This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 01989L0686-20031120
Council Directive of 21 December 1989 on the approximation of the laws of the Member States relating to personal protective equipment (89/686/EEC)
Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (89/686/KEE)
Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (89/686/KEE)
1989L0686 — MT — 20.11.2003 — 002.003
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv (ĠU L 399, 30.12.1989, p.18) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
No |
page |
date |
||
L 220 |
1 |
30.8.1993 |
||
L 276 |
11 |
9.11.1993 |
||
ID-DIRETTIVA 96/58/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-3 ta’ Settembru 1996 |
L 236 |
44 |
18.9.1996 |
|
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 1882/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' Settembru 2003 |
L 284 |
1 |
31.10.2003 |
Ikkoreġut b'
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Diċembru 1989
dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-apparat personali protettiv
(89/686/KEE)
IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod speċjali Artikolu 100a tiegħu
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni ( 1 );
Bi qbil mal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Wara li kkunsidra l-fehma tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku ( 3 ),
Billi jeħtieġ li jkunu adottati miżuri bil-għan li jistabbilixxu bil-mod is-suq intern fuq perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992; billi s-suq intern hu magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha hu żgurat il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital;
Billi diversi Stati Membri, matul dawn l-aħħar snin, adottaw dispożizzjonijiet li jkopru ħafna oġġetti ta’ apparat personal protettiv bil-ħsieb li jħarsu s-saħħa pubblika, itejbu s-sigurtà fuq ix-xogħol u jiżguraw il-ħarsien ta’ min jużah;
Billi dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ sikwiet huma dettaljati ħafna rigward il-ħtiġijiet marbuta mad-disinn, il-manifattura, il-livell ta’ kwalità, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni ta’ l-apparat personali protettiv bil-ħsieb li jipproteġu lill-individwu minn korriment u mard;
Billi, b’mod partikulari, id-dispożizzjonijiet nazzjonali marbuta mas-sigurtà fuq ix-xogħol jesiġu li l-użu ta’ l-apparat personali protettiv ikun obbligatorju; billi ħafna ħtiġijiet jobbligaw lil min iħaddem biex jagħmel disponibbli apparat protettiv personali għall-impjegati tiegħu fin-nuqqas jew fl-insuffiċjenza ta’ priorita’ ta’ miżuri ta’ protezzjoni pubblika;
Billi dispożizzjonijiet nazzjonali marbuta ma’ l-apparat personali protettiv huma differenti sew minn Stat Membru għal ieħor; billi dan jista’ joħloq xkiel għall-kummerċ li jkollu konsegwenza diretta fuq il-ħolqien u l-ħidma tas-suq komuni;
Billi hu meħtieġ li jinġiebu flimkien dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali differenti sabiex ikun żgurat il-moviment liberu ta’ dawn il-prodotti, mingħajr ma bl-ebda mod jitnaqqsu l-livelli validi ta’ protezzjoni li diġà huma meħtieġa fl-Istati Membri, u jaħsbu għal kull żieda meħtieġa fihom;
Billi d-dispożizzjonijiet li jikkontrollaw id-disinn u l-manifattura ta’ apparat protettiv personali stabbilit f’din id-Direttiva li huma fundamentali, b’mod partikulari, t-tentattivi biex jiġi żgurat ambjent tax-xogħol aktar sigur mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet marbuta ma’ l-użu ta’ dak l-apparat u l-organizzazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol;
Billi din id-Direttiva tiddefinixxi biss il-ħtiġijiet bażiċi li għandhom jintlaħqu mill-apparat personali protettiv; billi sabiex ikun hemm prova ta’ qbil ma’ dawk il-ħtiġiet bażiċi, jeħtieġ li standards armonizzati Ewropej ikunu disponibbli, marbuta, b’mod partikulari, mad-disinn u l-fabbrikazzjoni ta’, u l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi ta’ testjar li jgħoddu, għall-apparat personali protettiv, minħabba li qbil magħhom jassumi li f’dawn il-prodotti hemm qbil mad-dispożizzjonijiet bażiċi msemmija hawn fuq; billi dawk l-istandards armonizzati Ewropej jissawru minn korpi privati u għandhom jżommu l-istatus ta’ testi mhux obbligatorji; billi għal dan il-għan, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) huma l-korpi kompetenti li ġew awtorizzati biex jadottaw l-istandards armonizzati skond il-linji-gwidi ġenerali li jirregolaw il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u dawn iż-żewġ istituzzjonijiet irratifikati fit-13 ta’ Novembru 1984; billi, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, standard armonizzat huwa test li fih speċifikazzjonijiet tekniċi (standard Ewropew jew dokument ta’ armonizzazzjoni) li kien adottat minn wieħed jew miż-żewġ korpi msemmija hawn għax ġew imġagħla mill-Kummissjoni skond id-Direttiva tal-Kunsill 83/189/KEE tat-28 ta’ Marzu 1983 li tistabbilixxi l-proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi ( 4 ), kif emendata mid-Direttiva 88/182/KEE ( 5 ); u skond il-linji-gwidi ġenerali msemmija hawn fuq;
Billi, minħabba l-adozzjoni ta’ l-istandards armonizzati, li se jkunu numerużi ħafna minħabba l-iskop wiesa’ tat-tħaddin u tal-preparazzjoni li tagħha fiż-żmien stipulat għall-ħolqien tas-suq intern se jinvolvi ħafna xogħol, ikun siewi li wieħed iżomm, fuq bażi transizzjonali u skond il-ħtiġiet tat-Trattat, l-affarijiet kif inhuma fejn tidħol il-konformità ma’ l-istandards nazzjonali eżistenti għall-apparat personali protettiv li mhux kopert mill-istandard armonizzat meta tkun adottata din id-Direttiva;
Billi, minħabba n-natura ġenerali u orizzontali tas-sehem li kellu il-Kumitat Permanenti stabbilit skond Artikolu 5 tad-Direttiva 83/189/KEE fil-politika ta’ l-istandardizzazzjoni tal-Komunità, u b’mod iżjed partikulari, is-sehem tiegħu fil-preparazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet ta’ l-istandardizzazzjoni u t-tħaddim tal-ftehim ta’ l-istandardizzazzjoni Ewropew eżistenti, dan il-Kumitat Permanenti huwa tajjeb ħafna biex jgħin fil-ħidma tal-Kummissjoni biex tissorvelja l-ħarsien ta’ l-istandards armonizzati fil-Komunità kollha;
Billi qbil ma’ dawn il-ħtiġiet tekniċi għandu jkun sorveljat sabiex tkun żgurat il-protezzjoni adekwata għal min jużahom u għal ħaddieħor; billi l-proċeduri eżistenti li jissorveljaw jistgħu jvarjaw xi ftit minn Stat Membru għal ieħor; billi sabiex jiġi evitat li jsiru ħafna spezzjonijiet li jfixklu l-moviment liberu ta’ l-apparat personali protettiv, għandha issir dispożizzjoni għall-għarfien miż-żewġ naħat ta’ l-ispezzjonijiet magħmula mill-Istati Membri; billi, sabiex jitħaffef dan l-għarfien, jeħtieġ li, b’mod partikulari, ikunu stabbiliti l-proċeduri armonizzati tal-Komunità u biex ikunu armonizzati l-kriterji li għandhom jitqiesu meta jintgħażlu l-korpi responsabbli biex jeżaminaw, jissorveljaw u jivverifikaw;
Billi l-istruttura leġislattiva għandha titjieb sabiex iż-żewġ naħat ta’ l-industrija jagħmlu kontribut effettiv u siewi lejn il-proċess ta’ standardizzazzjoni,
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Il-KAPITOLU I
FIRXA, TQEGĦID FIS-SUQ U MOVIMENT LIBERU
Artikolu 1
1. Din id-Direttiva tgħodd għall-apparat personali protettiv, hawn aktar ‘l isfel magħruf bħala ‘PPE’.
Hija tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tqegħid fis-suq u l-moviment liberu fil-Komunità u l-ħtiġiet bażiċi ta’sigurtà li l-PPE għandu jissodisfa sabiex jiżgura l-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà ta’ min jużah.
2. Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, PPE għandha tfisser kwalunkwe tagħmir jew apparat maħsub biex jintlibes jew ikun miżmum minn individwu għall-protezzjoni kontra wieħed jew aktar mill-perikli ta’ sigurtà.
PPE għandu jkopri wkoll:
(a) unita magħmula minn ħafna tagħmir jew apparat li ġew mqiegħda flimkien b’mod integrat mill-manifattur għall-protezzjoni ta’ l-individwu minn wieħed jew aktar mir-riskji kbar simultanji;
(b) tagħmir jew apparat protettiv magħqud, separat jew mhux separat, ma’ apparat personali mhux protettiv milbus jew miżmum minn individwu biex jagħmel biċċa xogħol speċifika;
(ċ) komponenti PPE li jistgħu jinbidlu ma’ xulxin li huma essenzjali biex isir it-tħaddim sodisfaċenti u jkun intużat esklussivament għal dak l-apparat.
3. Kwalunkwe sistema introdotta fis-suq flimkien mal-PPE biex titwaħħal ma’ apparat ieħor estern, addizzjonali, għandha titqies bħala parti integrali minn dak l-apparat anki jekk is-sistema mhix maħsuba biex tintlibes jew tinżamm b’mod permanenti minn min jużaha għall-perjodu sħiħ li jkun espost għar-riskju.
4. Din id-Direttiva ma tgħoddx għal:
— il-PPE kopert b’direttiva oħra maħsuba biex tilħaq l-istess għanjiet bħal din id-Direttiva fejn jidħol l-introduzzjoni fis-suq, il-moviment liberu tal-prodotti u s-sigurtà,
— il-gruppi PPE speċifikati fil-lista tal-prodotti esklużi f’Anness I, indipendentement mir-raġuni għall-esklużjoni msemmija fl-ewwel inċiż.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li l-PPE imsemmi f’Artikolu 1 jistgħu jiġu introdotti fis-suq u jibdew jintużaw biss jekk dawn ma jipperikolawx is-saħħa u jiżguraw is-sigurtà ta’ min jużahom mingħajr preġudizzju għas-saħħa jew is-sigurtà ta’ individwi oħra, annimali domestiċi jew oġġetti oħra, meta jkunu miżmuma sew u użati għall-iskop maħsub.
2. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-Istati Membri li jistabbilixxi - bi qbil mat-Trattat - kwalunkwe ħtiġiet li jqisu meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ min jużahom, dejjem jekk din ma twassalx għal modifiki għall-PPE li jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
3. L-Istati Membri ma għandhomx iwaqqfu l-preżentazzjoni f’fieri kummerċjali, esibizzjonijiet u postijiet oħra simili tal-PPE li ma tkunx taqbel mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sakemm pero’ avviż xieraq ikun imwaħħal biex jiġbed l-attenzjoni għal dan il-fatt, u l-projbizzjoni fuq l-akkwist tiegħu u/jew l-użu tiegħu għal kwalunkwe skop li jkun tibqa’ fis-seħħ sakemm il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu stabbilit fil-Komunità jġibu konformi mad-Direttiva.
