Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01974L0483-20070404

    Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Settembru 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur. (74/483/KEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1974/483/2007-04-04

    1974L0483 — MT — 04.04.2007 — 007.001


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tas-17 ta’ Settembru 1974

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur.

    (74/483/KEE)

    (ĠU L 266, 2.10.1974, p.4)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 79/488/KEE tat-18 ta’April 1979

      L 128

    1

    26.5.1979

    ►M2

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 87/354/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987

      L 192

    43

    11.7.1987

    ►M3

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/96/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

      L 363

    81

    20.12.2006

    ►M4

    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/15/KE Test b'rilevanza għaż-ŻEE ta’ l-14 ta’ Marzu 2007

      L 75

    21

    15.3.2007


    Emendat bi:

    ►A1

      L 302

    23

    15.11.1985

    ►A2

      C 241

    21

    29.8.1994

    ►A3

      L 236

    33

    23.9.2003




    ▼B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tas-17 ta’ Settembru 1974

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-isporġenzi esterni tal-vetturi bil-mutur.

    (74/483/KEE)



    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu;

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 );

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

    Billi l-ħtiġiet tekniċi li għandhom jissodisfaw il-vetturi bil-mutur skond il-liġijiet nazzjonali jirrelataw, inter alia, ma’ l-isporġenzi esterni;

    Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi għalhekk huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess kondizzjonijiet jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom sabiex, partikolarment, jippermettu li l-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 70/156/KEE ( 2 ) tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom tiġi applikata għal kull tip ta’ vettura;

    Billi huwa mixtieq li jkunu adottati ċertu ħtiġiet tekniċi adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU fir-Regolament tagħha Nru 26 (“Dispożizzjonijiet uniformi li jirrigwardaw l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-isporġenzi esterni tagħhom”) ( 3 ), anness mal-Ftehim ta’ l-20 ta’ Marzu 1958 dwar l-adozzjoni tal-kondizzjonijiet uniformi u r-rikonoxximent reċiproku ta’ l-approvazzjoni għat-tagħmir u l-partijiet tal-vetturi bil-mutur;

    Billi dawn il-ħtiġiet jgħoddu għall-vetturi bil-mutur tal-kategorija M1 (il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-vetturi bil-mutur tingħata fid-Direttiva Nru 70/156/KEE);

    Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali rigward il-vetturi bil-mutur tinvolvi rikonoxximent reċiproku mill-Istati Membri ta’ l-ispezzjoni li ssir minn kull wieħed minnhom abbażi ta’ ħtiġiet komuni; billi, it-tali sistema għandha, jekk se tiffunzjona tajjeb, tiġi applikata mill-Istati Membri kollha b’effett mill-istess data,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



    Artikolu 1

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, “vettura” tfisser kull vettura tal-klassi M1 (definita fl-Anness I tad-Direttiva Nru 70/156/KEE) iddisinjata għall-użu fit-triq, li għandha mill-inqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25km/siegħa.

    ▼M1

    Artikolu 2

    Ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ sporġenzi esterni, jirrifjuta li jagħti approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal vettura bil-mutur, jew għal xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar jew għal aerials tar-radju riċeventi jew trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati, jekk:

     il-vettura hija konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi I u II rigward sporġenzi esterni,

     l-ixtillieri tal-bagalji, l-ixtillieri ta’ l-iskijjar jew l-aerials tar-radju riċeventi u trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9A tad-Direttiva 70/156/KEE huma konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness I.

    Artikolu 3

    1.  Ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ sporġenzi esterni, jirrifjuta li jirreġistra jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ kwalunkwe vettura basta li l-sporġenzi esterni jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi I u II.

    2.  Ebda Stat Membru ma jista’, għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ sporġenzi esterni, jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ kwalunkwe xtilliera tal-bagalji, xtilliera ta’ l-iskijjar jew aerial tar-radju riċeventi jew trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9A tad-Direttiva 70/156/KEE jekk hija konformi ma’ tip li ngħata approvazzjoni tat-tip skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2.

    Artikolu 4

    Stat Membru li jkun ta approvazzjoni tat-tip għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li huwa infurmat dwar kwalunkwe modifika għal parti jew karatteristika msemmija fil-puntpunt 2.2 ta’ l-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jiddeterminaw jekk għandhomx isiru testijiet ġodda fuq it-tip modifikat u jsir rapport ġdid. Fejn tali tests jirrivelaw li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva ma jkunux ġew sodisfatti, il-modifika m’għandhiex tkun awtorizzata.

    ▼B

    Artikolu 5

    Il-modifiki li huma meħtieġa biex jaddattaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi I, II u III biex jieħdu kont tal-progress tekniku għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 13 tad-Direttiva Nru 70/156/KEE.

    Artikolu 6

    1.  Sa l-1 ta’ Ġunju 1975, l-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

    Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 t’Ottubru 1975.

    2.  Hekk kif id-Direttiva tkun ġiet innotifikata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull abbozz ta’ liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva li għandhom l-intenzjoni li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni fi żmien suffiċjenti biex il-Kummissjoni tissottometti l-kummenti tagħha dwaru.

    Artikolu 7

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




    ANNESS I

    DEFINIZZJONIJIET ĠENERALI, APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI, SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI, KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    1.   ĠENERALI

    ▼M1

    1.1.

    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness ma japplikawx għal mirja esterni li minnhom tista’ tara wara jew għall-boċċa tal-mezzomezz ta’ l-irmunkar.

    ▼B

    1.2.

