EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01982R1859-20080101

Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1859/82 tat-12 ta’ Lulju 1982 rigward il-għażla ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet sabiex jiġi detterminat id-dħul tal-oqsma agrikoli

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1982/1859/2008-01-01

1982R1859 — MT — 01.01.2008 — 016.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1859/82

tat-12 ta’ Lulju 1982

rigward il-għażla ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet sabiex jiġi detterminat id-dħul tal-oqsma agrikoli

(ĠU L 205, 13.7.1982, p.5)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

COMMISSION REGULATION (EEC) No 13/84 of 4 January 1984 (*)

  L 3

11

5.1.1984

 M2

COMMISSION REGULATION (EEC) No 1561/84 of 5 June 1984 (*)

  L 150

12

6.6.1984

 M3

COMMISSION REGULATION (EEC) No 3368/84 of 30 November 1984 (*)

  L 313

40

1.12.1984

 M4

COMMISSION REGULATION (EEC) No 3122/85 of 6 November 1985 (*)

  L 297

12

9.11.1985

 M5

COMMISSION REGULATION (EEC) No 3548/85 of 16 December 1985 (*)

  L 338

16

17.12.1985

 M6

COMMISSION REGULATION (EEC) No 1753/87 of 24 June 1987 (*)

  L 166

10

25.6.1987

 M7

COMMISSION REGULATION (EEC) No 3665/90 of 18 December 1990 (*)

  L 356

15

19.12.1990

 M8

COMMISSION REGULATION (EEC) No 3549/92 of 9 December 1992 (*)

  L 361

17

10.12.1992

 M9

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1381/96 tas-17 ta’ Lulju 1996

  L 179

6

18.7.1996

 M10

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISJONI (KE) Nru 60/97 tas-16 ta’ Jannar 1997

  L 14

28

17.1.1997

 M11

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 285/2000 ta’ l-4 ta’Frar 2000

  L 31

79

5.2.2000

 M12

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1555/2001 tat-30 ta’ Lulju 2001

  L 205

21

31.7.2001

►M13

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 659/2004 tas-7 ta' April 2004

  L 104

95

8.4.2004

►M14

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 730/2004 tad-19 ta’ April 2004

  L 113

8

20.4.2004

►M15

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2203/2004 tal-21 ta' Diċembru 2004

  L 374

36

22.12.2004

►M16

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1187/2005 tat-22 ta' Lulju 2005

  L 193

20

23.7.2005

►M17

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1860/2006 tal-15 ta' Diċembru 2006

  L 358

31

16.12.2006

►M18

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 800/2007 tas-6 ta’ Lulju 2007

  L 179

3

7.7.2007

►M19

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1470/2007 tat-13 ta’ Diċembru 2007

  L 329

7

14.12.2007

►M20

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1265/2008 tas-16 ta' Diċembru 2008

  L 338

32

17.12.2008



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1859/82

tat-12 ta’ Lulju 1982

rigward il-għażla ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet sabiex jiġi detterminat id-dħul tal-oqsma agrikoli



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi qafas għal ġbir ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet tad-dħul u l-operat tan-negozju u tal-oqsma agrikoli fil-Komunità Ekonomika Ewropea ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2143/81 ( 2 ), u partikolarment Artikoli 4(4), 5 (5) u 6 (2) tiegħu,

Billi l-oqsma li jippreżentaw il-kontijiet għandhom ikunu magħżula b’mod uniformi f’kull diviżjoni u billi għal dan il-għan regoli dettaljati għandhom jitħejjew ħalli jkunu implimentati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 79/65/KEE;

Billi wara l-aħħar emendi għar-Regolament Nru 79/65/KEE u l-esperjenza akkwistata sa mill-1965 ir-regoli dettaljati għall-għażla tal-oqsma li jippreżentaw il-kontijiet għandhom ikunu kompletament riveduti; billi, minħabba f’hekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 91/66/KEE ( 3 ), għandu jkun imħassar u mibdul b’Regolament ġdid;

Billi l-oqsma li għandhom ikunu studjati b’konnessjoni man-network ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet tal-irziezet jidholu fl-iskop tal-istħarriġ strutturali u ta’ ċensimenti tal-Komunità jew dak nazzjonali fl-oqsma agrikoli;

Billi l-informazzjoni disponibbli bl-iskop li jitħejjew pjani għal għażla għal “1982” u snin ta’ kontijiet sussegwenti u li d-differenza fil-qagħda agrikola bejn l-Istati Membri differenti teħtieġ li l-limiti tad-daqs ekonomiku li jvarja skond l-Istat Membru, u anki f’ċerti każi b’diviżjoni, għandhom ikunu adottati għal dik is-sena;