Artikolu 3
Il-PPE msemmi f’Artikolu 1 għandu jissodisfa l-ħtiġiet bażiċi tas-saħħa u tas-sigurtà stabbiliti f’Anness II.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirristrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq ta’ PPE jew komponenti tal-PPE li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u li għandhom l-immarkar CE li jafferma l-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ din id-Direttiva, li jinkludi l-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni fil-Kapitolu II.
2. L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu, jirristrinġu jew ifixklu l-introduzzjoni fis-suq tal-komponenti PPE li m’għandhomx ►M1 l-immarkar CE ◄ , u li huma maħsuba biex jiddaħħlu fil-PPE, dejjem jekk mhumiex essenzjali biex dan jaħdem sew.
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom iqisu bħala konformi mal-ħtiġiet bażiċi msemmija f’Artikolu 3 il-PPE msemmi f’Artikolu 8(3) li jkollu ►M1 l-immarkar CE ◄ skond liema l-manifattur hu kapaċi jipproduċi, meta mitlub, id-dikjarazzjoni ta’ konformità msemmija f’Artikolu 12.
2. L-Istati Membri għandhom jippreżumu li l-PPE msemmi f’Artikolu 8(2) jissodisfa l-ħtiġiet bażiċi msemmija f’Artikolu 3 jekk ikollu ►M1 l-immarkar CE ◄ skond liema l-manifattur hu kapaċi jipproduċi, meta mitlub, mhux biss id-dikjarazzjoni msemmija f’Artikolu 12 iżda wkoll iċ-ċertifikat maħruġ mill-korp li għalih ingħata notifika skond Artikolu 9 li jivverifika l-konformità tagħhom ma’ l-istandards nazzjonali relevanti, li jbiddlu l-istandards armonizzati, valutati fuq livell ta’ eżami tat-tip KE skond l-ewwel inċiż ta’ Artikolu 10(4)(a) u (b).
Fejn manifattur ma jkunx applika jew ikun applika biss parzjalment parti mill-istandards armonizzati jew fejn ma jeżistux dawk l-istandards iċ-ċertifikat maħruġ mill-korp li jkun ġie nnotifikat għandu jistqarr il-konformità mal-ħtiġiet bażiċi skond it-tieni inċiż ta’ Artikolu 10(4)(a) u (b).
▼M2 —————
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzi ta’ l-istandards armonizzati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi ta’ l-istandards nazzjonali li jbiddlu l-istandards armonizzati.
5. L-Istati Membri jgħandhom jiżguraw li sat-30 ta’ Ġunju 1991 ikunu ttieħdu passi xierqa biex jgħinu liż-żewġ naħat ta’ l-industrija biex ikollhom influwenza fuq livell nazzjonali fuq il-proċess tal-formulazzjoni ta’ l-istandards armonizzati u r-reviżjoni tagħhom.
6.
(a) Fejn il-PPE huwa soġġett għal Direttivi oħra li jkopru aspetti oħra u li jipprovdu wkoll għat-twaħħil ta’ l-immarkar CE, dan ta’ l-aħħar għandu jindika li l-PPE huwa preżunt li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi l-oħra.
(b) Iżda, fejn waħda jew aktar minn dawn id-Direttivi jippermettu lill-manifattur, waqt perjodu ta’ transizzjoni, li jagħżel liema arranġamenti japplika, l-immarkar CE għandu jindika konformità mad-Direttivi applikati mill-manifattur biss. F’dan il-każ, id-dettalji tad-Direttivi applikati, kif ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom jingħataw fid-dokumenti, notifiki jew struzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u li jakkumpanjaw lil dan il-PPE.
Artikolu 6
1. Jekk Stat Membru jew il-Kummissjoni tqis li l-istandards armonizzati msemmija f’Artikolu 5 ma jissodisfawx għal kollox il-ħtiġiet bażiċi relevanti msemmija f’Artikolu 3, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru kkonċernat għandu jirreferi l-każ lill-kumitat maħluq skond id-Direttiva 83/189/KEE ( 6 ), u jagħti r-raġunijiet tiegħu. Il-Kumitat għandu jagħtu l-opinjoni tiegħu mingħajr dewmien.
Wara li tirċievi l-fehma tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri dwar jekk l-istandards ikkonċernati għandhomx jiġu irtirati mill-pubblikazzjonijiet imsemmija skond Artikolu 5.
2. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti stabbilit bl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 98/37/KE ( 7 ), minn hawn il-quddiem referut bħala “il-Kumitat”.
Dan jista jkun ikkonsultat, skond il-proċedura referuta f'dan il-paragrafu, dwar kwalunkwe materja li dwarha l-implementazzjoni u l-applikazzjoni prattika ta' din id-Direttiva jistgħu jitolbu.
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 8 ) għandhom ikunu applikabli, wara li jkunu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.
Artikolu 7
1. Jekk Stat Membru jsib li l-PPE li jkollu ►M1 l-immarkar CE ◄ u użat skond l-iskop li għalih kien maħsub jista’ jikkomprometti s-sigurtà ta’ l-individwi, l-annimali domestiċi jew tal-proprjetà, għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex ineħħi l-apparat mis-suq u jipprojbixxi l-bejgħ jew il-moviment liberu tiegħu.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jgħarraf minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura ta’ dan it-tip, u jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u, b’mod partikulari, jgħid jekk in-nuqqas ta’ konformità kienx ġej minn:
(a) nuqqas ta’ qbil mal-ħtiġiet bażiċi msemmija f’Artikolu 3;
(b) l-applikazzjoni żbaljata ta’ l-istandards imsemmija f’Artikolu 5;
(ċ) nuqqas fl-istandards imsemmija f’Artikolu 5;
2. Il-Kummissjoni għandha tniedi diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati kemm jista’ jkun malajr. Jekk, wara dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tiddeċidi li l-azzjoni meħuda kienet ġustifikata, hi għandha tgħarraf mill-ewwel lill-Istat Membru kkonċernat u lill-Istati Membri l-oħra kollha dwarha. Jekk, wara dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tiddeċidi li l-azzjoni meħuda ma kinetx ġustifikata, hi għandha tgħarraf mill-ewwel lill-Istat Membru kkonċernat u lill-manifattur jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità dwarha. Jekk id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 hi in risposta għal difett fl-istandards, il-Kummissjoni għandha tirreferi l-każ lill-Kumitat imsemmi f’Artikolu 6(1) jekk l-Istat Membru kkonċernat hux beħsiebu jsostni d-deċiżjoni tiegħu u għandha tniedi l-proċedura msemmija f’Artikolu 6(2).
3. Jekk il-PPE li ma tkunx konformi mal-ħtiġiet relevanti jkollha ►M1 l-immarkar CE ◄ , l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa rigward dawk li huma responsabbli biex iwaħħlu l-marka u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar dan.
4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jkunu infurmati dwar il-progress u r-riżultat tal-proċedura msemmija f’dan l-Artikolu.
IL-KAPITOLU II
PROĊEDURI TA’ ĊERTIFIKAZZJONI
Artikolu 8
1. Qabel ma mudell PPE jiġi introdott fis-suq, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jiġbor id-dokumentazzjoni teknika msemmija f’Anness III sabiex din tkun, jekk hemm bżonn, tiġi sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti.
2. Qabel ma ssir is-serje ta’ produzzjoni tal-PPE barra dawk imsemmija fil-paragrafu 3, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jissottometti mudell għat-tip ta’ eżami KE kif hemm imsemmi f’Artikolu 10.
3. Eżami tat-tip KE ma għandux ikun meħtieġ fil-każ tal-mudelli PPE li jkollhom disinn sempliċi meta d-disinjatur jassumi li min jużah jista’ hu stess jivvaluta l-livell ta’ protezzjoni kontra riskji minimi kkonċernati li l-effetti tagħhom, meta jkunu bil-mod, jistgħu jkunu identifikati b’mod sigur minn min jużawhom fi żmien adekwat.
Din il-kategorija għandha tkopri esklussivament il-PPE maħsub biex jipproteġi lil min jilbsu kontra:
— azzjoni mekkanika li l-effetti tagħha huma superfiċjali (ingwanti tal-ġnien, ħoloq, eċċ),
— materjal li jnaddaf li jkollu azzjoni dgħajfa u li l-effetti tiegħu jistgħu jitneħħew malajr (ingwanti li jagħtu protezzjoni minn taħlita dgħajfa ta’ deterġenti, eċċ.),
— riskji li jkun hemm meta jinġarru komponenti jaħarqu li ma jesponux lil min jużahom għal temperatura ogħla minn 50 °C jew għal impatt perikoluż (ingwanti, fardali għal użu professjonali, eċċ.),
— aġenti atmosferiċi li mhumiex la ta’ natura eċċezzjonali u lanqas estrema (ilbies tar-ras, ħwejjeġ ta’ l-istaġun, żraben, eċċ.),
— impatti żgħar u vibrazzjonijiet li ma jaffettwawx żoni importanti tal-ġisem u li l-effetti tagħhom ma jikkaġunawx ħsarat li ma jitfejqux (elmi ħfief li jipprevjenu l-ħsara lir-ras, żraben ħfief, eċċ.),
— dawl tax-xemx (nuċċalijiet tax-xemx).
4. Il-produzzjoni tal-PPE għandha tkun suġġetta għall:
(a) l-għażla tal-manifattur, għal waħda miż-żewġ proċeduri msemmija fl-Artikolu 11 fil-każ tal-PPE li jkollu disinn kumpless maħsub biex jagħti protezzjoni kontra periklu mortali jew kontra perikli li jistgħu jaffettwaw serjament u b’mod irreparabbli s-saħħa, li d-disinjatur jista’ jassumi li l-effetti immedjati tagħhom ma jistgħux jiġu identifikati fil-waqt minn min jużahom. Din il-kategorija għandha tkopri esklussivament:
— l-apparat li jiffiltra n-nifs għall-protezzjoni minn aerosols solidi u likwidi jew gassijiet irritanti, perikolużi, tossiċi jew radjotossiċi,
— apparat tan-nifs protettiv li jagħti protezzjoni sħiħa mill-atmosfera, inklużi dawk li jintużaw biex jgħoddsu,
— PPE li jipprovdi biss protezzjoni limitata minn attakk kemiku jew minn radjazzjoni ionizzanti,
— apparat ta’ emerġenza biex jintuża f’ambjenti b’temperatura għolja li l-effetti tagħha jitqabblu sew ma’ dawk ta’ temperatura ta’ l-arja ta’ 100 °C jew aktar u li jistgħu jew ma jistgħux ikunu karatterizzati mill-preżenza ta’ radjazzjoni infra-red, minn fjammi jew il-projezzjoni ta’ammonti kbar ta’ materjal imdewweb jaħraq,
— apparat ta’ l-emerġenza biex jintuża’ f’ambjenti ta’ temperatura baxxa li l-effetti tiegħu jitqabblu sew ma’ dawk tat-temperatura ta’ l-arja ta’ 50 °C jew anqas,
— PPE biex jipproteġi kontra waqgħat mill-għoli,
— PPE kontra riskji tad-dawl u vultaġġi perikolużi jew dak użat bħala protezzjoni f’xogħlijiet ta’ tensjoni għolja;
▼M2 —————
(b) id-dikjarazzjoni ta’ konformità msemmija f’Artikolu 12 għal PPE kollha.
