Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01969L0169-20000801

Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 1969 fuq l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva relatata ma' l-eżenzjoni minn taxxa fuq il-bejgħ u minn taxxa tas-sisa fuq l-importazzjoni fi vvjaġġar internazzjonali (69/169/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1969/169/2000-08-01

1969L0169 — MT — 01.08.2000 — 016.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Mejju 1969

fuq l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva relatata ma' l-eżenzjoni minn taxxa fuq il-bejgħ u minn taxxa tas-sisa fuq l-importazzjoni fi vvjaġġar internazzjonali

(69/169/KEE)

(ĠU L 133, 4.6.1969, p.6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IT-TIENI DIRETTIVA TAL-KUNSILL 72/230/KEE tat-12 ta' Ġunju 1972

  L 139

28

17.6.1972

►M2

IT-TIELET DIRETTIVA TAL-KUNSILL 78/1032/KEE tad-19 ta' Diċembru 1978

  L 366

28

28.12.1978

►M3

IR-RABA' DIRETTIVA TAL-KUNSILL 78/1033/KEE tad-19 ta' Diċembru 1978

  L 366

31

28.12.1978

 M4

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 81/933/KEE tas-17 ta' Novembru 1981

  L 338

24

25.11.1981

►M5

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 82/443/KEE tad-29 ta' Ġunju 1982

  L 206

35

14.7.1982

 M6

COUNCIL DIRECTIVE 84/231/EEC of 30 April 1984 (*)

  L 117

42

3.5.1984

►M7

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 85/348/KEE tat-8 ta' Lulju 1985

  L 183

24

16.7.1985

 M8

COUNCIL DIRECTIVE 87/198/EEC of 16 March 1987 (*)

  L 78

53

20.3.1987

►M9

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 88/664/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988

  L 382

41

31.12.1988

 M10

COUNCIL DIRECTIVE 89/194/EEC of 13 March 1989 (*)

  L 73

47

17.3.1989

►M11

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 89/220/KEE tas-7 ta' Marzu 1989

  L 92

15

5.4.1989

►M12

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 91/191/KEE tas-27 ta' Marzu 1991

  L 94

24

16.4.1991

►M13

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 91/673/KEE tad-19 ta' Diċembru 1991

  L 373

33

31.12.1991

►M14

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/111/KEE ta' l-14 ta' Diċembru 1992

  L 384

47

30.12.1992

►M15

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 94/4/KE tal-14 ta' Frar, 1994

  L 60

14

3.3.1994

►M16

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2000/47/KE ta' l-20 ta' Lulju, 2000

  L 193

73

29.7.2000



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.



NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1).




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Mejju 1969

fuq l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati b'liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva relatata ma' l-eżenzjoni minn taxxa fuq il-bejgħ u minn taxxa tas-sisa fuq l-importazzjoni fi vvjaġġar internazzjonali

(69/169/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 99 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Billi, minkejja l-kisba ta' l-unjoni doganali, li tinvolvi t-tneħħija tad-dazju u tal-maġġoranza tal-ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti fin-negozju bejn l-Istati Membri, huwa meħtieġ li, sakemm l-armonizzazzjoni tat-taxxi indiretti tkun laħqet stadju avvanzat, timżamm l-imposizzjoni ta' taxxa fuq l-importazzjoni u r-remissjoni tat-taxxa fuq l-esportazzjoni fit-tali negozju;

Billi jkun xieraq li, anke qabel it-tali armonizzazzjoni, il-popolazzjonijiet ta' l-Istati Membri isiru aktar konxji tar-realtà tas-suq komuni u li għal dan il-għan ikunu addottati miżuri għal aktar liberalizzazzjoni tas-sistema ta' taxxi fuq l-importazzjoni fl-ivvjaġar bejn l-Istati Membri; billi l-ħtieġa tat-tali miżuri ġiet enfassiżata ripetutament mill-membri ta' l-Assemblea;

Billi tnaqqis ta' dan it-tip fir-rigward ta' vjaġġar jikkostitwixxi stadju ieħor fid-direzzjoni tal-ftuħ reċiproku tas-swieq ta' l-Istati Membri u l-holqien ta' kondizzjonijiet li jixbħu lil dawk ta' suq domestiku;

