EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01979L0117-20040520

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1978 li tiprojbixxi it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi (79/117/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1979/117/2004-05-20

1979L0117 — MT — 20.05.2004 — 015.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Diċembru 1978

li tiprojbixxi it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi

(79/117/KEE)

(ĠU L 033, 8.2.1979, p.36)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 83/131/KEE tal-14 ta’ Marzu 1983

  L 91

35

9.4.1983

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 85/298/KEE tat-22 ta’ Mejju 1985

  L 154

48

13.6.1985

 M3

COUNCIL REGULATION (EEC) No 3768/85 of 20 December 1985 (*)

  L 362

8

31.12.1985

►M4

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Mejju 1986 86/214/KEE li temenda d-Direttiva 79/117/KEE

  L 152

45

6.6.1986

►M5

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 86/355/KEE tal-21 ta’ Lulju 1986

  L 212

33

2.8.1986

►M6

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 87/181/KEE tad-9 ta’ Marzu 1987

  L 71

33

14.3.1987

 M7

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 87/477/KEE tad-9 ta’ Settembru 1987

  L 273

40

26.9.1987

►M8

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 89/365/KEE tat-30 ta’ Mejju 1989

  L 159

58

10.6.1989

►M9

DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 90/335/KEE tas-7 ta’ Ġunju 1990

  L 162

37

28.6.1990

►M10

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 90/533/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990

  L 296

63

27.10.1990

►M11

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 91/188/KEE tad-19 ta’ Marzu 1991

  L 92

42

13.4.1991

►M12

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 807/2003 ta' l-14 ta' April 2003

  L 122

36

16.5.2003

►M13

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 850/2004 TAL-PARLAMENT EWROPEWU TAL-KUNSILL tad-29 ta’ April 2004

  L 229

5

29.6.2004


Emendat bi:

 A1

  L 291

17

19.11.1979

 A2

  C 241

21

29.8.1994



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Diċembru 1978

li tiprojbixxi it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi

(79/117/KEE)



Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropeja, u partikularment l-Artiklu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi l-produzzjoni tal-pjanti għandha rwol importanti ħafna fil-Komunità Ekonomika Ewropeja;

Billi l-ġbir minn dik il-produzzjoni qiegħed kontinwament jiġi effettwat minn organiżmi ħżiena u ħaxix ħażin; billi huwa assolutament essenzjali li jipproteġu l-pjanti kontra dawn ir-riskji sabiex jipprevjenu nuqqas fil-ġbir u għalhekk jgħinu biex jassiguraw id-disponabbiltà ta' provvisti;

Billi wieħed mill-metodi l-aktar importanti tal-protezzjoni tal-pjanti u l-prodotti tal-pjanti u ż-żieda tal-produttività ta' l-agrikoltura huwa li jintużaw prodotti ta' protezzjoni għall-pjanti;

Billi l-effetti ta' dawn il-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti jistgħu ma'jkunux għall-kollox favorevoli għall-produzzjoni tal-pjanti; billi l-użu tagħhom jista jinvolvi riskji għall-bniedem, fi prinċipju, huma sustanzi tossiċi jew preparazzjonijiet b'effetti perikolużi;

Billi fil-każ ta' ċerti prodotti ta' produzzjoni tal-pjanti, dawn ir-riskji huma daqshekk kbar li l-użu tagħhom ma' jistax jiġi totalment jew parzjalment tollerat;

Billi l-Istati Membri għalhekk mhux biss ikkontrollaw it-tqiegħid fis-suq ta' prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti imma wkoll introduċew, għall-ċerti prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet ta' l-użu, li jkopri wkoll it-tqegħid fis-suq;

Billi dawn id-disposizzjonijiet ivarjaw fil-varji istati membri u rriżultaw f'ostaklu għall-kummerċ li direttament jaffetwa l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq komuni;

Billi għalhekk huma mixtieq li jkunu eliminati dawn l-ostakli u jaġġustaw id-disposizzjonijiet rilevanti stabbiliti mill-istati membri b'liġi, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi;

Billi għalhekk jidher li huwa ġġustifikat, bħala prinċipju bażiku, li jintroduċu projbizzjonijiet dwar l-użu ta' kull prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li, anke meta jiġu użati korrettament għall-użu intiż, jgħatu bidu jew x'aktarx li joħolqu l-effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali jew għall-effetti mhux ġustifikati fuq l-ambjent;

