Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01976L0762-20040501

    Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-fanali taċ-ċpar ta' quddiem għall-vetturi bil-mutur (76/762/KEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1976/762/2004-05-01

    1976L0762 — MT — 01.05.2004 — 006.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tas-27 ta’ Lulju 1976

    ►M2  dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-fanali taċ-ċpar ta' quddiem għall-vetturi bil-mutur ◄

    (76/762/KEE)

    (ĠU L 262, 27.9.1976, p.122)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

     M1

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 87/354/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987

      L 192

    43

    11.7.1987

    ►M2

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI Test b'rilevanza għaż-ŻEE 1999/18/KE

      L 97

    82

    12.4.1999


    Emendat bi:

     A1

      L 291

    17

    19.11.1979

     A2

      L 302

    23

    15.11.1985

     A3

      C 241

    21

    29.8.1994

    ►A4

      L 236

    33

    23.9.2003




    ▼B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tas-27 ta’ Lulju 1976

    ►M2  dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-fanali taċ-ċpar ta' quddiem għall-vetturi bil-mutur ◄

    (76/762/KEE)



    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 );

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

    Billi l-ħtiġiet tekniċi li l-vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali huma relatati inter alia mal-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem tagħhom;

    Billi, dawn il-kondizzjonijiet ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor; billi huwa għaldaqstant neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess kondizzjonijiet, flimkien ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex jippermettu li, b’mod partikolari, il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet suġġetta għad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 3 ), tiġi ntrodotta fir-rispett ta’ kull tip ta’ vettura;

    Billi fid-Direttiva 76/756/KEE ( 4 ), il-Kunsill speċifika l-ħtiġiet komuni għall-installazzjoni ta’ mezzi ta’dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom;

    Billi proċedura armonizzata għall-approvazzjoni tat-tip għall-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem tagħmilha possibbli għal kull Stat Membru, li jivverifika l-konformità mal-ħtiġiet komuni tal-kostruzzjoni u ta’ l-ittestjar, u li jinforma lill-Istati Membri l-oħra bis-sejbiet tiegħu billi jibgħat kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent komplet għal kull tip ta’ fanal taċ-ċpar ta’ quddiem; billi t-tqegħid ta’ marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent fuq il-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem kollha ffabbrikati b’konformità mat-tip approvat jneħħi kull bżonn ta’ kontrolli tekniċi ta’ dawn il-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem fl-Istati Membri l-oħra:

    Billi huwa mixtieq li jiġu ikkunsidrati l-ħtiġiet tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Regolament tagħha Nru 19 (“Dispożizzjonijiet komuni li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ fanali taċ-ċpar ta’ vetturi bil-mutur”) ( 5 ), li huwa anness mal-Ftehim tal-20 ta’ Marzu 1958 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ kondizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku ta’ l-approvazzjoni ta’ tagħmir u ta’ partijiet ta’ vetturi bil-mutur;

    Billi, l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali relatati mal-vetturi bil-mutur tirrikjedi r-rikonoxximent reċiproku min-naħa ta’ l-Istati Membri tal-kontrolli li jsiru minn kull wieħed minnhom skond il-ħtiġiet komuni,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



    Artikolu 1

    ▼M2

    1.  Kull Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent għal kwalunkwe tip ta' fanal taċ-ċpar ta' wara li jissodisfa l-ħtiġiet dwar il-kostruzzjoni u l-ittestjar fl-Anessi rilevanti.

    ▼B

    2.  L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa jivverifika li l-mudelli ta’ produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat, safejn dan ikun neċessarju u jekk ikun hemm bżonn f’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri l-oħra. Verifika bħal din għandha tkun limitata għal eżamijiet saltwarji.

    Artikolu 2

    ▼M2

    L-Istati Membri għandhom, għal kul tip ta' fanal taċ-ċpar ta' quddiem li huma japprovaw skond Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur marka ta' approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent konformi mal-mudell muri f'Appendiċi 3 ta' Anness I.

    ▼B

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprevjenu l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn fanali taċ-ċpar ta’ quddiem li jkunu ngħataw l-appovazzjoni tat-tip skond l-Artikolu 1, u mezzi oħrajn.