    L-għan ta’ dawn id-dispożizzjonijiet huwa li jitnaqqas ir-riskju jew il-gravità tal-feriment ta’ persuna li tintlaqat mill-karozzerija jew li tmiss magħha f’każ ta’ ħabta. ►M1  Dan jgħodd kemm meta l-vettura tkun wieqfa kif ukoll meta tkun miexja. ◄

    2.   DEFINIZZJONIJIET

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

    2.1.

    “approvazzjoni tat-tip ta’ vettura” tfisser l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura rigward l-isporġenzi esterni tagħha;

    2.2.

    “tip ta’ vettura rigward l-isporġenzi esterni tagħha” tfisser kategorija ta’ vetturi bil-mutur li mhumiex differenti f’aspetti essenzjali bħal għamla jew materjali ta’ l-uċuħ esterni;

    ▼M1

    2.3.

    “wiċċ estern” tfisser l-estern tal-vettura inklużi l-bonnet, il-bieba tal-kompartiment tal-bagalji, il-bibien, il-ġnub, is-saqaf, il-mezzi ta’ dawl uta’ sinjalazzjoni bid-dawlmezz u l-komponenti t’infurzar viżibbli;

    2.4.

    “linja ta’ l-art” tfisser il-linja li tkun iddeterminata kif ġej:

    suċċessivament ippostja madwar vettura mgħobbija kon b’assi vertikali l-ogħli ta’ liema mhux iddefinit, u b’nofs angolu ta’ 30° b’tali mod li dan jagħmel kuntatt, kostantament u fl-iktar baxx possibbli, mas-superfiċi estern tal-vettura. Il-linja ta’ l-art hija l-marka ġeometrika ta’ dawn il-punti ta’ kuntatt. Fid-determinazzjoni tal-linja ta’ l-art ma għandhomx jittieħdu in konsiderazzjoni l-punti tal-jacking, il-pajpijiet ta’ l-exhaust jew ir-roti. L-ispazju ta’ l-arkati tar-roti jitqiesu li huma mimlija b’superfiċi immaġinarja li tifforma kontinwazzjoni lixxa tas-superfiċi esterna li jiċċirkondaha. Fiż-żewġt itruf tal-vettura l-bumper jittieħed in konsiderazzjoni meta tkun qiegħda tiġi stabbilita l-linja ta’ l-art. Skond il-vettura partikulari l-marka tal-linja ta’ l-art tista’ ssib ruħha fl-estremità tas-sezzjoni tal-bumper jew mal-panel tal-karozzerija taħt il-bumper. Fejn tnejn jew iktar punti tal-kuntatt iseħħu simultanjament, l-iktar punt baxx tal-kuntatt jintuża biex tkun stabbilita l-linja ta’ l-art;

    2.5.

    “raġġ tal-kurvatura” tfisser ir-raġġ ta’ l-ark ta’ ċirku li jiġi l-eqreb lejn il-forma tonda tal-komponent li qed jiġi kkunsidrat;

    ▼M1

    2.6.

    “vettura mgħobbija” tfisser il-vettura mgħobbija sal-massimu tal-massa teknika permessa. Vetturi armati b’sospensjoni idropnewmatika, idrawlika jew pnewmatika jew mezzmezz għal illivellar awtomatiku skond it-tagħbija għandhom ikunu ttestjati fl-iktar kondizzjoni avversa ta’ tħaddim normali tal-vettura speċifikati mill-manifattur;

    2.7.

    “it-tarf ta’ barra nett” tal-vettura jfisser, in relazzjoni mal-ġnub tal-vettura l-pjan parallel għall-pjan lonġitudinali medjan tal-vettura li jaħbat mat-tarf laterali estern tagħha, u, in relazzjoni mat-truf ta’ quddiem u wara, il-pjan transversali perpendikulari tal-vettura li jaħbat mat-truf ta’ quddiem u wara esterni, mingħajr ma tittieħed konsiderazzjoni tal-proġettazzjoni:

    2.7.1.

    ta’ tyres ħdejn il-punt ta’ kuntatt ma’ l-art, u ta’ konnessjonijiet għal gauges tal-pressa tat-tyres;

    2.7.2.

    ta’ kwalunkwe mezz kontra l-iskidjar li jista’ jkun immuntat fuq ir-roti;

    2.7.3.

    tal-mirja li minnhom tista’ tara fuq wara;

    2.7.4.

    il-fanali ta’ l-indikatur tad-direzzjoni tal-ġnub, il-fanali li jimmarkaw il-profil tat-tarf, il-fanali tal-pożizzjoni(tal-ġnub) ta’ wara u ta’ quddiem u tal-fanali ta’ l-ipparkjar;

    2.7.5.

    f’relazzjoni mat-truf ta’ quddiem u ta’ wara, il-partijiet immuntati fuq il-bumpers, ta’ mezzi ta’ l-irmunkar u tal-pajpijiet ta’ l-exhaust;

    2.8.

    “id-dimensjoni ta” l-isporġenza’ ta’ komponent immuntat fuq panel tfisser id-dimensjoni stabbilita bil-metodu deskritt fl-Anness II, punt 2;

    2.9.

    “il-linja nominali ta”panel’ tfisser il-linja li tgħaddi minn żewġ punti rappreżentati mill-pożizzjoni taċ-ċentru ta’ sfera meta l-wiċċ tagħha tagħmel l-ewwel u l-aħħar kuntatt tagħha ma’ komponent waqt il-proċedura tal-kejl deskritta fl-Anness II, punt 2.2.

