Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01982R0032-19971203

    Consolidated text: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 32/82 tas-7 ta' Jannar 1982 li jistabilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' fondi speċjali ta' esportazzjoni għall-laħam taċ-ċanga u tal-vitella

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1982/32/1997-12-03

    1982R0032 — MT — 03.12.1997 — 006.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 32/82

    tas-7 ta' Jannar 1982

    li jistabilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' fondi speċjali ta' esportazzjoni għall-laħam taċ-ċanga u tal-vitella

    (ĠU L 004, 8.1.1982, p.11)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

     M1

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 752/82 tal-31 ta’ Marzu 1982

      L 86

    50

    1.4.1982

     M2

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2304/82 ta' l-20 ta' Awissu 1982

      L 246

    9

    21.8.1982

     M3

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 631/85 tat-12 ta' Marzu 1985

      L 72

    24

    13.3.1985

    ►M4

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2688/85 tal-25 ta’ Settembru 1985

      L 255

    11

    26.9.1985

     M5

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3169/87 tat-23 ta’ Ottubru 1987

      L 301

    21

    24.10.1987

    ►M6

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2326/97 tal-25 ta’ Novembru 1997

      L 323

    1

    26.11.1997

    ►M7

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 744/2000 ta’ l-10 ta’ April 2000

      L 89

    3

    11.4.2000




    ▼B

    IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 32/82

    tas-7 ta' Jannar 1982

    li jistabilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' fondi speċjali ta' esportazzjoni għall-laħam taċ-ċanga u tal-vitella



    IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella ( 1 ), kif emendat l-aħħar mill-Att ta' Adeżjoni tal-Ġreċja, u partikolarment l-Artikolu 18(6) tiegħu,

    Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 885/68 ( 2 ), kif emendat l-aħħar minn Regolament (KEE) Nru 427/77 ( 3 ), stabilixxa regoli ġenerali għall-għoti lura ta' fondi ta' esportazzjoni u kriterji għall-iffissar ta' l-ammont miġjub fih;

    Billi, akkont tas-sitwazzjoni tas-suq fil-Komunità u l-iskop għall-bejgħ ta' ċerti prodotti tas-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella li jistgħu fil-preżent ikunu l-oġġett ta' xiri ta' intervent, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu mogħtija lura fondi speċjali għall-esportazzjoni ta' prodotti bħal dawn meta jkunu intenzjonati għal ċerti pajjiżi li mhumiex membri bi ħsieb li jitnaqqas ix-xiri t'intervenzjoni;

    Billi l-Kumitat ta' Tmexxija għal-Laħam taċ-Ċanga u Vitella ma tax opinjoni fiż-żmien iffissat mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



    Artikolu 1

    1.  Il-prodotti li jaqblu mal-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu eliġibbli għall-fondi speċjali ta' esportazzjoni.

    2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-laħam frisk jew imkessaħ, fil-forma ta' karkassi, nofs karkassi, kwarti kkompensati, kwarti tas-saqajn ta' quddiem u tas-saqajn ta' wara, esportati lil ċerti pajjiżi li mhumiex membri.

    ▼M6

    3.  Meta l-karkassi jew ir-rbiegħ warranija li ma jkunux separati jiġu ppreżentati flimkien mal-fwied u/jew mal-kliewi, il-piż tal-karkassa għandu jitnaqqas bi:

     5 kg għall-fwied u l-kliewi flimkien,

     4,5 kg għall-fwied,

     0,5 kg għall-kliewi.

    ▼B

    Artikolu 2

    1.  L-eliġibilità għal fondi lura speċjali ta' esportazzjoni għandhom ikunu soġġetti għas-sottomissjoni ta' prova li l-prodotti esportati jiġu minn baqar maskili li jkunu kibru.