    Artikolu 3

    1.  L-ebda Stat Membru ma jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ fanali taċ-ċpar ta’ quddiem għal raġunijiet marbuta mal-kostruzzjoni tagħhom jew mal-metodu ta’ kif jaħdmu, jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent.

    2.  Madankollu, Stat Membru jista’ jipprojbixxi it-tqegħid fis-suq ta’ fanali taċ-ċpar ta’ quddiem, li jkollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent, jekk dawn konsistentement ma’ jikkonformawx mat-tip approvat.

    Dak l-Istat għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, u jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

    ▼M2

    Artikolu 4

    L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin, permezz tal-proċeduri speċifikati f'Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, b'kull approvazzjoni li jkunu taw, irrifjutaw jew irtiraw skond din id-Direttiva.

    ▼B

    Artikolu 5

    1.  Jekk l-Istat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent jsib li numru ta’ fanali taċ-ċpar ta’ quddiem li għandhom l-istess marka ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent m’humiex konformi mat-tip li hu jkun approva, dan l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li l-mudelli ta’ produzzjoni jikkonformaw mat-tip approvat. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat għandhom javżaw lil dawk ta’ l-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda, li jistgħu fejn ikun hemm nuqqas konsistenti ta’ konformità, jestendu sa k-irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent. L-awtoritajiet imsemmija għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk ikunu nfurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b’dan in-nuqqas ta’ konformità.

    2.  L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, għandhom jinformaw wieħed lill-ieħor fi żmien xahar b’kull irtirar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u bir-raġunijiet ta’ miżura bħal din.

    Artikolu 6

    Kull deċiżjoni, meħuda skond id-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, li tirrifjuta jew tirtira approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent għal fanali taċ-ċpar ta’ quddiem jew li tipprojbixxi it-tqegħid tagħhom fis-suq jew l-użu tagħhom, għandha tispeċifika fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Deċiżjonijiet bħal dawn, għandhom jiġu nnotifikati lill-parti konċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi mgħarrfa bir-rimedji disponibbli għalih skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u fuq il-limiti ta’ żmien permessi għall-eżerċizzju ta’ dawn ir-rimedji.

    Artikolu 7

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal kwalunkwe vettura għal raġunijiet relatati mal-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u jkunu mmuntati skond il-ħtiġiet stipulati fid-Direttiva 76/756/KEE.

    Artikolu 8

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta jew jipprojbixxi l-bejgħ, ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ kwalunkwe vettura għal raġunijiet relatati mal-fanali taċ-ċpar ta’ quddiem tagħha jekk dawn ikollhom il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE ta’ komponent u jkunu mmuntati skond il-ħtiġiet stipulati fid-Direttiva 76/756/KEE.

    ▼M2

    Artikolu 9

    Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, “vettura” tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba biex tintuża fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha mill-inqas erba' roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25 kilometru fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, ħlief għal vetturi li jimxu fuq il-linji u tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-makkinarju mobbli kollu.

    ▼B

    Artikolu 10

    Kull emenda meħtieġa biex jiġu aġġustati l-ħtiġiet ta’ l-Annessi sabiex jiġi kkunsidrat il-progress tekniku, għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

    Artikolu 11

    1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Lulju 1977 u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni minnufih. Huma għandhom jibdew japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 1977.

    2.  Ladarba din id-Direttiva tiġi notifikata, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-Kummissjoni tkun infurmata bi kwalunkwe abbozz ta’ liġi, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li huma jipproponu li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, fi żmien suffiċjenti biex din tkun tista’ tippreżenta l-kummenti tagħha.

    Artikolu 12

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    ▼M2




    LISTA TA' L-ANNESSI



    ANNESS I:

    Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip

    Appendiċi 1:

    Dokument ta' informazzjoni

    Appendiċi 2:

    Ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip

    Appendiċi 3:

    Mudelli tal-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponenti

    ANNESS II:

    Ħtiġiet tekniċi




    ANNESS I

    DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

    1.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA' KOMPONENT

    1.1.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent skond Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għal tip ta' fanal taċ-ċpar ta' quddiem għandha tiġi sottomessa mill-manifattur.

    1.2.

    Mudell għad-dokument ta' informazzjoni hu mogħti f'Appendiċi 1.

    1.3.

    Dan li ġej għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip:

    1.3.1.