    ▼M1

    3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

    3.1.   APPLIKAZZJONI GĦAL APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE GĦAL TIP TA’ VETTURA FIR-RIGWARD TA’ L-ISPORĠENZI ESTERNI TAGĦHA

    3.1.1.

    L-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-isporġenzi esterni tagħha għandha tkun sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

    3.1.2.

    Din għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt:

    3.1.2.1.

    ritratti tal-partijiet ta’ quddiem, ta’ wara u tal-ġnub tal-vettura meħuda minn angolu ta’ 30° sa 45° għall-pjan medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura;

    3.1.2.2.

    disinni tal-bumpers;

    3.1.2.3.

    fejn xieraq, disinni ta’ sporġenzi esterni speċifiċi u, jekk meħtieġ, ta’ ċerti sezzjonijiet tal-wiċċ estern imsemmi fil-punt 6.9.1.

    3.1.3.

    Vettura rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tkun approvata għandha tkun sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip. Fuq talba tas-servizz tekniku, il-komponenti speċifiċi jew kampjuni tal-materjali użati għandhom ikunu sottomessi bl-istess mod.

    3.2.   Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE rigward xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar jewaerialstar-radju riċeventi u trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati

    3.2.1.

    Applikazzjonijiet għal approvazzjoni tat-tip tal-KEE rigward xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar jew aerials tar-radju riċeventi u trasmittenti kkunsidrati bħala unitajiet tekniċi separati skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 9A tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom ikunu sottomessi mill-manifattur tal-vettura jew mill-manifattur ta’ unitajiet tekniċi separati msemmija qabel, jew mir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom.

    3.2.2.

    Għal kull tip ta’ kwalunkwe wieħed mill-imezzi li hemm riferenza għalihom fil-punt 3.2.1 hawn fuq, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dan li ġej:

    3.2.2.1.

    Kopji tripliċi ta’ dokumenti li jispeċifikaw il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-unità teknika separata u l-istruzzjonijiet ta’ l-assemblaġġ li se jkun mogħti ma’ kull unità teknika separata mibjugħa;

    3.2.2.2.

    Kampjun tat-tip ta’unità teknika separata. Jekk l-awtorità responsabbli tikkonsidra meħtieġ, tista’ titlob kampjun ieħor. Il-kampjuni għandhom ikunu iskritti bil-marka speċifikata fl-Artikolu 9A (3) tad-Direttiva 70/156/KEE b’mod ċar u indelibbli. Sa fejn huma kkonċernati l-ixtillieri tal-bagalji u l-ixtillieri ta’ l-iskijjar, għandu jsir provvediment għall-wiri obbligatorju sussegwenti tan-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE. In-numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandu jkun preċedut mill-ittra(i) tar-reġistrazzjoni internazzjonali tal-pajjiż li jagħti tali approvazzjoni ►A1   ( 4 ) ◄ .

    ▼B

    4.   APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

    (4.1.)

    (4.2.)

    (4.3.)

    (4.4.)

    (4.4.1.)

    (4.4.2.)

    (4.5.)

    4.6.

    Formula li tikkonforma mal-mudell ta’ l-Anness III għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

    ▼M1

    4.6.1.

    Meta l-approvazzjoni tingħata għal applikazzjoni taħt punt 3.1, formula konformi mal-mudell fl-Anness III għandha tkun mehmuża maċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

    4.6.2.

    Meta tingħata l-approvazzjoni għal applikazzjoni taħt punt 3.2, għandha tinħareġ formula konformi mal-mudell fl-Anness IV.

    4.6.3.

    Fejn issir riferenza f’applikazzjoni taħt il-punt 3.1 għal formula tat-tip illustrat fl-Anness IV, il-kamp ta’ applikazzjoni tat-test tal-vettura għandu jkun ridott kif imiss fir-rigward ta’ l-isporġenzi esterni. F’tali każijiet, iċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip għall-vettura għandu jkun akkumpanjat minn kopja taċ-ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip għall-unità teknika separata.

    ▼B

    5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

    5.1.

    Id-disposizjonijiet ta’ dan l-Anness ma għandhomx japplikaw għal dawk il-partijiet tal-wiċċ ta’ barra li, bil-vettura f’kondizzjoni mgħobbija, bil-bibien, twieqi u għotjien ta’ aċċess kollha eċċ, fil-pożizzjoni magħluqa, huma jew:

    5.1.1.

    f’għoli ta’ mhux iktar minn 2m, jew

    5.1.2.

    taħt il-linja tal-paviment; jew

    ▼M1

    5.1.3.

    hekk lokati li, fil-kondizzjoni statika tagħhom kif ukoll meta jkunu jaħdmu, ma jkunux jistgħu jkunu kkuntattati minn sfera ta’ dijametru ta’ 100 mm.

    ▼B

    5.2.

    Il-wiċċ ta’ barra tal-vettura ma jurux, direttament il-barra, xi partijiet bil-ponta jew li jaqtgħu jew xi sporġenzi ta’ kull għamla, daqs, direzzjoni jew iebsa li jistgħu jżidu r-riskju jew serjetà ta’ korriment lill-ġisem ta’ persuna li tintlaqat mill-wiċċ estern jew li tħokk magħha f’każ ta’ ħabta.

    5.3.

    Il-wiċċ ta’ barra tal-vetturi bil-mutur ma għandhomx juru, direttament il-barra, xi partijiet li jistgħu jolqtu nies mixjin, nies fuq ir-roti jew nies fuq il-muturi.

    ▼M1

    5.4.