    ▼M6

    2.  Din il-prova għandha tiġi pprovduta permezz ta’ ċertifikat, li l-eżemplari tiegħu qed jidher fl-Anness, maħruġ fuq talba tal-parti kkonċernata mill-aġenzija ta’ l-intervent jew minn kull awtorità oħra nnominata għal dak il-għan mill-Istat Membru fejn ikunu nqatlu l-annimali. Id-dokument għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet tad-dwana meta jsiru l-formalitajiet doganali għall-esportazzjoni u għandu jintbagħat permezz tal-mezzi amministrattivi lill-aġenziji responsabbli għall-ħlas tar-rifużjoni wara li jitlestew il-formalitajiet imsemmija. Dawk il-formalitajiet għandhom isiru fl-Istat Membru fejn l-annimali jkunu nqatlu.

    Madanakollu, fejn il-prodotti jitqiegħdu taħt l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 ( 4 ) iċ-ċertifikat imsemmi fis-subparagrafu ta’ qabel għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet tad-dwana fil-ħin meta jkunu qed isiru l-formalitajiet doganali msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 ( 5 ). Minkejja dak ir-Regolament, l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28(4)(b), (c) u (d) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87 m’għandhomx jiġu awtorizzati fejn jgħodd dan is-subparagrafu. ►M7  Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-tgeżwir tal-prodotti bil-kondizzjoni li l-marka ta' l-identifikazzjoni jew is-siġill fuq kull prodott, imsemmija fl-Artikolu 3(2), jibqgħu jidhru. ◄

    ▼B

    Artikolu 3

    Il-Pajjiżi Membri għandhom jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-iċċekkjar tal-prodotti u għall-ħruġ taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 2. Dawn il-kondizzjonijiet jistgħu jinkludu l-indikazzjoni tal-kwantità minima.

    Il-Pajjiżi Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li ma ssir l-ebda sostituzzjoni tal-prodotti bejn iż-żmien ta' meta ġew iċċekkjati u ż-żmien ta' meta jitilqu mit-territorju ġeografiku tal-Komunità jew meta jiġu mwassla fid-destinazzjoni imsemmija fl- ►M6  Artikolu 34 tar- Regolament (KEE) Nru 3665/87 ◄  ( 6 ). Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-identifikazzjoni ta' kull prodott permezz ta' marka li ma titħassarx fuq kull kwart jew b'siġill individwali fuq kull kwart. Il-qatla u l-identifikazzjoni għandha ssir fil-biċċerija indikata mill-parti konċernata fl-applikazzjoni imsemmija fl-Artikolu 2(2).

    ▼M4

    F’każi fejn karkassi jew nofs karkassi jinqatgħu fi rbiegħ ta’ quddiem u fi rbiegħ ta’ wara f’lokalità oħra minbarra l-biċċerija, l-awtorità msemmija f’Artikolu 2(2) tista’ tibdel iċ-ċertifikat hawn fuq imsemmi, maħruġ fir-rigward tal-karkassi jew in-nofs karkassi, ma’ ċertifikati rigward l-irbiegħ hawn fuq imsemmija, kemm-il darba l-ħtiġiet l-oħra kollha li jirrigwardaw il-ħruġ tagħhom jkunu tħarsu.

    ▼B

    Artikolu 4

    Il-Pajjiżi Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-20 ta' Jannar 1982 il-miżuri li għandhom jittieħdu biex jimplimentaw dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-kummenti tagħha, jekk ikun hemm, lill-Pajjiż Membru qabel l-20 ta' Frar 1982.

    ▼M6 —————

    ▼B

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Għandu japplika mill-1 ta' Marzu 1982.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fil-Pajjiżi Membri kollha.

    ▼M6




    ANNESS

    image



    ( 1 ) ĠU Nru L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

    ( 2 ) ĠU Nru L 156, ta' l-4.7.1968, p. 2.

    ( 3 ) ĠU Nru L 61, tal-5.3.1977, p. 16.

    ( 4 ) ĠU L 62, tas-7.3.1980, p. 5.

    ( 5 ) ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1.

    ( 6 ) ĠU Nru L 317, tat-12.12.1979, p. 1.

    Top