Billi t-tali tnaqqis irid jiġi limitat għall-importazzjonijiet mhux kummerċjali ta' oġġetti minn vjaġġaturi; billi, bħala regola ġenerali, oġġetti bħal dawn jistgħu jinkisbu biss mill-pajjiż (pajjiz tal-ħruġ) minn fejn ikunu diġà ġew intaxxati, biex jekk il-pajjiz tad-dħul jirrinunzja, fil-limiti preskritti, li jitlob ħlas ta' taxxa fuq il-bejgħ u taxxa tas-sisa fuq l-importazzjoni, u din tevita tassazzjoni doppja mingħajr ma twassal għal nuqqas ta' tassazzjoni;

Billi ntwera biċ-ċar li hemm bżonn ta' sistema Komunitarja ta' tnaqqis tat-taxxa fuq l-importazzjoni anke fir-rigward ta' vjaġġar bejn pajjizi terzi u l-Komunità;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

▼M3

1.  L-oġġetti li jkunu jinsabu fil-bagalja personali ta' vjaġġanti ġejjin minn pajjiżi terzi għandhom ikunu eżentati mit-taxxa fuq id-dħul u taxxa tas-sisa fuq importazzjonijiet jekk l-oġġetti importati ma jkunux ta' kwalità kummerċjali u l-valur totali tal-oġġetti ma jeċċedix ►M15  175 ECU ◄ kull persuna.

▼B

2.  L-Istati Membri jistgħu inaqqsu din l-eżenzjoni għal ►M15  90 ECU ◄ ta' rendikont għal vjaġġaturi li għandhom inqas minn ħmistax il-sena.

3.  Meta l-valur totali ta' diversi oġġetti għal kull persuna jaqbeż il- ►M5  l-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 ◄ jew l-ammont stabbilit skond il-paragrafu 2, skond il-każ, għandha tingħata eżenzjoni sa dawn l-ammonti għal dawk l-oġġetti li, kieku importati separatament, kienu jinagħtaw eżenzjoni, b'mod li jinftiehem li l-valur ta' kull oġġett individwali ma jistax jinqasam.

Artikolu 2

▼M2

1.  Eżenzjoni minn taxxa fuq id-dħul u taxxa tas-sisa fuq importazzjonijiet għandha tapplika għall-oġġetti li jkunu jinsabu fil-bagalja personali ta' vjaġġatturi ġejjin mill-Istati Membri tal-Komunità sakemm dawn jaderixxu mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 9 u 10 tat-Trattat, ikunu ġew akkwistati suġġetti għar-regoli ġenerali li jirregolaw it-tassazzjoni fuq is-suq domestiku ta' wieħed mill-Istati Membri u ma jkollhom l-ebda kwalità kummerċjali u li l-valur totali tal-oġġetti ma jeċċeidx il- ►M12  600 Ecu ◄ kull persuna.

▼B

2.  L-Istati Membri jistgħu inaqqsu din l-eżenzjoni għal ►M12  150 Ecu ◄ għal vjaġġaturi li għandhom inqas minn ħmistax il-sena.

3.  Meta l-valur totali kull persuna jaqbeż il- ►M5  l-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 ◄ jew l-ammont stabbilit skond il-paragrafu 2, skond il-każ, għandha tingħata eżenzjoni sa dawn l-ammonti għal dawk l-oġġetti li, kieku importati separatament, kienu jinagħtaw eżenzjoni, b'mod li jinftiehem li l-valur ta' kull oġġett individwali ma jistax jinqasam.

▼M2

4.  Meta l-vjaġġ imsemmi fil-paragrafu 1:

 jinvolvi transitu ġewwa t-territorju ta' pajjiż mhux membru; titjir mingħajr inżul fl-art m'għandux, iżda, jitqies bħala transitu skond it-tifsira ta' din id-Direttiva,

 jibda f'parti mit-territorju ta' Stat Membru ieħor li fih taxxa fuq id-dħul u/jew taxxa tas-sisa ma tkunx dovuta fuq l-oġġetti kunsmati ġewwa dak it-territorju,

il-vjaġġattur għandu jistabilixxi li l-oġġetti trasportati fil-bagalja tiegħu jkunu ġew akkwistati suġġett għall-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-tassazzjoni fis-suq domestiku ta' xi Stat Membru u ma jikkwalifikawx għal xi rifużjoni ta' taxxa fuq id-dħul u/jew taxxa tas-sisa, li fin-nuqqas ta' dan japplika l-Artikolu 1.

