Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01987A0720(01)-19880101

    Consolidated text: Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-sistema armonizzata ghad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija (Magħmula fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1987/369/1988-01-01

    01987A0720(01) — MT — 01.01.1988 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    IL-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI

    dwar is-sistema armonizzata ghad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija

    (Magħmula fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983)

    (ĠU L 198 20.7.1987, p. 3)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    PROTOCOL OF AMENDMENT to the International Convention on the Harmonized Commodity Description and Coding System

      L 198

    11

    20.7.1987




    ▼B

    IL-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI

    dwar is-sistema armonizzata ghad-deskrizzjoni u kodifikazzjoni ta’ merkanzija

    (Magħmula fi Brussell fl-14 ta’ Ġunju 1983)



    IL-PREAMBOLU

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI għal din il-Konvenzjoni, jistabbilixxu taht l-awspiċi tal-Kunsill tal-Kooperazzjoni Doganali,

    BIX-XEWQA li jkun faċilitat il-kummerċ internazzjonali,

    BIX-XEWQA li jkun faċilitat il-ġbir, paragun u analiżi ta’ l-Istatistiċi, partikolarment dawk rigward il-kummerċ internazzjonali,

    BIX-XEWQA li jkun imnaqqas l-infieq għal deskrizzjoni mill-ġdid, riklassikazzjoni u registrazzjoni/rekordjar ta’ merkanzija li tgħaddi minn sistema ta’ klassifikazzjoni għall-oħra fil-kors ta’ kummerċ internazzjonali u li tkun faċilitata l-istandarizzazzjoni ta’ dokumentazzjoni kummerċjali u t-trasmissjoni ta’ data,

    IKKONSIDRAW li t-tbiddiliet fit-teknoloġija u l-linji tal-kummerċ internazzjonali jeħtieġu modifiki estensivi tal-Konvenzjoni dwar in-Nomenklatura għal Klassifikazzjoni tal-Merkanzija fit-tariffi tad-Dwana, magħmula fi Brussel fil-15 ta’ Diċembru 1950,

    IKKONSIDRAW ukoll li l-grad ta’ dettal meħtieġ għal skopijiet Doganali u statistiċi mill-Gvernijiet u mill-interessi kummerċjali żdied ferm aktar minn dak ipprovdut fin-Nomenkaltura annessa mal-fuq imsemmija Konvenzjoni,

    IKKONSIDRAW l-importanza ta’ data eżatta u komparabbli għall-iskopijiet ta’ negozjati kummerċjali internazzjonali,

    IKKONSIDRAW li s-Sistema Armonizzata hija intiża sabiex tintuża għall-iskopijiet ta’ tariffi fuq in-nol u statistiċi ta’ trasport tad-diversi tipi ta’ trasport,

    IKKONSIDRAW li s-Sistema Armonizzata hija intiża għall-inkorporazzjoni fis-sistemi ta’ deskrizzjoni u kodifikazzjoni kummerċjali b’mod mill-aktar estensiv possibbli,

    IKKONSIDRAW li s-Sistema Armonizzata hija intiża sabiex tiġi promossa korrelazzjoni mill-aktar qrib possibbli bejn statistiċi kummerċjali dwar importazzjoni u esportazzjoni u statistiċi ta’ produzzjoni,

    IKKONSIDRAW li korrelazzjoni mill-qrib għandha tibqa’ tkun adottata bejn is-Sistema Armonizzata u l-Klassifikazzjoni ta’ Kummerċ Internazzjonali (SITC) tal-Ġnus Magħquda,

    IKKONSIDRAW li huwa mixtieq li jintlaqgħu l-bżonnijiet hawn fuq imsemmija permezz ta’ tariffa magħquda/nomenklatura ta’ statistika, li tkunu adattata sabiex tintuża mid-diversi interessi relatati mal-kummerċ internazzjonali,

    IKKONSIDRAW l-importanza li jkun assigurat li s-Sistema Armonizzata tinżamm aġġornata fid-dawl tat-tbiddiliet fit-teknoloġija u l-linji tal-kummerċ internazzjonali,

