Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01977L0540-20130701

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill tat- 28 ta’ Ġunju 1977 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ lampi ta’ l-ipparkjar ta’ vetturi bil-magna (77/540/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1977/540/2013-07-01

1977L0540 — MT — 01.07.2013 — 008.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Ġunju 1977

fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ lampi ta’ l-ipparkjar ta’ vetturi bil-magna (77/540/KEE)

(ĠU L 220, 29.8.1977, p.83)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 87/354/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987

  L 192

43

11.7.1987

►M2

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 1999/16/KE Test b'relevanza għaż-ŻEE tas-16 ta' Marzu 1999

  L 97

33

12.4.1999

►M3

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/96/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

81

20.12.2006

►M4

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/15/UE tat-13 ta' Mejju 2013

  L 158

172

10.6.2013


Emendat bi:

 A1

  L 291

17

19.11.1979

 A2

  L 302

23

15.11.1985

 A3

  C 241

21

29.8.1994

►A4

  L 236

33

23.9.2003




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Ġunju 1977

fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward ta’ lampi ta’ l-ipparkjar ta’ vetturi bil-magna (77/540/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( ( 2 ),

Billi, l-kondizzjonijiet tekniċi li għandhom jissodisfaw il-vetturi bil-magna skond il-liġi nazzjonali huma relatati inter alia mal-lampi ta’ l-ipparkjar;

Billi, dawn il-kondizzjonijiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi, għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess kondizzjonijiet, jew bħala żieda jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex jippermettu li, b’mod partikolari, il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-magna u l-karrijiet tagħhom ( 3 ), tkun introdotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

Billi, fid–Direttiva 76/756/KEE ( 4 ), il-Kunsill stabbilixxa l-kondizzjonijiet komuni għall-istallazzjoni tad-dawl u ta’ l-istrumenti li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-magna u karrijiet tagħhom;

Billi, proċedura armonizzata ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal-lampi ta’ l-ipparkjar tippermetti lil kull Stat Membru li jivverifika l-konformità mal-kondizzjonijiet komuni ta’ kostruzzjoni u ta’ l-ittestjar u li jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent għal kull lampa ta’ l-ipparkjar; billi t-tpoġġija ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE fuq kull lampa ta’ l-ipparkjar manifatturata b’konformità mat-tip approvat twarrab kull bżonn ta’ kontroll tekniku ta’ dawn il-lampi ta’ l-ipparkjar fl-Istati Membri l-oħrajn;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali relatati mal-vetturi bil-magna teħtieġ ir-rikonoxximent min-naħa tal-Istati Membri tat-testijiet li jsiru minn kull wieħed minnhom fuq il-bażi tal-kondizzjonijiet komuni,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA



Artikolu 1

▼M2

1.  Kull Stat Membru għandu jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għal kwalunkwe tip ta' fanal ta' l-ipparkjar li jissoddisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u ta' l-ittestjar stabbiliti fl-Annessi relevanti.

▼B

2.  Kull Stat Membru li jagħti l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika li l-mudelli tal-produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat, sakemm dan ikun meħtieġ u jekk ikun hemm bżonn b’koperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri. Tali verifika għandha tkun limitata għal ‘spot checks’.

Artikolu 2

▼M2

L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta' fanal ta' l-ipparkjar li huma japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent konformi mal-mudell muri f'L-Anness 1, Appendiċi 3.

▼B

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu l-użu ta’ marki li għandhom ċans joħolqu konfużjoni bejn lampi ta’ l-ipparkjar li jkollom l-appovazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 1 u strumenti oħrajn.

Artikolu 3

1.  L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-tpoġġija fis-suq ta’ lampi ta’ l-ipparkjar fuq raġunijiet relatati mal-kostruzzjoni tagħhom jew mal-metodu ta’ kif jaħdmu, jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE

2.  B’dana kollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi t-tpoġġija fis-suq ta’ lampi ta’ l-ipparkjar li għandhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE li jonqsu milli jkunu konformi mat-tip approvat. Dan l-Istat għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, u jispeċifika r-raġunijiet tad-deċiżjoni tiegħu.

▼M2

Artikolu 4

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin, permezz tal-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, b’ kull approvazzjoni li huma taw, rrifjutaw jew irtiraw skond din id-Direttiva.