    Ebda parti sporġenti mis-superfiċi esterna m’għandha jkollha raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 2,5 mm. Din il-ħtieġa ma tapplikax għal partijiet tas-superfiċi esterna li joħorġu ’l barra inqas minn 5 mm, imma l-angolu li jħarsu ’l barra ta’ tali partijiet għandhom ikunu mxellfa, barra fejn tali partijiet joħorġu ’l barra inqas minn 1,5 mm.

    ▼B

    5.5.

    Il-partijiet li joħorġu ’l barra mill-wiċċ ta’ barra, magħmula minn materjal ta’ ebusija li ma taqbiżx is-60 shore A, jistgħu jkollhom raġġ ta’ kurvatura inqas minn 2.5mm. ►M1  Il-kejl ta’ għebusija għandu jittieħed bil-komponent kif installat fuq il-vettura. Fejn huwa impossibbli li jitwettaq kejl ta’ l-għebusija bil-proċedura Shore A, kejl komparabbli għandu jintuża għall-valutazzjoni. ◄

    ▼M1

    5.6.

    Id-dispożizzjonijiet tal-punti t’hawn fuq 5.1 sa 5.5 għandhom japplikaw flimkien ma’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-punt 6 segwenti, għajr fejn dawn l-ispeċifikazzjonijiet partikulari espressament jipprovdu mod ieħor.

    ▼B

    6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

    6.1.   Ornamenti

    6.1.1.

    Ornamenti miżjuda li joħorġu ’l barra aktar minn 10mm mis-sostenn tagħhom għandhom jinġibdu lura, jinqalgħu jew jintlewew taħt forza ta’ 10daN li ssir fil-punt l-iktar saljenti tagħhom f’kull direzzjoni fi pjan li bejn wieħed u ieħor huwa paralleli mal-wiċċ fuq liema huma armati. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw għall-ornamenti fuq gradilji ta’ radjaturi, li għalihom jgħoddu biss il-ħtiġiet ġenerali tal-punt 5. ►M1  Biex tapplika l-forza 10 daN, għandha tintuża virga bit-tarf ċatt ta’ dijametru ta’ mhux iktar minn 50 mm. Fejn dan mhux possibbli, jintuża metodu ekwivalenti. Wara li l-ornamenti jkunu ritrakkati, distakkati jew mimlija, l-isporġenzi li jifdal ma għandhomx jipproġettaw iktar minn 10 mm. Dawn l-isporġenzi fi kwalunkwe każ ikunu jissodisfaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 5.2. Jekk l-ornament ikun immuntat fuq bażi, din il-bażi tkun meqjusa bħala li tippartjeni lill-ornament u mhux lill-wiċċ sapportanti. ◄

    6.1.2.

    Strippi ta’ protezzjoni u lqugħ fuq il-wiċċ ta’ barra ma għandhomx ikunu suġġetti għall-ħtiġiet tal-punt 6.1.1. hawn fuq imsemmi. Iżda, dawn g ikunu mwaħħla sew mal-vettura.

    ▼M1 —————

    ▼B

    6.2.   Headlights

    6.2.1.

    Viżjeri u rimmijiet li jisporġu ’l barra huma permessi fuq il-fanali ta’ quddiem, sakemm l-isporġenza tagħhom, kif titkejjel f’relazzjoni mall-wiċċ ta’ barra trasparenti tal-fanal ta’ quddiem ma taqbiżx it-30mm u r-raġġ tal-kurvatura tagħhom hija mill-inqas 2.5mm mad-dawra kollha. ►M1  Fil-każ ta’ dawl ta’ quddiem immuntat wara superfiċi trasparenti addizzjonali, l-isporġenza tkun imkejla mill-iktar parti ’l barra tas-superfiċi trasparenti. L-isporġenzi ikunu determinati skond il-metodu deskritt fil-punt 3 ta’ l-Anness II. ◄

    6.2.2.

    Dwal li jersqu lura għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tal-punt 6.2.1 hawn fuq imsemmi kemm fil-pożizzjoni operattiva u kemm meta mressqa ’l ġewwa.

    ▼M1

    6.2.3.

    Id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.2.1 t’hawn fuq ma japplikawx għall-headlights li huma mgħaddsa fil-karozzerija jew li jesporġu mill-karrozzerija, jekk ta’ l-aħħar huwa konformi mal-kondizzjonijiet tal-punt 6.9.1.

    ▼B

    6.3.   Gradilji u spazji

    ▼M1

    6.3.1.

    Il-kondizzjonijiet tal-punt 5.4 m’għandhomx japplikaw għal spazji bejn elementi fissi u li jiċċaqilqu, inklużi dawk li jiffurmaw parti minn gradi għad-dħul u l-ħruġ ta’ l-arja u gradi tar-radjatur, basta li d-distanza bejn elementi konsekuttivi ma teċċedix l-40 mm u basta li l-gradi u l-ispazji jkollhom skop funzjonarju. Għal spazji ta’ bejn 40 mm u 25 mm ir-radji tal-kurvatura jkunu 1 mm jew iktar. Madankollu, jekk id-distanza bejn żewġ elementi konsekuttivi hija ugwali għal jew inqas minn 25 mm, ir-radji tal-kurvatura ta’ l-uċuħ esterni ta’ l-elementi m’għandhomx ikunu inqas minn 0,5 mm. Id-distanza bejn żewġ elementi konsekuttivi tal-gradi u l-ispazji tkun iddeterminata skond il-metodu deskritt fil-punt 4 ta’ l-Anness II.

    ▼B

    6.3.2.