5.  Taħt l-ebda ċirkustanzi ma jista' l-valur totali tal-oġġetti eżentati jeċċedi l-ammont provdut fil-paragrafu 1 jew 2.

▼M7

6.  Kull sentejn, u għall-ewwel darba sa mhux iktar tard mill-31 ta' Ottubru 1987, il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċeduri previsti mit-Trattat fuq dan il-punt, għandu jaġġusta l-ammonti ta' l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 sabiex jinżamm il-valur ġenwin.

▼B

Artikolu 3

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

1. Il-valur ta' effetti personali li huma importati temporanjament jew li huma importati mill-ġdid sussegwentement wara l-esportazzjoni temporanja tagħhom m'għandhux jiġi kunsidrat biex tiġi stabbilita l-eżenzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikoli 1 u 2.

2. Importazzjonijiet għandhom jiġu meqjusa li ma għandhom l-ebda valur kummerċjali jekk:

(a) jekk iseħħu kull tant żmien, u

(b) jikkonsistu biss f'oġġetti għall-użu personali jew tal-familja tal-vjaġġaturi, jew f'oġġetti maħsuba bħala rigali; irid ikun jidher ċar min-natura u l-kwantità ta' dawn l-oġġetti li dawn ma jkunux qed jiġu importati għal raġunijiet kummerċjali.

▼M3

3. “Bagalji personali” tfisser il-bagalji kollha li vjaġġattur ikun f'posizzjoni li jissottometti lill-awtoritajiet tad-dwana mal-wasla tiegħu, kif ukoll bagalji li jissottometti aktar tard lill-istess awtoritajiet, suġġetti għall-prova li dawk il-bagalji kienu reġistrati bħala bagalji ta' akkumpanjament, fil-ħin tat-tluq, mal-kumpannija li tkun responsabbli li twassallhomlu.

It-tifsira ta' “bagalji personali” ma tkoprix kontenituri mobbli li jkollhom karburanti. Iżda, għal kull mezz ta' trasport bil-mutur kwantità ta' karburanti li ma teċċedix l-10 litri għandha tiddaħħal mingħajr ħlas ta' dazju f'dak il-kontenitur, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-pussess u t-trasport ta' karburanti.

▼B

Artikolu 4

▼M1

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għall-vjaġġaturi li r-residenza tagħhom hija barra mill-Ewropa, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-limiti kwantitattivi li ġejjin, għall-eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-bejgħ u t-taxxa tas-sisa ta' l-oġġetti mniżżla hawn taħt:

▼M7



 

I

L-ivjaġġar bejn pajjizi terzi u l-Komunità

II

L-ivjaġġar bejn l-Istati Membri

(a)  Il-Prodotti tat-tabakk:

sigaretti jew

200

300

cigarillos (sigarri ta' piż massimu ta' 3 grammi 'l wieħed)

100

150

jew

 
 

sigarri jew

50

75

tabakk għat-tipjip

250 g

400 g

(b)  Alkoħol u xarbiet alkoħoliċi:

—  xarbiet distillati u spriti illi jkollhom qawwa alkoħolika illi teċċedi it-22 % vol; alkoħol etiliku denaturat ta' 80 % vol u iktar

total ta' litru right accolade

total ta' 1,5 litri

jew xarbiet u spiriti distillati, u aperitivi a bażi ta' nbid jew alkoħol, tafia, saké jew xorb simili ta' qawwa alkoħolika illi ma jeċċedix 22 % vol; inbejjed effervexxenti, inbejjed fortifikati u

total ta' 2 litri right accolade

total ta' 3 litri

—  inbejjed mhux effervexxenti

total ta' 2 litri

total ta' 5 litri

(ċ)Fwejjaħ

50 g

75 g

u

 
 

eau de toilette

1/4 ta' litru

3/8 ta' litru

(d)Kafé

500 g

1 000 g

jew

 
 

estratti u essenzi tal-kafé

200 g

400 g

(e)Té

100 g

200 g

jew

 
 

estratti u essenzi tat-té

40 g

80 g

▼M2

2.  Eżenzjoni tal-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 (a) u (b) m'għandhiex tingħata lil vjaġġatturi taħt is-17-il sena.