    żewġ kampjuni, mgħammra bil-fanal jew il-fanali rakkomandati;

    1.3.2.

    għat-test tal-materjal tal-plastik li minnhom huma magħmula l-lentijiet:

    1.3.2.1

    tlettax-il lenti;

    1.3.2.1.1. sitta minn dawn il-lentijiet jistgħu jiġu mibdula b'sitt kampjuni ta' materjal mill-inqas 60 mm × 80 mm fid-daqs, li jkollhom wiċċ ċatt jew imżaqqaq ’il barra u area sostanzjalment ċatta (ir-radius tal-kurvatura mhux inqas minn 300 mm) fin-nofs li hi mill-inqas 15 mm × 15 mm);

    1.3.2.1.2. kull lenti ta' din ix-xorta jew kampjun ta' materjal għandha tiġi prodotta bil-metodu li jkun se jintuża fil-produzzjoni tal-massa;

    1.3.2.2.

    riflettur li miegħu jistgħu jiġu mqabbda l-lentijiet skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

    1.3.3.

    Il-karatteristiċi tal-materjali li minnhom huma magħmulin il-lentijiet u l-kisi, jekk ikun hemm, għandu jkollhom magħhom ir-rapport tat-test fuq dawn il-materjali u l-kisi jekk dan ikun sar diġà.

    2.   IL-MARKI

    2.1.

    Il-mezzi sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent għandu jkollhom:

    2.1.1. l-isem kummerċjali jew trade mark tal-manifattur;

    2.1.2. fil-każ ta' fanali b'sorsi tad-dawl sostitwibbli: it-tip(i) ta' bozza bil-filament preskritt;

    2.1.3. fil-każ ta' fanali bis-sorsi tad-dawl li mhumiex sostitwibbli: il-vultaġġ u l-wattage nominali.

    2.2.

    Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux u għandhom ikunu mwaħħla mal-wiċċ li jarmi d-dawl, jew ma wieħed mill-uċuh li jarmu d-dawl, tal-mezzmezz. Għandhom ikunu jidhru minn barra meta l-mezz hu mwaħħal mal-vettura.

    2.3.

    Kull mezz għandu jkollu biżżejjed spazju għall-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent. Dan l-ispazju għandu jintwera fuq id-disinni imsemmija fl-Appendiċi 1.

    3.   L-GĦOTI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA' KOMPONENT

    3.1. Jekk il-ħtiġiet rilevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip KE skond Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

    Nota:

    Xejn f'din id-Direttiva m'għandu jżomm Stat Membru milli jipprojibixxi l-kombinazzjoni ta' headlamp li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik approvat taħt din id-Direttiva u mezz mekkaniku li jnaddaf il-headlamps (bil-wipers).

    3.2. Mudell għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip KE jinsab f'Appendiċi 2.

    3.3. Numru ta' l-approvazzjoni konformi ma’ Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat lil kull tip ta' fanal taċ-ċpar ta' quddiem approvat. L-istess Stat Membru m'għandux jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' fanal taċ-ċpar ta' quddiem.

    3.4. Meta l-approvazzjoni ta' tip KE ta' komponent hi mitluba għal tip ta' mezz ta' dawl jew ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal taċ-ċpar ta' quddiem u fanali oħrajn, numru wieħed ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent jista’ jiġi assenjat basta li l-fanal taċ-ċpar ta' quddiem jikkonforma mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u kull wieħed mill-fanali l-oħrajn li jiffurmaw parti mill-mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li għalihom l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent hi mitluba jikkonforma mad-Direttiva separata li tapplika għalih.

    4.   MARKA TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA' KOMPONENT

    4.1.

    Flimkien mal-marki msemmija fil-punt 2.1., kull fanal taċ-ċpar ta' quddiem li jikkonforma mat-tip approvat skond din id-Direttiva għandu jkollu marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent.

    4.2.