    IKKONSIDRAW ix-xogħol mitmum f’din l-isfera mill-Kumitat tas-Sistema Armonizzata, stabbilit mill-Kunsill ta’ Koperazzjoni Doganali,

    IKKONSIDRAW li filwaqt li l-fuq imsemmija Konvenzjoni dwar in-Nomenklatura kienet strument effettiv ippruvat sabiex jintlaqgħu wħud minn dawn l-għanijiet, l-aħjar mod sabiex jintlaqgħu r-riżultati mixtieqa f’dan ir-rigward huwa li tkun konkluża Konvenzjoni internazzjonali ġdida,

    FTIEHMU KIF ĠEJ:



    Artikolu 1

    Id-Definizzjonijiet

    Għall-għan ta’ din il-Konvenzjoni:

    (a) 

    “Sistema ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni Armonizzata”, hawnhekk iżjed il quddiem imsejħa “Sistema Armonizzata”, tfisser in-Nomenklatura inklużi l-intestaturi u s-sub-intestaturi u l-kodiċi numeriċi relattati tagħhom, is-Sezzjoni, Kapitolu u Noti tas-Sub-intestaturi u r-Regoli Ġenerali għall- interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata, imfassla fl-Anness għal din il-Konvenzjoni;

    (b) 

    “nomenklatura għat-tariffi tad-Dwana” tfisser in-nomenklatura stabbilita taħt il-leġislazzjoni tal-Parti Kon- traenti għall-iskopijiet ta’ dazji tad-Dwana mitluba fir-rigward ta’ merkanzija importata;

    (ċ) 

    “nomenklaturi statistiċi” ifissru nomenklaturi tal-merkanzija stabbiliti mill-Parti Kontraenti għall-ġbir ta’ data għall- istatistiċi ta’ importazzjoni u esportazzjoni kummerċjali;

    (d) 

    “tariffa magħquda/nomenklatura ta’ statistika” tfisser nomenklatura, li tintegra tariffi tad-Dwana u nomenklaturi statistiċi, legalment rikjesti minn Parti Kontraenti għad- dikjarazzjoni fl-importazzjoni ta’ merkanzija;

    (e) 

    “il-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Kunsill” tfisser il-Konvenzjoni li tistabbilixxi Kunsill ta’ Koperazzjoni Doganali, magħmula fi Brussel fil-15 ta’ Diċembru 1950;

    (f) 

    “il-Kunsill” ifisser il-Kunsill ta’ Koperazzjoni Doganali imsemmi hawn fuq fil-paragrafu (e);

    (g) 

    “is-Segretarju Ġenerali” ifisser is-Segretarju Ġenerali tal- Kunsill;

    (h) 

    il-kelma “ratifika” tfisser ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni.

    Artikolu 2

    L-Anness

    L-Anness għal din il-Konvenzjoni għandu jifforma parti integrali minnha: u kull riferenza għall-Konvenzjoni għandha tinkludi riferenza għall-Anness.

    Artikolu 3

    L-Obligazzjonijiet tal-Partijiet Kontraenti

    1.  

    Bla ħsara għall-eċċezzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 4:

    (a) 

    Kull Parti Kontreanti timpenja ruħha, salv dak ipprovdut fis- sub-paragrafu (ċ) ta’ dan il-paragrafu, li mid-data li fiha tidħol fis-seħħ din il-Konvenzjoni fir-rigward tagħha, in-nomenklaturi tat-tariffi tad-Dwana u statistiċi jkunu in konformità mas-Sistema Armonizzata. Għalhekk timpenja ruħha, fir-rigward tan-nomenklaturi tat-tariffi tad-Dwana u istatistiċi li:

    (i) 

    tuża l-intestauri u s-sub-intestaturi kollha tas-Sistema Armonizzata mingħajr żidiet jew modifiċi, flimkien mal- kodiċi numeriċi relattivi tagħha;

