Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01986L0278-20220101

Consolidated text: Id-direttiva tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni ta’ l-Ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (86/278/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1986/278/2022-01-01

01986L0278 — MT — 01.01.2022 — 006.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Ġunju 1986

dwar il-protezzjoni ta’ l-Ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura

(86/278/KEE)

(ĠU L 181 4.7.1986, p. 6)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tat-23 ta' Diċembru, 1991,

  L 377

48

31.12.1991

 M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 807/2003 ta' l-14 ta' April 2003

  L 122

36

16.5.2003

 M3

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009

►M4

DEĊIŻJONI (UE) 2018/853 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-30 ta’ Mejju 2018

  L 150

155

14.6.2018

►M5

REGOLAMENT (UE) 2019/1010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta’ Ġunju 2019

  L 170

115

25.6.2019


Emendata bi:

 A1

ATT li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea

  C 241

21

29.8.1994




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Ġunju 1986

dwar il-protezzjoni ta’ l-Ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura

(86/278/KEE)



Artikolu 1

L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jirregola l-użu tal-ħama tad-drenaġġ fl-agrikoltura b’tali mod li jkun hemm prevenzjoni minn effetti ħżiena fuq il-ħamrija, il-veġetazzjoni, l-annimali u l-bniedem, li allura bis-saħħa ta’ din id-Direttiva jkun jista’ jsir użu tajjeb tal-ħama tad-drenaġġ.

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) 

“ħama” tfisser:

(i) 

ħama residwali minn impjanti tad-drenaġġ li jittrattaw ilmijiet tad-drenaġġ domestiku jew urban u minn impjanti tad-drenaġġ li jittrattaw ilma maħmuġ li jkollu komposizzjoni simili għal dak tad-drenaġġ domestiku u urban;

(ii) 

ħama residwali li tkun ġejja minn tankijiet tossiċi u stallazzjonijiet simili oħra għat-trattament tad-drenaġġ;

(iii) 

ħama residwali li tkun ġejja minn impjanti tad-drenaġġ oħrajn li mhumiex imsemmija f’ (i) u (ii);

(b) 

“ħama ttrattata” tfisser:

ħama li tkun għaddiet minn trattament bioloġiku, kemiku jew termali, ħażna fuq perjodu twil ta’ żmien jew minn proċess xieraq ieħor biex inaqqas b’mod sinifikanti l-fermentabilità tagħha u l-perikli għas-saħħa li jirriżultaw mill-użu tagħha;

(ċ) 

“Agrikoltura” tfisser:

it-tkabbir tat-tipi kollha ta’ ħxejjex ta’ l-ikel li jinbiegħu fis-suq, kif ukoll l-allevament ta’ merħliet ta’ annimali;

(d) 

“użu” jfisser:

it-tixrid tal-ħama fuq il-ħamrija jew kull applikazzjoni oħra ta’ ħama fil-ħamrija;

▼M5

(e) 

"servizzi ta’ data ġeografika" tfisser servizzi ta’ data ġeografika kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(f) 

"sett ta’ data ġeografika" tfisser sett ta data ġeografika kif definita fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/2/KE.

▼B

Artikolu 3

1.  
Il-ħama msemmija fl-Artikolu 2(a)(i) tista’ tintuża biss fl-agrikoltura in konformità ma’ din id-Direttiva.
2.  

Mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 75/442/KEE u 78/319/KEE:

— 
il-ħama msemmija fl-Artikolu 2(a) (ii) tista’ tintuża fl-Agrikoltura taħt ċerti kundizzjonijiet li l-Istati Membri kkonċernati jkunu jikkunsidraw bħala meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-Ambjent,
— 
il-ħama msemmija fl-Artikolu 2(a) (iii) tista’ tintuża fl-Agrikoltura biss jekk l-użu tagħha jkun irregolat mill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 4

Valuri għal konċentrazzjonijiet ta’ metalli tqal fil-ħamrija li fiha tkun applikata l-ħama, konċentrazzjoniet ta’ metalli tqal fil-ħama u l-kwantitajiet massimi ta’ kull sena ta’ tali metalli tqal li jistgħu jiġu introdotti fil-ħamrija maħsuba għall-Agrikoltura, huma mogħtija fl-Annessi I A, I B u I C.

Artikolu 5

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12:

1. 

