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jkollha informazzjoni li jwassalha biex tissuspetta li sar xi ksur ta' liġi, jistgħu jitwettqu wkoll spezzjonijiet matul it-trasport ta' l-annimali fuq it-territorju tagħha.

L-Artikolu m'għandux jaffettwa l-ispezzjonijiet imwettqa bħala parti mix-xogħlijiet mwettqa f'manjera mhux diskriminatorja minn awtoritajiet responsabbli għall-applikazzjoni ġenerali tal-liġijiet fi Stat Membru.

▼B

L-Artikolu 9

1.  Jekk jinstab matul it-trasport li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma jkunux ġew imħarsa jew ma jkunx hemm konformità magħhom, l-awtorità kompetenti tal-lokal li fih issir dik is-sejba, għandha teħtieġ li l-persuna inkarigata mill-meżżi tat-trasport, li tieħu kull azzjoni li l-awtorità kompetenti tqis li jkunu meħtieġa sabiex ikun issalvagwardat il-ġid ta’ l-annimali kkonċernati.

Jiddependi miċ-ċirkostanzi ta’ kull każ, dik l-azzjoni tista’ tinkludi:

(a) arranġamenti biex jitkompla l-vjaġġ jew li l-annimali jintbgħatu lura lejn il-post tat-tluq tagħhom b’rotta l-aktar diretta, basta li din l-azzjoni ma toħloqx tbatija żejda għall-annimali;

(b) arranġamenti biex l-annimali jinżammu f’akkommodazzjoni addattata bil-kura approprjata sakemm tissolva l-problema;

(ċ) arranġamenti għall-qtil mingħajr tbatija ta’ l-annimali. Id-destinazzjoni u l-użu tal-karkassi ta’ dawn l-annimali għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 64/433/KEE ( 13 ).

▼M2

Kull miżura meħuda skond it-tieni sotto-paragrafu għandha tiġi mgħarrfa mill-awtorità kompetenti permezz tan-network Animo bi qbil mal-proċeduri, inklużi l-proċeduri finanzjarji, li jridu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

▼B

2.  Jekk il-persuna inkarigata mill-mezzi tat-trasport tonqos li tkun konformi ma’ l-istruzzjonijiet ta’ l-awtorità kompetenti, din ta’ l-aħħar għandha minnufih iġġiegħel l-miżuri f’dak il-każ ikunu mwettqa u għandha tiġbor lura n-nefqa ta’ dawk il-miżuri b’manjera xieraq.

3.  Id-drittijiet ta’ l-appell eżistenti permezz tal-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri kontra d-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx ikunu affettwati minn din id-Direttiva.

Id-Deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u r-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet għandhom jiġu nnotifikati lejn il-konsenjatur jew lejn ir-rappreżentant tiegħu u lejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ dispaċċ.

Jekk il-kunsinnatarju jew ir-rappreżentant tiegħu hekk jitlob, l-imsemmija deċiżjonijiet u raġunijiet għandhom jintbagħtu lilu bil-miktub bid-dettalji tad-drittijiet ta’ l-appell li huma disponibbli għalih permezz tal-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u bil-proċedura u l-limiti ta’ żmien applikabbli.

Madankollu, fil-każ ta’ xi kwistjoni, iż-żewġ partijiet ikkonċernati jistgħu, jekk hekk jiftiehmu, f’perjodu massimu ta’ xahar, jibgħatu l-kwistjoni għal studju minn espert li ismu jidher fuq il-lista ta’ esperti tal-Komunità li għandha tkun imħejjija mill-Kummissjoni.

Dawk l-esperti għandhom jagħtu l-opinjoni tagħom f’mhux aktar minn 72 siegħa. Il-partijiet għandhom joqgħodu fuq l-opinjoni ta’ l-espert, waqt li jingħata akkont tal-leġislazzjoni veterinerja tal-Komunità.

▼M2

L-Artikolu 10

1.  L-esperti mill-Kummissjoni jistgħu, sal-punt meħtieġ sabiex jiżguraw applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, jwettqu spezzjonijiet fuq il-post. B'hekk, jistgħu jwettqu spezzjonijiet saltwarjament u b'mod mhux diskriminatorju sabiex jiżguraw li l-awtorità kompetenti tkun qiegħda tissorvelja l-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bir-riżultat ta' dawn l-ispezzjonijiet.

2.  L-ispezzjonijiet li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu f’kollaborazzjoni ma l-awtorità kompetenti.

3.  L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettqu l-ispezzjonijiet għandu jipprovdi lill-esperti b'kull assistenza li huma jeħtieġu sabiex iwettqu x-xogħol tagħhom.

4.  Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati sabiex jiġi applikat dan l-Artikolu b'mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

▼B



IL-KAPITOLU III

Importazzjoni minn pajjiżi terzi

▼M2

L-Artikolu 11

1.  Ir-regoli stabbiliti mid-Direttiva 91/496/KEE għandhom japplikaw, b'mod partikolari għar-rigward ta' l-organizzazzjoni u l-insegwiment ta' l-ispezzjonijiet.

2.  L-importazzjoni, it-transitu u t-trasport lejn u mit-territorju tal-Komunità ta' annimali ħajjin li jaqgħu taħt din id-Direttiva li jiġu minn pajjiżi terzi għandhom jiġi awtorizzat biss jekk it-trasportatur:

 jagħti impenn bil-miktub li jħares ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari dawk li għalihom issir referenza fl-Artikolu 5, u jkun għamel arranġamenti biex jikkonforma magħhom,

 jissottometti pjanta ta' rotta mfassla skond l-Artikolu 5.

3.  Barra minn hekk, waqt li tkun qiegħda ssir spezzjoni li r-rekwiżiti tal-paragrafu 2 ġew mħarsa, l-veterinarju uffiċjali tal-post ta' l-ispezzjoni tal-fruntiera għandu jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tal-benesseru ta' l-annimali. Jekk huwa jistabbilixxi li r-rekwiżiti tat-tmigħ u t-tisqija lill-annimali ma ġewx imħarsa, għandu jieħu, bl-ispejjeż ta' l-operatur, il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 9.

4.  Iċ-ċertifikat jew id-dokumenti stabbiliti fit-tielet inċiż ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/496/KEE għandhom jiġu supplimentati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, sabiex jiġu meqjusa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Waqt li l-adozzjoni ta' dawn il-miżuri tkun għadha pendenti, ir-regoli nazzjonali rilevanti għandhom japplikaw, mingħajr preġudizzju għar-regoli ġenerali stabbiliti mit-Trattat.

▼B



IL-KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finali

L-Artikolu 12

Ir-regoli u l-proċeduri ta’ l-informazzjoni stabiliti fid-Direttiva 89/608/KEE ( 14 ) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-skopijiet ta’ din id-Direttiva

▼M2

L-Artikolu 13

1.  Qabel il-31 ta' Diċembru 1995, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti mill-Kummissjoni lill-Kunsill sabiex jiġu stabbiliti standards li magħhom għandhom jikkonformaw il-mezzi ta' trasport. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq dawk il-proposti b'maġġoranza kwalifikata.