Billi għall-uħud minn dawn il-prodotti ta' protezzjani tal-pjanti, derogi nazzjonali jistgħu, b'danakollu, jkunu permissibbli għall-daqs limitat għal dak l-użu meta, għall-raġunijiet ekoloġiċi, teżisti ħtieġa partikolari u meta r-riskju huwa inqas fil-każ ta' użu ieħor li jkun sanzjonat minn qabel;

Billi anke dawn id-derogi għandhom ikunu mnaqqsa gradwalment hekk kif trattamenti anqas perikolużi jkunu disponibbli;

Billi, min-naħa l-oħra, huwa neċessarju għall-għoti lill-istati membri ta'dritt limitat ta' sospensjoni temporanja, bl-awtoritá tagħom, il-projbizzjonijiet ta' użu fil-każ ta' periklu mhux prevedut ta' theddid għall-produzzjoni tal-pjanta li ma' tistax tkun akwistata b' mezzi oħrajn;

Billi id-Direttivi jeskludu prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti intiżi għal skopijiet ta' riċerka u analitiċi;

Billi, aktar minn hekk, m'huwiex xieraq li japplikaw id-disposizzjonijiet tal-komunitá għall-prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti intiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, peress li ġeneralment dawn il-pajjiżi għandhom ir-regolamenti tagħom

Billi l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u l-adozzjoni ta' l-Anness tagħha għall-iżvilupp tat-tagħrif tekniku u xjentifiku li jeħtieġu kooperazzjoni stretta bejn il-kummissjoni u l-stati membri; billi l-proċedura, għall-preżent, limitata fiż-żmien - tal-kumitat permanenti dwar is-saħħa tal-pjanti u l-involviment ta' kumitat xjentifiku għall-pestiċidi toffri bażi xierqa għall-dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Din id-Direttiva tikkonċerna l-projbizzjoni ta' ħruġ fis-suq u l-użu ta' prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1.  Prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti

Sustanzi attivi u preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza attiva waħda jew aktar li huma intiżi:

1.1. għall-qerda ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew tal-prodotti tal-pjanti jew biex ikunu protetti minn organiżmi bħall-dawn, sa kemm dawn is-sustanzi jew preparazzjonijiet m'humiex definiti fid-disposizzjonijiet li ġejjin;

1.2. sabiex tinfluwenza l-proċess tal-ħajja tal-pjanti, apparti milli bħala nutrijent1;

1.3. sabiex tippreserva l-prodotti tal-pjanti, sa kemm dawn is-sustanzi jew prodotti m'ħumiex suġġetti għal-disposizzjonijiet speċjali tal-kunsill jew kummissjoni dwar il-preservattivi;

1.4. sabiex jinqerdu pjanti mhux mixtieqa; jew

1.5. sabiex jinqerdu partijiet ta' pjanti jew biex jipprevjenu tkabbir mhux mixtieq ta' pjanti.

2.  Sustanzi

Elementi kimiċi u taħlit tagħhom, meta jseħħu naturalment jew b'manifattura

3.  Preparazzjonijiet

Taħlitiet jew soluzzjonijiet komposti minn tnejn jew aktar sustanzi, jew ta' mikro-organiżmi jew mikrobi użati bħala prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti.

4.  Sustanzi attivi

Sustanzi, mikro-organiżmi u mikrobi, li għandhom azzjoni ġenerali jew speċifika:

4.1. Kontra organiżmi ta' ħsara; jew

4.2. Fuq pjanti, partijiet ta' pjanti jew prodotti tal-pjanti.

5.  Pjanti

Pjanti ħajjin jew partijiet ta' pjanti ħajjin, inkluż il-frott frisk u ż-żerriegħa.

6.  Prodotti tal-pjanti

Prodotti, fl-istat mhux proċessat jew minn preparazzjoni sempliċi bħal tħin, tnixxif jew l-ippressar, meħuda minn pjanti, imma esklużi l-pjanti innfushom kif definiti fil-punt 5.

7.  Organiżmi ta' ħsara

Pesti ta' pjanti jew ta' prodotti tal-pjanti, li jappartjenu lir-renji ta' l-annimali jew tal-pjanti, jew li huma mikrobi, mikoplażmi jew patoġeni oħrajn

8.  Annimali

Annimali li jippartjenu għall-speċi normalment mitmugħa u miżmuma jew ikkonsumati mill-bniedem

9.  Ħruġ fis-suq

Kull trasferiment ta' pussess, kemm bill-ħlas jew b'xejn.