    Din il-marka għandha tikkonsisti f:

    4.2.1.

    rettangolu madwar l-ittra “e” u warajh in-numru jew l-ittri distintivi ta' l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

    1

    għall-Ġermanja

    2

    għal Franza

    3

    għall-Italja,

    4

    għall-Olanda,

    5

    għall-Isvezja

    6

    għall-Belġju

    ▼A4

    7

    għall-Ungerija

    8

    għar-Repubblika Ċeka

    ▼M2

    9

    għal Spanja

    11

    għar-Renju Unit

    12

    għall-Awstrija

    13

    għal-Lussemburgu

    17

    għall-Finlandja

    18

    għad-Danimarka

    ▼A4

    20

    għall-Polonja

    ▼M2

    21

    għall-Portugal

    23

    għall-Greċja

    ▼A4

    26

    għas-Slovenja

    27

    għas-Slovakkja

    29

    għall-Estonja

    32

    għal-Latvja

    36

    għal-Litwanja

    CY

    għal Ċipru

    ▼M2

    IRL

    għall-Irlanda;

    ▼A4

    MT

    għal Malta;

    ▼M2

    4.2.2.

    qrib ir-rettanglu “in-numru bażi ta' l-approvazzjoni” li jinsab fis-sezzjoni 4 tan-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip imsemmi f'Anness VII tad-Direttiva 70/156/KEE, b'żewġ figuri quddiemu li juru n-numru ta' sekwenza mogħti lill-iktar emenda teknika riċenti tad-Direttiva 76/762/KEE fid-data li fiha kienet mogħtija l-approvazzjoni tat-tip KE. F'din id-Direttiva in-numru ta' sekwenza hu 02;

    4.2.3.

    simboli oħra kif ġej:

    4.2.3.1.

    l-ittra “B”;

    4.2.3.2.

    fuq il-fanali taċ-ċpar ta' quddiem li jinkorporaw lenti ta' materjal tal-plastik il-grupp ta' l-ittri “PL” li għandhom jiġu mwaħħla ħdejn is-simbolu preskritt fil-paragrafu hawn fuq

    4.2.3.3.

    fi kwalunkwe każ il-mod rilevanti ta' operazzjoni użat matul il-proċedura tat-test skond il-paragrafu 1.1.1.1. ta' Anness 4 ( 6 ) u l-vultaġġi permessi skond il-paragrafu 1.1.1.2. ta' Anness 4 (6)  għandhom jiġu stipulati fuq iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip imsemmi fil-punt 3.2.

    Fil-każijiet korrispondenti il-mezz għandu jiġi mmarkat kif ġej:

    Fuq unitajiet li jissodisfaw il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva li huma iddisinjati b'mod li l-filament(i) ta' funzjoni waħda ma jkunx mixgħul flimkien ma’ dawk ta' xi funzjoni li magħha tista’ tkun reċiprokament inkorporata, (/) għandha titqiegħed daqqa djagonali wara s-simbolu fil-marka ta' l-approvazzjoni ta' din il-funzjoni.

    Madanakollu, jekk il-fanal taċ-ċpar ta' quddiem u l-fanal passanti biss ma jinxtegħelux flimkien, id-daqqa djagonali għandha titqiegħed wara l-fanal taċ-ċpar, bis-simbolu jitqiegħed jew separatament jew fl-aħħar ta' kombinazzjoni ta' simboli.

    Fuq unitajiet li jissodisfaw l-ħtiġiet ta' Anness 4 (6)  biss meta forniti b'vultaġġ ta' 6 V jew 12-il V, għandu jitqiegħed simbolu li jikkonsisti fin-numru 24 maqtugħ b'salib djagonali (x) ħdejn il-holder tal-fanal bil-filament. L-inkorporazzjoni tal-fanal reċiproku tal-fanal bid-dawl passanti u l-fanal taċ-ċpar ta' quddiem jekk possibbli jekk hu konformi mad-Direttiva 76/756/KEE.

    4.3.

    Il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent għandha tkun imwaħħla mal-lenti tal-fanal jew ma’ waħda mill-lentijiet b'tali mod li ma titħassarx u tkun tista’ tinqara b'mod ċar anke meta l-fanali huma mwaħħla mal-vettura.

    4.4.

    L-Arranġament tal-marka ta' l-approvazzjoni.

    4.4.1.

    Fanali indipendenti:

    Eżempji tal-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent huma mogħtija fil-Figura 1 ta' Appendiċi 3.

    4.4.2.

    Fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati:

    4.4.2.1.