2.  Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, qabel it-30 ta' Ġunju 1996, jistabbilixxi l-kriterji Komunitarji li jridu jintlaħqu minn postijiet ta' waqfien għar-rigward ta' l-istruttura ta' riċeviment, it-tmigħ, it-tisqija, it-tagħbija, il-ħatt u fejn meħtieġ il-postijiet fejn jinżammu ċerti tipi ta' annimali kif ukoll ir-rekwiżiti applikabbli għal postijiet ta' waqfien bħal dawn.

3.  Qabel il-31 ta' Diċembru 1999, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill dwar l-esperjenza akkwistata mill-Istati Membri mill-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, possibilment akkumpanjata minn proposti li fuqhom il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

4.  Sakemm tkun għadha pendenti l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għalihom issir referenza fil-paragrafi 1 u 2, ir-regoli nazzjonali rilevanti għandhom japplikaw bla ħsara għar-regoli ġenerali stabbiliti mit-Trattat.

▼B

L-Artikolu 14

L-Annessi li jinsabu ma’ din id-Direttiva għandhom jiġu emendati mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, bl-iskop partikolari ta’ l-adattament tagħhom għall-progress teknoloġiku u tekniku.

L-Artikolu 15

Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, iċ-ċertifikati jew id-dokumenti li jakkumpanjaw li hemm provvediment dwarhom fir-regolamenti tal-Komunità għat-trasport ta’ l-annimali li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1 għandhom jiġu supplimentati b’konfermazzjoni mill-awtorità kompetenti bi qbil mat-tifsira ta’ l-Artikolu 2(6) tad-Direttiva 90/425/KEE li tiċċertifika li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva jkun hemm konformità magħhom.

▼M2

L-Artikolu 16

1.  L-Istati Membri jitgħu jeżentaw mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva l-moviment ta' annimali f'ċerti partijiet tat-territorji li għalihom issir referenza fl-Anness I tad-Direttiva 90/675/KEE, sabiex tiġi meqjusa d-distanza tagħhom mill-parti tat-terraferma tat-territorju tal-Komunità.

2.  L-Istati Membri li jagħmlu din l-għażla għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Permanenti bil-miżuri li jkunu ħadu.

▼M3

L-Artikolu 17

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanentri tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit skond l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ( 15 ).

2.  Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 16 ).

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.

▼B

L-Artikolu 18

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri speċifiċi xierqa biex jippenalizzaw kull ksur ta’ din id-Direttiva minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

▼M2

2.  Fil-każ ta' ksur ripetut ta' din id-Direttiva jew ksur li tinvolvi tbatija serja għall-animali, Stat Membru għandu, mingħajr preġudizzju għal xi penali oħra provduti, jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jirrimedja n-nuqqasijiet innutati, sa u inkluża s-sospensjoni jew anke l-irtirar ta' l-awtorizzazzjoni li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 5A(1)(a)(ii).

L-Istati Membri għandhom, meta jittrasponu d-dispożizzjonijiet fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, jistabbilixxu l-miżuri li huma sejrin jieħdu biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet osservati.

▼M2

3.  Meta jiġi stabbilit fl-Istat Membri ta' transitu jew ta' destinazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' wieħed minn dawk l-Istati Membri li impriża ta' trasport mhijiex tħares id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, għandhom jagħmlu kuntatt mingħajr dewmien ma’ l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li ta' l-awtorizzazzjoni. Din ta' l-aħħar għandha tieħu l-miżuri meħtieġa kollha, b'mod partikolari dawk stabbiliti fil-paragrafu 2. Għandha tgħarraf id-deċiżjoni meħuda u r-raġunijiet għal dan lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn ġie stabbilit il-ksur ta' liġi u lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf regolarment lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.

4.  L-Istati Membri għandhom, huma u jaġixxu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 89/608/KEE ( 17 ), jipprovdu lil xulxin b'assistenza reċiproka meta japplikaw din id-Direttiva, b'mod partikolari, sabiex jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Meta jiġi stabbilit li jkunu seħħu xi ksur ta' liġi serji jew ripetuti, kemm-il darba l-possibiltajiet kollha li jkunu jistgħu ngħataw mill-assistenza reċiproka ikunu ġew eżawriti u wara li jkunu saru kuntatti bejn il-partijiet u l-Kummissjoni, l-Istat Membru li fih ġew stabbiliti l-ksur ta' liġi jista’ temporanjament jipprojbixxi lit-trasportatur li huwa implikat milli jittrasporta annimali fuq it-territorju tiegħu.

5.  Dan l-Artikolu m'għandux jaffettwa r-regoli nazzjonali li japplikaw għal sanzjonijiet penali.

▼B

L-Artikolu 19

Din id-Direttiva għandha tkun tapplika mingħajr preġudizzju għall-obbligi li joħorġu mill-leġislazzjoni doganali.

L-Artikolu 20

Id-Direttivi 77/489/KEE u 81/389/KEE għandhom jitħassru mhux aktar tard mid-data li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 21.

L-Artikolu 21

1.  L-Istati Membri għandhom idaħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1993. Għandhom minnufih javżaw b’dan lill-Kummissjoni.

2.  Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-dispożizzjonijiet, għandhom jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażżjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir dik ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 22

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS

IL-KAPITOLU I

SOLIPEDI (B’DIFER WIEĦED) DOMESTIĊI U ANNIMALI DOMESTIĊI TA’ L-ISPEĊI TAL-FART, NAGĦAĠ, MOGĦOŻ U MAJJALI;

A.   Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Annimali tqal li x’aktarx iweldu matul it-traspost jew annimali li jkunu weldu matul it-48 ta’ qabel, u annimali li jkunu għadhom kif twieldu li ż-żokra tagħhom tkun għada ma fieqitx għal kollox, m’għandhomx jitqiesu bħala b’saħħithom biżżejjed biex jinġarru. ►A1  B'dana kollu, l-Isvezja tista', għal terminu transitorju ta' tlett snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni, iżżomm ir-regoli nazzjonali aktar stretti tagħha għal trasport li jkollu l-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla tiegħu fit-territorju tagħha għall-baqar li jkunu f'gestazzjoni u l-għoġġiela li għadhom kemm twieldu. ◄

2. 

(a) L-annimali għandhom ikunu pprovduti bi spazju biżżejjed biex joqgħodu bil-wieqfa fil-pożizzjoni naturali tagħhom u, fejn meħtieġ, b’diviżjonijiet biex jipproteġu lill-annimali miċ-ċaqlieq matul it-trasport. Sakemm kondizzjonijiet speċjali għall-protezzjoni ta’ l-annimali ma jeħtieġux xort’oħra, għandu jkun ipprovdut spazju biex dawn ikunu jistgħu jimteddu.