Billi l-esperjenza turi li l-operat tan-networks ta’ informazzjoni jkun iffaċilitat jekk in-numru ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet magħżula f’kull diviżjoni jkun jitħalla jvarja f’ċerti limiti bil-kundizzjoni li jkun segwit in-numru totali ta’ oqsma għal kull Stat Membru;

Billi l-pjan tal-għażla għandu jinkludi numru minimu ta’ elementi ħalli jsaħħaħ il-validità tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mall-objettivi tan-networks ta’ informazjoni dwar il-kontijiet tal-irziezet li jkunu se jiġu mistħarrġa;

Billi l-pjan tal-għażla għandu jitħejja qabel ma tkun bdiet is-sena korrispondenti tal-kontijiet sabiex tkun tista tkun approvata qabel ma tkun utilizzata għal għażla tal-oqsma li jippreżentaw il-kontijiet;

Billi r-rapport dwar l-implementazzjoni tal-pjan tal-għażla għal oqsma li jippreżentaw il-kontijiet għandu jkopri l-aspetti differenti tal-implementazzjoni tal-pjan bil-għan partikolarment li jkunu identifikati xi aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa għal snin tal-kontijiet sussegwenti u billi r-rapport għandu wkoll iqis li l-użu ta’ ċerta informazzjoni mill-pjan bl-iskop li tiġi konsidrata fid-data tal-kontijiet;

Billi iżda l-miżuri kif provduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunità dwar il-Network ta’ Informazzjoni dwar il-Kontijiet tal-Irziezet,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament “oqsma agrikoli” jfissru negozji tal-irziezet kif definiti fil-kuntest tal-istħarriġ u taċ-ċensimenti agrikoli fil-Komunità.

▼M20

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2008 (perjodu ta’ 12-il xahar konsekuttivi li jibda bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-1 ta’ Lulju 2008) u għas-snin finanzjarji sussegwenti, il-limitu kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament 79/65/KEE fl-ESU għandu jkun kif ġej:

 Il-Belġju: 16 ESU

 Il-Bulgarija: 1 ESU

 Ir-Repubblika Ċeka: 4 ESU

 Id-Danimarka: 8 ESU

 Il-Ġermanja: 16 ESU

 L-Estonja: 2 ESU

 L-Irlanda: 2 ESU

 Il-Greċja: 2 ESU

 Spanja: 4 ESU

 Franza: 8 ESU

 L-Italja: 4 ESU

 Ċipru: 2 ESU

 Il-Latvja: 2 ESU

 Il-Litwanja: 2 ESU

 Il-Lussemburgu: 8 ESU

 L-Ungerija: 2 ESU

 Malta: 8 ESU

 L-Olanda: 16 ESU

 L-Awstrija: 8 ESU

 Il-Polonja: 2 ESU

 Il-Portugall: 2 ESU

 Ir-Rumanija: 1 ESU

 Is-Slovenja: 2 ESU

 Is-Slovakkja: 8 ESU

 Il-Finlandja: 8 ESU

 L-Iżvezja: 8 ESU

 Ir-Renju Unit (bl-eċċezzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq): 16 ESU

 Ir-Renju Unit (l-Irlanda ta’ Fuq biss) 8 ESU.

▼M15

Artikolu 3

L-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet għal kull Stat Membru kif ukoll għal kull diviżjoni huwa mniżżel fl-Anness I.

L-għadd ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet li għandhom jintgħażlu għal kull diviżjoni jista' jvarja minn dak imniżżel fl-Anness I sal-20 % f'kull direzzjoni sakemm l-għadd totali ta' azjendi li jippreżentaw il-kontijiet tal-Istati Membri konċernati huwa rispettat.

▼B

Artikolu 4

Il-pjan għal għażla tal-oqsma li jippreżentaw il-kontijiet għandu jassigura ir-rappresentanza ġusta tal-oqsma li jippreżentaw il-kontijiet bħala ħaġa waħda.

