EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01968L0151-20040501

Consolidated text: L-ewwel Direttiva tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu ta' l-1968 dwar il-kordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f'kull parti tal-Komunità (68/151/KEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1968/151/2004-05-01

1968L0151 — MT — 01.05.2004 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

L-EWWEL DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Marzu ta' l-1968 dwar

il-kordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f'kull parti tal-Komunità

(68/151/KEE)

(ĠU L 065, 14.3.1968, p.8)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA 2003/58/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Lulju 2003

  L 221

13

4.9.2003


Emendat bi:

►A1

Att ta’ Adeżjoni tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

  L 73

14

27.3.1972

►A2

  L 291

17

19.11.1979

►A3

  L 302

23

15.11.1985

►A4

  C 241

21

29.8.1994

►A5

  L 236

33

23.9.2003




▼B

L-EWWEL DIRETTIVA TAL-KUNSILL

tad-9 ta' Marzu ta' l-1968 dwar

il-kordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f'kull parti tal-Komunità

(68/151/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 54(3)(ġ) tiegħu;

Wara li kkunsidra l-Programm Ġenerali għat-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' stabbiliment ( 1 ), u b'mod partikolari t-Titolu VI tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 );

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 );

Billi l-kordinazzjoni prevista fl-Artikolu 54(3) (ġ) u fil-Programm Ġenerali għat-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' stabbiliment hija kwistjoni ta' urġenza, speċjalment dwar kumpaniji limitati b'azzjonijiet jew għandhom xort'oħra responsabbiltà limitata, billi l-attiviatjiet ta' dawk il-kumpaniji ġieli jestendu ‘l hinn mill-fruntieri ta' territorji nazzjonali;

Billi l-kordinazzjoni ta' disposizzjonijiet nazzjonali dwar l-iżvelar, il-validità ta' obbligi li jkunu daħlu għalihom, u n-nullità ta' dawk il-kumpaniji hija ta' importanza speċjali, partikolarment għall-iskop ta' protezzjoni ta' l-interessi ta' terzi persuni;

Billi f'dawn il-kwistjonijiet għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet tal-Komunità relattivament għal dawk il-kumpaniji simultanjament, billi l-uniċi salvagwardji li huma joffru lil partijiet terzi huma l-assi tagħhom;

Billi d-dokumenti bażiċi tal-kumpanija għandhom jiġu żvelati sabiex partijiet terzi jkunu jistgħu jaċċertaw il-kontenut tagħhom u tagħrif ieħor dwar il-kumpanija, speċjalment dettalji tal-persuni li huma awtorizzati li jorbtu l-kumpanija;

Billi l-protezzjoni ta' terzi għandha tiġi assigurata b'disposizzjonijiet li jirrestrinġu sa fejn l-iktar possibbli r-raġunijiet li għalihom obbligi aċċettati f'isem il-kumpanija ma jkunux validi;

Billi huwa meħtieġ, sabiex tiġi assigurata ċertezza fil-liġi dwar relazzjonijiet bejn il-kumpanija u terzi, u wkoll bejn membri, biex jillimitaw il-każijiet li fihom tista' tinqala' n-nullità u l-effett retroattiv ta' dikjarazzjoni ta' nullità, u biex jiġi ffissat limitu ta' żmien qasir li fih terzi persuni jistgħu jagħmlu oġġezzjoni għal kull dikjarazzjoni bħal dik;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Il-miżuri ta' kordinazzjoni preskritti b'din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar it-tipi ta' kumpaniji li ġejjin:

  Fil-Ġermanja:

 die Aktiengesellschaft, die Kommanditgesellschaft auf Aktien, die Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

  Fil-Belġju:

 



de naamloze vennootschap,

la société anonyme,

de commanditaire vennootschap op aandelen

la société en commandite par actions,

de personenvennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

la société de personnes à responsabilité limitée;

▼M1

  Fi Franza:

 la société anonyme, la société en commandite par actions, la société à responsabilité limitée, la société par actions simplifiée;