10.  Ambjent

Ir-relazzjoni tal-bnedmin ma' l-ilma, l-arja, l-art u l-forom bioloġiċi kollha:.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ta' waħda jew aktar sutanzi attivi elenkati fl-anness ma jistgħux la li joħorġu fis-suq u l-anqas li jkunu wżati.

L-ewwel paragrafu m'għandux japplika għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom impuritajiet negliġibbli minħabba n-natura tal-ipproċessar tagħhom, basta li ma jkollhomx effetti ħżiena fuq il-bniedem, l-annimali, jew l-ambjent.

Artikolu 4

1.  Bhala deroga mill-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom ikunu temporanjament awtorizzati li jippermettu l-ħruġ fis-suq jew l-użu ġewwa t-territorju tagħhom tal- prodotta tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom uħud mis-sustanzi elenkati fl-ewwel kolonna ta' l-anness fil-każi stabbiliti fit-tieni kolonna.

2.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-kummissjoni b'xi każi li fihom il-paragrafu 1 jkun applikabbli u, jekk il-kummissjoni hekk titlob, għandhom jipprovduha bid-dettalji tal-limitu li kull sustanza attiva bħal din tkun użata.

Artikolu 5

Id-direttiva m'għandiex tapplika għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti intiżi għal:

(a) l-użu ta' riċerka jew analiżi; jew

(b) esportazzjoni pajjiżi terzi.

Artikolu 6

1.  Wara konsultazzjoni mill-Kummissjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar il-pestiċidi li huwa stabbilit permezz tad-deċiżjoni 78/436/KEE ( 4 ) dan li ġej għandu jkun adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8:

(a) xi emendi meħtieġa fil-gruppi a (komposti ta' merkurju) u b (komposti ta' organo-klorin persistenti) tas-sustanzi fil-kolonna 1 ta' l-Anness;

(b) xi emendi meħtieġa għall-kolonna 2 ta' l-Anness. Jekk deroga għandha tiġi kanċellata, konsultazzjoni minn qabel mal-Kumitat Xjentifiku m'għandhiex tkun meħtieġa, basta li l-Istati Membri kollha jinfurmaw lill-Kummissjoni li m'għandhomx jew m'għadx għandhom l-intenzjoni li jagħmlu użu minn dik id-deroga. Din l-informazzjoni tista tkun fornuta lill-Kumitat Permanenti dwar is-saħħa tal-pjanti stabbilit bid-Deċiżjoni 76/894/KEE ( 5 ).

▼M4 —————

▼B

3.  Xi emendi għall-Anness li ma hemmx disposizzjoni dwarhom fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati mill-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-anqas kull sentejn jekk u sa liema estent it-tieni kolonna ta' l-Anness għandha tkun emendata.

5.  L-emendi kollha għall-Anness għandhom jiġu magħmula bir-raġuni tal-iżviluppar tat-tagħrif xjentifiku u tekniku.

6.  Is-sustanza attiva għandha tiġi inkluża fl-Anness 1 jekk, anke meta applikata kif suppost għall-iskop intiż, l-użu tagħha jagħti bidu jew ikun probabbli li jagħti bidu għal:

(a) effetti ħżiena fuq is-saħħa umana jew ta' l-annimali;;

(b) effetti ħżiena mhux raġjonevoli fuq is-saħħa umana jew ta' l-annimali.

Artikolu 7

1.  Jekk ikun jidher meħtieġ li, minħabba periklu mhux mistenni li jhedded il-produzzjoni tal-pjanti li ma' jistax jiġi miżmum b' modi oħra, li jintuża fl-Istati Membri prodott tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih waħda jew aktar sustanza attiva minn dawk elenkati fl-anness, l-Istat Membru f'dan il-każ jista jippermetti l-ħruġ fis-suq u l-użu ta' prodott bħall dan għall-perjodu massimu ta' 120 jum għandu jinforma immedjatament lill-istati membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bl-azzjoni tiegħu.

2.  Għandu jkun stabbilit mingħajr dewmin fi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8, jekk u, f'dak il-każ, taħt liema kondizzjonijiet l-azzjoni meħuda mill-Istat Membru permezz tal-paragrafu 1 tista tibqa' jew li tkun ripetuta.

▼M12

Artikolu 8

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ( 6 ).

2.  Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 7 ).

