EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01991L0321-20040501

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Mejju 1991 dwar il-formulae tat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment (91/321/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/321/2004-05-01

1991L0321 — MT — 01.05.2004 — 004.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Mejju 1991

dwar il-formulae tat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment

(91/321/KEE)

(ĠU L 175, 4.7.1991, p.35)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTVA TAL-KUMMISSJONI 96/4/KE Test b’relevanza ŻEE tas-16 ta’ Frar 1996

  L 49

12

28.2.1996

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 1999/50/KE Test b'relevanza ŻEE tal-25 ta' Mejju 1999

  L 139

29

2.6.1999

►M3

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/14/KE Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-10 ta' Frar 2003

  L 41

37

14.2.2003


Emendat bi:

►A1

  C 241

21

29.8.1994

►A2

  L 236

33

23.9.2003




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Mejju 1991

dwar il-formulae tat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment

(91/321/KEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-oġġetti ta’ l-ikel għall-użu ta’ nutrizzjoni partikolari ( 1 ) u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi l-komposizzjoni essenzjali tal-prodotti msemmija għandha tissodisfa il-ħtiġiet ta’ nutrizzjoni tat-trabi li huma f’saħħithom kif stabbilit mit-data xjentifika ġeneralment aċċettata;

Billi fuq il-bażi ta’ din id-data l-komposizzjoni essenzjali tal-formulae ta’ l-ikel għat-trabi u formulae tal-prosegwiment, manifatturati mill-proteini tal-ħalib tal-baqar u mill-proteini tas-soya waħedhom biss jew f’taħlita tista’ diġà tkun definita; billi l-istess ħaġa ma’ tistax tingħad għal preparazzjonijiet ibbażati kompletament jew parzjalment fuq sorsi oħra ta’ proteina; billi għal dan il-għan regoli speċifiċi għall-prodotti bħal dawn, jekk meħtieġ, għandhom għalhekk jiġu adottati f’data aktar ‘il quddiem;

Billi din id-Direttiva tirrifletti t-tagħrif kurrenti dwar dawn il-prodotti; billi kwalunkwe modifika, biex tagħti lok għall-innovazzjoni bbażata fuq progress xjentifiku u tekniku, għandha tkun deċiża bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 89/398/KEE;

Billi minħabba l-persuni li għalihom huma maħsuba dawn il-prodotti ser ikun meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji mikrobioloġiċi u livelli massimi għall-kontaminanti; billi minħabba l-kumplessità tas-suġġett dawn għandhom jiġu adottati fi stadju aktar tard;

Billi l-formula ta’ l-ikel tat-trabi hija l-uniku ikel ipproċessat li jissodisfa bis-sħiħ il-ħtiġijiet ta’ nutrizzjoni tat-trabi fl-ewwel erba’ sa sitt xhur tal-ħajja; billi biex tipproteġi s-saħħa ta’ dawn it-trabi jinħtieġ li jkun assigurat li l-uniċi prodotti mqiegħda fis-suq bħala li huma adatti għal dan l-użu matul dan il-perjodu jkunu formulae ta’ l-ikel għat-trabi;

Billi permezz ta’ l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 89/398/KEE il-prodotti koperti minn din id-Direttiva huma soġġetti għar-regoli ġenerali stipulati mid-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel għal bejgħ lill-konsumatur aħħari ( 2 ) kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 89/395/KEE ( 3 ); billi din id-Direttiva tadotta u tespandi fuq iż-żidiet u l-eċċezzjonijiet għal dawk ir-reġoli ġenerali, fejn hu xieraq, biex tħeġġeġ u tipproteġi l-irdigħ tal-ħalib ta’ l-omm;

Billi, b’mod partikolari, in-natura u d-destinazzjoni tal-prodotti koperti minn din id-Direttiva jinħtieġu tikkettar tan-nutrizzjoni dwar il-valur ta’ l-enerġija u n-nutrijenti prinċipali ta’ ġo fihom; billi, mill-banda l-oħra, l-metodu ta’ l-użu għandu jiġi speċifikat b’mod konformi mal-Artikolu 3 (1) (8) u mal-Artikolu 10 (2) tad-Direttiva 79/112/KEE, biex ma jagħtix lok għal xi użu mhux xieraq li jista’ jkun ta’ ħsara għas-saħħa tat-trabi;

Billi, permezz ta’ l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 79/112/KEE, u biex tipprovdi tagħrif oġġettiv u xjentifikament ivverifikat, huwa meħtieġ li jkunu definiti l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom l-allegazzjonijiet dwar il-komposizzjoni partikolari ta’ xi formula ta’ l-ikel tat-trabi huma awtorizzati;

Billi, fi sforz biex tipprovdi protezzjoni aqwa għas-saħħa tat-trabi, ir-regoli tal-komposizzjoni, l-ittikketjar u r-reklamar stipulati f’din id-Direttiva għandhom ikunu konformi mal-prinċipji u l-għanijiet tal-Kodiċi Internazzjonali tal-Kummerċ tas-Sostituti tal-Ħalib ta’ l-Omm adottati mill-34 Assemblea tas-Saħħa Dinjija, filwaqt li jittieħed kont tas-sitwazzjonijet legali u fattwali partikolari li jeżistu fil-Komunità;

Billi minħabba r-rwol importanti li għandu t-tagħrif dwar l-ikel tat-trabi fil-għażla, minn nisa tqal u ommijiet tat-trabi, it-tip ta’ nutriment ipprovvdut lit-tfal tagħhom, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa biex dan it-tagħrif jassigura użu xieraq tal-prodotti msemmija u ma jmurx kontra t-tħeġġig ta’ l-użu tat-treddigħ;

Billi din id-Direttiva ma tirrigwardax il-kondizzjonijiet ta’ bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet li jispeċjalizzaw fil-kura tat-trabi u ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi;

Billi l-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel, b’konformita mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 89/398/KEE, ġie kkonsultat dwar id-dispożizzjonijiet li l-aktar jistgħu jolqtu s-saħħa pubblika;

Billi l-kwistjonijiet marbuta ma’ prodotti maħsubin għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi għandhom jiġu trattati b’mod koerenti u omoġenju permezz ta’ miżura separata;

Billi l-miżuri li għalihom hemm dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti dwar l-Oġġetti ta’ l-Ikel,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

1.  Din id-Direttiva hija Direttiva speċifika fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 89/398/KEE u tistabbilixxi l-ħtiġiet tal-komposizzjoni u l-ittikettjar għall-formulae ta’ l-ikel tat-trabi u l-formulae ta’ prosegwiment maħsubin għall-użu mit-trabi b’saħħithom fil-Komunità. Fiha wkoll dispożizzjonijiet biex l-Istati Membri jġibu fis-seħħ il-prinċipji u l-għanijiet tal-Kodiċi Internazzjonali tal-Kummerċ tas-Sostituti tal-Ħalib ta’ l-Omm li jirrigwardaw il-marketing, l-informazzjoni u r-responsabiltajiet ta’ l-awtoritajiet tas-saħħa.

2.  Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) “trabi” tfisser tfal taħt l-età ta’ 12-il xahar;

(b) “ tfal żgħar” tfisser tfal ta’ età bejn sena u tliet snin;

(c) “formulae (ta’ l-ikel) tat-trabi” tfisser oġġetti ta’ l-ikel maħsubin għal użu ta’ nutrizzjoni partikolari mit-trabi matul l-ewwel erba’ sa sitt xhur tal-ħajja u li jissodisfaw waħedhom il-ħtiġiet ta’ nutrizzjoni ta’ din il-kategorija ta’ persuni;

(d) “formulae ta’ prosegwiment” tfisser prodotti ta’ l-ikel maħsubin għall-użu partikolari ta’ nutrizzjoni mit-trabi ta’ età ‘l fuq minn erba’ xhur u li jikkostitwixxu l-element likwidu prinċipali f’dieta progressivament diversifikata ta’ din il-kategorija ta’ persuni;

▼M2

(e) “residwu tal-pestiċidi” jfisser ir-residwu fil-formulae għat-trabi u l-formulae ta' prosegwiment ta' prodott għall-ħarsien tal-pjanti, kif definit fil-punt 1 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE ( 4 ), inklużi l-metaboliti tiegħu u l-prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew mir-reazzjoni tiegħu.