▼B

  Fl-Italja:

 società per azioni, società in accomandita per azioni, società a responsabilità limitata;

  Fil-Lussemburgu:

 la société anonyme, la société en commandite par actions, la société à responsabilité limitée;

▼M1

  Fl-Olanda:

 de naamloze vennootschap, de besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

▼A1

  Fir-Renju Unit:

 companies incorporated with limited liability;

  Fl-Irlanda:

 companies incorporated with limited liability;

▼M1

  Fid-Danimarka:

 aktieselskab, kommanditaktieselskab, anpartsselskab;

▼A2

  Fil-Greċja: görögországban

 ανώνυμη εταιρία, εταιρία περιωρισμένης ευθύνης, ετερόρρυθμη κατά μετοχές εταιρία;

▼A3

  Fi Spanja:

 la sociedad anonima, la sociedad comanditaria por acciones, la sociedad de responsabilidad limitada;

  Fil-Portugall:

 a sociedade anonima de responsabilidade limitada, a sociedade em comandita por acçoes, a sociedade por quotas de responsabilidade limitada;

▼A4

  Fl-Awstrija:

 die Aktiengesellschaft, die Gesellschaft mit beschraenkter Haftung;

▼M1

  Fil-Finlandja:

 yksityinen osakeyhtiöprivat aktiebolag,julkinen osakeyhtiöpublikt aktiebolag;

▼A4

  Fl-Isvezja:

 aktiebolag;

▼A5

  Fir-Repubblika Ċeka:

 společnost s ručením omezeným, akciová společnost;

  Fl-Estonja:

 aktsiaselts, osaühing;

  F'Ċipru:

 δημόσιες εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση, ιδιωτικές εταιρείες περιορισμένης ευθύνης με μετοχές ή με εγγύηση;

  Fil-Latvja:

 akciju sabiedrība, sabiedrība ar ierobežotu atbildību, komanditsabiedrība;

  Fil-Litwanja:

 akcinė bendrovė, uždaroji akcinė bendrovė;

  Fl-Ungerija:

 részvénytársaság, korlátolt felelősségű társaság;

  F'Malta:

 kumpanija pubblika/public limited liability company,kumpanija privata/private limited liability company;

  Fil-Polonja:

 spółka z ograniczoną odpowiedzialnością, spółka komandytowo-akcyjna, spółka akcyjna;

  Fis-Slovenja:

 delniška družba, družba z omejeno odgovornostjo, komaditna delniška družba;

  Fis-Slovakkja:

 akciová spoločnosť, spoločnosť s ručením obmedzeným'.

▼B



TAQSIMA I

Pubbliċità

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw żvelar obbligatorju minn kumpaniji ta' għall-inqas id-dokumenti u dettalji li ġejjin:

(a) Id-dokument ta' kostituzzjoni, u l-istatuti jekk huma jinsabu f'dokument separat;

(b) Kull emenda għad-dokumenti msemmija f'(a), magħduda kull estensjoni ta' kemm ilha l-kumpanija;

(ċ) Wara kull emenda tad-dokument ta' kostituzzjoni jew ta' l-istatuti, it-test komplet tad-dokument jew statuti kif emendati sal-lum;

(d) Il-ħatra, it-tmiem ta' kariga u d-dettalji tal-persuni li sew bħala korp kostitwit skond liġi u sew bħala membri ta' kull korp bħal dak:

(i) huma awtorizzati li jirrappreżentaw il-kumpanija fit-trattattivi ma' terzi u fi proċedimenti legali;

(ii) jieħdu parti fl-amministrazzjoni, sorveljanza jew kontroll tal-kumpanija.