L-Istati Membri għandhom jippojbixxu l-użu ta’ ħama fejn il-konċentrazzjoni ta’ wieħed mill-metalli tqal jew aktar li jkun hemm fil-ħamrija jeċċedi(u) il-valuri ta’ limitu li dawn jistabbilixxu in konformità ma’ l-ANNESS I A, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li dawk il-valuri ta’ limitu ma jkunux eċċeduti bħala riżultat ta’ l-użu tal-ħama.

2. 

L-Istati Membri għandhom jirregolaw l-użu tal-ħama b’tali mod li l-akkumulazzjoni ta’ metalli tqal fil-ħamrija ma twassalx biex il-valuri ta’ limitu msemmija fil-paragrafu 1 ikunu eċċeduti. Biex iseħħ dan, dawn għandhom japplikaw waħda mill-proċeduri li hemm ipprovduti f’ (a) u (b) taħt:

(a) 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kwantitajiet massimi ta’ ħama espressi f’termini ta’ tunnellati ta’ maetrjal xott li jista’ jkun applikat fil-ħamrija għal kull unit ta’ area għal kull sena, waqt li jiġu osservati l-valuri ta’ limitu għall-konċentrazzjoni ta’ metall tqil fil-ħama li huma jistabbilixxu in konformità ma’ l-Anness I B; jew

(b) 

l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-osservanza tal-valuri ta’ limitu għall-kwantitajiet ta’ metalli introdotti fil-ħamrija għal kull unit ta’ area u unit ta’ żmien hekk kif stabbilit fl-Anness I C.

Artikolu 6

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7:

(a) 

il-ħama għandha tkun ittrattata qabel ma tintuża fl-agrikoltura. L-Istati Membri jistgħu xorta waħda jawtorizzaw, taħt kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti minnhom stess, l-użu ta’ ħama mhux ittrattata jekk din tkun injettata jew maħduma fil-ħamrija;

(b) 

Il-produtturi tal-ħama tad-drenaġġ għandhom jipprovdu lill-utenti b’mod regolari l-informazzjoni kollha msemmija fl-ANNESS II A.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu tal-ħama jew il-provvista ta’ ħama għall-użu fuq:

(a) 

art fejn jirgħu l-annimali jew ħxejjex li jintużaw għall-għalf ta’ l-annimali jekk l-art li se jirgħu l-annimali fuqha jew il-ħaxix tajjeb għall-għalf ta’ l-annimali jkun se jinħasad qabel ċertu perjodu ta’ żmien ikun diġà skada. Dan il-perjodu, li għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri waqt li jikkunsidraw b’mod partikulari s-sitwazzjoni ġeografika u klimatika tagħhom, m’għandu taħt l-ebda ċirkustanza ikun anqas minn tliet ġimgħat;

(b) 

ħamrija li fiha jikber frott u ħxejjex ta’ l-ikel, bl-eċċezzjoni ta’ siġar tal-frott;

(ċ) 

art maħsuba għall-kultivazzjoni tal-frott u ħxejjex ta’ l-ikel li normalment ikun f’kuntatt dirett mal-ħamrija u li normalment jittieklu nejjin, għal perjodu ta’ 10 xhur qabel il-ħsad tal-ħxejjex u matul il-perjodu tal-ħsad innifsu.

Artikolu 8

Dawn ir-regoli li ġejjin għandhom jiġu osservati meta tintuża l-ħama:

— 
il-ħama gġħandha tintuża b’tali mod li tittieħed kunsiderazzjoni tal-bżonnijiet nutrittivi tal-pjanti u li l-kwalitaà tal-ħamrija u ta’ l-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art ma jkunux mgħarrqa,
— 
fejn il-ħama tkun użata fuq il-ħamrija li l-pH tagħha jkun taħt il-valur ta’ 6, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-mobilità u d-disponibilità miżjuda ta’ metalli tqal fuq il-ħxejjex u għandhom, jekk ikun meħtieġ, inaqqsu l-valuri ta’ limitu li huma jkun stabbilew in konformità ma’ l-Anness I A.

Artikolu 9

Il-ħama u l-ħamrija li fuqha din tintuża għandhom ikunu analizzati kif stabbilit fl-Annessi II A u II B.

Il-metodi ta’ referenza għal kif jittieħdu l-kampjuni u ssir l-analiżi huma indikati fl-ANNESS II C.