▼B

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2)(ċ) u (d) jistgħu jitqiegħdu fis-suq fi ħdan il-Komunità biss jekk ikunu konformi mad-definizzjonijiet u r-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva. L-ebda prodott ħlief il-formula tat-trabi m’għandu jitqiegħed fis-suq jew jiġi muri mod ieħor bħala adatt li jista’ waħdu jissodisfa l-ħtiġiet ta’ nutrizzjoni ta’ trabi normali u b’saħħithom matul l-ewwel erba’ sa sitt xhur tal-ħajja.

Artikolu 3

1.  Il-formulae tat-trabi għandhom ikunu manifatturati minn sorsi ta’ proteina definiti fl-Annessi u minn ingredjenti ta’ l-ikel oħrajn, skond il-każ, li l-idoneità tagħhom għall-użu partikolari ta’ nutrizzjoni tat-trabi mit-twelid ġiet stabbilita minn tagħrif xjentifiku aċċettat b’mod ġenerali.

2.  Il-formulae ta’ prosegwiment għat-trabi għandhom ikunu manifatturati minn sorsi ta’ proteina definiti fl-Annessi u minn ingredjenti oħra ta’ l-ikel, skond il-każ, li l-idoneità tagħhom għall-użu partikolari ta’ nutrizzjoni għat-trabi ta’ ‘l fuq minn erba’ xhur ġiet stabbilita minn tagħrif xjentifiku aċċettat b’mod ġenerali.

3.  Il-projbizzjonijiet u l-limitazzjonijiet dwar l-użu ta’ l-ingredjenti ta’ l-ikel stabbiliti fl-Annessi I u II għandhom ikunu osservati.

Artikolu 4

1.  Il-formulae għat-trabi għandhom jkunu konformi mal-kriterji ta’ komposizzjoni speċifikati fl-Anness I.

2.  Il-formulae ta’ prosegwiment għat-trabi għandhom jkunu konformi mal-kriterji ta’ komposizzjoni speċifikati fl-Anness II.

3.  Sabiex il-formulae tat-trabi u il-formulae ta’ prosegwiment jkunu lesti għall-użu, m’għandu jkun hemm bżonn xejn aktar ħlief, skond il-każ, li wieħed iżid l-ilma.

Artikolu 5

1.  Dawk is-sustanzi elenkati fl-Anness III biss jistgħu jintużaw fil-manifattura ta’ formulae għat-trabi u formulae ta’ prosegwiment biex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet dwar:

 sustanzi minerali,

 vitamini,

 aċidi amino u komposti oħra tan-nitroġenu,

 sustanzi oħra li għandhom għan partikolari ta’ nutrizzjoni.

Il-kriterja ta’ purità għal dawn is-sustanzi għandhomjiġu stipulati fi stadju aktar ‘il quddiem.

2.  Id-dispożizzjonijiet marbuta mal-użu ta’ additivi fil-manifattura ta’ formulae għat-trabi u formulae ta’ prosegwiment għandhom ikunu stabbiliti f’Direttiva tal-Kunsill.

▼M2

Artikolu 6

▼M3

1.  Il-formulae għat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment ma għandu jkun fihom l-ebda sustanza fil-kwantita li tipperikola s-saħħa tat-trabi u tat-tfal iż-żgħar. Il-liveli massimi meħtieġa għandhom jiġu stabbiliti mingħajr dewmien.

▼M2

2.  Il-formulae għat-trabi u l-formulae ta' prosegwiment m'għandux ikun fihom residwi ta' pestiċidi individwali f'livelli li jeċċedu l-0,01 mg/kg tal-prodott kif preżentat lest għall-konsum jew kif rikostitwit skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant.

Il-metodi analitiċi sabiex ikunu determinati l-livelli ta' residwi ta' pestiċidi għandom ikunu metodi standardizzati li huma ġeneralment aċċettati.

▼M3

3.  

(a) Dawk il-pestiċidi elenkati fl-Anness IX ma għandhomx jintużaw fil-prodotti agrikoli maħsuba għall-produzzjoni tal-formulae għat-trabi u l-formulae tal-prosegwiment. Madankolli, bil-għan tal-kontroll:

(i) il-pestiċidi elenkati fit-Tabella 1 ta' l-Anness IX huma meqjusa li ma kenux intużati jekk il-fdalijiet tagħhom ma jaqbżux il-livell ta 0,003 mg/kg. Dan il-livell li huwa kkunsidrat il-limitu tal-kwantifikazzjoni tal-metodi analitiċi għandu jinżamm taħt rivista regolari fid-dawl tal-progress tekniku;

(i) il-pestiċidi elenkati fit-Tabella 2 ta' l-Anness IX huma meqjusa li ma kenux intużati jekk il-fdalijiet tagħhom ma jaqbżux il-livell ta 0,003 mg/kg. Dan il-livell li huwa kkunsidrat il-limitu tal-kwantifikazzjoni tal-metodi analitiċi għandu jinżamm taħt rivista regolari fid-dawl tal-progress tekniku;

(b) Bħala deroga mill-paragrafu 2, għall-pesriċidi elenkati fl-Anness X, għandhom japplikaw il-livelli massimi tal-fdal speċifikati fih.

Għall-pestiċidi elenkati fl-Anness X, meta ittieħed deċiżjoni li tirrigwarda in-nuqqas ta' l-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, għandhom jiġu emendati l-Anness IX u l-Anness X ma' din id-Direttiva kif jixraq.

(ċ) Il-livelli massimi riferiti fis-subparagrafi (a) u (b) għandhom japplikaw għall-prodotti kif proposti lesti għall-konsum jew ikkostitwiti mill-ġdid skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikanti.

▼M2

4.  Għandhom ikunu stabbiliti kriterji microbijoloġiċi skond kif ikun hemm bżonn.

▼B

Artikolu 7

1.  L-isem li bih jinbiegħu l-prodotti koperti bl-Artikolu 1(2) għandu jkun, rispettivament:

 bl-Ingliż:

 “infant formula” u “follow-on formula”,

 bid-Daniż:

 “Modermælkserstatning” u “Tilskudsblanding”,

 bil-Ġermaniż:

 “Säuglingsanfangsnahrung” u “Folgenahrung”,

 Bil-Grieg

 “Παρασκεύασμα για βρέφη” u “Παρασκεύασμα δεύτερης βρεφικής ηλικίας”,

 bl-Ispanjol

 “Preparado para lactentes” u “Preparado de continuación”,

 bil-Franċiż:

 “Préparation pour nourrissons” u “Préparations de suite”,

 bit-Taljan

 “Alimento per lattini” u “Alimento di proseguimento”,

 bl-Olandiż:

 “Volledige zuigelingenvoeding” u “Opyolgzuigelin-genvoeding”.

 bil-Portugiż:

 “Fórmula para lactentes” u “Fórmula de transicão”,

▼A1

 fil-Finlandiż:

 “Aeidinmaidonkorvike” u “Vierotusvalmiste”,

 fl-Isvediż:

 “Modersmjölkersättning” u “Tillskottsnäring”,

▼A2

 biċ-Ċek:

 “Počáteční kojenecká výživa”uPokračovací kojenecká výživa,

 bl-Eston:

 “Imiku piimasegu” u “Jätkupiimasegu”,

 bil-Latvjan:

 “Piena maisījums zīdaiņiem līdz četru mēnešu vecumam” u “Piena maisījums zīdaiņiem no četru mēnešu vecuma”,

 bil-Litwan:

 “Mišinys kūdikiams iki 4 — 6 mėn”u “Mišinys kūdikiams, vyresniems kaip 4 mėn,”,

 bl-Ungeriż:

 “Anyatej-helyettesítő tápszer” u “Anyatej-kiegészítő tápszer”,

 bil-Malti:

 “Formula tat-trabi” u“Formula tal-prosegwiment”,

 bil-Pollakk:

 “Preparat do początkowego żywienia niemowląt” u “Preparat do dalszego żywienia niemowląt”,

 bis-Sloven:

 “Začetna formula za dojenčke” u “Nadaljevalna formula za dojenčke”,

 bis-Slovakk:

 “Počiatočná dojčenská výživa” u “Následná dojčenská výživa”.