Eżenzjoni għall-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 (d) m'għandhiex tingħata għal vjaġġatturi li jkunu taħt il-15-il sena.

▼B

3.  Fil-limiti kwantitativi stabbiliti fil-paragrafu 1 u waqt li jiġu konsidrati r-restrizzjonijiet fil-paragrafu 2, il-valur ta' l-oġġetti elenkati fil-paragrafu 1 m'għandux jiġi kunsidrat biex tiġi determinata l-eżenzjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2.

▼M2

4.  Meta l-vjaġġ imsemmi fl-Artikolu 2(1):

 jinvolvi transitu ġewwa t-territorju ta' pajjiż mhux membru; titjir mingħajr nżul m'għandux, iżda, jkun meqjus bħala transitu skond it-tifsira ta' din id-Direttiva,

 jibda f'parti mit-territorju ta' Stat Membru ieħor li fih taxxa fuq id-dħul u/jew taxxa tas-sisa ma tkunx dovuta fuq l-oġġetti kunsmati ġewwa dak it-territorju,

il-vjaġġattur għandu jistabilixxi li l-oġġetti trasportati fil-bagalja tiegħu jkunu ġew akkwistati suġġetti għall-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-tassazzjoni fis-suq domestiku ta' xi Stat Membru u ma jikkwalifikawx għal xi rifużjoni ta' taxxa fuq id-dħul u/jew taxxa tas-sisa, li fin-nuqqas ta' dan il-kwantitajiet stabbiliti fil-paragrafu 1, kolonna I, għandhom jgħoddu.

5.  Taħt l-ebda ċirkustanzi ma tista' l-kwantita totali tal-oġġetti eżentati teċċedi l-kwantitajiet provduti fil-paragrafu 1, kolonna II.

▼B

Artikolu 5

▼M1

1.  L-Istati Membri jistgħu inaqqsu l-valur u/jew il-kwantità ta' oġġetti li jistgħu jiddaħħlu mingħajr ħlas ta' dazju, sa wieħed minn għaxra tal-valuri u/jew kwantitajiet li hemm provvdut għalihom fl-Artikoli 2 u 4 (1), kolonna II, fejn it-tali oġġetti importati minn Stat Membru ieħor minn persuni residenti fiż-żona tal-fruntiera ta' l-Istat Membru li qed jimporta jew f'dik ta' l-Istat Membru ġar, minn ħaddiema li jaħdmu fiż-żona tal-fruntiera, jew mill-ekwipaġġ ta' mezzi ta' trasport użati fi vjaġġar internazzjonali.

Madankollu, id-dritt li ma jitħallasx dazju fuq l-oġġetti mniżżla hawn taħt jista' jkun kif ġej:

(a) prodotti tat-tabakk:



sigaretti

40

jew

 

sigarri żgħar

(sigarri b'piż ta' mhux aktar minn 3 grammi kull wieħed)

20

jew

 

sigarri

10

jew

 

tabakk għat-tipjip

50 g

(b) xorb alkoħoliku



—  xarbiet distillati u spirti b'qawwa alkoħolika li taqbeż it- ►M5  22 % vol ◄

0.25 litri

jew

 

—  xarbiet distillati u spirti, u aperitivi b'bażi ta' inbid jew alkoħol b'qawwa alkoħolika li

ma taqbiżx it- ►M5  22 % vol ◄ , inbejjed bil-gass, inbejjed fortifikati

0.50 litri

u

 

—  inbejjed bla gass

0.50 litri

2.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-limiti l-aktar baxxi f'dak li għandu x'jaqsam mal-valur u/jew il-kwantita għall-eżenzjoni ta' oġġetti meta dawn ikunu mpurtati minn pajjiż terz minn persuni residenti fuq iż-żona tal-fruntiera, minn ħaddiema li jaħdmu fiż-żona tal-fruntiera jew mill-ekwipaġġ ta' mezzi ta' trasport użati fl-ivjaġġar bejn pajjiżi terzi u l-Komunità.