    (ii) 

    għandha tapplika r-Regoli Ġenerali għall-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u n-Noti kollha tas-Sezzjoni, Kapitolu u Noti tas-Sub-intestaturi, u ma għandhix tbid- del l-iskop tas-Sezzjonijiet, Kapitoli, intestaturi u sub- intestaturi tas-Sistema Armonizzata; u

    (iii) 

    għandha ssegwi s-sekwenza numerika tas-Sistema Armonizzata;

    (b) 

    Kull Parti Kontraenti għandha wkoll tagħmel pubblikament disponibbli l-istatistiċi kummerċjali ta’ importazzjoni u espor- tazzjoni in konformità mal-kodiċi tas-Sistema Armonizzata b’sitt cifri, jew fuq l-inizjativa ta’ kull Parti Kontraenti, ’1 fuq minn dak il-livell, sakemm dik il-pubblikazzjoni mhijiex prekluża għar-ragunijiet eċċezzjonali bħal fil-każ ta’ konfidenzalità kummerċjali jew sigurtà nazzjonali;

    (ċ) 

    Xejn f’dan l-Artikolu ma jobbliga lill-Parti Kontraenti li tuża is-sub-intestaturi tas-Sistema Armonizzata fin-nomenklatura tagħha tat-tariffi tad-dwana izda għandha tkun konformi ma’ l-obbligazzjonijiet stabbiliti fil-(a) (i), (a) (ii) u (a) (iii) ta’ hawn fuq f’tariffa magħquda/nomenklatura ta’ statistika.

    2.  
    Sabiex tkun konformi ma’ l-impenji imsemmija fil-paragrafu 1 (a) ta’ dan l-Artikolu, kull Parti Kontraenti tista’ taffettwa dawk l-adattamenti testwali li jistgħu jkunu meħtieġ sabiex tingħata effett lis-Sistema Armonizzata fil-liġi domestika tagħha.
    3.  
    Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jimpedixxi Parti Kontraenti milli tistabilixxi fit-tariffi tagħha tad-Dwana, jew fin-nomenkalturi statistiċi, sub-divizjonijiet li jikklassifikaw merkanzija ’1 fuq mil- livell tas-Sistema Armonizzata, iżda kull sub-diviżjoni bħal din għandha tiżdied u tkun kodifikata flivell 1 fuq mill-kodiċi numeriku b’sitt ċifri kif stabbilit fl-Anness ta’ din il-Konvenzjoni.

    Artikolu 4

    L-Applikazzjoni parzjali f’pajjiżi li qeghdin jiżviluppaw

    1.  
    Kull pajjiż li qiegħed jiżviluppa jista’ idewwem li japplika wħud mis-sub-intestaturi jew is-sub-intestaturi kollha tas-Sistema Armonizzata għal dak il-perjodu li jkun meħtieg, wara li jkun ikkonsidra l-linja tiegħu ta’ kummerċ internazzjonali u r-risorsi amministrattivi tiegħu.
    2.  
    Pajjiz li qiegħed jiżviluppa li jkun Parti Kontraenti u li jagħżel li japplika s-Sistema Armonizzata parzjalment taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jaqbel li jagħmel l-aħjar sforzi lejn l-applikazzjoni tas-Sistema Armonizzata b’sitt ċifri fmod sħiħ fi żmien ħames snin mid-data li fiha l-Konvenzjoni tiħdol fis-seħħ fir-rigward tiegħu jew fdak iż-żmien ulterjuri li jista’ jikkonsidra meħtieġ wara li kkonsidra d-dispożizzjonijiet tal- paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
    3.  
    Pajjiż li qiegħed jiżviluppa li jkun Parti Kontraenti u li jagħzel li japplika s-Sistema Armonizzata parzjalment skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandu japplika s-sub- intestaturi kollha jew l-ebda waħda minnhom li għandhom żewġ singijiet minn kwalunkwe intestatura li għandha xi waħda, jew kollha jew l-ebda waħda mis-sub-intestaturi li għandhom sing wieħed. F’dawn il-każijiet ta’ applikazzjoni parzjali, is-sitt ċifra, jew il-ħames u s-sitt ċifra ta’ dik il-parti tal-kodiċi tas-Sistema Armonizzata li ma jkunx applikat jkun sostitwit b’ “0” jew “00” rispettivament.
    4.  
    Pajjiż li qiegħed jiżviluppa li jagħżel li japplika s-Sistema Armonizzata parzjalment taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, meta jsir Parti Kontraenti għandu jinnotifika lis- Segretarju Ġenerali dwar dawk is-sub-intestaturi li mhux ser jap- plikaw fid-data li fiha din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ fir- rigward tiegħu u għandu jinnotifika lis-Segretarju Ġenerali wkoll dwar dawk is-sub-intestaturi li ser japplika ’l quddiem.
    5.  
    Pajjiż li jagħzel li japplika s-Sistema Armonizzata parzjalment taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jista’ meta jsir Parti Kontraenti jinnotifika s-Segretarju Ġenerali li qiegħed jimpenja ruħu formalment li japplika s-Sistema Armonizzata b’sitt cifri b’mod sħiħ fi żmien tlett snin mid-data li fiha din il-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ fir-rigward tiegħu.
    6.  
    Kull pajjiż li qiegħed jiżviluppa u li jkun Parti Kontraenti li jap- plika parzjalment is-Sistema Armonizzata skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jiġi meħlus mill- obbligazzjonijiet tiegħu taħt l-Artikolu 3 fir-rigward tas-sub- intestaturi mhux applikati.