Artikolu 9
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi li huma nnominaw sabiex iwettqu l-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 8 flimkien max-xogħlijiet speċifiċi li dawn il-korpi ġew nominati sabiex iwettqu u n-numri ta’ identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista tal-korpi notifikati u n-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom u x-xogħlijiet li għalihom ġew notifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.
2. L-Istati Membri għandhom jħaddnu l-kriterji mniżżla f’Anness V għall-valutazzjoni tal-korpi li għandhom infikati f’tali notifika. Il-korpi li jilħqu l-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-istandards armonizzati relevanti għandhom jitqiesu li ssodisfaw dawk il-kriterji.
3. Stat Membru għandu jirtira l-approvazzjoni tiegħu lil dak il-korp jekk jistabbilixxi li ta’ l-aħħar ma baqax jissodisfa l-kriterji msemmija f’Anness V. Dan għandu jgħarraf minnufih bl-azzjoni tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
EŻAMI TAT-TIP KE
Artikolu 10
1. Eżami tat-tip KE hi l-proċedura li biha l-korp approvat biex jispezzjoni jistabbilixxi u jiċċertifika li l-mudell PPE msemmi jissodisfa d-dispożizzjonijiet relevanti ta’ din id-Direttiva.
2. L-applikazzjoni għall-eżami tat-tip KE għandha issir mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu lil korp wieħed li jispezzjona approvat skond il-mudell imsemmi. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkun stabbilit fil-Komunità.
3. L-applikazzjoni għandha tinkludi:
— l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu u l-impjant ta’ produzzjoni tal-PPE msemmi,
— il-fajl tekniku tal-manifattur imsemmi fl-Anness III.
Dan għandu jkollu miegħu n-numru xieraq ta’ kampjuni tal-mudell li għandu jiġi approvat.
4. Il-korp li jispezzjona li tiegħu ngħatat notifika għandu jagħmel l-eżami tat-tip KE skond il-proċeduri msemmija hawn taħt:
(a) Eżami tal-fajl tekniku tal-manifattur
— Hu għandu jeżamina l-fajl tekniku tal-manifattur biex jara jekk hux tajjeb fir-rigward ta’ l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 5.
— Fejn manifattur ma jkunx applika, jew applika biss parzjalment, l-istandards armonizzati jew fejn ma jeżistux tali standards armonizzati, il-korp li tiegħu ngħatat notifika għandu jivverifika jekk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi użati mill-manifattur humiex tajbin fil-każ tal-ħtiġijiet bażiċi qabel ma jeżamina l-fajl tekniku tal-manifattur biex jistabbilixxi jekk hux tajjeb fil-każ ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.
(b) Eżami tal-mudell
— Meta jeżaminat l-mudell, il-korp li jispezzjona għandu jivverifika jekk dan sarx skond il-fajl tekniku tal-manifattur u li jista’ jintuża b’sigurtà sħiħa għall-għan li għalih sar.
— Għandu jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet meħtieġa biex jistabbilixxi jekk il-mudell jaqbilx ma’ l-istandards armonizzati.
— Fejn manifattur ma jkunx applika jew applika biss parti mill-istandards armonizzati jew fejn ma jeżistux dawk l-istandards il-korp li tiegħu ngħatat notifika għandu jagħmel l-eżamijiet u t-testijiet neċessarji biex jara jekk il-mudell jaqbilx ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi użati mill-manifattur, skond jekk humiex tajbin fil-każ tal-ħtiġiet bażiċi.
5. Jekk il-mudell jissodisfa d-dispożizzjonijiet relevanti, il-korp li jispezzjona jgħandu joħroġ ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE u għandu jgħarraf lill-applikant b’dan. Dan iċ-ċertifikat għandu jindika r-riżultat ta’ l-eżami, xi kondizzjonijiet marbuta miegħu u jkollu wkoll id-deskrizzjonijiet u t-tpinġijiet meħtieġa biex ikun identifikat il-mudell approvat.
Il-Kummissjoni, il-korpi l-oħra approvati biex jispezzjonaw u l-Istati Membri l-oħra jistagħu jakkwistaw kopja taċ-ċertifikat u, bi tweġiba għal talba b’raġonevoli, kopja tal-fajl tekniku tal-manifattur u r-rapporti ta’ l-eżamijiet u t-testijiet li saru.
Il-fajl se jinżamm għad-dispożizzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti għal 10 snin wara l-introduzzjoni fis-suq tal-PPE.
6. Kull korp li jispezzjona li jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE għandu jgħarraf lill-korpi l-oħra approvati li jispezzjonaw b’dan il-fatt. Korp approvat li jispezzjona li jirtira ċertifikat ta’ l-eżami tat-tip KE għandu jgħarraf lill-Istat Membru li approvah, dwar dan. Dak l-Istat Membru għandu mbagħad jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, billi jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.
VERIFIKA TAL-PPE MANIFATTURAT
Artikolu 11
A. Sistema ta’ kontroll ta’ kwalità ‘KE’ għall-prodott finali
1. Manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-proċess ta’ manifattura, inkluż l-ispezzjoni finali tal-PPE u t-testijiet, jwassal għall-omoġenità fil-produzzjoni u l-konformità tal-PPE mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE u mal-ħtiġijiet bażiċi relevanti ta’ din id-Direttiva.
2. Korp li għalih ingħatat notifika, magħżul mill-manifattur, għandu jagħmel l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa. Dawk l-ispezzjonijiet għandhom jsiru bl-addoċċ, normalment f’intervall ta’ mill-anqas sena.
3. Kampjun suffiċjenti tal-PPE meħud mill-korp li tiegħu ngħatat notifika għandu jkun eżaminat u t-testijiet xierqa mfissra fl-istandards armonizzati jew meħtieġa biex juru konformità mal-ħtiġiet bażiċi ta’ din id-Direttiva għandu jsir biex jivverifika l-konformità tal-PPE.
4. Meta korp ma jkunx il-korp li ħareġ iċ-ċertifikat relevanti tat-tip ta’ approvazzjoni KE għandu jikkuntatja l-korp li tiegħu ngħatat notifika f’każ ta’ diffikultajiet marbuta mal-valutazzjoni tal-konformità tal-kampjuni.
5. Il-korp li tiegħu ngħatat notifika għandu jagħti lill-manifattur rapport tat-test. Jekk ir-rapport juri li l-produzzjoni mhix omoġenea jew li l-PPE eżaminat ma jaqbilx mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat tat-tip ta’ approvazzjoni KE jew il-ħtiġiet bażiċi relevanti, il-korp għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa għad-difett jew difetti misjuba u jgħarraf lill-Istat Membru li ta notifika tagħhom bihom.
6. Il-manifattur għandu jkun kapaċi jagħti, fuq talba, ir-rapport lill-korp li tiegħu ngħatat notifika.
B. Sistema biex tkun żgurata l-kwalità KE tal-produzzjoni permezz ta’ sorveljanza
1. Sistema
(a) Skond din il-proċedura l-manifattur għandu jitfa’ applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sistema tal-kontroll tal-kwalità tiegħu lill-korp li tiegħu ngħatat notifika, fuq għażla tiegħu.
L-applikazzjoni għandha tinkludi:
— l-informazzjoni kollha marbuta mal-kategorija tal-PPE kkonċernat, inkluż, fejn jixraq, id-dokumentazzjoni marbuta mal-mudell approvat,
— id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kontroll ta’ kwalità,
— l-impriża biex iżomm l-obbligi li ġġib magħha s-sistema ta’ kontroll ta’ kwalità u biex iżżommha b’mod suffiċjenti u effiċjenti.
(b) Skond is-sistema ta’ kwalità ta’ kontroll, kull PPE għandu jkun eżaminat u t-testijiet xierqa msemmija f’Sezzjoni A paragrafu 3 għandhom isiru biex tiġi vverifikata l-konformia’ tagħhom mal-ħtiġiet bażiċi relevanti ta’ din id-Direttiva.
Id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kontroll ta’ kwalità għandu jkun fiha, b’mod partikulari, deskrizzjoni tajba ta’:
— l-objettivi ta’ kwalità, iċ-chart ta’ l-organizzazzjoni, ir-responsabbilitajiet tan-nies fl-eżekuttiv u s-setgħat tagħhom fir-rigward tal-kwalità tal-prodott,
— l-ispezzjonijiet u t-testijiet għandhom jsiru wara l-manifattura,
— il-mezzi li għandhom jintużaw biex jivverifikaw it-tħaddim effettiv tas-sistema tal-kontroll tal-kwalità.
(ċ) Il-korp għandu jivvaluta s-sistema tal-kontroll ta’ kwalità biex jiddeċiedi jekk tissodisfax id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 (b). Għandu jassumi li s-sistemi ta’ kontroll tal-kwalità li jħaddnu l-istandard armonizzat relevanti jissodisfaw dawk id-dispożizzjonijiet.
Il-korp li jagħmel il-verifiki għandu jagħmel il-valutazzjonijiet kollha oġġettivi meħtieġa tal-komponenti tas-sistema tal-kontroll ta’ kwalità u għandu jivverifika b’mod partikulari jekk is-sistema tiżgurax il-konformita’ tal-PPE mmanifatturat mal-mudell approvat.
Id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata lill-manifattur. Għandu jkun fiha r-riżultati ta’ l-ispezzjoni u d-deċiżjoni raġonata tad-deċiżjoni ta’ l-valutazzjoni.
(d) Il-manifattur għandu jgħarraf lill-korp li approva s-sistema ta’ kontroll tal-kwalità bi kwalunkwe pjan biex ibiddel is-sistema ta’ kontroll tal-kwalità.