Għandu jinkludi:

(a) l-elementi li fuqhom ikun bażat, jiġifieri:

 partikolaritajiet tas-sorsi ta’ riferenzi statistiċi,

 il-proċeduri għal stratifikar fl-oqsma tal-istħarriġ skond it-tipoloġija tal-oqsma tal-Komunità, li jieħdu akkont, fejn ikun il-każ, ta’ kriterji nazzjonali addizjonali,

 il-proċeduri sabiex tkun determinate r-rata tal-għażla magħżula għal kull saff,

 il-proċeduri għal għażla tal-oqsma li jippreżentaw il-kontijiet,

 il-proċeduri għal possibiltà li aktar tard ikun aġġornat il-pjan tal-għażla,

 il-perijodu probabbli għall-validità tal-pjan tal-għażla;

(b) it-tqassim tal-oqsma fil-kamp tal-istħarriġ ikklassifikati skond it-tipologija tal-oqsma tal-Komunità (li mill-inqas jikkorispondu għat-tipi prinċipali) u għan-numru ta’ oqsma li jippreżentaw il-kontijiet li għandhom ikunu magħżula għall-kull saff adottat.

Artikolu 5

Il-pjan tal-għażla għandu jkun mgħoddi lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xaharejn qabel il-bidu ta’ l-ewwel sena tal-kontijiet li tirrelata għaliha. ►M14   Ir-Repubblika Ceka, l-Estonja, Cipru, l-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja għandhom jibgħatu lejn il-Kummissjoni l-pjan tagħhom ta’ l-għażla għas-sena tal-kontijiet 2004, qabel it-30 ta’ Novembru 2004. ◄

Il-proċeduri u l-limiti taż-żmien ħalli jkunu mgħarrfa l-aġġustamenti għall-pjan tal-għażla lill-Kummissjoni għandu jkun l-istess bħal dak meħtieġ biex jintbaghat il-pjan innifsu.

▼M18

Il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-pjan ta’ l-għażla tagħhom għas-sena tal-kontijiet 2007 qabel il-31 ta’ Lulju 2007.

▼M13 —————

▼B

Artikolu 7

Ir-Regolament Nru 91/66/KEE huwa mħassar.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b’effett mis-sena tal-kontijiet 1982.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M14




L-ANNESS I



Numru ta' referenza

L-isem tad-diviżjoni:

In-numru ta' oqsma li jippreżentaw il-prospett

▼M15

IL-BELĠJU

341

Vlaanderen

720

342

Bruxelles-Brussel

343

Wallonie

480

It-total tal-Belġju

1 200

▼M14

745

IR-REPUBLIKA CEKA

1 300

▼M15

370

ID-DANIMARKA

2 250

IL-ĠERMANJA

010

Schleswig-Holstein

450

020

Hamburg

50

030

Niedersachsen

980

040

Bremen

050

Nordrhein-Westfalen

790

060

Hessen

440

070

Rheinland-Pfalz

600

080

Baden-Württemberg

740

090

Bayern

1 150

100

Saarland

80

110

Berlin

112

Brandenburg

240

113

Mecklenburg-Vorpommern

180

114

Sachsen

280

115

Sachsen-Anhalt

190

116

Thüringen

190

Total tal-Ġermanja

6 360

▼M14

755

L-ESTONJA

500

IL-GREĊJA

450

Macedonja-Traci

2 000

460

Il-Gżejjer Epirus-Peloponniżi-Joniani

1 350

470

Thessaly

700

480

Il-Greċja Kontinentali, l-Gżejjer ta' l-Eġew, Kreta

1 450

Total għall-Greċja

5 500

▼M16

SPANJA

500

Galicia

480

505

Asturias

270

510

Cantabria

190

515

País Vasco

250

520

Navarra

370

525

La Rioja

260

530

Aragón

739

535

Cataluña

710

540

Illes Balears

182

545

Castilla y León

1 095

550

Madrid

194

555

Castilla-La Mancha

1 138

560

Comunidad Valenciana

626

565

Murcia

444

570

Extremadura

718

575

Andalucia

1 816

580

Canarias

224

Total għal Spanja

9 706

▼M15

FRANZA

121

Île-de-France

170

131

Champagne-Ardenne

400

132

Picardie

300

133

Haute.Normandie

160

134

Iċ-Ċentru

450

135

Basse-Normandie

220

136

Bourgogne

380

141

Nord-Pas-de-Calais

310

151

Lorraine

230

152

Alsace

180

153

Franche-Comté

230

162

Pays de la Loire

490

163

Bretagne

540

164

Poitou-Charentes

360

182

Aquitaine

500

183

Midi-Pyrénées

480

184

Limousin

200

192

Rhône-Alpes

450

193

Auvergne

360

201

Languedoc-Roussillon

400

203

Provence-Alpes-Côte d’Azur

360

204

Corse

150

It-total ta' Franza

7 320

▼M14

380

L-IRLANDA

1 300

▼M19

L-ITALJA

221

Valle d’Aosta

197

222

Piemonte

619

230

Lombardia

710

241

Trentino

388

242

Alto Adige

405

243

Veneto

907

244

Friuli-Venezia Giulia

735

250

Liguria

508

260

Emilia-Romagna

1 166

270

Toscana

956

281

Marche

601

282

Umbria

498

291

Lazio

528

292

Abruzzo

504

301

Molise

354

302

Campania

478

303

Calabria

346

311

Puglia

453

312

Basilicata

450

320

Sicilia

470

330

Sardegna

413

 