    Artikolu 5

    L-Assistenza teknika ghall-pajjiżi li qeghdin jiżviluppaw

    Pajjiżi żviluppati li jkunu Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu lil pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw skond it-talba tagħhom, assistenza teknika b’kondizzjonijiet miftehma reċiprokament fir-rigward ta’, intcr alia, taħriġ ta’ l-impjegati, sostituzzjoni tan-nomenklaturi ezistenti tagħhom b’dawk tas-Sistema Armonizzata u parir dwar iż-żamm tas-sistemi tagħhom hekk sostitwiti aġġornati bl-emendi tas-Sistema Armonizzata jew dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni.

    Artikolu 6

    Il-Kumitat tas-Sistema Armonizzata

    1.  
    Għandu jkun stabbilit taħt din il-Konvenzjoni Kumitat li għandu jkun magħruf bħala l-Kumitat tas-Sistema Armonizzata, kompost mir-rappresentanti minn kull Parti Kontraenti.
    2.  
    Għandu jiltaqa’ normalment għal mhux inqas minn darbtejn f’kull sena.
    3.  
    Il-laqgħat tiegħu għandhom jiġu msejjħa mis-Segretarju Ġene- rali u, ħlief jekk il-Partijiet Kontraenti ma jiddeċidux mod ieħor, għandhom isiru fil-Kwartieri Ġenerali tal-Kunsill.
    4.  
    Fil-Kumitat tas-Sistema Armonizzata kull Parti Kontraenti għandha d-dritt għal vot wieħed: madankollu, għall-iskopijiet ta’ din il-Konvenzjoni u mingħajr preġudizzju għal kull Konvenzjoni futura, fejn Unjoni Doganali jew Ekonomika flimkien ma wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha huma l-Partijiet Kontraenti dawn il-Partijiet Kontraenti għandhom jeżerċitaw flimkien vot wieħed biss. Ugwalment, fejn l-Istati Membri kollha ta’ Unjoni Doganali jew Ekonomika li huma elegibbli biex isiru Parti Kon- traenti taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu ll(b) isiru Partijiet Kontraenti, huma għandhom jeżerċitaw flimkien vot wieħed biss.
    5.  
    Il-Kumitat tas-Sistema Armonizzata għandu jeleġġi l-President tiegħu u wieħed jew aktar Vici-Presidenti.
    6.  
    Għandu jħejji r-Regoli tal-Proċeduri tiegħu permezz ta’ deċiżjoni meħuda minn mhux inqas minn żewġ-terzi tal-vot attribwiti lill-membri tiegħu. Ir-regoli tal-Proċedura hekk imħej- jija għandhom jiġu approvati mill-Kunsill.
    7.  
    Għandu jistieden dawk l-organizzazzjoni intergovernattivi jew oħrajn internazzjonali li jista’ jikkonsidra approprjati sabiex jip- parteċipaw bħala osservaturi tax-xogħol tiegħu.
    8.  
    Għandu jistabbilixxi Sotto-Kumitati jew Partijiet ta’ Ħidma kif jkun meħtieġ, wara li jkun ikkonsidra, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 (a) ta’ l-Artikolu 7, u għandu jiddetermina l-isħubija, drittijiet għall-vot u Regoli tal-Proċedura ta’ dawn is-Sotto-Kumitati u Partijiet ta’ Ħidma.