Il-korp għandu jeżamina l-bidliet proposti u jiddeċidi jekk is-sistema ta’ kontroll ta’ kwalità mibdula tissodisfax id-dispożizzjonijiet relevanti. Għandu jgħarraf lill-manifattur bid-deċiżjoni tiegħu. Il-komunikazzjoni għandu jkollha fiha l-konklużjonijiet ta’ l-ispezzjoni u d-deċiżjoni raġonata ta’ l-eżami.
2. Superviżjoni
(a) L-iskop tas-sorveljanza huwa biex jiżgura li l-manifattur jaqdi sew l-obbligi li ġġib magħha s-sistema tal-kontroll ta’ kwalità approvata.
(b) Il-manifattur għandu jawtorizza lill-korp biex ikollu aċċess, għal skopijiet ta’ spezzjoni, ta’ l-ispezzjoni tal-PPE, it-testjar u s-siti ta’ ħażna u għandu jagħtih l-informazzjoni kollha meħtieġa, b’mod partikulari:
— id-dokumentazzjoni tas-sistema tal-kontroll ta’ kwalità,
— id-dokumentazzjoni teknika,
— il-manwali tal-kontroll tal-kwalità.
(ċ) Il-korp għandu kull tant żmien jagħmel l-audits biex jiżgura li l-manifatur qed iżomm u jħaddan is-sistema ta’ kontroll tal-kwalità approvata u għandu jagħti lill-manifattur kopja tar-rapport tal-verifika.
(d) Barra minn hekk, il-korp jista’ jagħmel żjarat mingħajr avviż lill-manifattur. Meta jsiru dawk iż-żjarat il-korp għandu jagħti lill-manifattur rapport taż-żjara u, jekk jeħtieġ, rapport tal-verifika.
(e) Il-manifattur għandu jkun kapaċi jagħti, fuq talba, rapport lill-korp li tiegħu ngħatat notifika.
DIKJARAZZJONI KE TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Artikolu 12
Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE hija l-proċedura li biha l-manifattur jew ir-rappreżentant awotirizzat tiegħu huwa stabbilit fi ħdan il-Komunità:
1. jifformola dikjarazzjoni billi juża’ l-forma stabbilita f’Anness VI li tiċċertifika li l-PPE introdott fis-suq jaqbel mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva bil-ħsieb li tkun sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti;
2. iwaħħal ►M1 l-immarkar CE ◄ ta’ konformità imsemmija f’Artikolu 13 għal kull PPE.
IL-KAPITOLU III
IMMARKAR CE
Artikolu 13
1. L-immarkar ta’ konformità CE għandu jkun magħmul mill-inizjali “CE” fil-forma murija fil-kampjun fl-Anness IV. Fl-eventwalità ta’ l-involviment ta’ korp notifikat fil-fażi ta’ kontroll tal-produzzjoni kif indikat fl-Artikolu 11, għandu jiġi miżjud in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu.
2. L-immarkar CE għandu jitwaħħal ma kull biċċa ta’ PPE manifatturat sabiex ikun viżibbli, jinqara u ma jistax jitħassar tul iż-żmien kollu tal-ħajja tal-PPE; iżda, jekk dan mhuwiex possibbli mil-lat tal-karatterisitiċi tal-prodott, l-immarkar CE jista’ jitwaħħal mal-imballaġġ.
3. It-twaħħil ta’ marki fuq il-PPE li jafu jqarrqu b’terzi persuni fejn jidħol it-tifsir u l-forma ta’ l-immarkar CE għandu jiġi projbit. Tista’ titwaħħal kull marka oħra mal-PPE jew l-imballaġġ tiegħu sakemm il-visibilità u l-leġibilità ta’ l-immarkar CE ma jkunux b’hekk imnaqqsa.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7:
(a) fejn Stat Membru jistabbilixxi li l-immarkar CE jkun ġie mwaħħal bla raġuni, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jkun obbligat li jagħmel il-prodott konformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-immarkar CE u li jwaqqaf il-ksur tar-regolament taħt il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru;
(b) fejn in-nuqqas ta’ konformità jissokta, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jirristrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fuq is-suq tal-prodott in kwistjoni jew li jiżgura li jitneħħa mis-suq b’mod konformi mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 7.
IL-KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 14
Kwalunkwe deċiżjoni meħuda fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u li twassal għal restrizzjonijiet ta’ marketing tal-PPE għandu jkollha magħha spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet li fuqhom hi bbażata. Il-parti kkonċernata għandha tkun mgħarrfa bid-deċiżjoni mingħajr dewmien u mgħarrfa bil-possibiltajiet għal appell skond il-leġislazzjoni li hemm fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u biż-żmien stipulat biex isir dak l-appell.
Artikolu 15
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-informazzjoni li tolqot id-deċiżjonijiet kollha relevanti marbuta mal-ġestjoni ta’ din id-Direttiva jkunu disponibbli.
Artikolu 16
1. Qabel il-31 ta' Diċembru 1991, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom javżaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni.
Għandhom japplikaw il-miżuri in kwistjoni b'effett mill-1 ta' Lulju 1992.
2. U aktar, l-Istati Membri għandhom jippermettu, sal-perijodu tat-30 ta' Ġunju 1995, it-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta' PPE li jikkonforma mar-regolamenti nazzjonali fis-seħħ fit-territorju tagħhom fit-30 ta' Ġunju 1992.
3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-kamp regolat b'din id-Direttiva.
Artikolu 17
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
LISTA EŻAWRJENTI TAL-GRUPPI TAL-PPE MHUX KOPERTI B’DIN ID-DIRETTIVA
1. |
PPE ddisinjati u manifatturati speċifikament biex jintużaw mill-forzi armati jew biex titħares il-liġi u l-ordni (elmi, tarki, eċċ). |
2. |
PPE għad-difiża personali (bottijiet ta’ l-aerosol, armi personali li huma ta’ deterrent, eċċ.). |
3. |
PPE ddisinjati u mmanifatturati għall-użu privat kontra: — kondizzjonijiet atmosferiċi (tagħmir tar-ras, ħwejjeġ ta’ l-istaġun, żraben, umbrelel, eċċ), — umdu u ilma (ingwanti biex taħsel il-platti, eċċ.), — sħana (ingwanti, eċċ.). |
4. |
PPE maħsuba għall-protezzjoni jew salvataġġ ta’ nies fuq dgħajjes jew ajruplani, li ma jintlibsux il-ħin kollu. |
5. |
Elmi u viżieri maħsuba għal dawk li jużaw vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew tlieta. |
ANNESS II
ĦTIĠIJIET BAŻIĊI DWAR IS-SIGURTÀ U S-SAĦĦA
1. ĦTIĠIJIET ĠENERALI LI JGĦODDU GĦALL-PPE KOLLHA
Il-PPE għandu jagħti protezzjoni biżżejjed kontra r-riskji kollha li wieħed jiltaqa’ magħhom.
1.1. Prinċipji tad-disinn
1.1.1. Ergonomija
Il-PPE għandu jkun iddisinjat u manifatturat b’tali mod li fil-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu maħsub għalih min jużah jagħmel l-attività li fiha riskju b’mod normali waqt li jserraħ rasu li ser jkollu l-ogħla livell ta’ protezzjoni xierqa.
1.1.2. Livelli u gruppi ta’ protezzjoni
1.1.2.1. L-ogħla livell ta’ protezzjoni possibbli
L-aqwa livell ta’ protezzjoni li għandu jitqies fid-disinn hu dak li lil minnu l-intoppi imposti bl-ilbies tal-PPE jipprevjeni l-użu effettiv tiegħu waqt il-perjodu li jkun espost għar-riskju jew il-ħidma normali ta’ l-attività.
1.1.2.2. Gruppi ta’ protezzjoni xierqa għal-livelli differenti ta’ riskju
F’każ li jkun hemm kondizzjonijiet differenti prevedibbli għall-użu huma tali li tista’ ssir distinzjoni bejn il-livelli differenti ta’ l-istess riskju, għandhom jitqiesu klassijiet xierqa ta’ protezzjoni meta jkun qed jiġi ddisinjat il-PPE.
1.2. PPE li ma jagħmilx ħsara
1.2.1. Nuqqas ta’ riskji u fatturi oħra ‘moħbija’ li jdejqu
PPE għandu jkun iddisinjat u mmanifatturat b’tali mod biex ma jkunx fih riskji u fatturi oħra li jdejqu skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.
1.2.1.1. Materjali kostitwenti siewja
Materjal u partijiet tal-PPE, inkluż kwalunkwe prodotti tad-dikompożizzjoni tagħhom, ma jistgħux jaffettwaw ħażin is-saħħa jew l-iġjene ta’ min jużahom.
1.2.1.2. Kondizzjoni sodisfaċenti tal-wiċċ tal-partijiet kollha tal-PPE li jkollhom kuntatt ma’ min jużahom.
Kwalunkwe parti tal-PPE li jkollha kuntatt jew li jista’ jkollha kuntatt potenzjali sew ma’ min jużaha meta l-apparat jintlibes ma għandhiex tkun ħarxa, ikollha xfar jaqtgħu, ponot ħerġin u affarijiet simili li jistgħu jikkawżaw irritazzjonijiet jew weġgħat.
1.2.1.3. L-anqas impediment permessibbli għal min jużahom
Kull impediment ikkawżat mill-PPE għal movimenti li għandhom isiru, posizzjonijiet li għandhom ikunu adottati u l-perċezzjoni tas-sensi għandhom ikunu minimizzati; u lanqas ma jista’ l-PPE joħloq movimenti li jkunu ta’ periklu għal min jużahom jew għal persuni oħra.
1.3. Kumdità u effiċjenza
1.3.1. Addattament tal-PPE għall-morfoloġija ta’ min jużah
PPE għandu jkun iddisinjat u mmanifaturat b’tali mod li jgħin biex min jużahom jilbishom sew u jibqgħu f’posthom sakemm jintużaw, billi jitqiesu l-fatturi ta’ l-ambjent, il-movimenti li għandhom isiru u l-posizzjonijiet li għandhom ikunu adottati. Għal dan il-għan, għandu jkun possibbli li jsir l-aħjar addattament tal-PPE għall-morfoloġija ta’ min jużahom bil-mezzi kollha xierqa, bħalma huma l-aġġustament adekwat u s-sistemi li jeħlu jew il-proviżjoni ta’ ammont ta’ daqsijiet adekwati.
1.3.2. Il-ħeffa u s-saħħa tad-disinn
Il-PPE għandu jkun ħafif kemm jista’ jkun mingħajr ma jikkomprometti s-saħħa u l-effiċjenza tad-disinn.
Barra mill-ħtiġiet l-oħra speċifiċi li għandhom jissodisfaw sabiex jagħtu protezzjoni adekwata mir-riskji msemmija (ara 3), il-PPE għandu jkun kapaċi jiflaħ l-effetti tal-fenomena ta’ l-ambjent moħbija fil-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.
