EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01972R1674-19860301

Consolidated text: Ir-Regolament (KEE) Nru 1674/72 tal-Kunsill tat-2 ta' Awissu 1972 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti u l-iffinanzjar ta’ l-għajnuna għaż-żerriegħa

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1972/1674/1986-03-01

1972R1674 — MT — 01.03.1986 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 1674/72 TAL-KUNSILL

tat-2 ta' Awissu 1972

li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti u l-iffinanzjar ta’ l-għajnuna għaż-żerriegħa

(ĠU L 177, 4.8.1972, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

REGULATION (EEC) No 597/73 OF THE COUNCIL of 26 February 1973 (*)

  L 57

3

2.3.1973

 M2

REGULATION (EEC) No 1119/74 OF THE COUNCIL of 29 April 1974 (*)

  L 128

3

10.5.1974

 M3

COUNCIL REGULATION (EEC) No 1969/80 of 22 July 1980 (*)

  L 192

4

26.7.1980

►M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 1659/81 tad-19 ta’ Mejju, 1981

  L 166

1

24.6.1981

►M5

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 3795/85 tal-20 ta’ Diċembru, 1985

  L 367

21

31.12.1985



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 1674/72 TAL-KUNSILL

tat-2 ta' Awissu 1972

li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti u l-iffinanzjar ta’ l-għajnuna għaż-żerriegħa



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 ( 1 ) tas-26 ta' Ottubru 1971 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ u b'mod partikolari l-Artikolu 3 (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 729/70 ( 2 ) tal-21 ta' April 1970 fuq l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni, u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu (2),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 jipprovdi għall-possibbiltà li tingħata għajnuna għall-produzzjoni ta' ċerti żrieragħ u billi għandhom jiġu stabbiliti regoli ġenerali għat-tħaddim ta' din id-disposizzjoni;

Billi l-għajnuna tista' tingħata biss għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika jew żerriegħa attestata u billi dawn il-prodotti għandhom jiġu definiti sewwa;

Billi, biex is-superviżjoni tkun possibbli, iż-żerriegħa bażi u ż-żerriegħa attestata għandhom jitkabbru skond kuntratti rreġistrati ta' tkabbir u billi l-istabbilimenti u dawk li jkattru ż-żrieragħ għandhom jkunu uffiċjalment approvati jew irreġistrati;

Billi, għal raġunijiet ta' amministrazzjoni, l-għajnuna għandha f'kull Stat Membru, tingħata biss fir-rigward tal-prodotti maħsuda fit-territorju ta' dak l-Istat;

Billi, biex is-sistema ta’ l-għajnuna tkun taħdem sewwa, teħtieġ sistema ta' superviżjoni li tiżgura li l-għajnuna tingħata biss rigward il-prodotti li jikkwalifikaw għaliha;

Billi għajnuna bħal din tkun tinvolvi spiża; billi skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 id-disposizzjonijiet li jirregolaw l-iffinanzjar tal-politika agrarja komuni jgħoddu għal din l-għotja; billi għandu għalhekk jiġi speċifikat li l-iffinanzjar ta’ l-għajnuna msemmija jiġi rregolat mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



▼M4

Artikolu 1

1.  Jekk tkun iffissata għajnuna skond Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71, din tingħata, bla ħsara għall-kondizzjonjiet dikjarati fl-Artikoli li ġejjin, għal produzzjoni ta’ żrieragħ bażiċi u ċċertifikati:

 kif definiti bid-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju, 1966 dwar il-bejgħ ta’ żerriegħa minn pjanti tal-għalf ( 3 ), bid-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju, 1966 dwar il-bejgħ ta’ żerriegħa taċ-ċereali ( 4 ) u bid-Direttiva tal-Kunsill 69/208/KEE tat-30 ta’ Ġunju, 1969 dwar il-bejgħ ta’ żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibri ( 5 ), filwaqt li jitqiesu l-emendi magħmula lil dawn id-Direttivi,

 li jikkonformaw mal-livelli stabbiliti u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dawk id-Direttivi, u

 li jkunu ċċertifikati uffiċjalment.

2.  Mill-1 ta’ Jannar, 1981 sal-31 ta’ Diċembru, 1985, tingħata wkoll għajnuna għal żerriegħa bażika u ċertifikata prodotta fil-Greċja u li rigward tagħha tkun ittieħdet deċiżjoni skond Artikolu 113(3) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1979.

▼M5

3.  Matul it-tul kollu taż-żmien tad-derogi li għalihom jirreferi Artikolu 344(1) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni, tingħata għajnuna wkoll għal żrieragħ bażiċi u ċertifikati li huma prodotti fil-Portugall u li dwarhom tittieħed deċiżjoni skond Artikolu 344(3) ta’ dan il-Att.

▼B

Artikolu 2

Iż-żerriegħa għandha titnissel:

(a) jew taħt kuntratt tat-tkabbir milħuq bejn stabbiliment taż-żrieragħ jew min ikattar u min ikabbar iż-żrieragħ;

(b) jew direttament mill-istabbiliment taż-żerriegħa jew min inissel; produzzjoni bħal din għandha tiġi attestata bi stqarrija ta' tkabbir.

Artikolu 3

L-istabbilimenti taż-żerriegħa u min inissel kif imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu approvati jew irreġistrati mill-Istati Membri.

L-approvazzjoni jew ir-reġistrazzjoni minn xi Stat Membru għandha tkun tgħodd mal-Komunità kollha.

Artikolu 4

Kull Stat Membru għandu jagħti għajnuna biss fir-rigward ta' żerriegħa maħsuda fuq it-territorju tiegħu matul is-sena kalendarja li fiha tibda s-sena kummerċjali li għaliha tkun ġiet iffissata l-għotja.

L-għajnuna għandha tingħata lil dawk kollha li jkabbru ż-zerriegħa taħt kondizzjonijiet li jiżguraw trattament ugwali għall-benefiċjarji irrispettivament mill-post fejn ikunu stabbiliti fil-Komunità.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jintroduċu sistema ta' supervizjoni amministrattiva biex jiżguraw li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-għoti ta’ l-għajnuna jiġu mħarsa; dawn għandhom b'mod partikolari jaraw li l-kuntratti tat-tkabbir u l-istqarrijiet imsemmija fl-Artikolu 2 jiġu rreġistrati.

Artikolu 6

1.  L-għajnuna msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2358/71 taqa' taħt id-definizzjoni ta' intervent li tinstab fl-Artikolu 3 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70.

2.  L-ispiża li tirriżulta mill-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ugwali ma’ l-ammonti mħallsa skond l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru No 2358/71 u mad-dispozizzjonijiet magħmula skond dan l-Artikolu.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Lulju 1972.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1.

( 2 ) ĠU L 94, tal-28.4.1970, p. 13.

( 3 ) ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

( 4 ) ĠU Nru 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

( 5 ) ĠU Nru L. 169, 10.7.1969, p. 3.

Top