▼B

Madankollu, l-isem tal-prodotti manifatturati kompletament mill-proteini tal-ħalib tal-baqar, għandu jkun rispettivament:

 bl-Ingliż:

 “infant milk” u “follow-on milk”,

 bid-Daniz:

 “Modermælksertatning udelukkende baseret på mælk” u “Tilskudsblanding udelukkende basaret på mælk”,

 bil-Ġermaniż:

 “Säuglingsmilchnahrung” u “Folgemilch”,

 Bil-Grieg

 “Γάλα για δρέφη” u “Γάλα δεύτερης δρεφικής ηλικίας”,

 bl-Ispanjol

 “Leche para lactentes” u “Leche de continuación”,

 bil-Franċiż:

 “Lait pour nourrissons” u “Lait de suite”,

 bit-Taljan

 “Latte per lattanti” u “Latte di proseguimento”,

 bl-Olandiż:

 “Volledige zuigelingenvoeding op basis van melk” jew “Zuigelingenmelk” u “Opvolgmelk”.

 bil-Portugiż:

 “Leite para lactentes” u “Leite de transicão”,

▼A1

 fil-Finlandiż:

 “Maitopohjainen äidinmaidonkorvike” u “Maitopohjainen vierotusvalmiste”,

 fl-Isvediż:

 “Modersmjölksersättning uteslutande baserad paa mjölk” u “Tillskottsnaering uteslutande baserad paa mjölk”,

▼A2

 biċ-Ċek:

 “Počáteční mléčná kojenecká výživa” u “Pokračovací mléčná kojenecká výživa”,

 bl-Eston:

 “Piimal põhinev imiku piimasegu” u “Piimal põhinev jätkupiimasegu”,

 bil-Latvjan:

 “Piens zīdaiņiem līdz četru mēnešu vecumam”u “Piens zīdaiņiem no četru mēnešu vecuma”,

 bil-Litwan:

 “Pieno mišinys kūdikiams iki 4-6 mėn” u “Pieno mišinys kūdikiams, vyresniems kaip 4 mėn”,

 bl-Ungeriż:

 “Tejalapú anyatej-helyettesítő tápszer” u “Tejalapú anyatej-kiegészítő tápszer”,

 bil-Malti:

 “Ħalib tat-trabi” u “Ħalib tal-prosegwiment”,

 bil-Pollakk:

 “Mleko początkowe”u “Mleko następne”,

 bis-Sloven:

 “Začetno mleko za dojenčke” and“Nadaljevalno mleko za dojenčke”,

 bis-Slovakk:

 “Počiatočná dojčenská mliečna výživa”and “Následná dojčenská mliečna výživa”.

▼B

2.  Fuq it-tikketta għandu jkun hemm, apparti minn dawk li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 79/112/KEE, il-partikolaritajiet obligatorji li ġejjin:

(a) fil-każ ta’ formulae għat-trabi, dikjarazzjoni li turi li l-prodott huwa tajjeb għall-użu partikolari ta’ nutrizzjoni għat-trabi mit-twelid meta ma jkunux qiegħdin jieħdu l-ħalib ta’ l-omm;

(b) fil-każ ta’ formulae għat-trabi li ma jkunx fihom ħadid miżjud, dikjarazzjoni li turi li, meta l-prodott jingħata lit-trabi ta’ ‘l fuq minn erba’ xhur, il-ħtiġiet totali ta’ ħadid tagħhom għandhom jiġu sodisfatti minn sorsi oħra addizzjonali;

(c) fil-każ ta’ formulae ta’ prosegwiment, dikjarazzjoni li turi li l-prodott huwa tajjeb biss għall-użu ta’ nutrizzjoni partikolari tat-trabi ta’ ’ l fuq minn erba’ xhur, li għandu biss jifforma parti minn dieta diversifikata u li m’għandux jintuża bħala sostitut għall-ħalib ta’ l-omm matul l-ewwel erba’ xhur tal-ħajja;

▼M1

(d) fil-każ ta’ formulae għat-trabi u formulae ta’ prosegwiment, il-valur ta’ l-enerġija disponibbli, espressa f’kJ u kcal, u l-kontenut tal-proteini, karbo-idrati u lipidi, espressi f’forma numerika, għal kull 100 ml tal-prodott lest għall-użu;

(e) fil-każ ta’ formulae għat-trabi u formulae ta’ prosegwiment, il-kwantità medja ta’ kull sustanza minerali u ta’ kull vitamina msemmija fl-Annessi I u II rispettivament, u fejn japplika ta’ choline, inositol, carnitine u taurine, espressi f’forma numerika, għal kull 100 ml tal-prodott lest għall-użu;

▼B

(f) fil-każ ta’ formulae tat-trabi u formulae ta’ prosegwiment, l-istruzzjonijiet għall-preparazzjoni xierqa tal-prodott u twissija dwar il-periklu għas-saħħa meta l-preparazzjoni ma’ ssirx kif xieraq.

▼M1

2a.  It-tikketta tista’ ġġib:

(a) il-kwantità medja tan-nutrienti msemmija fl-Anness III meta din id-dikjarazzjoni ma tkunx koperta mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 (e) ta’ dan l-Artikolu, espressi f’forma numerika, għal kull 100 ml tal-prodott lest għall-użu;

(b) għall-formulae ta’ prosegwiment, b’żieda ma’ l-informazjoni numerika, l-informazzjoni dwar il-vitamini u minerali inklużi fl-Anness VIII, espressi bħala persentaġġ tal-valuri ta’ referenza mogħtija hemmhekk, għal kull 100 ml tal-prodott lest għall-użu, basta li l-kwantitajiet preżenti huma mill-anqas ugwali għal 15 % tal-valuri ta’ referenza.

▼B

3.  L-ittikkettjar tal-formulae tat-trabi u l-formulae ta’ prosegwiment għandu jkun ddisinjat biex jipprovdi t-tagħrif meħtieġ dwar l-użu xieraq tal-prodotti hekk li ma jkunx skurraġit l-irdigħ tal-ħalib ta’ l-omm. L-użu tal-frasijiet ‘umanizzat’, ‘maternalizzat’, jew frasijiet oħrajn għandhom ikunu pprojbiti. Il-frażi ‘adattat’ tista’ tintuża biss b’mod konformi mal-paragrafu 6 u l-Anness IV, il-punt 1.

4.  L-ittikkettjar tal-formulae tat-trabi għandu jkollu wkoll il-partikolaritajiet obbligatorji li ġejjin, ippreċeduti mill-kliem “Avviż Importanti” jew kliem ekwivalenti:

(a) dikjarazzjoni li tirrigwarda s-superjorità tal-l-irdigħ tal-ħalib ta’ l-omm;

(b) dikjarazzjoni li tirrikkomanda li l-prodott jintuża biss fuq parir ta’ nies indipendenti li għandhom kwalifiki fil-mediċina, fin-nutrizzjoni jew fil-farmaċija, jew professjonisti oħra responsabbli għall-kura ta’ l-omm u t-trabi;

5.  L-ittekkettjar tal-formulae għat-trabi m’għandux ikollu stampi ta’ trabi, u lanqas m’għandu jinkludi stampi oħra jew kitba li tista’ tidealizza l-użu tal-prodott. Jista’, madankollu, jkollu rappreżentazzjonijiet grafiċi għall-identifikazzjoni faċli tal-prodott u biex tispjega il-metodi ta’ preparazzjoni.

