Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01976L0756-19970720

    Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (76/756/KEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1976/756/1997-07-20

    1976L0756 — MT — 20.07.1997 — 007.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tas-27 ta’ Lulju 1976

    dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    (76/756/KEE)

    (ĠU L 262, 27.9.1976, p.1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 80/233/KEE tal-21 ta’ Novembru 1979

      L 51

    8

    25.2.1980

     M2

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 82/244/KEE tas-17 ta’ Marzu 1982

      L 109

    31

    22.4.1982

     M3

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 83/276/KEE tas-26 ta’ Mejju 1983

      L 151

    47

    9.6.1983

     M4

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 84/8/KEE ta’ l-14 Diċembru 1983

      L 9

    24

    12.1.1984

     M5

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 89/278/KEE tat-28 Marzu 1989

      L 109

    38

    20.4.1989

    ►M6

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 91/663/KEE tal-10 ta’ Diċembru 1991

      L 366

    17

    31.12.1991

    ►M7

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 97/28/KE Test b’rilevanża għaż-ŻEE tal-11ta’ Ġunju 1997

      L 171

    1

    30.6.1997




    ▼B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tas-27 ta’ Lulju 1976

    dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    (76/756/KEE)



    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

    Billi l-ħtiġiet tekniċi li vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw, inter alia, għall-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl;

    Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa meħtieġ għalhekk li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regolamenti eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 3 ),tiġi introdotta fir-rigward ta’ kull tip ta’ vettura;

    Billi ħtiġiet komuni għall-kostruzzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl għandhom ikunu s-suġġett ta’ aktar Direttivi speċjali;

    Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li għandhom x’jaqsmu mal-vetturi bil-mutur tinvolvi r-rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri tal-verifiki mwettqa minn kull wieħed minnhom abbażi tal-ħtiġiet komuni; billi, jekk is-sistema għandha taħdem sew, dawn il-ħtiġiet għandhom jiġu applikati mill-istess data,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



    ▼M6

    Artikolu 1

    Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kwalunkwe vettura li għaliha tkun tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE.

    Artikolu 2

    1.  B’effett mill-1 ta’ Jannar 1993, l-ebda Stat Membru ma jista’:

     jirrifjuta, fir-rigward ta’ tip ta’ vettura, li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE jew joħroġ id-dokument imsemmi fl-aħħar inċiż ta’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, jew li jagħti approvazzjoni tat-tip nazzjonalitip, jew

     jipprojbixxi d-dħul fis-servizz ta’ vetturi

    għal raġunijiet marbuta mal-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl fuq dan it-tip tip ta’ vettura jew fuq dawn il-vetturi, jekk dawn il-mezzi jkunu stallati f’konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

    2.  B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1993, l-Istati Membri:

     ma għandhomx aktar joħorġu id-dokument msemmi fl-aħħar inċiż ta’ l- l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 70/156/KEE, u

     jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali tip

    fir-rigward ta’ tip ta’ vettura li fuqha l-istallazzjoni ta’ mezzi ta’ dawl u ta’ sinjalazzjoni bid-dawl ma tkunx f’konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

    3.  B’effett mill-1 ta’ Ottubru 1994, l-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-ewwel dħul fis-servizz ta’ vetturi li fuqhom l-istallazzjoni ta’ dawn il-mezzi ma tkunx skond il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    ►M7  Stat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip tal-KE għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura li hu informat b’kull modifika għal xi parti jew karatteristika imsemmija fid-definizzjoni tat-tip ta’ vettura għar-rigward tal-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl. ◄ L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jiddeterminaw jekk għandhomx jitwettqu testijiet oħra fuq it-tip ta’ vettura modifikat u jekk għandux jitfassal rapport ġdid. Meta testijiet bħal dawn jiżvelaw nuqqas ta’ konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-modifikazzjoni ma għandhiex tiġi approvata.

    Artikolu 4

    Kwalunkwe emendi meħtieġa biex ikunu adattat il-kontenut tal-Annessi għal din id-Direttiva biex dawn jieħdu kont tal-progress tekniku għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.

    Artikolu 5

    1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1993 u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

    2.  Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet dawn għandhom jagħmlu riferenza għal din id-Direttiva fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-mod ta’ kif issir din ir-riferenza għandha tkun stabbilita mill-Istati Membri.

    3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-termini tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kontrollat b’din id-Direttiva jkunu komunikati lill-Kummissjoni.

    ▼B

    Artikolu ►M1  6 ◄

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    ▼M7




    LISTA TA’ L-ANNESSI



    L-ANNESS I:

    Disposizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip

    Appendiċi 1: Dokument ta’ informazzjoni

    Appendiċi 2: Ċertifikazzjoni ta’ approvazzjoni tat-tip

    L-ANNESS II:

    Ħtiġiet tekniċi




    L-ANNESS I

    DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

    1.   APPLIKAZZJONI GĦAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ TIP TA’ VETTURA

    1.1.

    L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward għal-istallazzjoni tad-dawl u tal-mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl tiegħu għandha tiġi sottomessa mill-manifattur,

    1.2.

    Mudell għad-dokument ta’ informazzjoni jingħata f’Appendiċi 1.

    1.3.