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

3.  Il-kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

▼B

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom mhux aktar tard mill-1 ta' jannar 1981, idaħħlu fis-seħħ, il-liġijiet, ir-regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 10

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS



Ismijiet ta' sustanzi attivi jew gruppi ta' sustanzi attivi riferutI fl-Artikolu 3

Każi fejn b'konformità mal-Artikolu 4 huwa permissibbli il-ħruġ fis-suq jew l-użu

A.  Taħlit tal-Merkurju

1.  Ossidu tal-Merkurju

►M11  Bħala żebgħa għat-trattament fuq siġar ta' frott pomaċew wara l-ħsad u sakemm titlaqqam bir-rimi ◄

2.  Kloru tal-Merkurju (calomel)

►M11   ◄ ►M2   ◄

3.  Taħlit tal-Merkurju inorganiku ieħor.

 

4.  Taħlit tal-merkurju aryl

►M9   ◄

5.  Alkoxyakylu taħlit tal-merkurju aryl

►M1   ◄ ►M2   ◄ ►M2   ◄ ►M11   ◄

B.  Taħlita organo-klorin persistenti

►M13   ◄

►M9   ◄

►M13   ◄

 

►M13   ◄

 

►M13   ◄

►M1   ◄ ►M2   ◄ ►M1   ◄

►M13   ◄

►M9   ◄ ►M2   ◄

►M13   ◄

 

►M13   ◄

►M1  Trattament għall-istat ta' preparazzjoni tagħhom taż-żerriegħa tal-pitravi kontra  ◄

►M13   ◄

 

▼M1

9.  Il-Campheclor

 

▼M5

C.  Komposti Oħra

1.  L-ossidu ta’+l-etilene

 ◄ ►M6  

2.  In-nitrofen

3.  Il-1,2-Dibromoethane

4.  Il-1,2-Dichloroethane

 ◄ ►M10  

5.  Id-Dinoseb, l-aċetat u u l-imluħ tiegħu

6.  Il-Binapacryl

7.  Il-kaptafol

8.  Id-Dikofol li jkun fih anqas minn 78 % tal-p.p.1 — dikofol jew aktar minn 1 g/kg DDT u komposti relatati mad-DDT

9.  

(a)  L-idrażidu maleiku u u l-imluħ tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-kolin tiegħu, il-potassju u l-imluħ tas-sodju;

(b)  Il-kolin, l-imluħ tal-potassju u tas-sodju tal-idrażidu maleiku li jkunu fihom aktar minn 1 mg/kg ta’ idrażin ħieles espress fuq il-bażi ta’ l-ekwivalent ta’ l-aċtu

10.  Il-kwintożin li jkunu fih aktar minn 1 g/kg ta’ HCB jew aktar minn 10 g/kg ta’ pentaklorobenżin

 ◄

(a)  It-tnaqqis tal-patoġenu fil-ħxejjex imnixxfa li ġejjin, maħsub għall-inkorporazzjoni fil-preparazzjonijiet ta' l-ikel li ma jkunux għaddew minn trattement ta' tisjir komplet qabel il-konsum

— l-asparagu

— il-basal

— il-kurrat

— il-faqqiegħ

(b)  It-tnaqqis tal-patoġenu tal-ħxejjex aromatiċi u l-ħwawar imnixxfa (1)

(ċ)  It-tnaqqis tal-patoġenu fil-ħxejjex aromatiċi maħsuba esklużivament għall-bejgħ mingħajr ipproċessar ulterjuri bħala prodotti mediċinali

(d)  It-tnaqqis tal-patoġenu fit-trab tal-kawkaw u l-kejk

(e)  L-iffumigar tal-weraq tat-tabakk

►M8  Ìd-‘Derogi (a), (d), u (e) għandhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 1989 l-aktar tard u d-derogi (b) u (c) fil-31 ta’ Diċembru 1990 l-aktar tard. ◄

(1)   Il-pjanti u l-prodotti magħmula mill-pjanti li jkunu sinjuri fiż-żjut essenzjali u prinċipji aromatiċi li jkunu użati prinċipalment bħala kondimenti minħabba t-togħma karatteristika tagħhom.

▼B



( 1 ) ĠU C 200, tas-26.8.1976, p. 10.

( 2 ) ĠU C 30, tas-7.2.1977, p. 38.

( 3 ) ĠU C 114, tal-11.5.1977, p. 16.

( 4 ) ĠU L 124, tat-12.5.1978, p. 16.

( 5 ) ĠU L 340, tad-9.12.1976, p. 25.

( 6 ) ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1.

( 7 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

Top