    Meta jinħareġ numru wieħed ta' approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent, skond il-punt 3.4 hawn fuq, għal tip ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal taċ-ċpar ta' quddiem u fanali oħrajn, tista’ tiġi mwaħħala marka waħda ta' approvazzjoni għat-tip KE ta' komponent, u li tikkonsisti f’:

    4.4.2.1.1. rettangolu madwar l-ittra “e” u warajh in-numru jew l-ittri li jiddistingwu l-Istat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip (ara l-punt 4.2.1);

    4.4.2.1.2. in-numru bażi ta' l-approvazzjoni (ara l-punt 4.2.2., l-ewwel nofs sentenza);

    4.4.2.1.3. jekk hemm bżonn, il-vleġġa meħtieġa, sa fejn din għandha x'taqsam mal-muntaġġ sħiħ tal-fanal.

    4.4.2.2.

    Din il-marka tista’ tinstab kullimkien fuq il-fanali li huma raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati, sakemm:

    4.4.2.2.1. tkun tidher wara l-istallazzjoni tal-fanali;

    4.4.2.2.2. ebda komponenti li jittrażmettu d-dawl tal-fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati ma jistgħu jitneħħew mingħajr ma titneħħa fl-istess ħin il-marka ta' l-approvazzjoni.

    4.4.2.3.

    Is-simbolu ta' identifikazzjoni għal kull fanal li jikkorrispondi għal kull Direttiva li konformi magħha kienet inagħtat l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent, flimkien man-numru tas-sekwenza (ara l-punt 4.2.2, it-tieni nofs sentenza) u, fejn meħtieġ, l-ittra “D” u l-vleġġa meħtieġa għandhom ikunu mmarkati:

    4.4.2.3.1. jew fuq il-wiċċ approprjat li jarmi d-dawl;

    4.4.2.3.2. jew fi grupp, b'tali mod li kull wieħed mill-fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati jista’ jiġi identifikat b'mod ċar.

    4.4.2.4.

    Id-dimensjonijiet tal-komponenti ta' din il-marka m’ħandhomx ikunu inqas mid-dimensjonijiet minimi għal marki individwali speċifikati mid-Direttivi varji li konformi magħhom kienet mogħtija l-approvazjoni tat-tip KE ta' komponent.

    4.4.2.5.

    Eżempji ta' marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent għal fanal li hu raggruppat, kombinat jew reċiprokament inkorporat ma’ fanali oħrajn huma mogħtija fl-Appendiċi 3, il-Figura 2.

    4.4.3.

    Fanali reċiprokament inkorporati ma’ fanali oħrajn, li l-lenti tagħhom tista’ wkoll tintuża għal tipi oħrajn ta' headlamps:

    4.4.3.1. id-dispożizzjonijiet imniżżla fil-punt 4.4.2. fuq għandhom japplikaw;

    4.4.3.2. barra minn hekk, meta tintuża l-istess lenti, din jista’ jkollha marki ta' l-approvazzjoni differenti li għandhom x'jaqsmu mat-tipi differenti ta' headlamps jew unitajiet ta' fanali, sakemm il-qafas ewlieni tal-headlamp, anke jekk ma jistax jinfired mil-lenti, jinkludi wkoll l-ispazju deskritt fil-punt 2.3 hawn fuq u jkollu l-marki ta' l-approvazzjoni tal-funzjonijiet attwali;

    4.4.3.3. jekk tipi differenti ta' headlamps jinkludu l-istess qafas ewlieni, ta' l-aħħar jista’ jkollu l-marki ta' l-approvazzjoni differenti.

    4.4.3.4. Eżempji ta' marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent għal fanali nkorporati ma’ headlamp huma mogħtija fil-Figura 3 ta' Appendiċi 3.

    5.   MODIFIKI TAT- TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

    5.1. Fil-każ ta' modifiki fl-approvazzjoni tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id- dispożizzjonijiet ta' Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

    6.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    6.1 Bħala regola ġenerali, għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw il-konformità tal-produzzjoni skond id-dispożizzjonijiet imniżżla f'Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

    6.2. B'mod partikolari, it-testijiet imwettqa skond il-punt 2.3.5. ta' Anness X tad- Direttiva 70/156/KEE huma dawk preskritti fil-punt 3 ta' Anness 5 u f'Anness 6, u l-kriterji li għandhom jintużaw fl-għażla tal-kampjuni għat-testijiet imsemmija fil-punti 2.4.2. u 2.4.3. ta' Anness X huma dawk f’Anness 7 tad-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta' Anness II ma’ din id-Direttiva.