3.  L-Istati Membri jisgħu jistabbilixxu l-limiti l-aktar baxxi għal dak li għandu x'jaqsam mal-valur u/jew il-kwantità għall-eżenzjoni ta' oġġetti meta dawn huma importati minn Stat Membru ieħor minn membri tal-forzi armati ta' Stat Membru, inklużi l-ħaddiema mhux militari u l-irġiel jew nisa tagħhom u t-tfal dipendenti minnhom, stazzjonati fi Stat Membru ieħor.

4.  Ir-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw meta l-persuni li hemm referenza għalihom f'dawn il-paragrafi jipproduċu evidenza li turi li huma sejrin lil hinn miż-żona tal-fruntiera jew li mhux sa jirritornaw miż-żona tal-fruntiera ta' l-Istat Membru jew il-pajjiż terz ġar.

Madankollu, dawn ir-restrizzjonijiet xorta għandhom japplikaw għall-ħaddiema taż-żona tal-fruntiera u għall-ekwipaġġ tal-mezzi ta' trasport użati fi vjaġġar internazzjonali meta dawn jimpurtaw oġġetti waqt li jkunu qed jivjaġġaw waqt xogħolhom.

▼M12

5.  Fil-każ ta' l-Irlanda u tar-Renju tad-Danimarka, fl-ebda każ ir-restrizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhom ikunu hekk li dawk li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet ma jkunux jistgħu jgawdu trattament aktar favorevoli minn dawk konċessi skond il-limiti dikjarati fl-Artikoli 7ċ u 7d. Ir-restrizzjonijiet dikjarati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kalkolati b'riferenza għal kolonna II tat-tabella fl-Artikoli 2 u 4 (1).

▼M1

►M12  6. ◄   Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 2 u 4:

 “żona tal-fruntiera” tfisser żona li f'linja dritta ma testendix aktar minn 15-il kilometru mill-fruntiera ta' Stat Membru. Madankollu, kull Stat Membru għandu jinkludi fiż-żona tal-fruntiera tiegħu id-distretti amminstrattivi lokali li parti minnhom qiegħda fiż-żona;

 “ħaddiem taż-żona tal-fruntiera” tfisser kull persuna li l-attivitajiet normali tagħha jirrikjedu li fil-ġranet ta' xogħol tmur fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera.

▼B

►M12  7. ◄   L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-eżenzjoni oġġetti li jaqgħu taħt l-intestaturi ►M11  kodiċijiet tan-NK 7108 u 7109 ◄ tat-Tariffa tad-Dwana Komuni.

►M12  8. ◄   L-Istati Membri jistgħu inaqqsu l-kwantitajiet ta' l-oġġetti msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) u (d) għal vjaġġaturi li jkunu ġejjin minn xi pajjiż terzi u jidħlu fi Stat Membru.

▼M16

9.  Bħala deroga mill-Artikolu 4(1), il-Finlandja għandha tiġi awtorizzata, sal-31 ta' Diċembru, 2005, tapplika limitu kwantitattiv ta' mhux anqas minn 6 litri fuq l-importazzjoni tal-birra minn pajjiżi li mhumiex Stati Membri.

▼M14 —————

▼M2

Artikolu 7

1.  Għall-fini ta' din id-Direttiva, “Unità Ewropea tal-kontijiet” (EUA) għandha tfisser kif imfissra fir-Regolamenti dwar Finanzi tal-21 ta' Diċembru 1977 ( 1 ).

2.  Il-EUA ekwivalenti f'munita nazzjonali li għandha tapplika għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun stabbilita darba fis-sena. Ir-rati applikabbli għandhom ikunu dawk miksuba fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Ottubru b'effett mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara.

3.  L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-ammonti f'munita nazzjonali li tirriżulta mill-konverżjoni tal-ammonti f'EUA kif provdut fl-Artikoli 1 u 2, sakemm dak l-aġġustament ma jeċċedix iż-2 EUA.