Għandu jidher mill-iżvelar sew jekk il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentaw il-kumpanija jistgħux jagħmlu hekk waħedhom jew jekk għandhomx jaġixxu flimkien;

(e) Għall-inqas darba fis-sena, l-ammont tal-kapital sottoskritt, fejn d-dokument ta' kostituzzjoni jew l-istatuti jsemmu kapital awtorizzat, kemm-il darba kull żjieda fil-kapital sottoskritt teħtieġ emenda ta' l-istatuti;

▼M1

(f) Id-dokumenti ta' l-accounting għal kull sena finanzjarja, li huma meħtieġa li jkunu ppubblikati skond id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE ( 4 ), 83/349/KEE ( 5 ), 86/635/KEE ( 6 ) u 91/674/KEE ( 7 );

▼B

(g) Kull trasferiment taċ-ċentru tal-kumpanija;

(h) L-istralċ tal-kumpanija;

(i) Kull dikjarazzjoni ta' nullità tal-kumpanija mill-qrati;

(j) Il-ħatra ta'stralċjarji, dettalji dwarhom, u s-setgħat rispettivi tagħhom, kemm-il darba dawn is-setgħat huma espressament u esklussivament meħuda minn liġi jew mill-istatuti tal-kumpanija;

(k) It-terminazzjoni ta' l-istralċ u, fi Stati Membri meta tħassir mir-reġistru jinvolvi konsegwenzi legali, il-fatt ta' kull tħassir bħal dak.

▼M1 —————

▼M1

L-Artikolu 3

1.  F'kull Stat Membru, għandu jinfetaħ file fir-reġistru ċentrali, reġistru kummerċjali jew reġistru tal-kumpanniji, għal kull waħda minn dawk il-kumpanniji rreġistrati fih.

2.  Id-dokumenti u partikolaritajiet kollha li għandhom ikunu żvelati skond l-Artikolu 2 għandhom jinżammu fil-file, jew jiddaħħlu fir-reġistru; is-suġġett tan-notamenti fir-reġistru għandhom f'kull każ jidhru fil-file.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa l-1 ta' Jannar 2007, il-filing mill-kumpanniji, kif ukoll minn persuni jew korpi oħra meħtieġa li jagħmlu jew jgħinu biex isiru n-notifiki, tad-dokumenti u partikolaritajiet li għandhom ikunu żvelati skond l-Artikolu 2 ikunu jistgħu jsiru permezz ta' mezzi elettroniċi. B'żieda ma' dan, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-kumpanniji kollha, jew ċerti kategoriji, li jippreżentaw dawn id-dokumenti u partikolarijiet kollha, jew ċerti tipi tagħhom, b'mezzi elettroniċi.

Id-dokumenti u partikolaritajiet kollha li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 li jkunu ppreżentati mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2007, permezz ta' stampat jew b'mezzi elettroniċi, għandhom jinżammu fil-file, jew jiġu annotati fir-reġistru, f'forma elettronika. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn id-dokumenti u partikolaritajiet kollha li jkunu ppreżentati permezz ta' stampat mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2007 jinbidlu bir-reġistru f'forma elettronika.

Id-dokumenti u partikolaritajiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 li kienu ppreżentati sal-31 ta' Diċembru 2006 ma jkunux meħtieġa li jinbidlu awtomatikament f'forma elettronika mir-reġistru. L-Istati Membri għandhom b'danakollu jiżguraw li jinbidlu f'forma elettronika mir-reġistru meta jirċievu applikazzjoni biex jiżvelaw b'mezzi elettroniċi li jkunu ntbagħtu skond ir-regoli adottati biex idaħħlu fis-seħħ il-paragrafu 3.

3.  Kopja tad-dokumenti jew partikolaritajiet kollha jew kull parti minnhom li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 ikollha tkun disponibbli meta japplikaw għaliha. Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2007, applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lir-reġistru permezz ta' stampat jew mezzi elettroniċi skond kif jagħżel l-applikant.