    6.3. Normalment, l-ispezzjonijiet awtoriżżati mill-awtorità ta' l-approvazzjoni għandhom isiru darba kull sentejn.




    Appendiċi 1

    image

    image




    Appendiċi 2

    image

    image




    Appendiċi 3

    EŻEMPJI TAL-MARKA TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE TA' KOMPONENT

    image

    Figura 1a

    image

    Figura 1b

    Il-mezz li jkollu l-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip KE ta' komponent murija hawn fuq huwa fanal taċ-ċpar ta' quddiem, li t-tip tiegħu ġie approvat fil-Ġermanja (e1) skond din id-Direttiva (02) taħt in-numru bażi ta' l-approvazzjoni 147 1.

    Il-Figura 1a turi li l-fanal taċ-ċpar ta' quddiem jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik u li ma jistax jinxtegħel fl-istess ħin ma' xi fanal ieħor li miegħu jista' jkun reċiprokament inkorporat.

    Il-Figura 1b turi li l-fanal taċ-ċpar ta' quddiem jista' jinxtegħel fl-istess ħin ma' xi fanal ieħor li miegħu jista' jkun reċiprokament inkorporat.

    image

    Figura 2

    Immarkar simplifikat ta' fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati meta żewġ fanali jew iktar jiffurmaw parti mill-istess assemblaġġ

    (Il-linji wieqfa u mimduda jiskematiżżaw il-forma tal-mezz ta' sinjalazzjoni bid-dawl. Dawn m'humiex parti mill-marka ta' l-approvazzjoni)

    MUDELL A

    image

    MUDELL B

    image

    MUDELL Ċ

    image

    MUDELL D

    Nota:

    L-erba' eżempji ta' marki ta' l-approvazzjoni, il-mudelli A, B, Ċ u D jirrappreżentaw erba' alternattivi possibbli għall-immarkar ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew iktar jagħmlu parti mill-istess unità fanali raggruppati, kombinati jew reċiprokament inkorporati. Din il-marka ta' approvazzjoni turi li l-mezz kien approvat fil-Ġermanja (e1) taħt in-numru bażi ta' l-approvazzjoni 7120 u jinkludi:

    Headlamp A approvat skond l-Anness II mad-Direttiva 76/758/KEE, sekwenza Nru 02, għall-installazzjoni fuq in-naħa tax-xellug:

    Headlamp (HCR) b'dawl passanti diżinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin u fuq in-naħa tax-xellug u dawl għas-sewqan b'intensità massima bejn 86 250 u 101 250 kandela (kif indikat min-numru 30) approvat skond l-Anness V mad-Direttiva 76/761/KEE, sekwenza Nru 02, u li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik (PL);

    Fanal taċ-ċpar ta' quddiem (B) approvat skond id-Direttiva 76/762/KEE, Nru tas-sekwenza 02, u li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik (PL);

    Fanal fuq quddiem li juri d-direzzjoni tal-kategorija 1a approvat skond id-Direttiva 76/759/KEE, Nru tas-sekwenza 01.

    image

    Figura 3

    Fanal reċiprokament inkorporat jew raggruppat ma' headlamp

    L-eżempju ta' hawn fuq jikkorrispondi għall-marki ta' lenti maħsuba biex tintuża f'tipi differenti ta' headlamps, jiġifieri:

    either: jew headlamp b'dawl passanti diżinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u dawl tas-sewqan b'intensita luminuża massima ta' bejn 86250 u 101250 kandela (kif muri fin-numru 30) approvat fil-Ġermanja (e1) taħt in-numru bażi ta' l-approvazzjoni 7120 skond il-ħtiġiet ta' l-Anness IV mad-Direttiva 76/761/KEE, Nru tas-sekwenza 04, li hu reċiproament inkorporat ma' fanal taċ-ċpar ta' quddiem approvat skond id-Direttiva 76/762/KEE, Nru tas-sekwenza 02,

    jew:

    headlamp b'dawl passanti u dawl tas-sewqan, diżinjat għaż-żewġ sistemti tat-traffiku u approvat fil-Ġermanja (e1) taħt in-numru bażi ta' l-approvazzjoni 7122 skond il-ħtiġiet ta' -Anness II mad-Direttiva 76/761/KEE, Nru tas-sekwenza 01, li hu reċiprokament inkorporat ma' l-istess fanal taċ-ċpar ta' quddiem kif muri hawn fuq,

    jew:

    anke kwalunkwe mill-headlamps imsemmija hawn fuq approvati bħala fanal wieħed.