(b) Il-mezzi tat-trasport u l-kontenituri għandhom ikunu magħmula u mħaddma sabiex jipproteġu lill-annimali kontra temp ħażin u d-differenzi kbar fil-kondizzjonijiet klimatiċi. Il-ventilazzjoni u l-ispazju ta’ l-arja għandhom ikunu bi qbil mal-kondizzjonijiet tat-trasport u addattati għall-ispeċi ta’ l-annimali li jkunu jinġarru.

Għandu jiġi provdut spazju biżżejjed ġewwa l-kompartament ta' l-annimali u f'kull wieħed mill-livelli tiegħu sabiex jiġi żgurat li jkun hemm ventilazzjoni adegwata fuq l-annimali meta jkunu f'pożizzjoni naturali bil-wieqfa mingħajr ma jkun mfixkel il-moviment naturali tagħhom għal ebda raġuni.

(ċ) Il-mezzi tat-trasport u l-kontenituri għandhom ikunu jistgħu jitnaddfu malajr, li l-animali ma jistgħux jaħarbu minnhom u għandhom ikunu hekk mibnija u operati li jipprevjenu l-korriment u t-tbatija bla bżonn ta’ l-annimali u li tiġi assigurata s-sigurtà tagħhom matul it-trasport. Il-kontenituri li fihom jinġarru l-annimali għandhom ikunu mmarkati b’simbolu li jindika l-preżenza ta’ l-annimali ħajjin u b’sinjal li jindika l-pożizzjoni wieqfa ta’ l-annimali. Għandhom jippermettu għall-ispezzjoni u l-kura ta’ l-annimali u għandhom ikunu maħżuna b’dak il-mod li ma jfixkux il-ventilazzjoni. Matul it-trasport u l-immaniġġar, il-kontenituri għandhom dejjem jinżammu f’pożizzjoni wieqfa u m’għandhomx jiġu esposti għal skossi jew tregħid.

▼M2

(d) Matul it-trasport l-annimali jridu jerċievu ilma u ikel adattat fl-intervalli stabbiliti għal dan l-iskop fil-Kapitolu VII.

▼B

(e) Is-solipedi għandhom jilbsu kappestru matul it-trasport. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tiġi applikata għalxi felu mhux miftum jew għall-annimali li jinġarru f’kaxxi individwali.

(f) Meta l-annimali jkunu marbuta, il-ħbula jew irbit l-ieħor użat għandu jkun b’saħħtu biżżejjed li ma jinqatax matul il-kondizzjonijiet normali tat-trasport, u twal biżżejjed biex ikunu jippermettu lill-annimali, fejn meħtieġ, li jimteddu u li jieklu u jixorbu, u għandhom ikunu ddisinjati b’dak il-mod li jiġi eliminat kull perikolu ta’ tgħalliq jew korriment. L-annimali m’għandhomx jintrabtu mill-qrun jew miċ-ċirku ma’ l-imnieħer.

(g) Is-solipedi għandhom jinġarru f’kontenituri jew f’kaxxi individwali li huma maħsuba biex jipproteġu lill-annimali kontra l-iskossi. Iżda, annimali bħal dawk jistgħu jinġarru fi gruppi; f’dak il-każ, għandha tingħata kura biex jiġi assigurat li l-annimali li huma ostili lejn xulxin ma jinġarrux flimkien jew meta jinġarru flimkien, ikollhom id-dwiefer ta’ wara mhux imniegħla.

(h) Is-solipedi m’għandhomx jinġarru f’vetturi ta’ aktar minn sular wieħed.

3. 

(a) Meta annimali ta’ speċi differenti jivvjaġġaw fl-istes mezzi ta’ trasport għandhom jiġu ssegregati skond l-ispeċi, ħlief fil-każ ta’ annimali kumpanji fejn is-separazzjoni tista’ toħloq tbatija. Aktar minn hekk, għandhom jittieħdu miżuri speċjali biex jiġu evitati reazzjonijiet kuntrarji li jistgħu jirriżultaw mit-trasport fl-istess kunsinna ta’ annimali naturalment ostili għal xulxin. Meta annimali ta’ etajiet differenti jinġarru fl-istess trasport, l-adulti u ż-żgħar għandhom jinżammu separati; din ir-restrizzjoni m’għandhiex, iżda, tgħodd għall-nisa li jivvjaġġaw maż-żgħar tagħhom li jkunu jreddu. L-irġiel adulti mhux kastrati għandhom jinżammu separati minn majjali femminili selvaġġi. Adulti tat-tgħammir għandhom jinżammu separati minn xulxin. Dan għandu jkun jgħodd ukoll għaż-żwiemel. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw biss sal-limitu li l-annimali ma jkunux trabbew fi gruppi kompatibbli jew ma jkunux imdorija ma xulxin.

(b) Fil-kompartimenti li fihom jinġarru l-annimali, m’għandhomx jinġarru oġġetti li jistgħu jippreġudikaw il-qagħda ta’ l-annimali.

4. Għandu jintuża apparat addattat għat-tagħbija u l-ħatt ta’ l-annimali, bħal pontijiet, rampi jew skali. L-art ta’ dan l-apparat għandha tkun mibnija b’dak il-mod li ma tkunx tiżloq, u l-apparat għandu jiġi pprovdut bi protezzjoni laterali meta hekk ikun meħtieġ. Matul it-trasport l-annimali m’għandhomx jiddendlu b’mezzi mekkaniċi, lanqas merfugħa jew imkaxkra minn rashom, mil-qrun, minn saqajhom, minn denbhom jew mill-pil. B’żieda, l-użu ta’ niġġieża elettriċi għandu jiġi evitat sa fejn hu possibbli.

5. L-art tal-mezzi tat-trasport jew tal-kontenitur għandha tkun b’saħħitha biżżejjed li tkun tiflaħ għall-piż ta’ l-annimali li jkunu qed jinġarru. Għandha tkun ta’ disinn li ma tiżloqx; jekk ikun hemm xi spazji jew perforazzjonijiet dawn għandhom ikunu kompletament lixxi biex jevitaw xi korriment ta’ l-annimali. L-art għandha tkun mgħottija b’materjal biżżejjed li jassorbi l-ħmieġ sakemm dan ma jkunx jista’ jiġi ttrattat xort’oħra li ta’ l-anqas tkun tofri l-istess vantaġġi jew sakemm il-ħmieġ ma jitneħħiex regolarment.

6. Sabiex tkun assigurata l-kura meħtieġa ta’ l-annimali matul it-trasport, kunsennji ta’ merħliet għandhom ikunu akkumpanjati minn lavrant, ħlief fil-każijiet li ġejjin.

(a) meta l-annimali jinġarru f’kontenituri li jkunu maqfula, ivventilati kif imiss u, fejn meħtieġ, li jkun fihom ikel u ilma biżżejjed, f’kontenituri li ma jistgħux jinqalbu, matul vjaġġ li jkun ta’ tul id-doppju ta’ dak mistenni;

(b) meta t-trasportatur jaqdi l-funzjonijiet ta’ lavrant;

(ċ) meta l-konsenjatur ikun ħatar aġent biex jieħu ħsieb l-annimali fil-punti xierqa ta’ waqfien.