6.  L-ittikkettjar jista’ jkollhu allegazzjonijiet dwar il-komposizzjoni speċjali tal-formula għat-trabi, biss fil-każi elenkati fl-Anness IV u b’mod konformi mal-kondizzjonijiet stipulati hemmhekk.

7.  Il-kondizzjonijiet, il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 sa 6 għandhom ukoll ikunu applikabli għal:

(a) il-preżentazzjoni tal-prodotti kkonċernati, b’mod partikolari l-forma, l-apparenza jew l-imballaġġ, il-materjal ta’ l-imballaġġ użat, il-mod kif ikunu irranġati u kif jintwerew;

(b) l-irreklamar.

Artikolu 8

1.  Ir-reklamar tal-formulae għat-trabi għandu jkun ristrett għall-pubblikazzjonijiet li jispeċjalizzaw fil-kura tat-trabi u l-pubblikazzjonijiet xjentifiċi. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu aktar jew jipprojbixxu dan ir-reklamar. Dan ir-reklamar għall-formulae tat-trabi għandu jkun soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(3), (4), (6) u (7) (b) u jkun fih biss informazzjoni ta’ natura xjentifika u fattwali. Din l-informazzjoni m’għandiex timplika jew toħloq xi twemmin li l-irdigħ bil-flixkun huwa ekwivalenti jew superjuri għall-irdigħ tal-ħalib ta’ l-omm.

2.  M’għandux ikun hemm reklamar fil-post tal-bejgħ, xi għoti ta’ kampjuni jew mezzi oħra ta’ promozzjoni li jħeġġu l-bejgħ tal-formulae għat-trabi direttament lill-konsumatur fil-livell ta’ bejgħ bl-imnut, bħal ma huma preżentazzjonijiet speċjali, kupuni ta’ skont, roħs speċjali, bejgħ speċjali, bejgħ bit-telf jew forom ta’ bejgħ bl-irbit.

3.  Il-fabbrikanti u d-distributuri tal-formulae għat-trabi m’għandhomx jipprovdu, lill-pubbliku in ġenerali jew lin-nisa tqal, l-ommijiet jew lill-membri tal-familji tagħhom prodotti b’xejn jew bi prezz baxx, kampjuni jew xi rigali oħra ta’ promozzjoni, la direttament u l-anqas indirettament permezz ta’ sistema tal-kura tas-saħħa jew ta’ haddiema fis-settur tas-saħħa.

Artikolu 9

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jingħata tagħrif oġġettiv u konsistenti dwar it-tmigħ tat-trabi u tat-tfal iż-żgħar għall-użu mill-familji u minn dawk li qiegħdin fis-settur tan-nutrizzjoni tat-trabi u tat-tfal iż-żgħar li jkopri l-ippjanar, il-forniment, l-iddisenjar u t-tixrid ta’ tagħrif u l-kontroll tagħhom.

2.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-materjal informattiv u edukattiv, kemm jekk bil-miktub u kemm jekk awdjoviżiv, dwar l-ikel tat-trabi u maħsub biex jilħaq lin-nisa tqal u lill-ommijiet tat-trabi u t-tfal żgħar, għandu jinkludi informazzjoni ċara fuq dawn il-punti kollha li ġejjin:

(a) l-benefiċċji u s-superjorità tal-irdigħ tal-ħalib ta’ l-omm;

(b) in-nutrizzjoni materna u l-preparazzjoni u żżamma tat-treddigħ;

(c) l-effett negattiv possibli fuq l-irdigħ mis-sider meta jiġi ntrodott l-irdigħ parzjali mill-flixkun bil-gażaża.

(d) id-diffikultà li terġa’ lura mid-deċizjoni li ma treddgħax;

(e) fejn jinħtieġ, l-użu xieraq tal-formulae tat-trabi, kemm jekk iffabbrikati industrijalment u kemm jekk ippreparati fid-dar.

Meta l-materjal bħal dan ikun jinkludi tagħrif dwar l-użu tal-formulae tat-trabi, dan għandu jinkludi wkoll l-implikazzjonijiet soċjali u finanzjarji ta’ dan l-użu; il-perikoli għas-saħħa mill-ikel u mill-metodi ta’ tmigħ mhux xierqa, u, b’mod partikolari, il-perikoli ta’ użu ħażin tal-formulae tat-trabi. Materjal bħal dan m’għandux jagħmlu użu minn xi stampi li jidejalizzaw l-użu ta’ formulae tat-trabi.

3.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li donazzjonijiet ta’ materjal jew attrezzaturi informattivi jew edukattivi minn fabbrikanti jew distributuri għandhom isiru biss fuq talba u bl-approvazzjoni bil-miktub ta’ l-awtorità nazzjonali xierqa jew fi ħdan il-linji gwida mogħtija minn dik l-awtorità għal dan l-iskop. Attrezzaturi jew materjal bħal dawn jistgħu ikollhom l-isem jew il-logo tal-kumpanija li tagħmel id-donazzjoni, iżda ma għandhomx isemmu xi marka ta’ proprjetà ta’ formulae tat-trabi u għandhom jitqassmu biss permezz tas-sistema ta’ kura tas-saħħa.

4.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li donazzjonijiet jew bejgħ bi prezz baxx ta’ proviżjonijiet ta’ formulae għat-trabi lill-istituzzjonijiet jew lill-organizzazzjonijiet, kemm jekk biex jintużaw fl-istituzzjonijiet u kemm biex jitqassmu barra minnhom, għandhom jintużaw biss minn jew jitqassmu għat-trabi li għandhom jiġu mitmugħa bil-formulae għat-trabi u biss għat-tul ta’ żmien kif meħtieġ minn dawn it-trabi.

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu applikati b’tali mod li:

 jippermettu l-kummerċ ta’ prodotti li huma konformi ma’ din id-Direttiva, sa l-1 ta’ Diċembru 1992.

 jipprojbixxu l-kummerċ ta’ prodotti li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva, b’effett mill-1 ta’ Ġunju 1994.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fiż-żmien tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal referenza bħal din għandha tiġi adottata mill-Istati Membri.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS I

KOMPOŻIZZJONI ESSENZJALI TAL-FORMULAE GĦAT-TRABI META RIKOSTITWITI KIF AVŻATI MILL-FABBRIKANT

NB:

Il-valuri jirreferu għal prodott lest għall-użu

1.   Enerġija



Minimu

Massimu

250 kJ

315 kJ

(60 kcal/100 ml)

(75 kcal/100 ml)

▼M1

2.   Proteini

(Kontenut ta’ proteini = kontenut ta’ nitroġenu × 6,38) għall-proteini tal-ħalib tal-baqar.

(Kontenut ta’ proteini = kontenut ta’ nitroġenu × 6,25) għall-proteini iżolati tas-sojja u idrolizzati parzjali ta’ proteini.

L-“indiċi kimiku” għandha tfisser l-aktar proporzjon baxx bejn il-kwantità ta’ kull aċidu amminiku essenzjali tal-protein tat-test u l-kwantità ta’ kull aċidu amminiku korrispondenti tal-proteini ta’ referenza.