    Dan li ġej għandu jiġi sottomess lis-serviżż tekniku responsabbli mit-twettieq tat-testijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

    1.3.1.

    Vettura rappreżentattiva tat-tip li se jkun approvat.

    2.   L-GĦOTI TA’ APPLIKAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA’ TIP TA’ VETTURA

    2.1.

    Jekk ikun hemm konformità mal-ħtiġiet rilevanti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE għandha tingħata.

    2.2.

    Mudell għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KE jingħata f’Appendiċi 2.

    2.3.

    Numru ta’ approvazzjoni skond l-Anness VII għad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun assenjat għal kull tip ta’ vettura approvata. L-istess Stat Membru ma għandux jagħti l-istess numru għal-tip ieħor ta’ vettura.

    3.   MODIFIKI TAT-TIP U L-EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONI

    3.1.

    Fil-każ tal-modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

    4.   KONFORMITA’ TAL-PRODUZZJONI

    4.1.

    Bħala regola ġenerali, miżuri biex jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu skond id-disposizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

    4.2.

    Ħtiġiet speċifiċi rigward it-testijiet li għandhom jitwettqu huma stipulati fl-Anness 9 tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 1 ta’ l-Anness II ta’ din id-Direttiva.




    Appendċi 1

    image

    image

    image




    Appendiċi 2

    image

    image




    Addendum

    image




    L-ANNESS II

    ĦTIĠIET TEKNIĊI

    1.

    Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stipulati fil-paragrafi 2, 2.2 sa 2.25.2, 5 u 6 u l-Annessi 3 sa 9 tar-Regolament UN-ECE Nru 48 li jikkonsisti f’konsolidament tad-dokumenti li ġejjin:

     is-serje 01 ta’ emendi inklużi korrezzjonijiet ( 4 ),

     Corrigendum 2 għas-serje 01 ta’ emendi ( 5 ),

     is-Suppliment 1 għas-serje 01 ta’ emendi nklużi korrezzjonijiet għas-serje 01 ta’ emendi u Corrigendum 1 għar-Reviżjoni 1 tar-Regolament Nru 48 ( 6 ),

     Corrigendum 4 għas-serje 01 ta’ emendi ( 7 ),

    minbarra li:

    1.1.

    l-paragrafu 2.4 għandu jkun mifhum kif ġej:

    “Vettura mhux mogħbbija” tfisser vettura f’kundizzjoni ta’ sewqan, kif definit fil-punt 2.6 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness 1 għal din id-Direttiva, imma mingħajr sewwieq.

    1.2.

    Ir-riferenza tan-nota ta’ qiegħ il-paġna(2) fil-paragrafu 2.7.24 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna ta’ dan huma mħassra.

    1.3.

    Il-frasi “il-formula ta’ komunikazzjoni (punt 10.1 ta’ l-Anness 1)” imsemmija fil-paragrafu 5.19.1 għandha tkun mifhuma bħala “ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip (punt 5.1 tal-Addendum għall-Appendiċi 2 ta’ l-Anness I ta’ din id-Direttiva)”.

    1.4.

    Fin-nota ta qiegħ il-paġna (4) għall-paragrafu 6.2.9, introdott bid-dokument ta’ riferenza (3), “Partijiet Kontraenti għar-regolamenti rispettivi” għandu jkun mifhum bħala “Stati Membri”.

    1.5.

    Fil-paragrafi 6.14.2, 6.15.2, 6.16.2 u 6.17.2, “ir-Regolament Nru 3” għandu jkun mifhum bħala “Direttiva 76/757/KEE”.

    1.6.

    Ir-riferenza tan-nota ta’ qiegħ il-paġna (5) fil-paragrafu 6.19 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna ta’ dan huma mħassra.

    1.7.

    In-nota ta’ qiegħ il-paġna (1) fl-Anness 5 għandha tiġi mifhuma kif ġej:

    “Għad-definizzjonijiet tal-kategoriji, ara l-Anness II A għad-Direttiva 70/156/KEE”

    .

    2.

    Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 8, partikolarment (2a), (2ċ) u (3) tad-Direttiva 70/156/KEE, tal-ħtiġiet ta’ dan l-Anness u għal xi ħtieġa f’xi Direttiva separata, l-istallazzjoni ta’ xi dawl jew mezzi ta’ sinjalazzjoni bid-dawl minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 2.7.1 sa 2.7.24 tad-dokumenti imsemmija fil-punt 1 hawn fuq hija projbita.



    ( 1 ) ĠU Ċ 55, 13.5.1974, p.14.

    ( 2 ) ĠU Ċ 109, 19.9.1974, p. 22.

    ( 3 ) ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

    (

    4



    E/ECE/324

    right accolade Rev. 1/Add. 47/Rev. 1.

    E/ECE/TRANS/505

    (

    5



    E/ECE/324

    right accolade Rev. 1/Add. 47/Rev. 1./Corr. 1.

    E/ECE/TRANS/505

    (

    6



    E/ECE/324

    right accolade Rev. 1/Add. 47/Rev. 1./Amend. 1.

    E/ECE/TRANS/505

    (

    7



    E/ECE/324

    right accolade Rev. 1/Add. 47/Rev. 1./Corr. 2.

    E/ECE/TRANS/505

    Top