▼M5

Artikolu 10

1.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinżammu rekords aġġornati, u li dawk ir-rekords jirreġistraw:

(a) 

il-kwantitajiet ta’ ħama prodotta u l-kwantitajiet ipprovduti għall-użu fl-agrikoltura;

(b) 

il-kompożizzjoni u l-proprjetajiet tal-ħama f’relazzjoni mal-parametri msemmija fl-Anness II A;

(c) 

it-tip ta’ trattament li jkun sar, kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2;

(d) 

l-ismijiet u l-indirizzi ta’ dawk li jirċievu l-ħama u l-post fejn tintuża l-ħama;

(e) 

kwalunkwe informazzjoni oħra rigward tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17.

Is-servizzi ta’ data ġeografika għandhom jintużaw biex jiġu ppreżentati s-settijiet ta’ data ġeografika fl-informazzjoni rreġistrata f’dawk ir-reġistri.

2.  
Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru disponibbli u faċilment aċċessibbli għall-pubbliku għal kull sena kalendarja, fi żmien tmien xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja rilevanti, f’format konsolidat kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/741/KE ( 2 ) jew f’format ikkonsolidat ieħor previst skont l-Artikolu 17 ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, b’ mezzi elettroniċi, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

3.  
L-informazzjoni dwar il-metodi ta’ trattament u r-riżultati tal-analiżi għandhom jiġu rrilaxxati lill-awtoritajiet kompetenti.

▼B

Artikolu 11

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-Artikolu 6(b) u l-Artikolu 10(1)(b), (ċ) u (d) u l-paragrafu 2, ħama milli tiġi ttrattata f’impjanti ta’ trattament tad-drenaġġ li jkollhom kapaċità ta’ trattament taħt it-300 kg BOD5 għal kull ġurnata, li jikkorrispondi għall-ekwivalenti ta’ 5 000 persuna, u li dawn ikunu primarjament imfassla għat-trattament ta’ l-ilma tad-drenaġġ domestiku.

Artikolu 12

Fejn il-kundizzjonijiet ikunu jitolbu hekk, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri aktar stretti minn dawk li hemm ipprovduti f’din id-Direttiva.

Kull deċiżjoni ta’ din in-natura għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni in konformità mal-ftehim eżistenti.

▼M4

Artikolu 13

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 15a biex temenda l-Annessi sabiex tadattahom għall-progress tekniku u xjentifiku.

L-ewwel paragrafu ma għandux japplika għall-parametri u għall-valuri elenkati fl-Annessi I A, I B u I C, għal xi fattur li jista’ jaffettwa l-evalwazzjoni ta’ dawk il-valuri, u għall-parametri għall-analiżi msemmija fl-Annessi II A u II B.

▼M4 —————

▼M4

Artikolu 15

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).
2.  
Fejn ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼M4

Artikolu 15a

1.  
Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.
2.  
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 13 għal perjodu ta’ ħames snin mill-4 ta’ Lulju 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3.  
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jħassru d-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13 fi kwalunkwe mument. Deċiżjoni ta’ tħassir għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.
4.  
Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ( 5 ).
5.  
Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bih fl-istess ħin.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kemm il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 16

1.  
L-Istati Membri għandhom iwettqu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex iħarsu din id-Direttiva fi żmien tliet snin min-notifika tagħha.

Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

2.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

▼M5

Artikolu 17

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, format li skontu l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva kif meħtieġ skont l-Artikolu 10. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali fil-livell tal-Unjoni li tinkludi mapep fuq il-bażi tad-data li l-Istati Membri jkunu għamlu disponibbli skont l-Artikolu 10 u dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 18

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




L-ANNESS I A

VALURI TA’ LIMITU GĦAL KONCENTRAZZJONIJIET TA’ METALLI TQAL FIL-ĦAMA LI TINTUŻA FILL-HAMRIJA



Parametri

Valuri ta’ limitu (1)

Il-Kadmju

1 sa 3

Ir-Ramm (2)

50 sa 140

In-Nikel (2)

30 sa 75

Iċ-Ċomb

50 sa 300

Iż-Żingu (2)

150 sa 300

Il-Merkurju

1 sa 1,5

Il-Kromju (3)

(1)   

Istati Membri jistgħu jippermettu li l-valuri ta’ limitu li huma stess jiffissaw ikunu akbar milli suppost, fil-każ li l-ħama tkun użata fuq art li fi żmien in-notifika ta’ din id-Direttiva tkun iddedikata għad-disponiment tal-ħama, iżda li fuqha l-ħxejjex ta’ l-ikel kummerċjali jkunu qed jitkabbru biss għall-konsum mill-annimali. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar in-numru u t-tip ta’ siti kkonċernati. Huma għandhom ifitxxu wkoll li jiżguraw li bħala konsegwenza ma jkun hemm l-ebda periklu għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