2.1.   Formulae manifatturati mill-proteini tal-ħalib tal-baqar



Minimu

Massimu

0,45 g/100kJ

0,7 g/100 kJ

(1,8 g/100 kcal)

(3 g/100 kcal)

Għal valur ugwali ta’ l-enerġija, il-formula għandu jkun fiha kwantità disponibbli ta’ kull wieħed mill-aċidu amminiku essenzjali u semi-essenzjali mill-anqas ugwali għal dak kif kontenut fil-proteina ta’ referenza (ħalib tas-sider, kif definit fl-Anness V); b’dankollu, għall-iskopijiet ta’ kalkolu, il-konċentrazzjoni ta’ methionine u cystine jistgħu jingħaddu flimkien.

2.2.   Formulae manifatturati mill-idrolizzati parzjali ta’ protein



Minimu

Massimu

0,56 g/100 kJ

0,7 g/100 kJ

(2,25 g/100 kcal)

(3 g/100 kcal)

Għal valur ugwali ta’ l-enerġija, il-formula għandu jkun fiha kwantità disponibbli ta’ kull wieħed mill-aċidu amminiku essenzjali u semi-essenzjali mill-inqas ugwali għal dak kontenut fil-proteina tar-referenza (il-ħalib tas-sider, kif definit fl-Anness V); b’dankollu, għall-iskopijiet tal-kalkolu, il-konċentrazzjoni ta’ methionine u cystine jistgħu jingħaddu flimkien.

Ir-relattività ta’ l-effiċjenza tal-proteini (PER) u l-utilizzazzjoni netta tal-proteini (NPU) għandha tkun mill-anqas ugwali għal dawk tal-kaseina.

Il-kontenut ta’ taurine għandu jkun ugwali għal mill-anqas 10 μmoles/100 kJ (42 μmoles/100 kcal) u l-kontenut ta’ L-carnitine għandu jkun ugwali għal mill-anqas 1,8 μmoles/100 kJ (7,5 μmoles/100 kcal).

▼B

2.3.   Il-formulae manifatturati mill-isolati ta’ proteina tas-soya, waħedhom jew f’taħlita ta’ proteini ta’ ħalib tal-baqar



Minimu

Massimu

0,56 g/100 kJ

0,7 g/100 kJ

(2,56 g/100 kcal)

(3 g/100 kcal)

L-isolati tal-proteina tas-soya biss għandhom jintużaw fil-manifattura ta’ dawn il-formulae.

L-indiċi kimiku għandu jkun egwali għal ta’ mill-inqas 80 % ta’ dak tal-proteina ta’ referenza (ħalib tas-sider, kif definit fl-Anness VI).

Għal valur egwali ta’ l-energija il-formula għandha jkollha kwantità disponibbli ta’ metionina ta’ mill-anqas egwali għal dik li hemm fil-proteina ta’ referenza (ħalib tas-sider, kif definit fl-Anness V).

Il-kontenut ta’ L-karnetina għandu jkun ta’ mill-inqas egwali għal 1,8 μmoles/100 kJ (7,5 μmoles/100 kcal).

2.4.

Fil-każi kollha, ż-żieda ta’ aċidi amino tista’ ssir biss bil-għan li ttejjeb il-valur nutrittiv tal-proteini, u fil-proporzjonijiet meħtieġa għal dan l-iskop.

3.   Lipidi



►M1  Minimu ◄

Massimu

►M1  1,05 g/100 kJ ◄

1,5 g/100 kJ

►M1  (4,4 g/100 kcal) ◄

(6,5 g/100 kcal

3.1.

L-użu ta’ dawn is-sustanzi li ġejjin huwa pprojbit:

 żejt tal-ġulġlien,

 żejt taż-żerriegħa tal-qoton,

▼M1 —————

▼B

3.2.

Aċidu lauriku



Minimu

Massimu

15 % mill-kontenut totali ta’ grass

3.3.

Aċidu miristiku



Minimu

Massimu

15 % mill-kontenut totali ta’ grass

3.4.

Aċidu linoleiku (taħt forma ta’ gliċeridi = linoleati)



Minimu

Massimu

70 mg/100 kJ

285 mg/100 kJ

(300 mg/100 kcal)

(1 200 mg/100 kcal)

▼M1

3.5.

Il-kontenut ta’ l-aċidu alpha-linolenic m’għandux ikun anqas minn 12mg/100 kJ (50 mg/100 kcal).

Il-proporzjon ta’ l-aċidu linoleic/alpha-linolenic m’għandux ikun anqas minn 5 u mhux aktar minn 15.

3.6.

Il-kontenut ta’ l-aċidu trans-xaħmi m’għandux ikun aktar minn 4 % tal-kontenut totali tax-xaħam.

3.7.

Il-kontenut ta’ l-aċidu erucic m’għandux ikun aktar minn 1 % tal-kontenut totali tax-xaħam.

3.8.

Jistgħu jiżdiedu aċidi xaħmija polyunsaturated (LCP) tat-tip long-chain (20 u 22 atomu tal-karbonju). F’dak il-każ il-kontenut tagħhom m’għandux ikun aktar minn:

1 % għall-kontenut totali tax-xaħam għal n-3 LCP u

2 % tal-kontenut totali tax-xaħam għal n-6 LCP (1 % tal-kontenut totali tax-xaħam għall-aċidu arachidonic)

Il-kontenut ta’ l-aċidu eicosapentaenoic (20:5 n-3) m’għandux ikun aktar minn dak tal-kontenut ta’ l-aċidu docosahexaenoic (22:6 n-3).

▼B

4.   Karboidrati



Minimu

Massimu

1,7 g/100 kJ

3,4 g/100 kJ

(7 g/100 kcal)

(14 g/100 kcal)

4.1.

Dawn il-karboidrati biss jistgħu jintużaw:



—  lattosju

—  maltosju,

—  sukkrosju

—  malto-destrini,

—  ġulep tal-glukosju jew ġulep tal-glukosju mqadded.

—  lamtu msajjar minn qabel

right accolade b’mod naturali mill-glutina

—  ġelatina tal-lamtu ħielsa

4.2.

Lattosju



Minimu

Massimu

0,85 g/100 kJ

(3,5 g/100 kcal)

Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-formulae li fihom il-proteini tas-soya jirrapreżentaw aktar minn 50 % tal-kontenut totali tal-proteina.

4.3.

Sukkrosju



Minimu

Massimu

20 % tal-kontenut totali tal-karboidrati

4.4

Lamtu msajjar minn qabel u/jew ġelatina tal-lamtu



Minimu

Massimu

2 g/100 ml u 30 % tal-kontenut totali tal-karboidrat.

5.   Sustanzi minerali,

5.1.   Il-formulae manifatturati minn proteini tal-ħalib tal-baqar



 

Kull 100 kJ

Kull 100 kcal

Minimu

Massimu

Minimu

Massimu

Sodju (mg)

5

14

20

60

Potassju (mg)

15

35

60

145

Klorat (mg)

12

29

50

125

Kalċju (mg)

12

50

Fosforu (mg)

6

22

25

90

Manjesju (mg)

1,2

3,6

5

15

Ħadid (mg) (1)

0,12

0,36

0,5

1,5

Żingu (mg)

0,12

0,36

0,5

1,5

Ramm (μg)

4,8

19

20

80

Jodju (μg)

1,2

5

▼M1

Selenju (2) (μg)

0,7

3

▼B

(1)   Limitu applikabbli għall-formulae b’żieda ta’ ħadid

(2)   Il-limitu applikabbli għall-formulae bis-selenju miżjud.

Ir-relattività ta’ kalċju/fosforu m’għandhiex tkun anqas minn 1.2 jew aktar minn 2,0.