    Artikolu 7

    IL-Funzjonijiet tal-Kumitat

    1.  

    Il-Kumitat tas-Sistema Armonizzzata li jkun ikkonsidra id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8, għandu l-funzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    li jipproponi dawk l-emendi għal din il-Konvenzjoni li jistgħu jkunu kkonsidrati mixtieqa, wara li jkun ikkonsidra, b’mod partikolari, il-ħtiġijiet ta’ min utilizza u tat-tbiddiliet fit- teknologija u fil-linji tal-kummerċ internazzjonali;

    (b) 

    li jipprepara Noti Spjegattivi, Opinjonijiet Klassifikatriċi jew parir ieħor bħala gwida għall-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata;

    (ċ) 

    li jipprepara rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tas-Sistema Armonizzata;

    (d) 

    li jqabbel u jiċċirkola informazzjoni dwar l-applikazzjoni tas- Sistema Armonizzata;

    (e) 

    li fuq inizjativi tiegħu jew wara talba, jiffornixxi informazzjoni jew gwida fuq kull materja rigward il-klassifikazzjoni ta’ mer- kanzija fis-Sistema Armonizzata lill-Partijiet Kontraenti, lill- Membri tal-Kunsill u lil dawk l-organizzazzjoni intergovernattivi jew oħrajn internazzjonali kif il-Kumitat jista’ jikkonsidra xieraq;

    (f) 

    li jippresenta Rapporti lil kull Sessjoni tal-Kunsill rigward l-attivitajiet tiegħu, inkluzi emendi proposti, Noti Spjegattivi, Opinjonijiet Klassifikatriċi u parir ieħor;

    (g) 

    li jeżerċita dawn il-poteri u funzjonijiet oħra fir-rigward tas- Sistema Armonizzata kif il-Kunsill jew il-Partijiet Kontraenti jistgħu jikkonsidraw meħtieġa.

    2.  
    Id-deċiżjonijiet amministrattivi tal-Kumitat tas-Sistema Armo- nizzata li jkollhom implikazzjonijiet relattati mal-budget għandhom jkunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-Kunsill.

    Artikolu 8

    Ir-Rwol tal-Kunsill

    1.  
    Il-Kunsill għandu jeżamina proposti għall-emendi ta’ din il-Konvenzjoni, ippreparati mill-Kumitat tas-Sistema Armoniz- zata, u jirrakkomandhom lill-Partijiet Kontraenti taħt il-proċedura ta’ l-Artikolu 16 ħlief jekk xi Membru tal-Kunsill li jkun Parti Kon- traenti ta’ din il-Konvenzjoni jitlob li l-proposti jew xi parti minn- hom jkunu riferiti lill-Kumitat sabiex ikunu eżaminati mill-ġdid.
    2.  
    In-Noti Spjegattivi, Opinjonijiet Klassifikatriċi, pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u r-rakkomandazzjonijiet sabiex tkun assigurata uniformità fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tas-Sistema Armonizzata, ippreparati matul sessjoni tal-Kumitat tas-Sistema Armonizzata skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 7, jkunu kkonsidrati bħala approvati mill-Kunsill jekk, mhux aktar tard mit-tmiem tat-tieni xahar wara x-xahar li fih dik is-sessjoni ngħalqet, l-ebda Parti Kontraenti ta’ din il-Konvenzjoni ma tkun innotifikat lis-Segretarju Generali t-talba tagħha li dik il-kwistjoni tkun riferita lill-Kunsill.
    3.  
    Fejn il-kwistjoni hija riferita lill-Kunsill skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill għandu japprova dawn in-Noti Spjegattivi, Opinjonijiet Klassifikatriċi, pariri jew rakkomandazzjonijiet ohra, kemm-il darba Membru tal-Kunsill li jkun Parti Kontraenti ta’ din il-Konvenzjoni ma jkunx talab li jkunu riferiti sħaħ jew in parti lill-Kumitat sabiex jkunu eżaminati mill-ġdid.