1.3.3. Kompatibbiltà tal-gruppi jew tipi differenti tal-PPE ddisinjati għall-użu fl-istess ħin
Jekk l-istess manifattur iqiegħed fis-suq ħafna mudelli tal-PPE ta’ gruppi jew tipi differenti sabiex jiżgura li l-protezzjoni fl-istess ħin tal-parti viċin tal-ġisem kontra riskji magħquda, dawn għandhom ikunu kompatibbli.
1.4. Informazzjoni mogħtija mill-manifattur
Flimkien ma’ l-isem u l-indirizz tal-manifattur u/jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, in-noti li għandhom jinkitbu minn ta’ l-ewwel u jingħataw meta l-PPE jitqiegħed fis-suq għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha relevanti dwar:
(a) il-ħżin, l-użu, it-tindif, il-manutenzjoni, is-servizz u d-disinfettant. Prodotti tat-tindif, tal-manutenzjoni jew disinfettanti rakkomandati mill-manifattur majistax ikollhom effett ħażin fuq il-PPE jew fuq min jużahom meta jintużaw skond l-istruzzjonijiet relevanti;
(b) ħidma kif magħrufa waqt it-testijiet tekniċi biex tivverifika l-livelli jew gruppi ta’ protezzjoni mogħtija mill-PPE imsemmi;
(ċ) aċċessorji adattati tal-PPE u l-karatteristiċi ta’ l-ispare parts xierqa;
(d) il-gruppi ta’ protezzjoni xierqa għal-livelli differenti ta’ riskju u l-limiti korrispondenti ta’ l-użu;
(e) iż-żmien meta jiskadi jew il-perjodu meta jiskadi l-PPE jew xi wħud mill-komponenti tiegħu;
(f) it-tip ta’ imballaġġ tajjeb għat-trasport;
(g) l-importanza ta’ xi sinjali (ara 2.12);
(h) fejn xieraq, ir-referenzi tad-Direttivi applikati b’mod konformi ma’ l-Artikolu 5(6)(b);
(i) l-isem, indirizz u numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut fl-istadju tad-disinn tal-PPE.
Dawn in-noti, li għandhom ikunu preċiżi u jinftehmu, għandhom jingħataw ta’ l-inqas bil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta’ l-Istati Membri destinatarji.
2. ĦTIĠIET OĦRA LI HUMA KOMUNI GĦALL-GRUPPI JEW TIPI DIFFERENTI TAL-PPE
2.1. Sistemi tal-PPE li jdaħħlu aġġustament
Jekk il-PPE jdaħħal sistemi ta’ aġġustar, dan ta’ l-aħħar għandu jkun iddisinjat u mmanifatturat b’tali mod li ma jkunx jista’ jiġi aġġustat ħażin mingħajr ma jkun jaf min jużah taħt il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.
2.2. PPE ‘li jagħlaq’ il-partijiet tal-ġisem li għandhom ikunu protetti
Sakemm hu possibbli, PPE ‘li jagħlaq’ il-partijiet tal-ġisem li għandhom jkunu protetti għandu jkun fih arja biżżejjed biex jagħti lok biex l-għaraq joħroġ meta jintuża; jekk dan ma jkunx il-każ, għandu jkun possibbli li jkollu apparat li jixrob l-għaraq.
2.3. PPE għall-wiċċ, l-għajnejn u l-pajpijiet tan-nifs
Kull restrizzjoni milli wieħed jara minħabba l-PPE għall-wiċċ, l-għajnejn jew il-pajpijiet tan-nifs għandha tkun minimizzata.
L-ammont ta’ newtralità ottika tas-sistemi tal-viżta ta’ dawn il-gruppi tal-PPE għandu jkun kompatibbli mat-tip ta’ attivitajiet li huma x’aktarx metikolużi jew imtawla għal min jużahom.
Jekk hemm bżonn, huma għandhom ikunu ttrattati jew mogħtija faċilitajiet biex ma tittrabbiex umdità.
Mudelli tal-PPE maħsuba għal dawk li għandhom itejbu l-vista għandhom ikunu kompatibbli max-xedd ta’ nuċċali jew contact lenses.
2.4. PPE espost li jiqdiem
Jekk ikun magħruf li l-utilità tad-disinn ta’ PPE ġdid tista’ tiġi effettwata sew meta dan jiqdiem, id-data tal-manifattura u/jew, jekk possibbli, id-data ta’ meta jiskadi, għandhom jkunu miktuba b’mod li ma jitħassrux fuq kull oġġett tal-PPE jew komponent li jinbidel introdott fis-suq b’tali mod li ma jagħtix lok għal interpretazzjoni ħażina; din l-informazzjoni għandha tkun miktuba b’mod li ma titħassarx fuq l-imballaġġ.
Jekk il-manifattur ma jkunx jista’ jagħti garanzija ta’ kemm iservi l-PPE, in-noti tiegħu għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ix-xerrej jew min jużahom ikun jista’ jistabbilixxi data raġonevoli meta jiskadu, billi jqis il-livell ta’ kwalità tal-mudell u l-kondizzjonijiet effettivi ta’ kif jintrefgħu, jintużaw, jitnaddfu, jiġu serviced u tingħatihom il-manutenzjoni.
Fejn hu possibbli li jkun hemm deterjorazzjoni mgħaġġla fl-operat tal-PPE x’aktarx ikkawżata minħabba l-mogħdija taż-żmien riżultanti mill-proċess ta’ tindif rakkomandat mill-manifattur, dan ta’ l-aħħar għandu, jekk ikun possibbli, ijwaħħal marka ma’ kull oġġett tal-PPE fis-suq li tindika l-ammont massimu li l-apparat jista’ jitnaddaf qabel ma dan għandu jkun spezzjonat jew mormi; jekk ma jagħmilx hekk, il-manifattur għandu jagħti din l-informazzjoni fin-noti tiegħu.
2.5. PPE li jistgħu jinqabdu waqt l-użu
F’każ li l-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu jinkludu b’mod partikulari r-riskju li l-PPE jinqabad minn oġġett li jkun qed jaħdem u għalhekk ikun ta’ periklu għal min jużah, il-PPE għandu jkollu livell ta’ reżistenza tali li ’l fuq minnu l-parti kostitwenti għandha tinkiser u telimina l-periklu.
2.6. PPE għall-użu f’atmosferi splussivi
PPE maħsub biex jintuża’ f’atmosferi splussivi għandu jkun iddisinjat u mmanifatturat b’tali mod li ma jistax ikun il-kawża ta’ arc elettriku, elettrostatiku jew ikkawżat minn impatt jew spark li x’aktarx jġiegħel taħlita splussiva biex taqbad.
2.7. PPE maħsub għall-użu t’emerġenza jew stallazzjoni ta’ malajr u/jew tneħħija
Dawn il-gruppi tal-PPE għandhom jkunu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li jnaqqsu l-ħin meħtieġ biex jitwaħħlu u (jew) jitneħħew.
Kwalunkwe sistemi integrati li jkollhom jintlibsu sew, jew jitneħħew, minn min jużahom għandhom jiżguraw li din il-ħidma tkun waħda rapida u faċli.
2.8. PPE biex jintużaw f’sitwazzjonijiet perikolużi ħafna
In-noti ta’ informazzjoni mogħtija mill-manifattur flimkien mal-PPE biex jintużaw f’sitwazzjonijiet perikolużi ħafna msemmija f’Artikolu 8(4)(a) għandhom jinkludu, b’mod partikulari, informazzjoni maħsuba għall-użu esklussiv ta’ nies kompetenti mħarrġa li huma kkwalifikati biex jinterpretawhom u jiżguraw li jiġu applikati minn min jużahom.
Huma għandhom jiddeskrivu wkoll il-proċedura li għandha tiġi adottata sabiex jivverifikaw li l-PPE hu aġġustat sew u jaħdem meta jintlibes minn min jużah.
Jekk il-PPE jinkorpora alarm li hu attivat fin-nuqqas ta’ livell ta’ protezzjoni li normalment tingħata, dan għandu jkun iddisinjat u akkomodat b’tali mod li jkun meqjus minn min jużah fil-kondizzjonijiet ta’ l-użu li għalih hu mibjugħ il-PPE.
2.9. PPE li jkollu komponenti inkorporati li jistgħu jiġu aġġustati jew imneħħija minn min jużahom.
Kwalunkwe komponenti tal-PPE li jistgħu jiġu aġġustati jew imneħħija minn min jużahom għall-iskop ta’ bdil għandhom ikunu ddisinjati u mmanifaturati b’tali mod li jkun faċli taġġustahom, twaħħalhom u tneħħihom mingħajr ma tuża’ għodda.
2.10. PPE biex jaqbad ma’ apparat ieħor, estern kumplimentari
Jekk il-PPE jinkorpora sistema li tagħti lok li taqbad ma’ apparat ieħor, kumplimentari, il-mekkaniżmu li jgħaqqad għandu jkun iddisinjat u mmanifatturat b’tali mod li dan ikun jista’ jitwaħħal biss fuq apparat apposta.
2.11. PPE li jinkorpora sistema taċ-ċirkulazzjoni tal-fluwidu
Jekk il-PPE jinkorpora sistema taċ-ċirkolazzjoni tal-fluwidu, dan ta’ l-aħħar għandu jkun magħżul b’tali mod, jew iddisinjat, u inkorporat sabiex ikun jista’ jsir tiġdid biżżejjed tal-fluwidu fil-viċin tal-parti kollha tal-ġisem li għandu jkun protett, minkejja l-mossi ta’ min jużah, il-pożizzjoni jew il-moviment skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.
2.12. PPE li jkollu wieħed jew aktar mis-sinjali ta’ identifikazzjoni jew għarfien direttament jew indirettament marbuta mas-saħħa u s-sigurtà
Is-sinjali ta’ identifikazzjoni jew għarfien direttament jew indirettament marbuta mas-saħħa u s-sigurtà mwaħħla ma’ dawn it-tipi jew gruppi tal-PPE l-aħjar li jkunu qishom piktogrammi jew ideogrammi armonizzati u għandhom jibqgħu jinqraw sew kemm idum iservi l-PPE. Barra minn hekk, dawn is-sinjali għandhom Ikunu kompluti, preċiżi u jinftehmu sabiex ma jkunx hemm interpretazzjoni ħażina; b’mod partikulari, meta dawk is-sinjali jkun fihom kliem jew sentenzi, ta’ l-aħħar għandhom jidhru bil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn se jintuża l-apparat.
Jekk PPE (jew komponent tal-PPE) ikun żgħir wisq biex jitwaħħal is-sinjal meħtieġ kollu jew parti minnu, l-informazzjoni relevanti għandha tingħata fuq l-imballaġġ u fin-noti tal-manifattur.