5.2.   Il-formulae manifatturati mill-proteini tas-soya, waħedhom jew f’taħlita mal-proteini mill-ħalib tal-baqar.

Il-ħtiġiet kollha tal-paragrafu 5.1 japplikaw ħlief dawk li jikkonċernaw il-ħadid u ż-żingu, li huma kif ġej:



 

Kull 100 kJ

Kull 100 kcal

Minimu

Massimu

Minimu

Massimu

Ħadid (mg)

0,25

0,5

1

2

Żingu

0,18

0,6

0,75

2,4

6.   Vitamini,



 

Kull 100 kJ

Kull 100 kcal

Minimu

Massimu

Minimu

Massimu

Vitamina A (μg -RE) (1)

14

43

60

180

Vitamina D (μg) (2)

0,25

0,65

1

2,5

Tijamina (μg)

10

_

40

_

Riboflavina (μg)

14

_

60

_

▼M1

Niacin (mg-NE)

0,2

_

0,8

_

▼B

Aċidu Pantoteniku (μg)

70

300

Vitamina B (μg)

9

_

35

_

Biotina (μg)

0,4

_

1,5

_

Aċidu Folliku (μg)

1

_

4

_

Vitamina B12 (μg)

0,025

_

0,1

_

Vitamina Ċ (μg)

1,9

_

8

_

Vitamina K (μg)

1

_

4

_

Vitamina E (mg α-TE) (4)

0,5/g ta’ aċidi grassi polansaturizzati espressi bħala aċidu linoleiku iżda fl-ebda każ anqas minn 0,1 mg kull 100 kJ disponibbli

_

0,5/g ta’ aċidi grassi polansaturi zzati espressi bħala aċidu linoleiku iżda fl-ebda każ inqas minn 0,5 mg kull 100 kcal disponibbli

_

(1)   RE = l-ekwivalenti kollha tat-trans retinol

(2)   Taħt forma ta’ “cholecalciferol”, li minnu 10 μg = 400 i.u. ta’ vitamina D.

(3)   NE = Ekwivalenti għan-Niacin = mg nicotinic acid + mg tryptophan/60.

(4)   α -TE = d-α-tocopherol ekwivalenti

▼M1

7.

In-nukleotidi li ġejjin jistgħu jiżdiedu:



 

Massimu (1)

(mg/100 kJ)

(mg/100 kcal)

Cytidine 5’ - monophosphate

0,60

2,50

Uridine 5’ – monophosphate

0,42

1,75

Cytidine 5’ – monophosphate

0,36

1,50

Guanosine 5’ – monophosphate

0,12

0,50

Inosine 5’ – monophosphate

0,24

1,00

(1)   Il-konċentrazzjoni totali tan-nukleotidi m’għandhiex tkun aktar minn 1,2 mg/100 kJ (5 mg/100 kcal).

▼B




ANNESS II

KOMPOŻIZZJONI ESSENZJALI TAL-FORMULAE TA’ PROSEGWIMENT META RIKOSTITWITI KIF AVŻAT MILL-FABBRIKANT

NB:

Il-valuri jirreferu għall-prodott lest għall-użu

1.   Enerġija



Minimu

Massimu

250 kJ/100 ml

335 KJ/100 ml

(60 kcal/100 ml)

(80 kcal/100 ml)

2.   Proteini

(Kontenut ta’ proteini = kontenut ta’ nitroġenu × 6.38) għall-proteini tal-ħalib tal-baqar.

(Kontenut ta’ proteini = kontenut ta’ nitroġenu × 6,25) għall-isolati ta’ proteini mis-soya.



Minimu

Massimu

0,56 g/100 kJ

1 g/100 kJ

(2,25 g/100 kcal)

(4,5 g/100 kcal)

L-indiċi kimiku tal-proteini preżenti għandu jkun egwali għal ta’ mill-anqas 80 % ta’ dak tal-proteina ta’ referenza (kaseina ►M1  jew ħalib tas-sider ◄ , kif definita fl-Anness VI).

L-‘indiċi kimiku’ għandu jfisser l-anqas fost ir-relattivitajiet bejn il-kwantità ta’ kull wieħed mill-aċidi amino essenzjali tal-proteina tat-test u l-kwantità ta’ kull kull wieħed mill-aċidi amino korrispondenti tal-proteina ta’ referenza.

▼M1

Għal valur ugwali ta’ l-enerġija, dawn il-formulae għandhom ikun fihom kwantità disponibbli ta’ melthionine mill-inqas ugwali għal dak kontenut fil-ħalib tas-sider kif definit fl-Anness V.

▼B

Għall-formulae ta’ prosegwiment manifatturati mill-proteini tas-soya waħedhom jew f’taħlita ta’ proteini tal-ħalib tal-baqra, iżolati tal-proteini mis-soya biss jistgħu jintużaw.

L-aċidi amino jistgħu jiżdiedu ma’ formulae ta’ prosegwiment bl-iskop li jtejjeb il-valur nutrittiv tal-proteini, u fil-proporzjonijiet meħtieġa għal dan l-iskop.

3.   Lipidi



Minimu

Massimu

0,8 g/100 kJ

1,5 g/100 kJ

(3,3 g/100 kcal)

(6,5 g/100 kcal)

3.1.

L-użu ta’ dawn is-sustanzi li ġejjin huwa projbit:

 żejt tal-ġulġlien

 żejt taż-żerriegħa tal-qoton

▼M1 —————

▼B

3.2.

Aċidu lauriku



Minimu

Massimu

15 % mill-kontenut totali ta’ grass

3.3.

Aċidu miristiku



Minimu

Massimu

15 % mill-kontenut totali ta’ grass

3.4.

Aċidu linoleiku (taħt forma ta’ gliċeridi = linoleati)



Minimu

Massimu

70 mg/100 kJ

(300 mg/100 kcal)

dan il-limitu japplika biss għall-formulae ta’ prosegwiment li fihom żjut veġetali

 

▼M1

3.5.

Il-kontenut ta’ l-aċidu trans-xaħmi m’għandux ikun aktar minn 4 % tal-kontenut totali tax-xaħam.

3.6.

Il-kontenut ta’ l-aċidu erucic m’għandux ikun aktar minn 1 % tal-kontenut totali tax-xaħam.

▼B

4.   Karboidrati



Minimu

Massimu

1,7 g/100 kJ

3,4 g/100 kJ

(7 g/100 kcal)

(14 g/100 kcal)

4.1.

L-użu ta’ l-ingredjenti li fihom il-glutina huwa pprojbit:

4.2.

Lattosju



Minimu

Massimu

0,45 g/100 kJ

(1,8 g/100 kcal)

 

Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-formulae ta’ prosegwiment li fihom l-iżolati ta’ proteini tas-soya jirrapreżentaw aktar minn 50 % tal-kontenut totali tal-proteina.

4.3.

Sukkrosju, fruttosju, għasel



Minimu

Massimu

__

separatament jew sħieħ:

20 % mill-kontenut totali ta’ karboidrati

5.   Sustanzi minerali

5.1



 

Kull 100 kJ

Kull 100 kcal

Minimu

Massimu

Minimu

Massimu

Ħadid (mg)

0,25

0,5

1

2

Jodju (μg)

1,2

5

5.2.

Zingu

5.2.1.   Formulae ta’ prosegwiment manifatturati kompletament mill-ħalib tal-baqar



Minimu

Massimu

0,12 mg/100 kJ

(0,5 mg/100 kcal)

 

5.2.2.   Formulae ta’ prosegwiment li fihom l-iżolati ta’ proteina tas-soya, jew f’taħlita ma ħalib tal-baqar



Minimu

Massimu

0,18 mg/100 kJ

(0,75 mg/100 kcal)

 

5.3.

Sustanzi minerali oħra:

Il-konċentrazzjonijiet huma ta’ mill-anqas egwali għal dawk normalment misjuba fil-ħalib tal-baqar, mnaqqsa, fejn xieraq, fl-istess proporzjon bħall-konċentrazzjoni tal-proteina tal-formula ta’ prosegwiment ma’ dik tal-ħalib tal-baqar. Il-komposizzjoni tipika tal-ħalib tal-baqar hi mogħtija, bħala gwida, fl-Anness VIII.