(2)   

Istati Membri jistgħu jippermettu li l-valuri ta’ limitu li huma jiffissaw ikunu akbar milli suppost sakemm jiġu osservati dawn il-parametri fuq ħamrija li jkollha pH konsistentement ogħla mill-valur ta’ 7. Il-konċentrazzjonijiet massimi ta’ dawn il-metalli tqali li huma awtorizzati m’għandhom fl-ebda ċirkustanza jeċċedu dawk il-valuri b’aktar minn 50 %. L-Istati Membri għandhom jaraw ukoll li jiżguraw li bħala konsegwenza ma jkun hemm l-ebda periklu għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u b’mod partikolari għall-ilma ta’ taħt l-art.

(3)   

M’huwiex possibbli f’dan l-istadju li jiġu ffissati valuri ta’ limitu għall-kromju. Il-Kunsill għandu jiffissa dawn il-valuri ta’ limitu aktar tard fuq il-bażi tal-proposti li għandhom ikunu sottomessi mill-Kummissjoni, fi żmien sena min-notifika ta’ din id-Direttiva.




L-ANNESS I B

VALURI TA' LIMITU GĦAL KON¬ENTRAZZJONIJIET TA' METALLI TQAL FIL-ĦAMA LI TINTUŻA FL-AGRIKOLTURA



Parametri

Valuri ta' limitu

Il-Kadmju

20 sa 40

Ir-Ram

1 000 sa 1 750

In-Nikel

300 sa 400

Iċ-Ċomb

750 sa 1 200

Iż-Żingu

2 500 sa 4 000

Il-Merkurju

16 sa 25

Il-Kromju (1)

(1)   

M'huwiex possibbli f'dan l-istadju jiġu sottomessi valuri ta' limitu għall-kromju. Il-Kunsill għandu jiffissa dawn il-valuri ta' limitu aktar tard fuq il-bażi tal-proposti li għandhom ikunu sottomessi mill-Kummissjoni, fi żmien sena min-notifika ta' din id-Direttiva.




L-ANNESS I C

VALURI TA' LIMITU GĦAL AMMONTI TA' METALLI LI JISTGĦU JIŻDIEDU KULL SENA F'ART AKRIKOLA, IBBAŻATI FUQ BAŻI TA' 10 SNIN

(kg/ettaru/sena)



Parametri

Valuri ta' limitu (1)

Il-Kadmju

0,15

Ir-Ram

12

In-Nikel

3

Iċ-Ċomb

15

Iż-Żingu

30

ll-Merkurju

0,1

Il-kromju (1)

(1)   

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-valuri ta' limitu jkunu akbar milli suppost fil-każ ta' użu tal-ħama fuq art li fi żmien in-notifika ta' din id-Direttiva tkun dedikata għad-disponiment tal-ħama, iżda li fuqha jkunu qed jitkabbru b'mod esklussiv ħxejjex għal użu kummerċjali għall-konsum ta' l-annimali. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar in-numru u t-tip ta' siti kkonċernati. Huma għandhom ukoll jiżguraw li bħala konsegwenza ma jkunx hemm periklu għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.




L-ANNESS II A

ANALIŻI TA’ ĦAMA

1.

Bħala regola, il-ħama għandha tiġi analizzata għal ta’ lanqas kull sitt xhur. Fejn ikun hemm tibdiliet fil-karatteristiċi ta’ l-ilma tad-drenaġġ meta dan ikun ittrattat, il-frekwenza ta’ l-analiżi għandha tiżdied. Jekk ir-riżultati ta’ l-analiżi ma jkunux ivarjaw b’mod sinifikanti fuq medda ta’ sena sħiħa, il-ħama għandha tkun analizzata għal ta’ lanqas kull tnax-il xahar.

2.