    Artikolu 9

    Ir-Rati tad-dazju tad-Dwana

    Il-Partijiet Kontraenti ma jassumuxpermezz ta’ din il-Konvenzjoni xi obbligazzjoni dwar rati tad-dazju tad-Dwana.

    Artikolu 10

    Soluzzjoni ta’ tilwim

    1.  
    Kull tilwima bejn Partijiet Kontraenti rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni għandha, safejn huwa possibbli, tiġi riżolta permezz ta’ ftehim b’ negozjati bejniethom.
    2.  
    Kull tilwima li ma tiġix riżolta permezz ta’ ftehim għandha tkun riferita mill-Partijiet fit-tilwima lill-Kumitat tas-Sistema Armonizzata li għandu f’dan ir-rigward jikkonsidra it-tilwima u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu għas-soluzzjoni tagħha.
    3.  
    Jekk l-Kumitat tas-Sistema Armonizzata ma jistax isib soluzzjoni għat-tilwima, għandu jirriferi l-kwistjoni lill-Kunsill li għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet skond l-Artikolu III (e) tal- Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Kunsill.
    4.  
    Il-Partijiet fit-tilwima jistgħu jiftehmu minn qabel li jaċċettaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat jew tal-Kunsill bħala vinkolanti.

    Artikolu 11

    L-Eligibbilità sabiex issir Parti Kontraenti

    Dawk li ġejjin huma elegibbli sabiex isiru Partijiet Kontraenti ta’ din il-Konvenzjoni:

    (a) 

    L-Istati Membri tal-Kunsill;

    (b) 

    Unjoni Doganali jew Ekonomiċi li lilhom tkun ġiet trasferita l-kompetenza sabiex jidħlu f’trattati fir-rigward tal- kwistjonijiet kollha jew uħuh minnhom regolati minn din il-Konvenzjoni; u

    (ċ) 

    Kull Stat ieħor li jkun hekk mistieden mis-Segretarju Ġenerali skond id-direttivi tal-Kunsill.

    Artikolu 12

    Il-Proċedura sabiex issir Parti Kontraenti

    1.  

    Kull Stat jew Unjoni Doganali jew Ekonomika elegibbli jista’ isir Parti Kontraenti ta’ din il-Konvenzjoni:

    (a) 

    permezz ta’ l-iffirmar tiegħu mingħajr riservi ta’ ratifika;

    (b) 

    permezz tad-depożitu ta’ strument ta’ ratifika wara li jkun iffirma l-Konvenzjoni bla ħsara għal ratifika; jew

    (ċ) 

    permezz ta’ l-adeżjoni għaliha wara li l-Konvenzjoni ma tkunx iżjed miftuħa sabiex tkun iffirmata.

    2.  
    Din il-Konvenzjoni għandha tkun miftuħa sabiex tkun iffir- mata sal-31 ta’ Diċembru, 1986 fil-Kwartieri tal-Kunsill fi Brussel mill-Istati u Unjoni Doganali jew Ekonomici li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 11. Wara, tkun miftuħa għall-adeżjoni tagħ- hom.
    3.  
    L-istrumenti ta’ ratifika jew adeżjoni għandhom ikunu depo- żitati mas-Segretarju Ġenerali.

    Artikolu 13

    Id-Dħul fis-seħħ

    ▼M1

    1.  
    This Convention shall enter into force on the earliest 1 January which falls at least three months after the date on which a minimum of 17States or Customs or Economic Unions referred to in Article 11 have signed it without reservation of ratification or have deposited their instruments of ratification or accession, but not before 1 January 1988.