5.4.

Il-proporzjon ta’ kalċju/fosforu m’għandux jeċċedi 2,0.

6.   Vitamini,



 

Kull 100 kJ

Kull 100 kcal

Minimu

Massimu

Minimu

Massimu

Vitamina A (μg -ER) (1)

14

43

60

180

Vitamina D (μg) (2)

0,25

0,75

1

3

Vitamina C (μg)

1,9

8

Vitamina E (mg α-TE) (3)

0,5/g aċidi grassi polansaturizzati espressi bħala aċidu linoleiku iżda fl-ebda każ anqas minn 0,1 mg kull 100 kJ disponibbli

0,5/g aċidi grassi polansaturizzati espressi bħala aċidu linoleiku iżda fl-ebda każ anqas minn 0,5 mg kull 100 kcal disponibbli

(1)   RE = l-ekwivalenti kollha tat-trans retinol

(2)   Taħt forma ta’ “cholecalciferol”, li minnu 10 μg = 400 u.i ta’ vitamina D.

(3)   α -TE = d-α -tocopherol ekwivalenti

▼M1

7.

In-nukleotidi li ġejjin jistgħu jiżdiedu:



 

Massimu (1)

(mg/100 kJ)

(mg/100 kcal)

Cytidine 5’ - monophosphate

0,60

2,50

Uridine 5’ – monophosphate

0,42

1,75

Cytidine 5’ – monophosphate

0,36

1,50

Guanosine 5’ – monophosphate

0,12

0,50

Inosine 5’ – monophosphate

0,24

1,00

(1)   Il-konċentrazzjoni totali tan-nukleotidi m’għandhiex tkun aktar minn 1,2 mg/100 kJ (5 mg/100 kcal).

▼B




ANNESS III

SUSTANZI NUTRITIVI

1.   Vitamini,



Vitamina

Formulazzjoni tal-vitamina

Vitamina A

Acetat tar-retinil

Palmitat tar-retinil

Beta-karotene

Retinol

Vitanima D

Vitamina D2 (ergokalċiferol)

Vitamina D3 (Kolesaliferol)

Vitamina B1

Talmin - idrokloridu

Talmin - mononitrat

Vitamina B2

Riboflavin

Riboflavin-5’-fosfat, sodju

Nijaċin

Niktotinamide

A1idu Niktoniku

Vitamina B6

Piridoxin idroklorit

Piridoxin-5’-fosfat’

Folat

Aċidu folliku

Aċidu pantoteniku

D-panatenat, kalċju

D-panatenat, sodju

Dexpantenol

Vitamina B12

Sijanokobalmin

Idroxo-kobalmin

Biotin

D-biotin

Vitamina C

Aċidu L-askorbiku

Sodju L-askorbatiku

Kalċju L-askorbatiku

Aċidu 6-palmitil-L-askorbiku (palmitat ta’ l-askorbil)

Askorbitat tal-putassja

Vitamina E

D-alpha - tokoferol

DL-alpha - tokoferol

Aċetat - D-alpha - tokoferol

Aċetat - DL-alpha - tokoferol

Vitamina K

Fillokwinon (Phytomendione)

2.   Sustanzi minerali



Sustanzi Minerali

Mluħa permissibli

Kalċju (Ċa)

Karbonat tal-Kalċju

Klorju tal-Kalċju

Mluħa tal-kalċju ta’ l-aċidu ċitriku

Glukonat tal-kalċju

Gliċerofosfat tal-kalċju

Lattat tal-kalċju

Mluħa tal-kalċju ta’ l-aċidu ortofosforiku

Idrat tal-kalċju

Magnesja (Mg)

Karbonat tal-magnesja

Klorat tal-magnesja

Ossidu tal-magnesja

Imluħa tal-magnesja ta’ l-aċidu ortofosforiku

Sulfat tal-magnesja

Glutonat tal-magnesja

Idro-ossidu tal-magnesja

Imluħa tal-magnesja ta’ l-aċidu ċitriku

Ħadid (Fe)

Ċitrat ferrus

Glutonat ferrus

Laktat ferrus

Sulfat ferrus

Ammonja ċitrata ferrika

Fumarat ferrus

Difosfat ferriku (Pirofosfat ferriku)

Ramm (aħmar) (Ċu)

Ċitrat kupriku

Glutonat kupriku

Sulfat kupriku

Kumpless tar-ramm-lisin

Karbonat kupriku

Jodju(I)

Jodju tal-putassa

Jodju tas-sodju

Jodjat tal-putassa

Żingu (Zn)

Aċetat taż-żingu

Klorit taż-żingu

Laktat taż-żingu

Sulfat taż-żingu

Ċitrat taż-żingu

Glukonat taż-żingu

Ossidu taż-żingu

Magnesja (Mn)

Karbonat tal-magnesja

Klorat tal-magnesja

Ċitrat tal-magnesja

Sulfat tal-magnesja

Glukonat tal-magnesja

Sodju (Na)

Bikarbonat tas-sodju

Klorid tas-sodju

Ċitrat tas-sodju

Glukonat tas-sodju

Karbonat tas-sodju

Laktat tas-sodju

Imluħa tas-sodju ta’ l-aċidu ortofosforiku

Idro-ossidu tas-sodju

Putassa (K)

Bikarbonat tal-putassa

Karbonat tal-putassa

Klorid tal-putassa

Imluħa tal-putassa ta’ l-aċidu ċitriku

Glutonat tal-putassa

Laktat tal-putassa

Imluħa tal-putassa ta’ l-aċidu orto-fosforiku

Idro-ossidu tal-putassa

▼M1

Selenium (Selenju)

Selenat tas-sodju

Selenit tas-sodju

▼B

3.   Amino aċidi u komposti oħra tan-nitroġenu

L-arġinina u l-kloridrat tagħha

L-ċistina u l-kloridrat tagħha

L-Istidina u l-kloridrat tagħha

L-isoleuċina u l-kloridrat tagħha

L-leuċina u l-kloridrat tagħha

L-ċistina u l-kloridrat tagħha

L-ċistina u l-kloridrat tagħha

L-metionina

L-fenilalanina

L-treonina

L-triptofanina

L-tirosina

L-valina

L-Karnitina u l-kloridrat tagħha

L-Taurina

▼M1

L-cytidine 5 - monophosphate u l-melħ tas-sodju tiegħu

L-uridine 5 - monophosphate u l-melħ tas-sodju tiegħu

L-adenosine 5 - monophosphate u l-melħ tas-sodju tiegħu

L-guanosine 5 - monophosphate u l-melħ tas-sodju tiegħu

L-inosine 5 - monophosphate u l-melħ tas-sodju tiegħu

▼B

4.   Oħrajn

Kolina

Klorur tal-Kolina

Ċitrat tal-Kolina

Bitartrat tal-Kolina

Inositolju




ANNESS IV

KRITERJI TA’ KOMPOŻIZZJONI GĦAL FORMULAE GĦAT-TRABI, LI JAWTORIZZAW TALBIET KORRESPONDENTI



Allegazzjoni marbuta ma’

Kondizzjonijiet li jawtorizzaw l-allegazzjoni

1.  Proteina adattata

Il-kontenut ta’ proteina huwa anqas minn 0,6 g/100 kJ (2,5 g/100kcal) u r-relattività tal-proteina/kaseina tax-xorrox mhux anqas minn 1,0.

2.  Sodju baxx

Il-kontenut ta’ sodju huwa aktar kaxx minn 9 mg/100 kJ (39mg/100kcal).

3.  Bla Sukkrosju

Ma fiehx sukkrosju

4.  Lattosju biss.

Il-lattosju hu l-uniku karboidrat preżenti

5.  Bla Lattosju

Ma fiehx lattosju (1).