    Fejn jingħaqdu l-uċuħ ta’ quddiem u tal-ġenb ta’ kull element li jiffurmaw gradilja jew spazju għandhom ikunu ma jaqtgħux.

    6.4.    Wiperstal-windscreen

    ▼M1

    6.4.1.

    Il-muntaġġi tal-wiper tal-windscreen għandhom ikunu tali li x-xaft tal-wiper ikun fornut b’qafas protettiv li jkollu raġġ ta’ kurvatura li jissodisfa l-kondizzjonijiet tal-punt 5.4 t’hawn fuq u arja ta’ superfiċi tat-tarf ta’ mhux inqas minn 150 mm2. Fil-każ ta’ koperturi ttundjati, dawn għandu jkollhom arja li tisporġi minima ta’ 150 mm2 meta mkejla mhux inqas minn 6,5 mm mill-ibgħad punt ta’ l-isporġenza. Dawn il-ħtiġiet għandhom ikunu wkoll sodisfatti mill-wipers tat-tieqa ta’ wara u l-wipers tal-headlights.

    6.4.2.

    Ilpunt 5.4 ma japplikax għall-blades tal-wipers jew għal xi membri ta’ appoġġ. Madankollu, dawn l-unitajiet għandhom iunu magħmulin tali li ma jkollhom ebda anglu jaqta’ jew ippuntat jew partijiet li jaqtgħu.

    ▼B

    6.5.   Bumpers

    ▼M1

    6.5.1.

    It-truf tal-bumpers għandhom ikunu mdawra ’l gewwa lejn is-superfiċi esterna sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ gganċjar. Din il-ħtieġa hija meqjusa li tkun issodisfatta jekk jew il-bumper huwa mdaħħal ’il ġewwa jew integrat fil-karrozzerija jew it-tarf tal-bumper huwa mdawwar ’il ġewwa tant li mhux kuntattabbli minn sfera ta’ 100 mm u l-ispazju bejn tarf il-bumper u l-karrozzerija li jdawru ma jeċċedix l-20 mm.

    ▼M4

    6.5.2.

    Jekk il-linja tal-bamper, ta' quddiem jew ta' wara, li tikkorrispondi għall-profil estern tal-vettura, minn projezzjoni vertikali, tkun fuq wiċċ riġidu, ir-radjus tal-kurvatura ta' dak il-wiċċ għandu jkun ta' 5mm għall-punti kollha li jinsabu bejn il-linja tal-profil u l-linji, fuq u taħt il-linja tal-profil, li huma t-traċċi ta' punti 20mm 'il ġewwa, u mkejla normali mal-linja tal-profil fi kwalunkwe punt. Ir-radjus minimu tal-kurvatura tal-wiċċ ta' 2,5mm għandu japplika għall-partijiet l-oħra kollha tal-bampers.

    Din id-dispożizzjoni tapplika għal dik il-parti tal-bamper li tinsab bejn il-punti tanġenzjali ta' kuntatt tal-linja tal-profil ma' żewġ pjani vertikali li t-tnejn jinsabu f'angolu ta' 15-il grad mal-wiċċ lonġitudinali vertikali ta' simetrija tal-vettura (ara l-Figura 1).

    20 mmIl-pjan lonġitudinali vertikali tal-vettura20 mmIż-żona griża hija ż-żona tal-Bamper fejn ir-rekwiżit tar-Radjus huwa minimu ta’ 5mm.20 mmIl-pjan vertikali

    Figura 1.

    ▼M1

    6.5.3.

    Il-ħtieġa tal-punt 6.5.2 ma għandhiex tapplika għal partijiet fuq jew tal-bumper jew ta’ l-insets tal-bumper li għandhom sporġenza ta’inqas minn 5 mm, b’riferenza speċjali għall-joint covers u l-ġettijiet ta’ l-ilma tal-ħasil tal-headlight; imma l-angoli ta’ tali partijiet li jiffaċċjaw ’il barra għandhom ikunu spuntati, barra fejn tali partijiet joħorġu inqas minn 1,5 mm.

    ▼M1

    6.6.   Manilji, ċappetti u push buttonstal-bibien, kompartimenti tal-bagalji ubonnets, għotjien tal-filler tat-tank tal-karburant u għotjien

    6.6.1.

    L-isporġenza m’għandhiex teċċedi l-40 mm fil-każ ta’ manilji ta’ bieb jew ta’ kompartiment tal-bagalji u 30 mm fil-każijiet l-oħra kollha.

    6.6.2.

    Jekk il-manilji tal-bibien laterali jduru biex jaħdmu, huma għandhom jissodisfaw waħda jew oħra minn dawn il-ħtiġiet li ġejjin:

    6.6.2.1.

    Fil-każ ta’ manilji li jduru parallelament mal-pjan tal-bieba t-tarf miftuħ tal-manilji għandu jkun dirett lejn in-naħa ta’ wara. It-tarf ta’ tali maniljij għandu jkun imdawwar lura lejn il-pjan tal-bieba u ffittjat f’surround protettiv jew inkella jkun imdaħħal ’il ġewwa.

    6.6.2.2.

    Il-manilji li jduru ’l barra fi kwalunkwe direzzjoni li mhix parallela mal-pjan tal-bieba għandhom, meta jkunu fil-pożizzjoni magħluqa, ikunu mdawrin b’madwar protettiv jew inkella mdaħħlin ’il ġewwa. It-tarf miftuħ ikun iħares jew lejn in-naħa ta’ wara jew ’l isfel.