Total ta’ l-Italja

11 686

▼M14

740

IPRU

500

770

Il-LATVJA

1 000

775

Il-LITWANJA

1 000

▼M15

350

IL-LUSSEMBURGU

360

▼M14

L-UNGERIJA

760

Közép-Magyarország

160

761

Közép-Dunántúl

190

762

Nyugat-Dunántúl

230

763

Dél-Dunántúl

260

764

Észak-Magyarország

210

765

Észak-Alföld

380

766

Dél-Alföld

470

Total għall-Ungerija

1 900

▼M16

780

MALTA

400

▼M14

360

L-OLANDA

1 500

▼M16

660

L-AWSTRIJA

1 800

▼M19

IL-POLONJA

785

Pomorze u Mazury

1 870

790

Wielkopolska u Śląsk

4 470

795

Mazowsze u Podlasie

4 460

800

Małopolska u Pogórze

1 300

 

Total tal-Polonja

12 100

IL-PORTUGALL

615

Norte e Centro

1 233

630

Ribatejo e Oeste

351

640

Alentejo e Algarve

399

650

Açores e Madeira

317

 

Total tal-Portugall

2 300

▼M14

820

SLOVENJA

900

▼M18

810

SLOVAKKJA

502

▼M16

IL-FINLANDJA

670

Etelä-Suomi

537

680

Sisä-Suomi

237

690

Pohjanmaa

229

700

Pohjois-Suomi

147

Total għall-Finlandja

1 150

▼M17

L-IŻVEZJA

710

Il-Pjanuri tan-Nofsinhar u ċ-Ċentru tal-Iżvezja

702

720

Il-foresti u l-agrikoltura mħallta u ż-żoni tal-foresti tan-Nofsinhar u ċ-Ċentru tal-Iżvezja

217

730

Iż-Żoni tat-Tramuntana tal-Iżvezja

106

Total għall-Iżvezja

1 025

▼M14

IR-RENJU UNIT

411

L-Ingilterra – r-Reġjun tat-Tramuntana

420

412

L-Ingilterra – r-Reġjun tal-Lvant

650

413

L-Ingilterra – r-Reġjun tal-Punent

430

421

Wales

300

431

L-Iskożja

380

441

L-Irlanda ta' Fuq:

320

Total għar-Renju Unit

2 500

▼M18



In-numru ta' referenza

Isem id-diviżjoni

L-għadd ta' ditti tal-kontabilità għas-sena tal-kontijiet

2007

2008

2009 ’l quddiem

830

IL-BULGARIJA

2 000

2 000

2 000 (1)

(1)   Għall-2009 u għas-snin sussegwenti tal-kontijiet, il-Bulgarija għandu jkollha sitt diviżjonijiet (l-Anness għar-Regolament 79/65/KEE) u dan in-numru ta' ditti tal-kontabilità, li jikkorrispondi mat-total għall-pajjiż, għandu jiġi allokat għal kull diviżjoni.



In-numru ta' referenza

Isem id-diviżjoni

L-għadd ta' ditti tal-kontabilità għas-sena tal-kontijiet

2007

2008

2009

2010 ’l quddiem

840

IR-RUMANIJA

1 000

2 000

4 000

6 000 (1)

(1)   Għall-2010 u għas-snin sussegwenti tal-kontijiet, ir-Rumanija għandu jkollha tmien diviżjonijiet (l-Anness għar-Regolament 79/65/KEE) u dan in-numru ta' ditti tal-kontabilità, li jikkorrispondi mat-total għall-pajjiż, għandu jiġi allokat għal kull diviżjoni.

▼M13 —————



( 1 ) ĠU Ċ 109, tat-23.6.1965, p. 1859/65.

( 2 ) ĠU L 210, tat-30.7.1981, p. 1.

( 3 ) ĠU Ċ 121, ta’ l-4.7.1966, p. 2249/66.

Top