7. 

(a) Il-lavrant jew l-aġent tal-konsenjatur għandu jieħu ħsieb l-annimali, jitmagħhom u jtihom l-ilma u, fejn meħtieġ, jaħlibhom.

(b) Baqar bil-ħalib għandhom jinħalbu f’intervalli ta’ xi 12-il siegħa imma li ma jeċċedux il-15-il siegħa.

(ċ) biex il-lavrant ikun jista’ jagħti din il-kura, għandu, fejn meħtieġ, ikollu disponibbli mezzi addattati tad-dawl.

8. L-annimali għandhom jitgħabbew biss f’mezzi tat-trasport li jkun ġew imnaddfa sewwa u fejn xieraq, iddisinfettati. Annimali mejta, skart u ħmieġ għandhom jitneħħew kemm jista’ jkun malajr.

B.   Dispożizzjonijiet speċjali għat-trasport bil-ferrovija

9. Kull vagun tal-ferrovija wżat fit-trasport ta’ l-annimali għandu jiġi mmarkat b’simbolu li jindika l-preżenza ta’ l-annimali ħajjin, sakemm l-annimali ma jkunux qed jinġarru f’kontenituri. Jekk ma jkunux jistgħu jiġu akkwistati vaguni speċjalment addatati għat-trasport ta’ l-annimali, l-annimali għandhom jinġarru f’vaguni mgħottija li huma kapaċi li jigu misjuqa b’veloċità għolja u li jkunu pprovduti b’ventilaturi kbar għall-arja jew b’sistema ta’ ventilazzjoni li tkun effettiva wkoll f’veloċità baxxa. Il-ħitan ta’ ġewwa tal-vaguni għandhom ikunu ta’ l-injam jew xi materjal addattat ieħor, kompletament lixx u mgħammra bi ċrieki jew vireg, f’għoli addatat, li magħhom ikunu jistgħu jintrabtu l-annimali.

10. Meta ma jinġarrux f’kaxxi individwali, is-solipedi għandhom jiġu marbuta b’dak il-mod li jkunu kollha jħarsu lejn l-istess ġenb tal-vettura jew marbuta jħarsu lejn xulxin. Iżda, l-felu u l-annimali mhux miftuma m’għandhomx jintrabtu.

11. L-annimali l-kbar għandhom jitgħabbew b’dak il-mod li jkun jippermetti lill-lavrant li jidħol bejnithom.

12. Meta, skond il-punt 3(a), tkun meħtieġa s-segregazzjoni ta’ l-annimali, dan jista’ jsir jew billi jintrabtu f’partijiet separati tal-vagun, jekk l-ispazju jkun jippermetti, jew bil-mezz ta’ diviżjonijiet addattati.

13. Meta jkun qed jintramaw il-ferroviji jew matul kull ċaqliq ieħor tal-vaguni għandha tittieħed kull prekawzjoni biex jiġi evitat kull tip ta’ skoss tal-vaguni li jkun fihom l-annimali.

Ċ.   Dispożizzjonijiet speċjali għat-trasport bl-art

14. Il-vetturi għandhom ikunu b’dak il-mod li l-annimali ma jkunux jistgħu jaħarbu minnhom u hekk mibnija li tiġi assigurata s-sigurtà ta’ l-annimali u għandhom ikunu mgħammra b’saqaf biex tkun assigurata l-protezzjoni kontra t-temp. ►A1  B'dana kollu, għal terminu transitorju ta' sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni, l-obbligazzjoni li jkun provdut saqaf għat-trasport ta' ċriev ta' l-artiku (reindeer) m'hiex meħtieġa. Wara l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju, il-Kummissjoni, skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 17, tista' tiddeċiedi li żżomm din id-deroga. ◄

15. Faċilitajiet għall-irbit għandhom jiġu pprovduti fil-vetturi wżati għat-trasport ta’ l-annimali kbar li normalment ikun hemm il-ħtieġa li jiġu marbuta. Meta jkun meħtieġ li l-vetturi jkunu sub-diviżi, id-diviżjonijiet għandhom ikunu ta’ kostruzzjoni riġida.

16. Il-vetturi għandhom iġorru l-apparat addattat li jkun konformi mal-ħtiġiet tal-paragrafu 4.

D.   Dispożizzjonijiet speċjali għat-trasport fuq l-ilma

17. L-aċċessorji tal-vapuri għandhom ikunu tali li l-annimali jkunu jistgħu jiġu trasportati mingħajr ma jkorru jew tbatija bla bżonn.

18. L-annimali m’għandhomx jinġarru fuq gvieret miftuħa sakemm ma jkunux f’kontenituri marbuta kif imiss jew strutturi oħra, approvati mill-awtorità kompetenti u li jagħtu protezzjoni xierqa kontra l-baħar u l-maltemp.

19. L-annimali għandhom jintrabtu jew jiġu akkomodati kif imiss f’mandri jew f’kontenituri.

20. Għandu jkun hemm passaġġi adekwati li jagħtu aċċess għal mandri, kontenituri jew vetturi li jakkomodaw lill-annimali. Għandu jkun hemm disponibbli faċilitajiet adekwati ta’ dawl.

21. Għandu jiġi pprovdut numru biżżejjed ta’ lavranti billi jittieħed akkont tan-numru ta’ l-annimali ttrasportati u t-tul tal-vjaġġ.

22. Il-partijiet kollha tal-vaput ta’ fejn ikunu akkomodati l-annimali għandhom ikunu pprovduti bi dranaġġ u għandhom jinżammu f’kondizzjoni sanitarja.

23. Għandu jinġarr tip ta’ strument approvat mill-awtorità kompetenti għall-qatla ta’ l-annimali jekk hekk ikun meħtieġ.

24. Il-vapuri wżati fit-trasport ta’ l-annimali għandhom, qabel ma jbaħħru, jiġu pprovduti bi provvista biżżejjed ta’ ilma tax-xorb — meta ma jkunux armati b’sistema addattata li tipprovdi l-produzzjoni tiegħu — u għalf xieraq, wara li jingħata akkont ta’ l-ispeċi u n-numru ta’ l-annimali li jkunu qed jinġarru kif ukoll għat-tul tal-vjaġġ.

25. Għandhom isiru dispożizzjonijiet biex ikunu iżolati annimali li jimirdu jew ikorru matul il-vjaġġ u biex tingħata l-ewwel għajnuna, fejn meħtieġ.

26. 

(a) Meta l-annimali jinġarru f’vaguni tal-ferrovija abbord vapur, għandha tingħata kura speċjali biex jiġi assigurat li tkun ipprovduta ventilazzjoni xierqa għall-annimali matul il-vjaġġ kollu. Il-paragrafi 17 sa 19 m’għandhomx japplikaw għat-trasport ta’ l-annimali mgħobbija f’vaguni tal-ferrovija jew fuq vetturi tat-triq abbord laneċ jew vapuri simili.