Minn data li għandha tintgħażel minn kull Stat Membru, li mgħandhiex tkun aktar tard mill-1 ta' Jannar 2007, kopji kif hemm riferenza għlihom fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu disponibbli mir-reġistru permezz ta' stampat jew b'mezzi elettroniċi kif jagħżel l-applikant. Dan għandu japplika fil-każ tad-dokumenti u partikolaritajiet kollha, irrispettivament jekk kinux ippreżentati qabel jew wara d-data magħżula. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk id-dokumenti u partikolaritajiet kollha, jew ċerti tipi tagħhom, jiġux ippreżentati permezz ta' stampat jew qabel data li tista' ma tkunx aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006 għandhom ikuni disponibbli mir-reġistru permezz ta' mezzi elettroniċi jekk perjodu speċifiku jkun skada bejn id-data ta' meta jkun ġie ppreżentat u d-data ta' l-applikazzjoni li tkun ippreżentata lir-reġistru. Perjodu speċifikat bħal dan ma jistax ikun anqas minn 10 snin.

Il-prezz biex tinkiseb kopja ta' dokumenti jew partikolaritajiet kollha jew uħud minnhom li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2, sew jekk permezz ta' stampat u sew jekk permezz ta' mezzi elettroniċi, mgħandux ikun aktar mill-prezz amministrattiv tagħhom.

Kopji stampati pprovduti għandhom ikunu ċertifikati bħala “kopji veri”, kemm-il darba l-applikant ma jkunx jeħtieġ din iċ-ċertifikazzjoni. Kopji stampati pprovduti mgħandhomx ikunu ċertifikati bħala “kopji veri”, kemm-il darba l-applikant b'mod espliċitu ma jitlobx din iċ-ċertifikazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni ta' kopji elettroniċi jiggarantixxu sew l-awtentiċità ta' l-oriġini tagħhom kif ukoll l-integrità tal-kontenut tagħhom, permezz ta' l-anqas firma elettronika avvanzata skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 fuq struttura tal-Komunità għal firem elettroniċi ( 8 ).

4.  Żvelar ta' dokumenti u partikolaritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandu jsir minn pubblikazzjoni fil-gazzetta nazzjonali nominata għal dak l-iskop minn Stat Membru, jew tat-test kollu jew ta' parti mit-test, jew permezz ta' riferenza għad-dokument li jkun ġie depożitat fil-file jew annotat fir-reġistru. Il-gazzetta nazzjonali maħtura għal dak l-iskop tista' tinżamm f'forma elettronika.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jibdlu l-pubblikazzjoni fil-gazzetta nazzjonali b'mezzi ugwalment effettivi, li jinvolvu ta' l-anqas l-użu ta' sistema li biha l-informazzjoni żvelata jista' jkun hemm aċċess għaliha b'ordni kronoloġiku permezz ta' bażi elettronika ċentrali.

5.  Id-dokumenti u partikolaritajiet jistgħu jingħataw lil ħaddieħor mill-kumpannija lill-partijiet terzi biss wara li jkunu ġew żvelati skond il-paragrafu 4, kemm-il darba l-kumpannija ma tagħtix prova li l-partijiet terzi kienu jafu biha.

Madankollu, rigward transazzjonijiet li jsiru qabel is-16-il jum wara li jiġu żvelati, id-dokumenti u partikolaritajiet għandhom jingħataw lil partijiet terzi li jkunu taw prova li kien impossibbli għalihom li jkunu jafu bihom.

6.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jevitaw kull diskrepanza f'dak li jkun żvelat skond il-paragrafu 4 u dak li jidher fir-reġistru jew file.

Madankollu, f'każi ta' diskrepanza, it-test żvelat skond il-paragrafu 4 jista' ma jingħatax lil partijiet terzi; dawn il-partijiet terzi jistgħu minkejja dan jafdaw fuqha, kemm-il darba l-kumpannija ma ġġibx provi li kellhom informazzjoni tat-testi depositati fil-file jew imdaħħla fir-reġistru.

7.  Partijiet terzi jistgħu, b'żieda ma' dan, dejjem jafdaw fuq kull dokument u partikolarità li dwaru l-formalitajiet ta' żvelar għadhom ma ġewx kompluti, bla ħsara fejn il-fatt li ma jkunx hemm żvelar jikkawża li jkunu bla effett.