    Minkejja dan, manilji li ma jkunux konformi ma’ din l-aħħar kondizzjoni jistgħu jkunu aċċettati kemm-il darba:

     ikollhom mekkaniżmu ta’ ritorn indipendenti,

     jekk il-mekkaniżmu tar-ritorn ma jaħdimx, ma jistgħux jipproġettaw iktar minn 15-il mm,

     jikkonformaw, f’tali pożizzjoni miftuħa, mad-dispożizzjonijiet tal-punt 5.4, u

     l-arja tas-superfiċi tat-tarf tagħhom, meta mkejla mhux iktar minn 6,5 mm mill-punt l-iktar sporġenti, hija inqas minn 150 mm2.

    6.7.   Roti, skorfini tar-roti,hub capsudiscs tar-roti

    ▼B

    6.7.1.

    Il-ħtiġiet tal-punt 5.4 m’għandhomx japplikaw.

    ▼M1

    6.7.2.

    Ir-roti, l-iskorfini tar-roti, il-hup caps u d-discs tar-roti ma għandu jkun fihom ebda sporġenza ppuntata jew taqta li testendi ’l hemm mill-pjan tar-rimm tar-rota. Wing Nuts ma għandhomx ikunu permessi.

    ▼B

    6.7.3.

    Meta l-vettura miexja f’linja dritta, l-ebda parti mir-roti ħlief it-tyres, li jinsabu fuq il-pjan orizzontali li jgħaddi mill-assi ta’ rotazzjoni m’għandha tisporġi ’l barra mill-isporġenza vertikali, fi pjan orizzontali, tal-wiċċ jew struttura esterna. Madankollu, jekk il-ħtiġiet tal-funzjoni hekk jitolbu, id-diski tar-roti li jkopru l-iskorfini tar-roti u tal-hub jistgħu joħorġu ’l barra mill-isporġenza vertikali tal-wiċċ jew l-istruttura esterna bil-kondizzjoni li r-raġġ tal-kurvatura tal-wiċċ tal-parti li tkun qed toħroġ ’il barra m’għandhiex tkun inqas minn 30mm u li l-isporġenza lil hemm mill-isporġenza vertikali tal-wiċċ jew l-istruttura esterna fl-ebda każ ma taqbeż it-30mm.

    6.8.   It-truf tax-sheet-metal

    6.8.1.

    It-truf tax-sheet-metal, bħal truf ta’ kanali u l-linji ta’ bibien li jiġru m’għandhomx ikunu permessi sakemm ma jkunux mgħawġin lura jew mgħammra b’ilqugħ li jħarsu l-ħtiġiet ta’ dan l-Anness li japplikaw għaliha. ►M1  Tarf mhux protett ikun ikkunsidrat li jkun milwi lura jew jekk ikun milwi lura b’approssimattivament 180°, jew jekk ikun milwi lejn il-karrozzerija b’tali mod li ma jkunx jista’ jkun ikkuntattjat bi sfera li jkollha dijametru ta’ 100 mm. ◄

    6.9.   Pannelli tal-karozzerija

    6.9.1.

    Liwi f’pannelli tal-karozzerija jistgħu jkollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ inqas minn 275mm, sakemm ma jkunx inqas minn wieħed minn għaxra ta’ l-għoli “H” ta’ l-isporġenza, imkejla skond il-metodu deskritt fl- ►M1  L-Anness II, Punt 1 ◄ .

    6.10.   Ilqugħ tal-ġenb ta’ l-arja jew xita

    6.10.1.

    Iqugħ tal-ġenb ikollhom raġġ ta’ kurvatura ta’ mill-inqas 1mm fuq it-truf li kapaċi jintlewew ’il barra.

    ▼M1

    6.11.   Mensuli ta’ l-iġġakkjaru pajpijiet ta’ l-exhaust

    6.11.1.

    Il-mensuli ta’ l-iġġakkjar u l-pajp(ijiet) ta’ l-exhaust m’għandhomx jipproġettaw iktar minn 10 mm ’il hemm mill-isporġenza vertikali tal-linja ta’ l-art li tkun vertikalment fuqhom. Bħala eċċezzjoni għal din il-ħtieġa pajp ta’ l-exhaust jista’ jisporġi iktar minn 10 mm ’il hemm mill-isporġenza vertikali tal-linja ta’ l-art, dement li jispiċċa bi truf tondi, bir-raġġ minimu tal-kurvatura jkun 2,5 mm.

    ▼M1

    6.12.    Flaps għad-dħul u l-ħruġ ta’ l-arja

    6.12.1.

    Il-flaps għad-dħul u l-ħruġ ta’ l-arja għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tal-punti 5.2, 5.3 u 5.4 fil-pożizzjonijiet kollha ta’ l-użu.

    6.13.   Saqaf

    6.13.1.

    Soqfa li jinfetħu għandhom ikunu kkunsidrati biss fil-pożizzjoni magħluqa.

    6.13.2.

    Vetturi konvertibbli għandhom jiġu eżaminati bil-hood kemm fil-pożizzjoni mtella’ kif ukoll imniżżla.

    6.13.2.1.

    Bil-hood imniżżla, m’għandu jsir ebda eżami tal-vettura f’superfiċi immaġinarja iffurmat mill-hood meta tkun fil-pożizzjoni mtella’.

    6.13.2.2.

    Fejn għatu għal-linkage tal-hood meta tkun mitwija huwa pprovdut bħala apparat standard, l-eżami jsir bl-għatu fil-pożizzjoni tiegħu.

    6.14.   Twieqi

    6.14.1.