▼B

Artikolu 5

1.  Jekk l-Istat Membru li jkun ħareġ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE jiskopri li numru ta’ lampi ta’ l-ipparkjar li jkollhom l-istess marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE m’humiex konformi mat-tip li hu jkun approva, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jassigura li l-mudelli ta’ produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk ta’ l-Istati Membri l-oħrajn bil-miżuri meħuda li jistgħu, fejn ikun hemm nuqqas konsistenti ta’ konformità, jestendu għar-rifjut ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk ikunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’dan in-nuqqas ta’ konformità.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, għandhom jinfurmaw wieħed lill-ieħor fi żmien ta’ xahar b’kull irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE u bir-raġunijiet ta’ miżura bħal din.

Artikolu 6

Kull deċiżjoni meħuda skond id-disposizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, li tirrifjuta jew tirtira approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE għal-lampa ta’ l-ipparkjar jew li tipprojbixxi t-tpoġġija tagħha fis-suq jew l-użu tagħha, għandha tispeċifika fid-dettal ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Deċiżjonijiet bħal dawn, għandhom jiġu nnotifikati lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess ħin tkun infurmata bir-rimedji ġudizzjarji li huma disponibbli għaliha skond il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u fuq il-limiti ta’ żmien permessibbli għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji.

Artikolu 7

L-ebda Stat Membru m’għandu jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ vettura fuq raġunijiet relatati mal-lampi ta’ l-ipparkjar tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE u jekk din tkun imwaħħla skond il-kondizzjonjiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

Artikolu 8

L-ebda Stat Membru m’għandu jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, jew il-bidu ta’ l-użu ta’ vettura li tkun fuq raġunijiet relatati mal-lampi ta’ l-ipparkjar tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent tal-KEE u jekk dawn ikunu mwaħħla skond il-kondizzjonjiet stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE.

▼M2

Artikolu 9

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, “vettura” tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li għandha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25km fis-siegħa u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta' vetturi li jimxu fuq il-linji u tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u kull makkinarju mobbli.

▼B

Artikolu 10

Kull emenda meħtieġa għall-aġġustament tal-kondizzjonijiet ta’ l-Annessi sabiex ikun ikkunsidrat il-progress tekniku, għandha tkun adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

Artikolu 11

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-disposizzjonijiet meħtieġa sabiex dawn ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar min-notifika tagħha u għandhom jinfurmaw minnufih b’dan lill-Kummissjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 12

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M2




LISTA TA' L-ANNESSI



L-ANNESS I:

Dispożizzjonijiet amministrattivi ghal approvazzjoni tat-tip

Appendici 1:

Dokument ta' informazzjoni

Appendici 2:

Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip

Appendici 3:

Mudelli tal- marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent

L-ANNESS II:

Ħtiġiet tekniċi




L-ANNESS I

DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP

1.   APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT

1.1.

— L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għal tip ta' fanalta’ l-ipparkjar għandha tiġi sottomessa mill-manifattur.

1.2.

Mudell għad-dokument ta' informazzjoni hu mogħti f'Appendiċi I.

1.3.

Dan li ġej għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku responsabbli biex iwettaq it-testijiet ta' approvazzjoni tat-tip;

1.3.1. Żewġ kampjuni, armati bil-fanal jew fanali rakkomandati; jekk il-fanali ta' l-ipparkjar huma tali li jistgħu jiġu mwaħħla biss fuq naħa waħda tal-vettura, iż-żewġ kampjuni sottomessi jistgħu jkunu identiċi u jkunu tajba għat-twaħħil biss fuq il-lemin jew fuq ix-xellug tal-vettura.

2.   MARKI

2.1.

IL-mezz sottomess għal approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għandu jkollu:

2.1.1. l-isem kummerċjali jew trade mark tal-manifattur;

2.1.2. fil-kaz ta' fanali b'sorsi tad-dawl li jinbidlu; it-tip(i) ta' bozoz tal-filament preskritti;

2.1.3. fil-kaz ta' fanali b'sorsi tad-dawl li ma jinbidlux; il-vultaġġ jew wattage nominali,

2.2.

Dawn il-marki għandhom jkunu jinqraw sew u ma jitħassrux u għandhom jiġu mwaħħla mal-wiċċ illuminati, jew fuq wieħed mill-uċuħ illuminati, tal-mezz. Huma għandhom jidhru minn barra meta l-mezz jiġi mwaħħal mal-vettura.

2.3.