8.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, “b'mezzi elettroniċi” għandha tfisser li l-informazzjoni tintbagħat fil-bidu u jirċevuha fid-destinazzjoni tagħha permezz ta' tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluża kompressjoni diġitali) u ħażna ta' data, u tkun trasmessa totalment, imwassla u jkunu rċevuha b'mod li jkun stabbilit mill-Istati Membri bil-wajer, bir-radju b'mezzi ottiċi jew b'mezzi oħra elettromanjetiċi.

▼M1

L-Artikolu 3a

1.  Dokumenti u partikolaritajiet li għandhom jiġu żvelati skond l-Artikolu 2 għandhom jiġu stipulati u ppreżentati f'waħda mil-lingwi li jistgħu jintużaw skond ir-regoli tal-lingwa applikabbli fl-Istati Membri li fihom il-file li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 3(1) jinfetaħ.

2.  B'żieda ma' l-iżvelar obbligatorju li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 3, Stati Membri għandhom jippermettu li dokumenti u partikolaritajiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 2 jiġu żvelati volontarjament skond l-Artikolu 3 f'kull lingwa(i) uffiċjali tal-Komunità.

L-Istati Membri jistgħu jippreskrivu li t-traduzzjoni ta' dawn id-dokumenti u partikolaritajiet tkun ċertifikata.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw l-aċċess minn partijiet terzi għat-traduzzjonijiet żvelati volontarjament.

3.  B'żieda ma' dan l-iżvelar obbligatorju li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 3, u l-iżvelar volontarju previst fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, Stati Membri jistgħu jippermettu li d-dokumenti u partikolaritajiet relatati li jkunu żvelati, skond l-Artikolu 3, f'kull lingwa/lingwi oħra.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li t-traduzzjoni ta' dawn id-dokumenti u partikolaritajiet ikunu ċertifikati.

4.  Fil-każi ta' diskrepanza bejn id-dokumenti u partikolaritajiet żvelati fil-lingwi uffiċjali tar-reġistru u traduzzjonijiet żvelati volontarjament, din ta' l-aħħar tista' ma tkunx fdata minn terzi persuni. Terzi persuni jistgħu minkejja dan joqogħdu fuq it-traduzzjonijiet żvelati volontarjament, kemm-il darba l-kumpannija tagħti provi li partijiet terzi ma kellhomx informazzjoni tal-verżjoni li kienet bla ħsara għall-isvelar obbligatorju.

▼M1

L-Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-ittri u l-formoli ta' l-ordnijiet, jekk ikunu f-forma stampat jew jużaw kull mezz ieħor, għandhom jiddikjaraw il-partikolaritajiet li ġejjin:

(a) l-informazzjoni meħtieġa biex jiħi identifikat ir-reġistru li fih il-file imsemmi fl-Artikolu 3 jinżamm, flimkien man-numru tal-kumpannija f'dak ir-reġistru;

(b) il-forma legali tal-kumpannija, il-lokalità ta' l-uffiċċju reġistrata tagħha u, fejn hu xieraq, il-fatt li l-kumpannija qed ixxolji.

Fejn, f'dawn id-dokumenti, issir riferenza tal-kapital tal-kumpannija, ir-riferenza għandha tkun għal kapital sottoskritt u mħallsa.

L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li l-websites tal-kumpannija ikunu fihom ta' l-anqas il-partikolaritajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu u, jekk applikabbli, ir-riferenza għall-kapital sottoskritt u mħallas.

▼B

Artikolu 5

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi liema persuni għandhom iwettqu l-formalitajiet ta' l-iżvelar.

▼M1

L-Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali xierqa ta' l-anqas fil-każ ta':

(a) nuqqas li jiżvelaw dokumenti ta' l-accounting kif meħtieġ fl-Artikolu 2(1)(f);

(b) ommissjoni minn dokumenti kummerċjali jew minn kull website ta' kumpannija tal-partikolaritajiet previsti fl-Artikolu 4.

▼B



TAQSIMA II

Validità ta' obbligi li kumpanija tkun daħlet għalihom

Artikolu 7

Jekk, qabel kumpanija li qed tiġi ffurmata akkwistat personalità legali, twettqet azzjoni f'isimha u l-kumpanija ma tassumix l-obbligi li joħorġu minn dik l-azzjoni, il-persuni li aġixxew għandhom, mingħajr limitu, ikunu responsabbli għalihom flimkien u separatament, kemm-il darba mhux miftiehem xort'oħra.