4.  L-Istati Membri jistgħu iżommu l-ammonti tal-eżenzjoni fis-seħħ fiż-żmien tal-aġġustament annwali li hemm provdut fil-paragrafu 2 jekk, qabel l-aġġustament li hemm provdut fil-paragrafu 3, konverżjoni tal-ammonti tal-eżenzjoni espressi f'EUA tista' tirriżulta f'bidla ta' inqas minn 5 % fl-eżenzjoni espressa f'munita nazzjonali ►M7  jew għal tnaqqis ta' din l-eżenzjoni ◄ .

▼M9

5.  L-Istati Membri jistgħu jżommu l-ammont eżistenti ta' l-eżenzjoni jekk il-konverżjoni ta' l-ammonti ta' l-eżenzjonijiet, espressi f'ecus, liema eżenzjonijiet kienu adottati matul l-aġġustament imsemmi fl-Artikoli 2(6) u 7b(4), tirriżulta f'bidla ta' inqas minn 5 % fl-eżenzjoni espressa fil-munita nazzjonali jew fi tnaqqis f'din l-eżenzjoni.

▼M1

Artikolu 7a

L-Istati Membri, għandhom fil-qafas ta' vjaġġar intra-Komunitarju, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu lill-vjaġġaturi li jikkonfermaw taċitament jew b'dikjarazzjoni sempliċi orali li huma jikkonformaw mal-limiti awtorizzati u mal-kondizzjonijiet għad-drittijiet li ma jħallsux dazju.

▼M7

L-Istati Membri jistgħu ma jimponux taxxa fuq it-turnover jew dazju tas-sisa fuq l-importazzjoni ta' merkanzija minn vjaġġatur meta l-ammont tat-taxxa li għandu jiġi impost huwa ugwali għal jew inqas minn 5 ECU.

▼M15

Artikolu 7b

1.  B'deroga mill-Artikolu 1(1), Spanja hija hawnhekk awtorizzata li tapplika, sal-31 ta' Diċembru, 2000, l-allowance ta' 600 ECU għall-importazzjonijiet ta' l-oġġetti n-kwistjoni minn vjaġġauturi ġejjin mill-Gżejjer Canary, Ceuta u Melilla li jidħlu fit-territorju ta' Spanja kif imfisser fl-Artikolu 3(2) u (3) tad-Direttiva 77/388/KEE.

2.  B'deroga mill-Artikolu 1(2), Spanja għandu jkollha l-għażla li tnaqqas dik l-allowance għal 150 ECU għal vjaġġaturi li jkollhom inqas minn 15-il sena.

▼M12

Artikolu 7ċ

Minkejja l-Artikoli 2(1) u 4 (1), ir-Renju tad-Danimarka għandu jiġi awtorizzat li japplika l-limiti kwantitattivi li ġejjin sal- ►M13  31 ta' Diċembru 1992 ◄ dwar l-importazzjoni ta' l-oġġetti involuti fil-kwistjoni minn vjaġġaturi residenti fid-Danimarka wara waqfa ta' inqas minn 36 siegħa barra mid-Danimarka:



Prodotti

 

-  Sigaretti

100

-  Xorb distillat u spirti ta' qawwa alkoħolika skond il-volum ta' aktar minn 22 % vol.

nil

-  Birra

12-il litru

▼M13

Artikolu 7d

Minkejja l-Artikolu 2(1) u fil-limitu dikjarat fih, l-Irlanda għandha tiġi awtorizzata li tapplika limitu kwantitattiv ta' 30 litru birra għall-vjaġġaturi kollha lejn l-Irlanda sal-31 ta' Diċembru 1992.

Minkejja l-Artikoli 2(1), 4 (1) u 7b (1) (b), l-Irlanda għandha tiġi awtorizzata li tapplika l-limiti li ġejjin sal-31 ta' Diċembru 1992 fuq l-oġġetti involuti fil-kwistjoni mill-vjaġġaturi mill-Irlanda, wara waqfa ta' inqas minn 24 siegħa barra mill-Irlanda:

(a) għall-vjaġġaturi mill-Komunità: 175 ECU, imma l-valur ta' l-unità ma jistax jaqbeż il-110 ECU;

(b) għall-birra, 15-il litru.

▼B

Artikolu 8

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 1970.

2.  Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-miżuri li jaddotta biex jimplimenta din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha twassal dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 9

Din id-Direttiva hija indirrizata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU L 356, tal-31.12.1977, p. 1.

Top