2.13. PPE fil-forma ta’ ħwejjeġ li kapaċi jindikaw il-preżenza ta’ min jużahom b’mod viżiv
PPE fil-forma ta’ ħwejjeġ maħsuba għall-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ użu li fihom il-preżenza ta’ min jużahom tkun tidher sew u b’mod individwali għandu jkollu wieħed (jew aktar) mekkaniżmi li jkunu mqiegħda f’postijiet prominenti biex jitfgħu radjazzjoni diretta jew riflessa li tkun visibbli u tkun ta’ intensità tad-dawl xierqa u jkollu proprjetajiet fotometriċi u kolorimetriċi.
2.14. PPE għal protezzjoni minn ‘numru ta’ riskji’
Il-PPE kollha ddisinjati biex jipproteġu lil min jużahom minn ħafna riskji perikolużi għandhom jkunu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li jissodisfaw, b’mod partikulari, il-ħtiġiet bażiċi speċifiċi għal kull wieħed minn dawk ir-riskji (ara 3).
3. ĦTIĠIET OĦRA MARBUTA MA’ RISKJI PARTIKULARI
3.1. Protezzjoni kontra impatt mekkaniku
3.1.1. Impatt ikkawżat minn oġġetti li jaqgħu jew ħerġin ’il barra u ħbit ta’ partijiet tal-ġisem ma’ xi xkiel
PPE xieraq għal dan it-tip ta’ riskju għandu jkun suffiċjenti biżżejjed biex jassorbi x-xokk biex jevita l-weġgħa kkaġunata minn, b’mod partikulari, it-tgħaffiġ jew il-penetrazzjoni tal-parti protetta, ta’ l-inqas sal-livell ta’ l-impatt ta’ l-enerġija li ‘l fuq minnu d-dimensjonijiet eċċessivi jew id-daqs tal-mekkaniżmu li jassorbi ma jħallix l-użu effettiv tal-PPE għal kemm idum iservi.
3.1.2. Waqgħat
3.1.2.1. Prevenzjoni mill-waqgħat minħabba ż-żliq
Is-suletti ta’ barra taż-żraben iddisinjati biex jevitaw iż-żliq għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod, immanifatturati jew mogħnija b’elementi oħra sabiex jiżguraw li s-sieq taqbad sew skond it-tip jew l-istat ta’ l-art.
3.1.2.2. Il-prevenzjoni ta’ waqgħat mill-għoli
PPE ddisinjati biex jevitaw waqgħat mill-għoli jew l-effetti tagħhom għandu jkun fihom ċinga torbot il-ġisem u sistema li tista’ titqbbad ma’, u li tista’ tintrabat ma’ punt ta’ rbit b’saħħtu. Għandu jkun iddisinjat b’tali mod li skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu l-waqgħa vertikali ta’ min jużahom titnaqqas biex tevita l-ħbit ma’ ostakli u l-forza tal-brejk ma tilħaqx, madankollu, il-livell li fih min juża l-PPE jista’ jindarab jew li jiċċarrat jew jinqasam xi komponent tal-PPE li jista’ jkun il-kawża tal-waqgħa ta’ min jużah.
Għandu jiżgura wkoll li wara li jibbrejkja min jużah jinżamm f’pożizzjoni tajba li fiha jkun jista’ jistenna l-għajnuna jekk ikun hemm bżonn.
In-noti tal-manifattur għandhom jispeċifikaw b’mod partikulari l-informazzjoni kollha relevanti marbuta mal-:
— karatteristiċi meħtieġa biex jinstab punt ta’ rbit b’saħħtu u l-għoli minimu meħtieġ taħt min jużahom,
— l-aħjar mod kif tintlibes iċ-ċinga mal-ġisem u kif tintrabat is-sistema mal-punt ta’ rbit b’saħħtu.
3.1.3. Il-vibrazzjoni mekkanika
PPE ddisinjat biex jelimina l-effetti ta’ vibrazzjonijiet mekkaniċi għandu jkun kapaċi li jiżgura li jkollu komponenti adekwati li jnaqqsu l-effett ħżiena tal-vibrazzjoni li tagħmel ħsara lill-parti tal-ġisem li tkun f’riskju.
Taħt l-ebda ċirkostanzi m’għandu l-valur effettiv ta’ l-aċċelerazzjonijiet trasmessi lil min jużahom mill-vibrazzjonijiet jaqbżu l-valuri tal-limitu rrakkomandati meħud kont, b’mod prevedibbli, kemm dik il-parti tal-ġisem l-aktar esposta kuljum tkun f’riskju.
3.2. Protezzjoni kontra l-kompressjoni (statika) ta’ parti tal-ġisem
PPE ddisinjat biex jipproteġi parti mill-ġisem minn stress kompressiv (statiku) għandu jkun kapaċi biżżejjed li jnaqqas is-saħħa ta’ l-effetti tiegħu sabiex jipprevjeni weġgħat serji jew ilmenti kroniċi.
3.3. Protezzjoni minn weġgħa fiżika ((brix, titqib, qtugħ, gdim)
Materjal kostitwenti għall-PPE u komponenti oħra ddisinjati biex jipproteġu l-ġisem kollu jew parti minnu minn weġgħa superfiċjali kkaġunata minn makkinarju, bħal brix, titqib, qtugħ jew gdim, għandu jkun magħżul b’tali mod jew iddisinjat u inkorporat sabiex jiżgura li dawn il-gruppi tal-PPE joffru reżistenza biżżejjed kontra l-brix, titqib u qatgħat fondi (ara anki 3.1) skond kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.
3.4. Prevenzjoni mill-għarqa (ġgieget tas-salvataġġ, armbands u lifesaving suits)
PPE ddisinjati biex jipproteġu mill-għarqa għandhom jkunu kapaċi li jtellgħu fil-wiċċ kemm jista’ jkun malajr, mingħajr periklu għal saħħtu, xi ħadd li jkun eżawrit jew intilef minn sensih wara li waqa’ f’post bil-likwidu, u li jżomm fil-wiċċ f’pożizzjoni li jkun jista’ jieħu nifs waqt li jistenna l-għajnuna.
PPE jista’ jkun kollu jew parti minnu li jista’ jibqa’ fil-wiċċ jew ikun minfuħ permezz ta’ gass li jista’ jitbattal manwalment jew awtomatikament jew bil-ħalq.
Skond kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli:
— il-PPE għandu, mingħajr preġudizzju għall-ħidma sodisfaċenti tiegħu, ikun kapaċi jiflaħ l-effetti ta’ l-impatt ma’ post bil-likwidu u l-fatturi ta’ l-ambjent li jkun hemm f’dak il-post,
— PPE li jintefaħ għandu jkun kapaċi jintefaħ kollu u malajr.
Meta kondizzjonijiet partikulari ta’ l-użu jitolbu hekk, ċerti tipi ta’ PPE għandhom jissodisfaw waħda jew iktar mill-ħtiġiet żejda li ġejjin:
— għandu jkollhom il-mekkaniżmi kollha li jintefħu msemmija fit-tieni subparagrafu, u/jew mekkaniżmu li jarmi d-dawl jew jagħmel ħoss,
— għandu jkollhom mekkaniżmu biex jintrabtu u jitwaħħlu mal-ġisem sabiex min jużahom ikun jista’ jittella’ mill-post likwidu,
— għandhom ikunu tajba għall-użu fit-tul waqt il-perjodu ta’ attività li jesponi lil min jużahom, possibilment imlibbes, għar-riskju li jaqa’ fil-post likwidu jew li jogħdos fih.
3.4.1. Għajnuniet għall-kapaċtà li wieħed iżomm f’wiċċ l-ilma
Ħwejjeġ li jiżguraw livell effettiv li wieħed jżommu f’wiċċ l-ilma, skond l-użu prevedibbli tagħhom, li huma siguri meta jintlibsu u li jistgħu joffru appoġġ posittiv fl-ilma. F’kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli, dan il-PPE ma għandux inaqqas il-moviment ħieles minn min jużah iżda għandu jgħinu biex, b’mod partikulari, jgħum jew jieħu azzjoni biex jaħrab mill-periklu jew isalva lil nies oħra.
3.5. Protezzjoni kontra l-effetti perikolużi ta’ l-istorbju
PPE ddisinjati biex jilqgħu għall-effetti ħżiena ta’ l-istorbju għandhom ikunu kapaċi li jnaqqsu s-saħħa ta’ dan ta’ l-aħħar għal-livell ta’ ħoss meqjus minn min jużah li taħt l-ebda ċirkostanza ma għandhom jaqbżu l-valur tal-limitu ta’ kuljum stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 86/188/KEE tat-12 ta’ Mejju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji marbuta minħabba li jkunu esposti għall-ħsejjes fuq ix-xogħol ( 9 ).
Il-PPE kollha għandu jkollhom tabella li tindika l-livell tas-saħħa tal-ħoss u l-valur komdu mogħti mill-PPE; jekk dan ma jkunx possibbli, it-tabella għandha titwaħħal mal-pakkett.
3.6. Protezzjoni kontra s-sħana u/jew nirien
PPE ddisinjati biex jipproteġu l-ġisem kollu jew parti minnu kontra l-effetti tas-sħana u/jew nirien għandhom ikunu kapaċi jipproteġu kontra s-sħana u s-saħħa mekkanika meħtieġa għall-kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli.
3.6.1. Il-materjali li l-PPE hu kkostitwit minnhom u komponenti oħra
Materjal kostitwenti u komponenti oħra tajba għall-protezzjoni kontra s-sħana kbira u konvetiva għandu jkollu koeffiċjent addattat ta’ trasmissjoni ta’ incident heat flux u għandu jkun inkombustibbli biżżejjed biex ineħħi kull riskju ta’ nar spontanju skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.
Fejn il-parti ta’ barra ta’ dan il-materjal u komponenti għandha tkun tirrifletti, is-saħħa tar-rifless tagħha għandu jkun adattat għall-intensità tas-sħana kkaġunata mir-radjazzjoni fil-livell infra-red.
Il-materjali u komponenti oħra ta’ apparat maħsub għal użu qasir f’ambjenti b’temperaturi għoljin u ta’ PPE li jista’ jintlaqat minn titjir ta’ prodotti jaħarqu bħalma huma kwantitajiet kbar ta’ materjal imdewweb jaħraq għandu jkollu wkoll biżżejjed kapaċità termali biex iżomm ħafna mis-sħana maħżuna sa meta min jużah ikun ħareġ miż-żona tal-periklu u neħħa l-PPE tiegħu.
Il-materjali tal-PPE u l-komponenti l-oħra li jistgħu jintlaqtu minn ammonti kbar ta’ prodotti jaħarqu għandhom ikunu kapaċi jassorbu sew l-impatt mekkaniku (ara 3.1).