    ▼B

    2.  
    Għal kull Stat jew Unjoni Doganali jew Ekonomika li jiffirma mingħajr riservi ta’ ratifika, li jirratifika jew aderixxi għal din il-Konvenzjoni wara n-numru minimu speċifikat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, din il-Konvenzjoni għandħa tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar li jkun mħux inqas minn 12-il xaħar izda mhux aktar minn 24 xahar wara li jkun iffirma l-Konvenzjoni mingħajr riservi ta’ ratifika jew ikun iddepożita l-istrument tiegħu ta’ ratifika jew adeżjoni, kemm-il darba ma jispeċifikax data li tkun aktar kmieni. Madankollu, id-data tad-dħul fis-seħħ skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma għandhix tkun aktar kmieni mid-data tad- dħul fis-seħħ stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 14

    L-Applikazzjoni lit-territorji dipendenti

    1.  
    Kull Stat, fiż-żmien meta jsir Parti Kontraenti ta’ din il-Konvenzjoni, jew fkull żmien ieħor wara dan, jista’ jiddikjara permezz ta’ notifika mogħtija lis-Segretarju Ġenerali li l-Konvenzjoni għandha testendi lit-territorji kollha jew kwalunkwe minnhom li għar-relazzjonijiet internazzjonali tagħ- hom jkun responsabbli għalih, imsemmija fin-notifika tiegħu. Din in-notifika għandha jkollha effett fl-1 ta’ Jannar li jaqa’ mhux inqas minn 12-il xahar izda mhux izjed minn 24 xahar wara d-data tar- riċevuta tagħha mis-Segretarju Ġenerali, kemm-il darba mhix spe- ċifikata data aktar kmieni fin-notifika. Madankollu, din il-Konvenzjoni ma għandhix tapplika għal dawn it-territorji qabel tkun daħlet fis-seħħ fir-rigward ta’ l-Istat interessat.
    2.  
    Din il-Konvenzjoni għandha tieqaf milli jkollha effett għal territorju imsemmi fid-data meta l-Parti Kontraenti tieqaf tkun responsabbli għar-relazzjonijiet internazzjonali ta’ dak it-territorju jew fdik id-data li tkun aktar kmieni li tista’ tkun notifikata lis- Segretarju Ġenerali skond il-procedura ta’ l-Artikolu 15.

    Artikolu 15

    Id-Denunzja

    Din il-Konvenzjoni mhijiex limitata biż-żmien. Madankollu kull Parti Kontraenti tista’ tagħti awiż ta’ terminazzjoni u din id-denunzja jkollha effett sena wara r-riċevuta ta’ l-istrument ta’ denunzja mis-Segretarju Ġenerali, kemm-il darba fiha ma tkunx speċifikata data li tkun wara l-imsemmija sena.

    Artikolu 16

    Il-Proċedura għall-emendi

    1.  
    Il-Kunsill jista’ jirrakkomanda emendi għall-Konvenzjoni lill- Partijiet Kontraenti.
    2.  
    Kull Parti Kontraenti tista’ tinnotifika lis-Segretarju Ġenerali dwar oġġezzjoni għall-emenda rakkomandata u tista’ sussegwen- tement tirtira dik l-oġġezzjoni fil-perjodu speċifikat fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
    3.  
    Kull emenda rakkomandata għandha tkun ikkonsidrata bħala aċċettata wara d-data tan-notifika tagħha mis-Segretarju Ġenerali izda ma għandha tkun hemm l-ebda oġġezzjoni fit-tmiem ta’ dan il-perjodu.
    4.  

    Emendi aċċettati għandhom jidħlu fis-seħħ għall-Partijiet Kon- traenti kollha f’waħda mid-dati li ġejjin:

    (a) 

    fejn l-emenda rakkomandata hija notifikata qabel 1 ta’ April, id-data għandha tkun 1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara d-data ta’ dik in-notifika,

    inkella

    (b) 

    fejn l-emenda rakkomandata hija notifikata fl-1 ta’ April jew wara, id-data għandha tkun 1 ta’ Jannar tat-tielet sena wara d-data ta’ dik in-notifika.