(b) Meta l-annimali jinġarru f’vetturi tat-triq abbord vapuri, il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw:

(i) il-kompartimenti ta’ l-annimali għandhom ikunu mwaħħla sewwa mal-vettura; il-vettura u l-kompartimenti ta’ l-annimali għandhom ikunu mgħammra b’faċilitajiet adekwati ta’ rbit li jkunu jippermettu li jiġu marbuta sew mal-bastiment. Fuq il-gverta mgħottija ta’ bastiment roll-on/roll-off, għandha tinżamm ventilazzjoni suffiċjenti għan-numru ta’ vetturi ttrasportati. Fejn possibbli, vettura għat-trasport ta’ l-annimali għandha titqiegħed viċin dħul ta’ l-arja friska.

(ii) il-kompartiment ta’ l-annimali għandu jkollhom numru suffiċjenti ta’ ventilaturi jew mezzi oħra biex jiġi assigurat li jkun ventilat kif xieraq, waqt li jingħata akkont li l-kurrenti ta’ l-arja huma ristretti fl-ispazju magħluq ta’ l-istiva tal-vapur għall-vetturi. Għandu jkun hemm spazju biżżejjed gewwa l-kompartiment ta’ l-annimali u f’kull wieħed mill-livelli tiegħu biex ikun assigurat li jkun hemm ventilazzjoni biżżejjed fuq l-annimali meta jkun bil-wieqfa fil-pożizzjoni naturali;

(iii) għandu jiġi provdut aċċess dirett għal kull parti tal-kompartiment ta’ l-annimali sabiex l-annimali jkunu jistgħu, fejn meħtieġ, jiġu kkurati, mitmugħa u mogħtija l-ilma matul il-vjaġġ.

E.   Dispożizzjonijiet speċjali għat-trasport bl-ajru

27. L-annimali għandhom jiġu trasportati f’kontenituri, f’maqjel jew fi stalel addattati għall-ispeċi, li jkunu konformi mill-anqas mar-regolamenti l-aktar riċenti ta’ l-IATA dwar annimali ħajjin.

28. Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġu evitati temperaturi għoljin ħafna jew baxxi ħafna abbord, wara li jingħata akkont ta’ l-ispeċi ta’ l-annimali. B’żieda, differenzi kbar fil-pressjoni ta’ l-arja għandhom jiġu evitati.

29. Fl-ajruplani tat-tagħbija għandu jinġarr strument approvat mill-awtorità kompetenti għall-qatla ta’ l-annimali meta hekk ikun meħtieġ.

IL-KAPITOLU II

TJUR, GĦASAFAR DOMESTIĊI U FNIEK DOMESTIĊI

30. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Kapitolu I għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-ġarr ta’ tjur, għasafar domestiċi u fniek domestiċi: il-paragrafi 2(a), (b) u (c), 3, 5, 6, 8, 9, 13, 17 sa 22 inklużi, 24 u 26 sa 29 inklużi.

31. Għandu jkun disponibbli ikel u xorb addattat fi kwantitajiet biżżejjed, ħlief fil-każ ta’:

(i) vjaġġi li jdumu anqas minn 12-il siegħa, mingħajr ma jingħata akkont tal-ħin tat-tagħbija u l-ħatt;

(ii) vjaġġi li jdumu anqas minn 24 siegħa għall-flieles ta’ kull speċi, basta li jintemmu fi żmien 72 siegħa wara li jfaqqsu.

IL-KAPITOLU III

KLIEB DOMESTIĊI U QTATES DOMESTIĊI

32. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(2)(a), id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Kapitolu I għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-trasport tal-klieb domestiċi u tal-qtates domestiċi: il-paragrafu 1, il-paragrafu 2(a), (b) u (ċ), il-paragrafi 3, 5, 6, il-paragrafu 7(a) u (ċ), il-paragrafi 8, 9, 12, 13, 15 u 17 sa 29 inklużi.

33. L-annimali li jkun qed jinġarru għandhom jiġu mitmugħa f’intervalli ta’ mhux aktar minn 24 siegħa u mogħtija l-ilma f’intervalli ta’ mhux aktar minn 12-il siegħa. Għandu jkun hemm istruzzjonijiet ċari bil-miktub dwar it-tmiegħ u l-għoti ta’ l-ilma. Nisa fl-oestrus għandhom jiġu separati mill-irġiel.

IL-KAPITOLU IV

MAMMIFERI OĦRA U GĦASAFAR

34.

(a) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu għandhom japplikaw għat-trasport ta’ dawk il-mammiferi u l-għasafar li mhumiex diġa koperti bid-dispożizzjonijiet tal-kapitoli ta’ qabel.

(b) Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Kapitolu I għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-ġarr ta’ l-ispeċi kkonċernati f’dan il-Kapitolu: il-paragrafu 1, il-paragrafu 2(a), (b) u (ċ), il-paragrafi 3(b), 4, 5, 6, il-paragrafu 7(a) u (ċ), il-paragrafi 3(b), 4, 5, 6, il-paragrafu 7(a) u (ċ), il-paragrafi 8, 9, u 13 sa 29 inklużi.

35.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(1)(b), annimali biss li huma addattati għat-trasport u li jkunu fi stat tajjeb ta’ saħħa għandhom jiġu ttrasportati. Annimali li jkunu fi stat ovvju avanzat ta’ tqala jew annimali li jkunu weldu riċentement, kif ukoll annimal tat-twelid li ma jkunux kapaċi li jieklu waħidhom u li ma jkunux akkumpanjati minn ommhom, m’għandhomx jitqiesu bħala li jkunu fi stat tajjeb għat-trasport. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu eżentati f’każijiet eċċezzjonali jekk ikun meħtieġ fl-interess ta’ l-annimali li jivvjaġġaw għall-post fejn tkun tista’ tingħata l-kura meħtieġa.

36.

M’għandux jingħata loppju jekk mhux f’ċirkostanzi eċċezzjonali u allura biss taħt is-superviżjoni diretta ta’ veterinarju. Id-dettalji tal-loppju għandhom jakkumpanjaw lill-annimal sad-destinazzjoni tiegħu.

37.

L-annimali għandhom jiġu trasportati biss f’mezzi tat-trasport mibnija kif imiss, li fuqhom, fejn meħtieġ, għandu jitwaħħal avviż li juri li l-annimali fihom ikunu selvaġġi, timidi jew perikolużi. B’żieda, għandhom jakkumpanjaw lill-annimali struzzjonijiet ċari bil-miktub dwar it-tmiegħ u l-għoti ta’ l-ilma u dwar xi kura speċjali meħtieġa.