    Il-qafas ewlieni tal-headlamp għandu jkollu l-uniku numru validu ta' l-approvazzjoni, per eżempju:



    image

    jew:

    image

    jew:

    image

     

    jew:

    image




    ANNESS II

    ĦTIĠIET TEKNIĊI

    1.

    Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk imqiegħda fil-paragrafi 1. u 5. sa 8. u l-Annessi 3 sa 7 tar-Regolament UN-ECE Nru 19 li tikkonsisti fil-konsolidazzjoni tad-dokumenti li ġejjin:

     is-serje ta' emendi 02 li tinkorpora s-Supplimenti 1 sa 4 tas-serje ta' emendi ( 7 ),

     Is-Suppliment 5 sas-serje ta' emendi 02 inklużi l-Korrezzjonijiet tar-Reviżjoni 3 tar-Regolament Nru 19 ( 8 ),

     is-Suppliment 6 mas-serje ta' emendi 02 ( 9 ),

     is-Suppliment 7 mas-serje ta' emendi 02 ( 10 ),

     is-Suppliment 8 mas-serje ta' emendi 02 ( 11 ),

    ħlief li:

    1.1.

    Fejn hemm referenza għar-“Regolament Nru 37”, dan għandu jinftiehem bħala l-“Anness VII mad-Direttiva 76/761/KEE.”

    1.2.

    Fil-paragrafu 5.1., “il-paragrafu 2.2.3. hawn fuq” ifisser “il-punt 1.3.1. ta' Anness I ma” din id-Direttiva.

    1.3.

    F'Anness 5, paragrafu 1.1 u f'Appendiċi 1, it-titolu ta' Skeda A, “il-paragrafu 2.2.4. ta' dan ir-Regolament” ifisser “il-punt 1.3.2. ta' Anness I ma' din id-Direttiva”.

    1.4.

    F'Anness 5, paragrafu 1.2 u f'Appendiċi 1, it-titolu ta' l-Iskeda B, “il-paragrafu 2.2.4. ta' dan ir-Regolament” ifisser “il-punt 1.3.1. ta' Anness I ma' din id-Direttiva”.

    1.5.

    F'Anness 5, il-paragrafu 2.4.2., “il-paragarfu 2.2.4.1.1.” ifisser “il-punt 1.3.2.1.1. ta' Anness I ma' din id-Direttiva”.

    1.6.

    F'Anness 7, paragrafi 2.3 u 3.3., “il-paragrafu 12” ifisser “Artikolu 11 tad-Direttiva 70/156/KEE”

    .1.7.

    F'Anness 6, paragrafu 2.5., “il-paragrafu 11.1. ta' dan ir-Regolament” ifisser “il-punt 2.1. ta' Anness X mad-Direttiva 70/156/KEE”.



    ( 1 ) ĠU C 55, tat-13.5.1974, p. 14.

    ( 2 ) ĠU C 109, tad-19.9.1974, p.24.

    ( 3 ) ĠU L 42, tat-23.2.1970, p.1.

    ( 4 ) ĠU L 262, tat-27.9.1976, p.1.

    ( 5 ) Il-Kummissjoni Ekonomoka għall-Ewropa, Dokument



    E/ECE1324

    right accolade rev. 1, Addendum 18, rev. 1 ta’ 22 August 1974.

    E/ECE/TRANS/505

    ( 6 ) Mid-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta' Anness II ta' din id-Direttiva.

    (

    7



    E/ECE/324

    right accolade Rev. 1/Add. 18/Rev. 3.

    E/ECE/TRANS/505)

    (

    8



    E/ECE/324)

    right accolade Rev. 1/Add. 18/Rev.3./Amend. 1.

    E/ECE/TRANS/505)

    (

    9



    E/ECE/324)

    right accolade Rev. 1/Add. 18/Rev.3./Amend. 2.

    E/ECE/TRANS/505)

    ( 10 ) TRANS/WP. 29/568.

    ( 11 ) TRANS/WP. 29/568.

    Top