6.  Imsaħħaħ bil-ħadid.

Miżjud bil-ħadid

▼M1

7.  Tnaqqis ta’ riskju għall-allerġija għall-proteini tal-ħalib. Din it-talba tista tinkludi termini li jirreferu għall-allergin imnaqqas tal-projetajiet imnaqqsa ta’ l- antiġenu.

(a)  Il-formulae għandhom jissodisfaw id-dispożizzjonijiet elenkati fis-Sezzjoni 2.2 ta’ l-Anness I u l-ammont ta’ proteini immunoreattivi imkejla bil-metodi li huma ġeneralment aċċettabbli bħala adatti, għandhom ikunu anqas minn 1 % tas-sustanzi li jkun fihom in-nitroġenu fil-formulae;

(b)  It-tikketta għandha tindika li l-prodott m’għandux jiġi kkunsmat mit-trabi li huma allerġiċi għall-proteini intatti li minnhom hu magħmul, sakemm testijiet kliniċi aċċettabbli b’mod ġenerali jgħatu prova tat-tolleranza tal-formula f’aktar minn 90 % tat-trabi (intervall b’kunfidenza ta’ 95 %) li huma iper-sensittivi għall-proteini li minnhom huwa magħmul l-idrolizzat.

(ċ)  Il-formulae amministrati mill-ħalq m’għandhomx jinduċu s-sensitazzjoni, fl-annimali, għall-proteini intatti li minnhom hija akwistata l-formula.

(d)  Dettalji obbjetti u xjentifikament ivverifikati bħala prova tal-propjetajiet mistqarra għandhom ikunu disponibbli.

▼B

(1)   Meta ddeterminat b’metodu li l-limiti ta’ tkixxif tiegħu għandu jkun stabbilit aktar ‘l quddiem.




ANNESS V

AMINO AĊIDI ESSENZJALI U SEMI-ESSENZJALI FIL-ĦALIB TAS-SIDER

Għall-għanijiet ta’ dan ir-rapport, l-amino aċidi essenzjali u semi-essenzjali fil-ħalib tas-sider, espressi f’mg kull 100 kJ u 100 kcal, huma dawn li ġejjin:



 

Kull 100 kJ (1)

Kull 100 kcal

Arġinina

16

69

Ċistina

6

24

Istidina

11

45

Isoleuċina

17

72

Lewċina

37

156

Lisina

29

122

Metionina

7

29

Fenilalalina

15

62

Treonina

19

80

Triptofan

7

30

Tirosina

14

59

Valina

19

80

(1)   1 kJ = 0,239 kcal.




ANNESS VI

Komposizzjoni Amino aċida tal-kaseina u l-proteina tal-ħalib tas-sider

Il-komposizzjoni Amino aċida tal-kaseina u l-proteina tal-ħalib tas-sider



(g/100g ta’ proteina)

 

Kaseina (1)

Ħalib tas-sider (1)

Arġinina

3,7

3,8

Ċistina

0,3

1,3

Istidina

2,9

2,5

Isoleuċina

5,4

4,0

Lewċina

9,5

8,5

Lisina

8,1

6,7

Metionina

2,8

1,6

Fenilalalina

5,2

3,4

Treonina

4,7

4,4

Triptofan

1,6

1,7

Tirosina

5,8

3,2

Valina

6,7

4,5

(1)   Kontenut ta’ amino aċidi fl-ikel u l-informazzjoni bioloġika dwar il-proteina. Studju Nutrizzjonali FAO, Nru 24, Ruma 1970, punti 375 u 383




ANNESS VII

L-elementi minerali fil-ħalib tal-baqar

Bħala referenza, l-kontenuti ta’ l-elementi minerali fil-ħalib tal-baqar espressi kull 100 g ta’ solidi bla grass u kull g ta’ proteina huma dawn li ġejjin:



 

Kull 100 g SNP (SBG) (1)

Kull g ta’ proteina

Sodju (mg)

550

15

Potassju (mg)

1 680

43

Kloridu (mg)

1 050

28

Kalċju (mg)

1 350

35

Fosforu (mg)

1 070

28

Magnesja (mg)

135

3,5

Ramm (aħmar) (μg)

225

6

Jodju

MS (2)

MS

(1)   (SNP): “Solidi-mhux xaħmin”

(2)   MS: Mhux speċifikat, ivarja ħafna skond l-istaġun u l-kondizzjonijiet ta’ l-imrieħel ta’ l-ifrat

▼M1




ANNESS VIII

VALURI TA’ REFERENZA GĦALL-ITTIKKETTJAR TAN-NUTRIMENTI TA’ L-IKEL INTENZJONAT GĦAT-TRABI U T-TFAL ŻGĦAR



Nutrient

Valur ta’ referenza għall-ittikkettjar

Vitamina A

(μg)

400

Vitamina D

(μg)

10

Vitamina C

(mg)

25

Thiamin

(mg)

0,5

Riboflvin

(mg)

0,8

Ekwivalenti tan-Niacin

(mg)

9

Vitamina B6

(mg)

0,7

Folate

(μg)

100

Vitamina B12

(μg)

0,7

Kalcju

(mg)

400

Ħadid

(mg)

6

Żingu

(mg)

4

Jodju

(μg)

70

Selenium

(μg)

10

Ramm

(mg)

0,4

▼M3




ANNESS IX

IL-PESTIĊIDI LI MA GĦANDHOMX JINTUŻAW FIL-PRODUZZJONI AGRIKOLA MAĦSUBA GĦALL-PRODUZZJONI TAL-FORMULAE GĦAT-TRABI U L-FORMULAE TAL-PROSEGWIMENT



Tabella 1

L-isem kimiku tas-sustanza (id-definizzjoni tal-fdal)

Id-Disulfoton (is-somma tad-disulfoton, is-sulfossid tad-disulfoton u s-sulfon tad-disulfoton expressi bħala disulfoton)

Il-Fensulfozjon (is-somma tal-fensulfozjon, l-analogu ossiġenu iegħu u s-sulfoni tagħhom espressi bħala fensulfozjon)

Il-Fentin, espress bħala trifeniltinkazzjoni

L-Alossifop (is-somma ta' l-alossifop, l-imluħ u lesteri tiegħu inklużi l-konjugati, espressi bħala alossifop)

L-Eptaklor u epossid tat-trans-eptaklor, espressi bħala eptaklor

L-Eksaklorobenżene

In-Nitrofen

L-Ometoat

It-Terbufos (is-somma tat-terbufos, is-sulfossid u s-sulfon tiegħu expressi bħala terbufos)



Tabella 2

L-isem kimiku tas-sustanza

L-Aldrin u d-Dieldrin, espressi bħala dieldrin

L-Endrin

▼M3




ANNESS X

IL-LIVELLI SPEĊIFIĊI MASSIMI TAL-FDALIJIET TAL-PESTIĊIDI JEW IL-METABOLITI TAL-PESTIĊIDI FIL-FORMULAE GĦAT-TRABI U L-FORMULAE TAL-PROSEGWIMENT



L-Isem kimiku tas-sustanza

Il-livell massimu tal-fdal

(mg/kg)

Il-Kadisafos

0,006

Id-Demeton-S-metil/demeton-S-metil sulfone/ossidemeton-metil (individwalmentjew ikkombinati, espressi bħala demeton-S-metil)

0,006

L-Etoptofos

0,008

Il-Fipronil (is-somma tal-fipronil u l-fipronil-desulfinil, espressi bħala fipronil)

0,004

Il-Propineb/propilenezjourea (is-somma tal-propineb u l-propilenezjourea)

0,006



( 1 ) ĠU Nr L 186, 30.6.1989, p. 27.

( 2 ) ĠU Nr L 33, 8.2.1979, p. 1.

( 3 ) ĠU Nr L 186, 30.6.1989, p. 17.

( 4 ) ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

Top