    5.  
    In-nomenklaturi Statistiċi ta’ kull Parti Kontraenti u n-nomenkaltura tat-tariffa tad-Dwana tagħha jew, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1 (ċ) ta’ l-Artikolu 3, it-tariffa magħquda/ nomenklatura ta’ statistika, għandhom ikunu konformi mas- Sistema Armonizzata emendata fid-data speċifikata fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
    6.  
    Kull Stat jew Unjoni Doganali jew Ekonomika li jiffirma min- għajr riservi, tirratifika jew taderixxi għal din il-Konvenzjoni għandu jkun ikkonsidrat li aċċettat kull amenda għaliha, li fid-data li fiha sar Parti Kontraenti, tkun daħlet fis-seħħ jew tkun ġiet aċċettata skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 17

    Id-Drittijiet tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tas-Sistema Armonizzata

    Fuq kull materja li teffettwa s-Sistema Armonizzata, il-paragrafu 4 ta’ l-Artikolu 6, l-Artikolu 8 u l-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 16 għandhom jagħtu drittijiet lil Parti Kontraenti:

    (a) 

    fir-rigward tal-partijiet kollha tas-Sistema Armonizzata li tap- plika skond id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni: jew

    (b) 

    sad-data li fiha din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ fir-rigward tagħha skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13, fir-rigward tal-partijiet kollha tas-Sistema Armonizzata li hija obligata li tapplika f’dik id-data skond id-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni: jew

    (ċ) 

    fir-rigward tal-partijiet kollha tas-Sistema Armonizzata, iżda ghandha b’mod formali timpenjat ruħha li tapplika s-Sistema Armonizzata f’sitt cifri fil-perjodu ta’ tlett snin li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 5 ta’ l-Artikolu 4 u sa’ l-iskadenza ta’ dak il-perjodu.

    Artikolu 18

    Ir-Riservi

    L-ebda riservi għal din il-Konvenzjoni ma huma permessi.

    Artikolu 19

    In-Notifika mis-Segretarju Ġenerali

    Is-Segretarju Ġenerali għandu jinnotifika l-Partijiet Kontreanti, l-Istati l-oħra firmatarji, l-Istati Membri tal-Kunsill li mhumiex Par- tijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni, u lis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, dawn li ġejjin:

    (a) 

    Notifiki taħt l-Artikolu 4;

    (b) 

    Firem, ratifiki u adeżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12;

    (ċ) 

    Id-data li fiha il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ skond l-Arti- kolu 13;

    (d) 

    Notifiki taħt l-Artikolu 14;

    (e) 

    Denunzji taħt l-Artikolu 15;

    (f) 

    Emendi lill-Konvenzjoni rakkomandati taħt l-Artikolu 16;

    (g) 

    Għanijiet fir-rigward ta’ l-emendi rakkomandati taħt l-Arti- kolu 16, u fejn jixraq, l-irtirar tagħhom; u

    (h) 

    Emendi milqugħa taħt l-Artikolu 16, u d-data tad-dħul tagħ- hom fis-seħħ.

    Artikolu 20

    Ir-Reġistrazzjoni mal-Ġnus Magħquda

    Din il-Konvenzjoni għandha tkun reġistrata mis-Segretarjat tal-Ġnus Magħquda skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 102 tal-Karta tal-Ġnus Magħquda fuq it-talba tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.

    B’xiehda ta’ dan dawk hawn taħt iffirmati, awtorizzati biex jagħmlu dan, iffirmaw din il-Konvenzjoni.

    Magħmul fi Brussel fl-erbatax-il gurnata ta’ Ġunju elf disa’ mija u tlieta u tmenin, fl-ilsna Ingliż u Franċiż, iż-żewg testi ugwalment awtentiċi, f’oriġinal wieħed li għandu jkun iddepożitat mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill li għandu jittrasmitti kopji ċertifikati tagħhom lill-Istati kollha u Unjoni Doganali jew Ekonomika imsemmija fl-Artikolu 11.

    Top