Il-materjali tal-PPE u komponenti oħra li jistgħu b’mod aċċidentali jiġu f’kuntatt ma’ fjamma u dawk użati fil-manifatturar ta’ apparat li jitfi n-nar għandu jkollhom livell li ma jaqbadx li jikkorrispondi mal-grupp tar-riskju assoċjat mal-kondizzjonijiet ta’ użu prevedibbli. Ma għandhomx jinħallu meta jkunu esposti għall-fjammi jew jgħinu fit-tixrid tal-fjamma.
3.6.2. PPE komplut lest biex jintuża
Skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli:
1. l-ammont ta’ sħana trasmessa mill-PPE lil min jużaha għandu jkun baxx biżżejjed biex ma jħallix is-sħana miġmugħa waqt l-ilbies f’dik il-parti tal-ġisem f’perikolu, taħt l-ebda ċirkostanza, milli tweġġa’, jew milli ssofri ħsara għas-saħħa;
2. Il-PPE għandu jekk hemm bżonn jipproteġi mill-penetrazzjoni tal-likwidu jew stim u ma għandux joħloq ħruq li jiġi minn kuntatt bejn il-qoxra protettiva u min jużah.
Jekk il-PPE ikun fih mekkaniżmi li jkessħu biex jassorbu s-sħana mitfugħa permezz ta’ likwidu li jevapora jew solid sublimation, id-disinn tagħhom għandu jkun b’tali mod li sustanzi volatili rrilaxxjati jinħarġu ‘l barra mill-qoxra protettiva ta’ barra u mhux lejn min jużahom.
Jekk il-PPE fih mekkaniżmu biex jittieħed in-nifs, dan ta’ l-aħħar għandu jissodisfa l-funzjoni protettiva mogħtija lilu skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.
In-noti tal-manifattur li jkun hemm ma’ kull mudell tal-PPE maħsub għall-użu qasir f’ambjenti b’temperaturi għoljin għandu b’mod partikulari jagħti l-informazzjoni kollha relevanti biex jiddetermina l-ammont massimu li jista’ jkun espost għalih min jużah għas-sħana rrilaxxjata mill-apparat meta użat skond l-iskop li għalih sar.
3.7. Protezzjoni kontra l-bard
PPE ddisinjati biex jipproteġu l-ġisem kollu jew parti minnu kontra l-effetti tal-bard għandhom ikunu kapaċi jipproteġu kontra l-bard u s-saħħa mekkanika meħtieġa għall-kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli li għalih huma mibjugħa.
3.7.1. Materjali li l-PPE hu kkostitwit minnhom u komponenti oħra
Materjali kostitwenti u komponenti oħra addattati għall-protezzjoni kontra l-bard għandu jkun fihom koeffiċjent li jgħaddi l-incident thermal flux baxxa kemm meħtieġa skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu. Materjali flessibbli u komponenti oħra tal-PPE maħsuba għall-użu f’ambjent b’temperatura baxxa għandu jżomm il-livell ta’ flessibbiltà meħtieġ għall-mossi neċessarji u l-posizzjonijiet.
Il-materjali tal-PPE u l-komponenti l-oħra li jistgħu jintlaqtu minn ammonti kbar ta’ titjir ta’ prodotti kesħin għandhom ikunu kapaċi jassorbu sew l-impatt mekkaniku (ara 3.1).
3.7.2. PPE komplut lest biex jintuża
Skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli:
1. il-fluss li joħroġ mill-PPE u jasal għand min jużah għandu jkun baxx biżżejjed biex ma jħallix il-kesħa miġmugħa waqt l-ilbies fi kwalunkwe parti tal-ġisem li hi protetta, inkluż it-truf tas-swaba’ ta’ l-idejn u tas-saqajn, milli jħossu, taħt kwalunkwe ċirkostanza, l-uġigħ jew li s-saħħa ta’ min jużahom tbati;
2. Il-PPE għandu kemm jista’ jkun jevita l-penetrazzjoni ta’ likwidu bħall-ilma tax-xita u ma għandux joħloq weġgħat li jiġu mill-kuntatt bejn il-qoxra protettiva kiesħa tiegħu u min jużah.
Jekk il-PPE fih mekkaniżmu biex tieħu n-nifs, dan għandu jissodisfa sew il-funzjoni protettiva mogħtija lilu skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.
In-noti tal-manifattur li jkun hemm ma’ kull mudell tal-PPE maħsub għall-użu qasir f’ambjenti b’temperaturi baxxi għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha relevanti rigwardanti l-ammont massimu permissibbli li wieħed jista’ jesponi ruħu għall-kesħa li toħroġ mill-apparat.
3.8. Protezzjoni kontra xokk elettriku
Il-PPE ddisinjat biex jipproteġi l-ġisem kollu jew parti minnu kontra l-effetti tal-kurrenti elettriku għandu jkun protett sew kontra l-vultaġġi li x’aktarx ikun espost għalihom min jużah skond il-kondizzjonijiet l-aktar ħżiena prevedibbli.
Għal dan il-għan, il-materjali kostitwenti u gruppi oħra ta’ dawn il-PPE għandhom jkunu magħżula b’tali mod jew iddisinjati u inkorporati sabiex jiżguraw li l-kurrent li joħroġ imkejjel mill-qoxra protettiva ta’ barra skond kondizzjonijiet ta’ test b’vultaġġi mqabbla ma’ dawk li jistgħu jiltaqgħu magħhom fil-post oriġinali jkun imnaqqas u, fis-sitwazzjonijiet kollha, inqas mill-valur massimu konvenzjonali permissibbli li jaqbel mal-livell tollerat.
Flimkien mal-pakketti tagħhom, it-tipi PPE maħsuba esklussivament biex jintużaw waqt ix-xogħol jew attivitajiet f’installazzjonijiet elettriċi li jistgħu jew ikunu taħt tensjoni għandu jkollhom fuqhom sinjali li jindikaw, b’mod partikulari, il-grupp tal-protezzjoni tagħhom u (jew) il-vultaġġ korrispondenti li jħaddem, is-serial number tagħhom u d-data tal-manifattura tagħhom; għandu jkun hemm spazju barra l-qoxra ta’ barra protettiva ta’ dak il-PPE għall-iskrizzjoni li jmiss tad-data ta’ meta beda s-servizz u dawk tat-testijiet li jsiru kull tant żmien jew ispezzjonijiet li għandhom isiru.
In-noti tal-manifattur għandhom jindikaw, b’mod partikulari, l-użu esklussiv li għalihom huma maħsuba dawn it-tipi ta’ PPE u n-natura u l-frekwenza tat-testijiet dielettrici li huma esposti għalihom kemm idumu jintużaw.
3.9. Protezzjoni mir-radjazzjoni
3.9.1. Radjazzjoni li mhix ionizzanti
Il-PPE ddisinjati biex jipproteġu minn ħsara kbira jew kronika lill-għajnejn minn sorsi ta’ radjazzjoni li mhix ionizzanti għandhom jkunu kapaċi jassorbu jew jirriflettu l-maġġoranza ta’ l-enerġija li toħroġ f’wavelengths li jagħmlu l-ħsara mingħajr ma taffetwa l-ħruġ tal-parti ta’ l-ispectrum viżibbli li ma tagħmilx ħsara, il-perspezzjoni tal-kuntrasti u l-abbiltà li tiddistingwi l-kuluri meta meħtieġ mill-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.
Għal dan il-għan, nuċċalijiet protettivi għandhom ikunu ddisinjati u mmanifatturati b’tali mod li jkollhom, għal kull mewġa li tagħmel ħsara, fattur speċjali ta’ trasmissjoni li permezz tiegħu d-densità ta’ l-illuminazzjoni ta’ l-enerġija radjanti tkun tista’ tilħaq l-għajnejn ta’ min jużahom mill-filter tkun minimizzata u, taħt l-ebda ċirkostanza, ma taqbeż il-valur massimu permissibbli li wieħed għandu jkun espost għalih.
Barra minn hekk, in-nuċċalijiet ma għanduux jiddeterjoraw jew jitilfu l-karatteristiċi tagħhom minħabba l-effetti tar-radjazzjoni li toħroġ mill-kondizzjonijiet ta’ użu prevedibbli u l-kampjuni kollha mibjugħa għandu jkollhom fuqhom in-numru tal-fattur ta’ protezzjoni li jaqbel ma’ l-ispectral distribution curve tal-fattur tat-trasmissjoni tagħhom.
Nuċċalijiet adattati għal sorsi ta’ radjazzjoni ta’ l-istess tip għandhom ikunu kklassifikati f’ordni li titla’ skond il-fatturi ta’ protezzjoni tagħhom u n-noti tal-manifattur għandhom juru, b’mod partikulari, il-curves tat-trasmissjoni li permezz tagħhom ikunu jistgħu jagħżlu l-aktar PPE adattat billi jqisu l-fatturi moħbija tal-kondizzjonijiet effettivi ta’ l-użu bħal distanza mis-sors u d-distribuzzjoni speċjali ta’ l-enerġija li toħroġ f’dik id-distanza.
In-numru tal-fattur ta’ protezzjoni għandu jidher fuq il-kampjuni kollha tan-nuċċalijiet li jiffiltraw mill-manifatur.
3.9.2. Radjazzjoni ionizzanti
3.9.2.1. Protezzjoni kontra kontaminazzjoni radjoattiva esterna
Materjali kostitwenti tal-PPE u komponenti oħra ddisinjati biex jipproteġu l-ġisem kollu jew parti minnu kontra trab radjuattiv, gassijiet, likwidi jew taħlitiet tiegħu għandhom ikunu magħżula b’tali mod jew iddisinjati u inkorporati biex jiżguraw li dan l-apparat jipprevjeni b’mod effettiv il-penetrazzjoni tal-kontaminanti skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli.
Skond in-natura jew il-kondizzjoni ta’ dawk il-kontaminanti, biex ma jkunx hemm ħruġ għandu jkun hemm qoxra protettiva li ma tinfidx u/jew permezz ta’ xi mezzi oħra adattati, bħalma huma sistemi ta’ ventilazzjoni u ta’ pressurizzazzjoni ddisinjati biex ma jħallux it-tixrid b’lura ta’ dawn il-kontaminanti.
Kull miżura ta’ dekontaminazzjoni li hu espost għalih il-PPE ma għandux tikkomprometti l-użu tiegħu mill-ġdid kemm idum iservi b’mod prevedibbli dan il-grupp ta’ apparat.