    Twieqi li jiċċaqilqu ’l barra mis-superfiċi estern tal-vettura għandhom ikunu konformi mas-segwenti dispożizzjonijiet fil-pożizzjonijiet kollha ta’ l-użu:

    6.14.1.1.

    Ebda xifer espost ma għandu jkun iħares ’il quddiem;

    6.14.1.2.

    Ebda parti tat-tieqa ma’għandha tisporġi lil hemm mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura.

    6.15.   Mensuli tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni

    6.15.1.

    Mensuli li jservu bħala appoġġ ipprovduti mill-manifattur tal-vettura għall-pjanċi tar-reġistrazzjoni għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet tal-punt 5.4 ta’ dan l-Anness jekk huma kuntattabbli bi sfera ta’ dijametru ta’ 100 mm meta l-pjanċa tar-reġistrazzjoni tkun immuntata skond ir-rakkomandazzjoni tal-manifattur tal-vettura.

    6.16.   Xtillieri tal-bagalji u xtillieri ta’ l-iskijjar

    6.16.1.

    Xtillieri tal-bagalji u xtillieri ta’ l-iskijjar għandhom jitwaħħlu mal-vettura hekk li jeżisti illokkjar pożittiv almenu f’direzzjoni waħda u li forzi orizzontali, lonġitudinali u trasversali li jistgħu jiġu trasmessi jkunu ta’ l-inqas ugwali għall-kapaċità ta’ l-issapportjar tat-tagħbija vertikali ta’ l-ixtilliera kif speċifikat mill-manifattur tagħha. Għat-test ta’ l-ixtilliera tal-bagalji u ta’ l-ixtilliera ta’ l-iskijjar armati mal-vettura skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur, it-tagħbijiet tat-test ma jkunux applikati f’punt wieħed biss.

    6.16.2.

    Uċuħ li, wara l-installazzjoni ta’ l-ixtilliera, jistgħu jkunu kkuntattjati bi sfera ta’ diametru ta’ 165 mm ma jkollhomx partijiet b’raġġ ta’ kurvatura inqas minn 2,5 mm, dement li d-dispożizzjonijiet ta’ 6.3 ikunu jistgħu jiġu applikati.

    6.16.3.

    Elementi ta’ l-irbit bħal boltijiet li jkunu ssikkati jew maħlula mingħajr għodda ma jisporġux iktar minn 40 mm ’il hemm mill-uċuħ li hemm riferenza għalihom f’6.16.2, l-isporġenza tkun iddeterminata skond il-metodu preskritt fl-Anness II, punt 2, imma waqt li tintuża sfera ta’ diametru ta’ 165 mm f’dawk il-każijiet fejn il-metodu preskritt fil-punt 2.2 ta’ dak l-Anness ikun impjegat.

    6.17.    Aerialstar- radju riċeventi jew trasmittenti

    6.17.1.

    Aerials tar-radju riċeventi jew trasmittenti għandhom ikunu ffittjati mal-vettura b’tali mod li jekk il-parti mhux imwaħħla tagħhom hija inqas minn 2 m mis-superfiċi tat-triq fi kwalunkwe pożizzjoni ta’ l-użu speċifikata mill-manifattur ta’ l-aerial, dan għandu jkun ġewwa ż-żona mdawra mill-pjani vertikali li huma 10 ċm fit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura kif iddefinit fil-punt 2.7.

    6.17.2.

    Barra minn hekk, l-aerials għandhom ikunu hekk iffittjati mal-vettura, u jekk ikun meħtieġ it-truf tagħhom mhux imwaħħla hekk ristretti, li ebda parti mill-aerials ma toħroġ ’il barra mit-tarf estrem ta’ barra tal-vettura kif definit fil-punt 2.7.

    6.17.3.

    Ix-xafts ta’ l-aerials jista’ jkollhom raġġi ta’ kurvatura t’inqas minn 2,5 mm. Madankollu, it-truf mhux imwaħħla jkunu ffittjati b’cappings fissi, ir-raġġi tal-kurvatura ta’ liema ma jkunux inqas minn 2,5 mm.

    6.17.4.

    Il-bażijiet ta’ l-aerials ma jisporġux iktar minn 30 mm meta ddeterminati skond il-proċedura ta’ l-Anness II, punt 2. Madankollu, f’każ t’aerials bl-amplifikaturi mibnija mal-bażi, dawn il-bażijiet jistgħu jisporġu sa 40 mm.

    6.18.   Istruzzjonijiet ta’ l-assemblaġġ

    6.18.1.

    Xtillieri tal-bagalji, xtillieri ta’ l-iskijjar u aerials tar-radju riċeventi u trasmittenti li jkunu ġew approvati tat-tip bħala unitajiet tekniċi separati ma jistgħux ikunu offruti għall-bejgħ, mibjugħa jew mixtrija dement li ma jkunux akkumpanjati mill-istruzzjonijiet ta’ l-assemblaġġ. L-istruzzjonijiet ta’ l-assemblaġġ ikun fihom biżżejjed informazzjoni li tippermetti li komponenti approvati biex ikunu mmuntati fuq il-vettura b’mod li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-punti 5 u 6. Partikolarment, il-pożizzjonijiet ta’ l-użu għandhom ikunu indikati għal aerials teleskopiċi.

    ▼B

    (7.)

    (7.1.)

    (7.1.1.)

    (7.1.2.)

    (7.2.)

    8.

    KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

    (8.1.)

    8.2.

    Sabiex tkun verifikata l-konformità mat-tip approvat, numru biżżejjed ta’ kontrolli kampjun għandhom isiru fuq vetturi bil-mutur li jkunu prodotti serjalment.