Kull mezz għandu jkollu biżżejjed spazju għall-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent. Dan l-ispazju għandu jiġi ndikat fuq it-tpinġijiet imsemmija f'Appendiċi I.

3.   GĦOTI TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT

3.1. Jekk il-ħtiġiet relevanti huma sodisfatti, approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Arikolu 4(3) u, jekk applikabbli, Arikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEEC għandha tiġi mogħtija.

3.2. Mudell għaċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE hu mogħti f'Appendiċi 2.

3.3. Numru ta' approvazzjoni skond l-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandhu jiġi mogħti għal kull tip ta' fanal ta' l-ipparkjar approvat. L-istess Stat Membru ma għandux jagħti l-istess numru lil tip ieħor ta' fanal ta' l-ipparkjar.

3.4. Fejn approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent tiġi mitluba għal tip ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanalta’ l-ipparkjar u fanali oħra, numru wieħed ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent jista’ jiġi mogħti basta li l-fanalta’ l-ipparkjar jikkonforma mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u li kull wieħed mill-fanali l-oħra li jagħmlu parti mill-mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li għalih approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent tkun ġiet mitluba jikkonforma mad-Direttiva separata li tapplika għalih.

4.   MARKA TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT

4.1.

B'żieda mal-marki msemmija fil-punt 2.1., kull fanalta’ l-ipparkjar li jikkonforma mat-tip approvat skond din id-Direttiva għandu jkollu marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent.

4.2.

Din il-marka għandha tikkonsisti minn:

4.2.1. rettangolu li jdawwar l-ittra e segwita b'numru jew ittri distintivi ta' l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

1

għall-Ġermanja

2

għal Franza

3

għall-Italja

4

għall-Olanda

5

għall–Isvezżja

6

għall-Belġju

▼A4

7

għall-Ungerija

8

għar-Repubblika Ċeka

▼M2

9

għal Spanja

11

għar-Renju Unit

12

għall-Awstrija

13

għall-Lussemburġu

17

għall-Finlandja

18

għad-Danimarka

▼M3

19

għar-Rumanija

▼A4

20

għall-Polonja

▼M2

21

għall-Portugall

23

għall-Greċja

▼M4

25

għall-Kroazja

▼A4

26

għas-Slovenja

27

għas-Slovakkja

29

għall-Estonja

32

għal-Latvja

▼M3

34

għall-Bulgarija

▼A4

36

għal-Litwanja

CY

għal Ċipru

▼M2

IRL

għall-Irlanda;

▼A4

MT

għal Malta;

▼M2

4.2.2. viċin tar-rettangolu “in-numru bażi ta' approvazzjoni” li jinsab fis-sezzjoni 4 tan-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip imsemmi f'L-Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut biż-żewġ figuri li jindikaw in-numru ta' sekwenza mogħti lill-akbar emenda teknika riċenti għad-Direttiva 77/540/KEE fid-data li l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ġiet mogħtija. F'din id-Direttiva in-numru ta' sekwenza huwa 00;

4.2.3. meta fanal jarmi dawl ta' kulur ambru lejn il-quddiem u lura, il-fanal għandu jiġi mmarkat bi vleġġa li tindika l-orjentazzjoni tiegħu, bil-vleġġa turi lejn il-quddiem tal-vettura.

4.3.

Il-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għandha tiġi mwaħħla fuq il-lenti tal-fanal jew fuq waħda mill-lentijiet b'tali mod illi ma titħassarx u tkun tinqara b'mod ċar anke meta l-fanali jiġu mwaħħla mal-vettura.

4.4.

Eżempju tal-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent hu mogħti f'Appendiċi 3.

4.5.

Fejn numru wieħed ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent jinħareġ, skond il-punt 3.4 hawn fuq, għal tip ta' mezz ta' dawl u mezz ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal ta' l-ipparkjar u fanali oħra, marka waħda ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent tista’ tiġi mwaħħla, li tikkonsisti minn:

4.5.1. rettangolu mdawwar ma’l-ittra “e” segwita bin-numru jew ittri distintivi ta' l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip (ara punt 4.2.1.);

4.5.2. in-numru bażi ta' approvazzjoni (ara punt 4.2.2. l-ewwel nofs-sentenza);

4.5.3. jekk żneċessarju, il-vleġġa meħtieġa, safejn tirrigwarda l-assemblaġġ tal-fanal sħiħ.

4.6.