3.9.2.2. Protezzjoni limitata kontra radjazzjoni esterna
Il-PPE maħsub biex jagħti protezzjoni sħiħa lil min jużah kontra irradjazzjoni esterna jew, jekk ma jirnexxilux hekk, tnaqqis fis-saħħa tagħha, għandu jkun iddisinjat biex jikkumbatti elektrons dgħajfa biss (eż. beta) jew photon dgħajfa (eż. X, gamma) radjazzjoni.
Il-materjal kostitwenti u l-komponenti l-oħra ta’ dawn il-gruppi ta’ PPE għandhom jkunu magħżula b’tali mod jew iddisinjati u mdaħħla sabiex jagħtu livell ta’ protezzjoni lil min jużahom meħtieġa skond il-kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli mingħajr ma jwasslu għal żieda fil-ħin li jkunu esposti minħabba li min jużahom ma jkunx jista’ jagħmel ġesti, pożizzjoni jew moviment (ara 1.3.2).
Il-PPE għandu jkollu s-simbolu li jindika t-tip u l-ħxuna tal-materjal kostitwenti adattat għall-kondizzjonijiet ta’ l-użu prevedibbli.
3.10. Protezzjoni kontra sustanzi perikolużi u aġenti infettivi
3.10.1. Protezzjoni respiratorja
Il-PPE maħsub għall-protezzjoni tal-pajpijiet tan-nifs għandhom jkunu tali li jkun possibbli li min jużahom ikollu l-arja li jista’ jieħu nifs minnha meta dan ta’ l-aħħar ikun espost għall-atmosfera mniġġża u/jew għall-atmosfera li ma jkollhiex biżżejjed konċentrazzjoni ta’ ossiġenu.
L-arja li jista’ jieħu nifs minnha permezz tal-PPE għandha tinkiseb permezz ta’ mezzi adattati, per eżempju wara l-filtrazzjoni ta’ l-arja mniġġża permezz ta’ mekkaniżmu protettiv jew apparat jew provista b’pajp minn sors mhux imniġġeż.
Il-materjal kostitwenti u l-komponenti l-oħra ta’ dawn il-gruppi tal-PPE għandhom ikunu magħżula t’tali mod jew iddisinjati u inkorporati sabiex jiżguraw li jkun hemm respirazzjoni tajba minn min jużahom u iġjene respiratorja għall-perjodu ta’ l-użu kkonċernat skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu.
Il-biċċa ta’ mal-wiċċ għandha tkun tali li ma tidħolx minnha arja u l-waqgħa tal-pressjoni mat-teħid tan-nifs ’l ġewwa u, fil-każ tal-mekkaniżmi tal-filters, il-kapaċità li tippurifika għandha tkun tali li twaqqaf il-penetrazzjoni ta’ kontaminant minn atmosfera mniġġża baxxa biżżejjed sabiex ma tkunx ta’ ħsara għas-saħħa jew l-iġjene ta’ min jużaha.
Il-PPE għandu jkollu s-sinjal ta’ identifikazzjoni tal-manifattur u d-dettalji tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ dak it-tip ta’ apparat li, flimkien ma’ l-istruzzjonijiet dwar l-użu, jgħinu lil min jużah li jkun imħarreġ u kkwalifikat biex juża l-PPE sew.
In-noti tal-manifattur għandhom wkoll fil-każ tal-mekkaniżmi tal-filters, jindikaw iż-żmien stipulat għall-ħżin tal-filters ġodda u miżmuma fil-pakkett oriġinali tagħhom.
3.10.2. Protezzjoni minn kuntatt mal-ġilda u okulari
Il-PPE maħsub biex ma jħallix li jsir l-kuntatt tal-wiċċ tal-ġisem kollu jew ta’ parti minnu ma’ sustanzi perikolużi u affarijiet infettivi għandu jkun kapaċi li jżomm il-penetrazzjoni jew it-tixrid ta’ dawk is-sustanzi mill-qoxra protettiva ta’ barra skond il-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu li għalih il-PPE jitqiegħed fis-suq.
Għal dan il-għan, il-materjali kostitwenti u l-komponenti l-oħra ta’ dawn il-gruppi tal-PPE għandhom jintagħżlu b’tali mod, jew ikunu ddisinjati u inkorporati sabiex jiżguraw, kemm jista’ jkun, li ma jkunx hemm ħruġ, li jkun jista’ jintuża għal ħin twil kuljum fejn meħtieġ jew, jekk dan ma jkunx possibbli, billi jkollu leak-tightness limitat li jinneċessità restrizzjoni tal-perjodu ta’ l-użu ta’ l-ilbies.
Fejn, minħabba l-karatteristika u l-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu tagħhom, ċerti sustanzi perikolużi jew affarijiet infettivi jkollhom saħħa penetrattiva għolja li tillimita t-tul tal-protezzjoni mogħtija mill-PPE msemmi, dan ta’ l-aħħar għandu jkun espost għal testijiet dwar il-klassifikazzjoni tiegħu skond l-effiċjenza. Il-PPE li hu meqjus li jaqbel ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tat-test għandu jkollu sinjal li jindika, b’mod partikulari, l-ismijiet, jew fin-nuqqas ta’ dan, il-kodiċi tas-sustanzi użati fit-testijiet u l-perjodu ta’ protezzjoni standard. In-noti tal-manifattur għandu jkun fihom ukoll, b’mod partikulari, spjegazzjoni tal-kodiċi (jekk meħtieġ), deskrizzjoni dettaljata tat-testijiet standard u l-informazzjoni kollha adattata biex ikun determinat il-perjodu massimu permissibbli ta’ lbies skond il-kondizzjonijiet differenti prevedibbli ta’ użu.
3.11. Mekkaniżmi ta’ sigurtà għall-apparat ta’ l-għads
1. |
Apparat li jittieħed in-nifs minnu L-apparat li jittieħed in-nifs minnu għandu jgħin biex min jużah ikollu provvista ta’ taħlita ta’ gass li jieħu nifs minnu, skond kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu u li jqisu b’mod partikulari l-fond massimu li jogħdos fih. |
2. |
Meta l-kondizzjonijiet prevedibbli ta’ l-użu jirrikjedu hekk, l-apparat għandu jkun fih: (a) libsa li tipproteġi lil min jużaha mill-pressjoni li tinħoloq minħabba li jogħdos fil-fond (ara 3.2) u/jew kontra l-kesħa (ara 3.7); (b) allarm iddisinjat biex javża lil min jużah dwar difett li jkun se jinqala’ fil-provista tat-taħlita ta’ gass li jieħu nifs minnu (ara 2.8); (ċ) libsa tas-salvataġġ li tgħin lil min jużaha jerġa’ jitla’ fil-wiċċ (ara 3.4.1). |
ANNESS III
DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA MOGĦTIJA MILL-MANIFATTUR
Id-dokumentazzjoni msemmija f’Artikolu 8(1) għandha tkun fiha l-informazzjoni kollha relevanti dwar il-mezzi użati mill-manifattur sabiex jiżgura li l-PPE jaqbel mal-ħtiġijiet bażiċi marbuta miegħu.
Fil-każ tal-mudelli PPE msemmija f’Artikolu 8(2), id-dokumentazzjoni għandha tkun magħmula b’mod partikulari minn:
1. il-fajl tekniku tal-manifattur li jkun fih:
(a) pjanijiet globali u dettaljati tal-PPE flimkien ma’, fejn jixraq, noti ta’ kalkoli u r-riżultati tat-testijiet prototipi sa fejn hu meħtieġ biex ikun ivverifikat il-qbil mal-ħtiġiet bażiċi;
(b) lista dettaljata tal-ħtiġiet bażiċi ta’ sigurtà u l-istandards armonizzati jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħra msemmija f’Artikoli 3 u 5, billi jitqies id-disinn tal-mudell;
2. deskrizzjoni tal-kontroll u l-faċilitajiet tat-testijiet li għandhom jintużaw fl-impjant tal-manifattur biex jivverifika jekk hemm qbil bejn il-produzzjoni tal-PPE u l-istandards armonizzati jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u biex jinżamm il-livell ta’ kwalità;
3. kopja ta’l-avviż ta’ l-informazzjoni msemmi f’Anness II, 1.4.
ANNESS IV
L-IMMARKAR TA’ KONFORMITÀ CE U INFORMAZZJONI
— L-immarkar ta’ konformita CE għandu jkun magħmul mill-inizjali “CE” li jieħdu l-forma segwenti:
—
— Jekk il-marka CE tiġi mċekkna jew imkabbra, il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn gradwat ta’ hawn fuq għandhom jiġu rispettati.
— Il-komponenti varji ta’ l-immarkar CE għandhom ikollhom sostanzjalment l-istess dimensjoni vertikali li ma tistax tkun anqas minn 5 mm. Din id-dimensjoni minima tista’ titneħħa għal PPE ta’ skala żgħira.
▼M3 —————
ANNESS V
KUNDIZZJONIJIET LI GĦANDHOM JINTLAĦQU MILL-KORPI LI TAGĦHOM INGĦATAT NOTIFIKA
(Artikolu 9(2))
Il-korpi nnominati mill-Istati Membri għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet minimi li ġejjin:
1. id-disponibbilità ta’ nies u tal-mezzi u l-apparat meħtieġ;
2. l-kompetenza teknika u integrità professjonali tan-nies;
3. l-imparzjalità, biex isiru t-testijiet, jiġu ppreparati r-rapporti, jinħarġu ċ-ċertifikati u ssir is-sorveljanza msemmija f’din id-Direttiva, tal-ħaddiema u tan-nies tekniċi fir-rigward taċ-ċirkoli kollha, il-gruppi jew in-nies direttament jew indirettament konċernati mal-PPE;
4. iż-żamma tas-sigriet professjonali mill-ħaddiema;
5. il-pussess ta’ liċenzja ta’ insurance li tagħmel tajjeb għal danni ċivili sakemm dik l-indemnifikazzjoni ma tkunx koperta mill-Istat skond il-liġi nazzjonali.
It-twettiq tal-kondizzjonijiet skond 1 u 2 għandhom ikunu vverifikati minn żmien għal żmien mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.
ANNESS VI
MUDELL TAD-DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ KE
( 1 ) ĠU C 141, tat-30.5.1988, p. 14.
( 2 ) ĠU C 12, tas-16.1.1989, p. 109 u
ĠU C 304, ta’ l-4.12.1989, p. 29.
( 3 ) ĠU C 337, tal-31.12.1988, p. 37.
( 4 ) ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8.
( 5 ) ĠU L 81, tas-26.3.1988, p. 75.
( 6 ) ĠU L 109, tas-26.4.1983, p. 8.
( 7 ) ĠU L 207, 23.7.1998, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/79/KE (ĠU L 331. 7.12.1998, p. 1).
( 8 ) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta' l-implementazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23)
( 9 ) ĠU L 137, ta’ l-24.5.1986, p. 28.