    (9.)

    (9.1.)

    (9.2.)

    (10.)




    ANNESS II

    ▼M1

    METODI GĦAD-DETERMINAZZJONI TAD-DIMENSJONIJIET TA’ L-ISPORĠENZI U L-ISPAZJI

    ▼M1

    1.   IL-METODU LI JIDDETERMINA L-GĦOLI TA’ L-ISPORĠENZI TA’ LIWI FIL-PJANĊI TAL-KAROZZERIJA

    ▼B

    ►M1  1.1. ◄

    L-għoli H ta’ l-isporġenza huwa stabbilit grafikalment b’riferenza għad-dawra ta’ ċirku b’dijametru ta’ 165mm, internament tanġentali mal-linja ta’ barra tal-wiċċ ta’ barra fis-sezzjoni li għandha tkun iċċekkjata.

    ►M1  1.2. ◄

    H huwa valur massimu tad-distanza, li titkejjel ma’ linja dritta li tgħaddi miċ-ċentru taċ-ċirku b’dijametru ta’ 165mm, bejn id-dawra ta’ barra taċ-ċirku msemmi u l-kontorn ta’ barra ta’ l-isporġenza (ara Fig. 1).

    ►M1  1.3. ◄

    F’każijiet fejn mhux possibbli għal ċirku b’dijametru ta’ 100mm li jmiss minn barra ma’ parti mill-linja ta’ barra tal-wiċċ ta’ barra fis-sezzjoni in konsiderazzjoni, il-profil tal-wiċċ f’dan is-settur tkun assunta li tkun dik iffurmata mid-dawra taċ-ċirku b’dijametru ta’ 100mm bejn il-punti tanġenti tiegħu mal-linja ta’ barra (ara Fig. 2).

    ►M1  1.4. ◄

    Disinni tas-sezzjonijiet meħtieġa mal-wiċċ ta’ barra għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur biex jippermettu li l-għoli ta’ l-isporġenzi imsemmija hawn fuq ikunu jistgħu jitkejlu.

    ▼M1

    2.   METODU TAD-DETERMINAZZJONI TAD-DIMENSJONI TA’ L-ISPORĠENZA TA’ KOMPONENT IMMUNTAT FUQ IS-SUPERFIĊI ESTERN

    2.1.

    Id-dimensjoni ta’ l-isporġenza ta’ komponent li jkun immuntat fuq superfiċi convex jista’ jkun iddeterminat jew direttament jew inkella b’riferenza għal disinn ta’ sezzjoni xierqa ta’ dan il-komponent fil-kondizzjoni installata tiegħu.

    2.2.

    Jekk id-dimensjoni ta’ l-isporġenza ta’ komponent li huwa mmuntat fuq superfiċi oħra li mhix convex ma tistax tkun iddeterminata b’kejl sempliċi, din għandha tkun iddeterminata bil-varjazzjoni massima tad-distanza taċ-ċentru ta’ sfera ta’ diametru ta’ 100 mm mil-linja nominali tal-pjanċa meta l-isfera titgħadda minn fuqha u hija f’kuntatt kostanti mal-komponent. Il-Figura 3 turi eżempju ta’ l-użu ta’ din il-proċedura.

    3.   METODU GĦAD-DETERMINAZZJONI TA’ L-ISPORĠENZI TA’ VIŻIERI U RIMMIJIET TAL-HEADLIGHTS

    3.1.

    L-isporġenza mis-superfiċi esterna tal-headlight għandha tkun imkejla orizzontalment mill-punt tal-kuntatt ta’ sfera ta’ diametru ta’ 100 mm kif muri fil-Figura 4.

    4.   METODU GĦAD-DETERMINAZZJONI TAD-DIMENSJONI TA’ L-ISPAZJU BEJN ELEMENTI TA’ GRADA

    4.1.

    Id-dimensjoni ta’ vojt jew spazju bejn elementi ta’ grada tkun iddeterminata bid-distanza bejn żewġ pjani li jgħaddu mill-punti tal-kuntatt ta’ l-isfera u perpendikularment għal-linja li tgħaqqad żewġ punti tal-kuntatt. Il-Figuri 5 u 6 juru eżempji ta’ l-użu ta’ din il-proċedura.

    ▼B

    image

    Figura 1

    image

    Figura 2

    image




    ▼M1

    ANNESS III

    MUDELL

    image

    ►(1) M1  

    ▼M1




    L-ANNESS IV

    MUDELL

    (Format Massimu: A4 (210 X 297 mm)

    image



    ( 1 ) ĠU Ċ 55, 13.5.1974, p. 14.

    ( 2 ) ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

    ( 3 ) karatteristika li għaliha ssir riferenza fl-item 2.2 ta’ l-Anness I.

    ( 4 ) B = Belġju, D = Ġermanja, DK = Danimarka, E = Spanja, F = Franza, ►M2  EL = Greċja ◄ , I = Italja, IRL = Irlanda, L = Lussemburgu, NL = Olanda, P = Portugall, UK = Renju Unit ►A2  , 12 = Awstrija, 17 = Finlandja, 5 = Isvezja ◄ ►A3  , 8 = Repubblika Ċeka, 29 = Estonja, CY = Ċipru, 32 = Latvja, 36 = Litwanja, 7 = Ungerija, MT = Malta, 20 = Polonja, 26 = Slovenja, 27 = Slovakkja ◄ , ►M3  34 għall-Bulgarija, 19 għar-Rumanija ◄ .

    Top