Din il-marka tista’ tiġi mqegħda kullimkien fuq il-fanali li huma raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati, basta li:

4.6.1. tkun tidher wara li l-fanali jiġu mwaħħla;

4.6.2. l-ebda komponenti li jittrassmettu d-dawl tal-fanali raggruppati,, kombinati jew reċiprokament inkorporati ma jistgħu jitneħħew mingħajr ma fl-istess ħin titneħħa l-marka ta' approvazzjoni.

4.7.

Is-simbolu ta' identifikazzjoni għal kull fanal li tikkorrespondi ma’ kull Direttiva li skond tagħha l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent ġiet mogħtija, flimkien man-numru ta' sekwenza (ara punt 4.2.2, it-tieni nofs-sentenza) u, fejn neċessarju, l-ittra “D” u l-vleġġa meħtieġa għandhom jiġu mmarkati:

4.7.1. jew fuq il-wiċċ xieraq jitfa’ d-dawl;

4.7.2. jew fi grupp, b'tali mod illi kull wieħed mill-fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati jistgħu jiġu identifikati b'mod ċar.

4.8.

Il-dimensjonijiet tal-komponenti ta' din il-marka ma għandhomx ikunu anqas mid-dimensjonijiet minimi speċifikati għal marki individwali mid-diversi Direttiva li skond tagħhom l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent ġiet mogħtija.

5.   MODIFIKI TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

5.1. Fil-każ ta' modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

6.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1. Bħala regola ġenerali, miżuri li jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jiġu meħuda skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.2. Kull fanal ta' l-ipparkjar għandu jikkonforma mal-kondizzjonijiet speċifikati f'din id-Direttiva. Madanakollu, fil-każ ta' fanal ta' l-ipparkjar magħżul saltwarjament minn serje ta' produzzjoni, il-ħtiġiet għall-intensita’ minima tad-dawl mitfugħ (imkejjel b'bozza tal-filament standard kif imsemmi fil-paragrafu 8 ( 5 ) għandhom jiġu limitati f'kull direzzjoni relevanti għal 80 % tal-valuri minimi speċifikati fil-paragrafi 7.1 u 7.2 ( 6 ). Taħt l-istess kondizzjonijiet, il-valuri massimi preskritti jistgħu jiġu ssuperati b'20 %.




Appendiċi I

image

image




Appendiċi 2

image

image




Appendiċi 3

EŻEMPJU TAL-MARKA TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT

image

IL-mezz li għandu l-marka ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent murija hawn fuq huwa fanal ta' l-ipparkjar, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Germanja (e1) skond id-Direttiva (00) taħt in-numru bażi ta' approvazzjoni 1471.




L-ANNESS II

ĦTIĠIET TEKNIĊI

1.

Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stabbiliti fil-paragrafi 2.6 sa 9 u l-Annessi 3 sa 5 tar-Regolament UN-ECE Nru 77 li jikkonsisti f'konsolidazzjoni tad-dokumenti li ġejjin:

 ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu (00) ( 7 ).

 supplimenti 1 u 2 għar-Regolament Nru 77 li jinkludu modifiki ( 8 ).

 suppliment 3 għar-Regolament Nru 77 ( 9 ),

 suppliment 4 għar-Regolament Nru 77 ( 10 ).

minbarra:

1.1.

Fejn hemm referenza għar-Regolament Nru 48, din għandha tiġi mifhuma bħala “Direttiva 76/756/KEE”.

1.2.

Fejn hemm referenza għar-“Regolament Nru 37”, din għandha tiġi mifhuma bħala “L-Anness VII tad-Direttiva 76/761/KEE.”



( 1 ) ĠU C 118, tas-16.5.1977, pġ. 29.

( 2 ) ĠU C 114, tal-11.5.1977, pġ. 4.

( 3 ) ĠU L 42, tat-23.2.1970, pġ. 1

( 4 ) ĠU L 262, tas-27.9.1976, pġ. 1.

( 5 ) Mid-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta' l-Anness II ma’ din id-Direttiva.

( 6 ) Mid-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta' l-Anness II ma’ din id-Direttiva.

(

7



E/ECE/324

Rev. 1/Žid. 76. right accolade

E/ECE/TRANS/505

(

8



E/ECE/324

Rev. 1/Žid. 76/Emenda 1. right accolade

E/ECE/TRANS/505

(

9



E/ECE/324

Rev. 1/Žid. 76/Emenda. 21. right accolade

E/ECE/TRANS/505

( 10 ) TRANS/WP.29/530.

Top