L-annimali koperti bis-Cites għandhom jiġu ttrasportati skond id-dispożizzjonijiet l-aħtar riċenti tal-linji ta’ gwida Cites għat-trasport u t-tħejjija bil-baħar ta’ annimali ħajjin u pjanti ferjali. Fil-każ ta’ ġarr bl-ajru, għandhom ikunu ttrasportati skond ir-regoli l-aktar riċenti ta’ l-IATA li jirregolaw mal-ġarr ta’ annimali ħajjin. Għandhom jitwasslu sad-destinazzjoni tagħhom kemm jista’ jkun malajr.

38.

L-annimali koperti b’dan il-Kapitolu għandhom jiġu kkurati skond l-istruzzjonijiet u l-linji ta’ gwida li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 37.

39.

Għandu jkun hemm perjodu xieraq għaż-żamma u l-ikkondizzjonar ta’ l-annimali qabel ma jintbagħtu bil-baħar li matulu għandhom, jekk meħtieġ, jiddaħħlu gradwalment fil-kontenituri tagħhom.

40.

Annimali ta’ speċi differenti m’għandhomx jitqegħdu fl-istess kontenitur. Apparti minn hekk, l-annimali ta’ l-istess speċi m’għandhomx jitqegħdu fl-istess kontenitur sakamm ma jkunx magħruf li jkunu kompatibbli ma xulxin.

41.

Annimali tar-razza taċ-ċriev m’għandhomx jinġarru waqt li l-qrun taċ-ċerv ikunu bellusin.

42.

L-għasafar għandhom jinġarru f’nofs dlam.

43.

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri speċjali li għandhom jittieħdu bi qbil mal-Artikolu 3(3), il-mammiferi marini għandu jkollhom l-attenzjoni kontinwa ta’ lavrant ikkwalifikat. Il-kontenituri m’għandhomx jitgħabbew fuq xulxin.

44.

(a) Għandu jkun hemm ventilazzjoni addizzjonali permezz ta’ toqob ta’ daqs addatat fil-ħitan kollha tal-kontenitur biex jiġi assigurat li jkun hemm kurrenti addattati ta’ arja f’kull waqt. Dawn it-toqob għandhom ikun ta’ daqs li ma jippermettux lill-annimali li jiġu f’kuntatt mal-persuni li jimmaniġġaw il-kontenitur jew milli jweġġu lilhom infushom.

(b) Vireġ spazjati ta’ daqs adekwat għandhom ikunu mwaħħla mal-ħitan kollha, is-soqfa u l-bażi tal-kontenituri biex ikun assigurat li jkun hemm kurrent ħieles ta’ l-arja għall-annimali fil-każ ta’ tagħbija fuq xulxin jew ħażna viċina tal-merkanzija.

45.

L-annimali m’għandhomx jitqegħdu viċin ta’ l-ikel jew f’postijiet li għalihom ikollhom aċċess persuni mhux awtorizzati.

IL-KAPITOLU V

ANNIMALI OĦRA VERTEBRATI U ANNIMALI TA’ DEMMHOM KIESAĦ

46. Annimali vertebrati u annimali ta’ demmhom kiesaħ oħrajn għandhom jinġarru f’tali kontenituri, permezz ta’ kondizzjonijiet tali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ spazju, ventilazzjoni, temperatura u sigurezza, u b’dik il-provvista ta’ l-ilma u l-ossiġenu adattati għall-ispeċi kkonċernata. L-annimali koperti mis-Cites għandhom ikunu ttrasportati bi qbil mad-dispożizzjonijiet l-aktar riċenti tal-linji ta’ gwida Cites għat-trasport u t-tħejjija bil-baħar ta’ annimali ħajjin u pjanti ferjali. Fil-każ ta’ ġarr bl-ajru, għandhom ikunu ttrasportati bi qbil mar-regoli l-aktar riċenti ta’ l-IATA li jirregolaw il-ġarr ta’ annimali ħajjin. Għandhom jitwasslu sad-destinazzjoni tagħhom kemm jista’ jkun malajr.

▼M2

IL-KAPITOLU VI

47.   DENSITAJIET TA' TAGĦBIJA

A.   ANNIMALI DOMESTIĊI BI DWIEFER SODI

Trasport bil-ferrovija



Żwiemel adulti

1,75 m2 (0,7 x 2,5 m) (1)

Żwiemel żgħar (6 — 24 xhur) (għal vjaġġi sa 48 siegħa)

1,2 m2 (0,6 x 2m)

Żwiemel żgħar (6 — 24 xhur) (għal vjaġġi l fuq minn 48 siegħa)

2,4 m2 (1,2 x 2m)

Ponijiet (taħt 144 ċm)

1m2 (0,6 x 1,8 m)

Moħor (0 — 6 xhur)

1,4 m2 (1 x 1,4 m)

(1)   Il-wisa’ standard ta' vaguni li tista’ tintuża hija 2,6 sa 2,7 m.

NB: Matul vjaġġi twal, il-moħor u ż-żwiemel żgħar iridu jkunu jistgħu jimteddu.

Dawn il-figuri jistgħu ivarjaw b'massimu ta' 10 % għal żwiemel u ponijiet adulti u b'massimu ta' 20 % għal żwiemel żgħar u moħor, u jiddependu mhux biss fuq il-piż u d-daqs taż-żwiemel imma anke fuq il-kondizzjoni fiżika, il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ mistenni.

Trasport bit-triq



Żwiemel adulti

1,75 m2 (0,7 x 2,5 m)

Żwiemel żgħar (6 — 24 xhur) (għal vjaġġi sa 48 siegħa)

1,2 m2 (0,6 x 2m)

Żwiemel żgħar (6 — 24 xhur) (għal vjaġġi l fuq minn 48 siegħa)

2,4 m2 (1,2 x 2m)

Ponijiet (taħt 144 ċm)

1 m2 (0,6 x 1,8 m)

Moħor (0 — 6 xhur)

1,4 m2 (1 x 1,4 m)

NB: Matul vjaġġi twal, il-moħor u ż-żwiemel żgħar iridu jkunu jistgħu jimteddu.

Dawn il-figuri jistgħu jvarjaw b'massimu ta' 10 % għal żwiemel u ponijiet adulti u b'massimu ta' 20 % għal żwiemel żgħar u moħor, u jiddependu mhux biss fuq il-piż u d-daqs taż-żwiemel imma anke fuq il-kondizzjoni fiżika, il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ mistenni.