Fil-każ ta’ ħama li tkun ġejja mill-impjanti ta’ trattament imsemmija fl-Artikolu 11, jekk l-analiżi tal-ħama ma tkunx saret fi tnax-il xahar li jippreċedu l-implimentazzjoni, f’kull Stat Membru, ta’ din id-Direttiva, għandha ssir analiżi fi żmien tnax-il xahar ta’ din l-implimentazzjoni, jew, fejn ikun meħtieġ, fi żmien sitt xhur mid-deċiżjoni li tawtorizza l-użu tal-ħama fl-agrikoltura minn dawn l-impjanti. L-Istati Membri għandhom jiddeċidu dwar il-frekwenza ta’ analiżi oħra fuq il-bażi tar-riżultati ta’ l-analiżi tal-bidu, xi tibdiliet li jista’ jkun hemm fin-natura ta’ l-ilma tad-drenaġġ ittrattat u xi fatturi relevanti oħra.

3.

Suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-analiżi għandha tkopri l-parametri li ġejjin:

— 
materjal niexef, materjal organiku,
— 
pH,
— 
nitroġenu u fosfru,
— 
kadmju, rram, nikel, ċomb, żingu, merkurju, kromju.

4.

Fil-każ ta’ ramm, żingu u kromju, fejn ikun intwera, għas-sodisfazzjon ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat, li dawn jew mhumiex preżenti jew huma ppreżenti biss fi kwantitajiet żgħar ħafna fl-ilma tad-drenaġġ ittrattat minn impjant apposta, l-Istati Membri għandhom jiddeċidu fuq il-frekwenza ta’ l-analiżi li għandha ssir.




L-ANNESS II B

ANALIŻI TAL-ĦAMRIJA

1.

Kulmeta ħama, barra minn dik li tkun ġejja mill-impjanti tat-trattament msemmija fl-Artikolu 11, tkun użata, l-Istati Membri għandhom l-ewwel jiżguraw li l-kontenut ta' metalli tqal fil-ħamrija ma jkunx jeċċedu l-valuri ta' limitu stabbiliti fl-Anness IA. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiddeċidu huma dwar liema tip ta' analiżi għandhom isegwu, waqt li jikkunsidraw fl-istess ħin il-fatti xjentifiċi (“data”) disponibbli fuq il-karatteristiċi tal-ħamrija u l-omoġeneità tagħha.

2.

L-Istati Membri għandhom jiddeċidu huma wkoll dwar il-frekwenza ta' analiżi oħra li jistgħu isiru, waqt li jiġu kkunsidrati fl-istess ħin il-kontenut ta' metall tal-ħamrija qabel ma tintuża l-ħama, il-kwantità u l-komposizzjoni tal-ħama użata u xi fatturi relevanti oħra.

3.

L-analiżi għandha tkopri dawn il-parametri li ġejjin:

— 
pH,
— 
kadmju, ram, nikel, ċomb, żingu, merkurju u kromju.




L-ANNESS II Ċ

KIF JITTIEĦDU L-KAMPJUNI U METODI TA' ANALIŻI.

1.   Kif jittieħdu l-kampjuni tal-ħamrija.

Il-kampjuni rappreżentattivi tal-ħamrija li se jkunu analizzati għandhom normalment isiru billi jitħalltu flimkien 25 kampjun essenzjali li jkunu ttieħdu minn żona li ma teċċedix il-5 ettari u li din tkun qed tinħadem għall-istess skopijiet.

Il-kampjuni għandhom jittieħdu sa fond ta' 25 ċm, kemm-il darba il-fond tal-ħamrija tal-wiċċ ma jkunx anqas minn dak il-valur; pero, il-fond ta' kemm għandu jittieħed kampjun fil-każ ta' l-aħħar ma jistax ikun anqas minn 10 ċm.

2.   Kif jittieħed kampjun ta' ħama.

Kampjun mill-ħama għandu jittieħed wara li din tkun ġiet ipproċessata iżda qabel ma din tkun marret għand l-utent, u għandu jkun rappreżentattiv tal-produzzjoni tal-ħama.

3.   Metodi ta' analiżi.

L-analiżi għal metalli tqal għandha ssir wara diġestjoni aċiduża qawwija. Il-metodu ta' refernza ta' analiżi għandu jkun dak magħruf bħala spektrometrija ta' assorbità atomika (atomic absorption spectrometry) u l-limitu ta' determinazzjoni għal kull metall m'għandux ikun akbar minn 10 % tal-valur ta' limitu xieraq.



( 1 ) Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

( 2 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/741/KE tal-24 ta’ Ottubru 1994 dwar kwestjonarji għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi fis-settur tal-iskart (implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE) (ĠU L 296, 17.11.1994, p. 42).

( 3 ) Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

( 5 ) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Top