Trasport bl-ajru



Densità ta' tagħbija ta' żwiemel għar-rigward ta' l-arja tal-wiċċ

0 — 100 kg

0,42 m2

100 — 200 kg

0,66 m2

200 — 300 kg

0,87 m2

300 — 400 kg

1,04 m2

400 — 500 kg

1,19 m2

500 — 600 kg

1,34 m2

600 — 700 kg

1,51 m2

700 — 800 kg

1,73 m2

Trasport bil-baħar



Piż ħaj f'kg

m2/annimal

200/300

0,90/1,175

200/400

1,175/1,45

400/500

1,45/1,725

500/600

1,725/2

600/700

2/2,25

B.   BHEJJEM TAL-FART

Trasport bil-ferrovija



Kategorija

Piż approssimattiv

(f'kg)

Erja f'm2 għal kull annimal

Għoġġiela żgħar

55

0,30 sa 0,40

Għoġġiela ta' daqs medju

110

0,40 sa 0,70

Għoġġiela kbar

200

0,70 sa 0,95

Frat ta' daqs medju

325

0,95 sa 1,30

Frat tqil

550

1,30 sa 1,60

Frat tqil ħafna

>700

[> 1,60]

Dawn il-figuri jistgħu jvarjaw, u jiddependu mhux biss fuq il-piż u d-daqs ta' l-annimali imma wkoll fuq il-kondizzjoni fiżika, il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ mistenni.

Trasport bit-triq



Kategorija

Piż approssimattiv (f'kg)

Erja f'm2 għal kull annimal

Għoġġiela żgħar

50

0,30 sa 0,40

Għoġġiela ta' daqs medju

110

0,40 sa 0,70

Għoġġiela kbar

200

0,70 sa 0,95

Frat ta' daqs medju

325

0,95 sa 1,30

Frat tqal

550

1,30 sa 1,60

Frat tqal ħafna

>700

[> 1,60]

Dawn il-figuri jistgħu jvarjaw, u jiddependu mhux biss fuq il-piż u d-daqs ta' l-annimali imma wkoll fuq il-kondizzjoni fiżika, il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ mistenni.

Trasport bl-ajru



Kategorija

Piż approssimattiv (f'kg)

Erja f'm2 għal kull annimal

Għoġiela

50

0,23

70

0,28

Frat

300

0,84

500

1,27

Trasport bil-baħar



Piż ħaj f'kg

m2/annimal

200/300

0,81/1,0575

200/400

1,0575/1,305

400/500

1,305/1,5525

500/600

1,5525/1,8

600/700

1,8/2,025

Annimali tqal irid ikollhom 10 % aktar spazju.

Ċ.   NAGĦAĠ/MOGĦOŻ

TRASPORT BIL-FERROVIJA



Kategorija

Piż f'kg

Erja f'm2 għal kull annimal

Nagħaġ imġiżż

< 55

0,20 sa 0,30

>55

>0,30

Nagħaġ mhux imġiżż

< 55

0,30 sa 0,40

>55

>0,40

Nagħaġ fi tqala avvanzata

< 55

0,40 sa 0,50

>55

>0,50

Mogħoż

< 35

0,20 sa 0,30

35 sa 55

0,30 sa 0,40

>55

0,40 sa 0,75

Mogħoż fi tqala avvanzata

< 55

0,40 sa 0,50

>55

>0,50

L-erja tal-wiċċ indikat fuq jista’ jvarja skond ir-razza, id-daqs, il-kondizzjonijiet fiżiċi u t-tul tas-suf ta' l-annimali, kif ukoll skond il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ.

Trasport bit-triq



Kategorija

Piż f'kg

Arja f'm2 għal kull annimal

Nagħaġ u ħrief imġiżża

ta' 26 kg u fuqhom

< 55

0,20 sa 0,30

>55

> 0,30

Nagħaġ mhux imġiżż

< 55

0,30 sa 0,40

>55

>0,40

Nagħaġ fi tqala avvanzata

< 55

0,40 sa 0,50

>55

>0,50

Mogħoż

< 35

0,20 sa 0,30

35 sa 55

0,30 sa 0,40

>55

0,40 sa 0,75

Mogħoż fi tqala avvanzata

< 55

0,40 sa 0,50

>55

>0,50

L-erja tal-wiċċ indikat fuq jista’ jvarja skond ir-razza, id-daqs, il-kondizzjonijiet fiżiċi u t-tul tas-suf tal-annimali, kif ukoll il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ. Bħala indikazzjoni: għall-ħrief żgħar, erja ta' taħt il-0,2 m2 kull annimali tista’ tiġi provduta.

Trasport bl-ajru



Densità ta' tagħbija għall-mogħoż u n-nagħaġ rigward l-erja tal-wiċċ:

Piż medju (f'kg)

Erja tal-wiċċ għal kull nagħġa/mogħża (f'm2)

25

0,20

50

0,30

75

0,40

Trasport bil-baħar



Piż ħaj f’ kg

m2/annimal

20/30

0,24/0,265

30/40

0,265/0,290

40/50

0,290/0,315

50/60

0,315/0,34

60/70

0,34/0,39

D.   ĦNIEŻER

Trasport bil-ferrovija u bit-triq

Il-ħnieżer kollha jridu għal inqas ikunu jistgħu jimteddu u jqumu bil-wieqfa fil-posizzjoni naturali tagħhom.

Sabiex ikun hemm konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti minimi, id-densità tat-tagħbija għall-ħnieżer ta' madwar 100 kg m'għandhiex teċċedi il-235 kg/m2.

Ir-razza, id-daqs u l-kondizzjoni fiżika tal-ħnieżer jistgħu jfissru li l-erja tal-wiċċ minima meħtieġa mogħtija hawn fuq trid tiżdied; żjieda massima ta' 20 % tista’ tkun meħtieġa wkoll skond il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ.

Trasport bl-ajru

Id-densità tat-tagħbija għandha tkun relattivament għolja sabiex jiġi evitat korriment meta jitilqu jew meta jinżlu lura fuq l-art jew fil-każ ta' turbulenza għalkemm l-annimali kollha xorta jridu jkunu jistgħu jimteddu. Il-klima, il-ħin totali tal-vjaġġ u s-siegħa meta jaslu għandhom jitqiesu meta tiġi miftiehma d-densità tat-tagħbija.



Piż medju

Erja tal-wiċċ għal kull ħanżir

15 kg

0,13 m2

25 kg

0,15 m2

50 kg

0,35 m2

100 kg

0,51 m2

Trasport bil-baħar



Piż ħaj f'kg

m2/annimal

10 jew inqas

0,20

20

0,28

45

0,37

70

0,60

100

0,85

140

0,95

180

1,10

270

1,50

E.   TJUR



Kategorija

Spazju

Flieles ta' jum wieħed

21-25 ċm2 kull fellus

Tjur li jiżen inqas minn 1,6 kg

180 sa 200 ċm2/kg

Tjur li jiżen 1,6 kg u aktar imma inqas minn 3 kg

160 ċm2/kg

Tjur li jiżen 3 kg u aktar imma inqas minn 5 kg

115 ċm2/kg

Tjur li jiżen 5 kg u aktar

105 ċm2/kg

Dawn il-figuri jistgħu jvarjaw skond mhux biss il-piż u d-daqs ta' l-għasafar imma wkoll skond il-kondizzjoni fiżika tagħhom, il-kondizzjonijiet meterjoloġiċi u l-ħin tal-vjaġġ mistenni.

IL-KAPITOLU VII

48.   Interval ta' tisqija u ta' tmigħ, il-ħinijiet tal-vjaġġ u l-perjodi ta' mistrieħ

1. Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Kapitolu jgħoddu għall-movimenti tal-ispeċi ta' elenkati fl-Artikolu 1(1)(a), minbarra fil-każ ta' trasport bl-ajru, li r-rekwiżiti tiegħu huma stabbiliti fil-Kapitolu I(E), punti 27 sa 29.

2. Il-ħinijiet tal-vjaġġ għall-annimali li jappartjenu għall-ispeċi li għalihom issir referenza fil-punt 1 m'għandhomx jeċċedu t-tmien sigħat.

3. Il-ħin ta' vjaġġ massimu fil-punt 2 jista’ jiġi estiż meta l-vettura tat-trasport tissodisfa r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

 ikun hemm saqqijiet biżżejjed fl-art tal-vettura,

 il-vettura tat-trasport iġġorr għalf xieraq għall-ispeċi ta' annimal trasportat u għall-ħin tal-vjaġġ,

 hemm aċċess dirett għall-annimali,

 ventilazzjoni adegwata hija possibbli u din tista’ tiġi aġġustata skond it-temperatura (ta' ġewwa u ta' barra),

 hemm panewwijiet mobbli biex jinħolqu kompartamenti separati,

 il-vetturi huma armati għal konnessjoni ma’ provvista ta' l-ilma meta jkunu wiefqa,

 fil-każ ta' vetturi għat-trasport tal-ħnieżer, irid jinġarr ilma suffiċjenti għat-tisqija matul il-vjaġġ.

4. L-intervalli ta' tmigħ u tat-tisqija, il-ħinijet tal-vjaġġ u l-perjodi ta' mistrieħ meta jintużaw l-vetturi tat-triq li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt 3 huma definiti kif ġej:

(a) Għoġiela, ħrief, gidien u moħor mhux miftuma li għadhom fuq dieta ta' ħalib u frieħ tal-ħanżir mhux miftuma jridu, wara disa’ sigħat ta' vjaġġ, jingħataw perjodu ta' mistrieħ ta' mill-inqas siegħa li tkun biżżejjed għalihom b'mod partikolari biex jingħataw likwidu u jekk ikun meħtieġ għalf. Wara dan il-perjodu ta' mistrieħ, jistgħu jiġu trasportati għal disa’ sigħat oħra.

(b) Il-ħnieżer jistgħu jiġu trasportati għal perjodu massimu ta' 24 siegħa. Matul il-vjaġġ, irid ikollhom aċċess kontinwu għall-ilma.

(ċ)  Solidungulates domestiċi (minbarra equidae reġistrati fit-tifsira tad-Direttiva 90/426/EE ( 18 ) jistgħu jiġu trasportati għal perjodu massimu ta' 24 siegħa. Matul il-vjaġġ iridu jingħataw likwidi u jekk ikun meħtieġ għalf kull tmien sigħat.

(d) L-annimali l-oħra kollha ta' l-ispeċi li għalihom issir referenza fil-punt 1 iridu, wara 14-il siegħa ta' vjaġġ, jingħataw perjodu ta' mistrieħ ta' mill-inqas siegħa li tkun biżżejjed għalihom b'mod partikolari sabiex jingħataw likwidu u jekk ikun meħtieġ għalf. Wara dan il-perjodu ta' mistrieħ, jistgħu jiġu trasportati għal 14-il siegħa oħra.

5. Wara l-ħin tal-vjaġġ stabbilit, l-annimali jridu jinħattu, jingħataw x'jieklu u x'jixorbu u jitħallew jistrieħu għal mill-inqas 24 siegħa.

6. L-annimali m'għandhomx jiġu trasportati permezz ta' ferrovija jekk il-ħin tal-vjaġġ massimu jeċċedi dak stabbilit fil-punt 2. Madanakollu, il-ħinijiet tal-vjaġġ stabbiliti fil-punt 4 għandhom japplikaw meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 3 u 4, minbarra l-perjodu ta' mistrieħ, jintlaħqu.

7. 

(a) L-annimali m'għandhomx jiġu trasportati permezz tal-baħar jekk il-ħin tal-vjaġġ massimu jeċċedi dak stabbilit fil-punt 2, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 3 u 4, minbarra l-ħinijiet tal-vjaġġ u l-perjodu ta' mistrieħ, jintlaħqu.

(b) Fil-każ ta' trasport bil-baħar b’rabta regolari u diretta bejn iż-żewġ punti ġeografiċi tal-Komunità permezz ta' vetturi mgħobbija fuq bastimenti mingħajr ma jinħattu l-annimali, dawn ta' l-aħħar iridu jingħataw mistrieħ għal 12-il siegħa wara li jinħattu fil-port ta' destinazzjoni jew fil-viċinanza immedjata tagħha sakemm il-ħin tal-vjaġġ bil-baħar huwa tali li l-vjaġġ jista’ jiġi inkluż fl-iskema ġenerali tal-punti 2 sa 4.

8. Fl-interessi tal-annimali, il-ħinijiet tal-vjaġġ fil-punti 3, 4 u 7(b) jistgħu jiġu estiżi b'sagħtejn, waqt li jitqies b'mod partikolari kemm huwa fil-qrib il-post ta' destinazzjoni.

9. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-punti 3 sa 8, l-Istati Membri huma awtorizzati biex jipprovdu għal ħin ta' vjaġġ mhux estendibbli ta' tmien sigħat għat-trasport ta' annimali destinati għall-qatla, meta t-trasport huwa mwettaq esklussivament minn post ta' tluq sa post tal-wasla li t-tnejn li huma jinsabu fit-territorju tagħhom stess.

IL-KAPITOLU VIII

PJANTA TAR-ROTTA

image



( 1 ) ĠU C 214, tal-21.8.1989, p. 36 u ĠU C 154, tat-23.6.1990, p. 7.

( 2 ) ĠU C 113, tas-7.5.1990, p. 206.

( 3 ) ĠU C 56, tas-7.3.1990, p. 29.

( 4 ) ĠU C 76, tas-7.3.1987, p. 185.

( 5 ) ĠU L 384, tal-31.12.1982, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni KEE Nru 197/90 (ĠU L 29, tal-31.1.1990, p. 1).

( 6 ) ĠU L 200, tat-8.8.1977, p. 10.

( 7 ) ĠU L 150, tas-6.6.1981, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament KEE Nru 3768/85 (ĠU L 362, tal-31.12.1985, p. 8).

( 8 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56).

( 9 ) ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56.

( 10 ) ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56).

( 11 ) ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56).

( 12 ) ĠU L 370, tal-31.12.1985, p. 1.

( 13 ) Kif emendat u kkonsolidat bid-Direttiva 91/497/KEE (ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 68).

( 14 ) ĠU L 351, tat-2.12.1989, p. 34.

( 15 ) ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1.

( 16 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23

( 17 ) ĠU L 351, tat-2.12.1989, p. 34.

( 18 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

Top