Artikolu 8

It-tkomplija tal-formalitajiet ta' l-iżvelar tad-dettalji dwar il-persuni li, bħala organu tal-kumpanija, huma awtorizzati biex jirrappreżentawha għandha tikkostitwixxi ostakolu għal kull irregolarità fil-ħatra tagħhom li wieħed għandu joqgħod fuqha fil-konfront ta' terzi kemm-il darba l-kumpanija tipprova li dawk it-terzi kellhom konoxxenza tagħha.

Artikolu 9

1.  Atti magħmula mill-organi tal-kumpanija għandhom jorbtuha anki jekk dawk l-atti mhumiex fl-għanijiet tal-kumpanija, kemm-il darba dawk l-atti ma jeċċedux is-setgħat li l-liġi tagħti jew tħalli li jingħataw lil dawk l-organi.

Iżda, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-kumpanija m'għandhiex tkun marbuta meta dawk l-atti huma barra l-għanijiet tal-kumpanija, jekk hija tipprova li l-parti terza kienet taf li l-att kien barra dawk l-għanijiet jew li ma setgħatx in vista taċ-ċirkustanzi ma kienx jaf bihom; l-iżvelar ta' l-istatuti m'għandux ikun fih innifsu prova suffiċjenti ta' dawn..

2.  Il-limiti fuq is-setgħat ta' l-organi tal-kumpanija, li joħorġu mill-istatuti jew minn deċiżjoni ta' l-organi kompetenti, ma jistax wieħed joqgħod fuqhom fil-konfront ta' terzi, anki jekk huma ġew żvelati.

3.  Jekk il-liġi nazzjonali tiddisponi li awtorità biex tirrappreżenta kumpanija tista', b'deroga mir-regoli legali li jirregolaw is-suġġett, tiġi mogħtija mill-istatuti lil persuna waħda jew diversi persuni li jaġixxu flimkien, dik il-liġi tista' tiddisponi li disposizzjoni bħal dik fl-istatuti jista' wieħed joqgħod fuqha fil-konfront ta' terzi bil-kondizzjoni li din tirrelata għa s-setgħa ġenerali ta' rappreżentazzjoni; il-kwistjoni jekk dik id-disposizzjoni jistax wieħed joqgħod fuqha fil-konfront ta' terzi għandha tiġi regolata bl-Artikolu 3.



TAQSIMA III

Nullità tal-kumpanija

Artikolu 10

Fl-Istati Membri kollha li l-liġijiet tagħhom ma jiddisponux għal kontroll preventiv, amministrattiv jew ġudizzjarju, fiż-żmien tal-formazzjoni ta' kumpanija, id-dokument ta' kostituzzjoni, l-istatuti tal-kumpanija u kull emenda għal dawk id-dokumenti għandhom jiġu mfassla u ċċertifikati fil-forma legali xierqa.

Artikolu 11

Il-liġijiet ta' l-Istati Membri ma jistgħux jiddisponu għan-nullità ta' kumpaniji xort'oħra milli skond id-disposizzjonijet li ġejjin:

1. In-nullità għandha tiġi ordnata b'deċiżjoni ta' qorti tal-ġustizzja;

2. In-nullità tista' tiġi ordnata biss għar-raġunijiet li ġejjin:

(a) li ebda dokument kostituzzjonali ma ġie esegwit jew li r-regoli ta' kontroll preventiv jew il-formalitajiet legali rikjesti ma ġewx imħarsa;

(b) li l-għanijiet tal-kumpanija mhumiex skond il-liġi jew huma kontra l-politika pubblika;

(ċ) li d-dokument kostituzzjonali jew l-istatuti ma jiddikjarawx l-isem tal-kumpanija, l-ammont tas-sottoskrizzjonijet individwali ta' kapital, l-ammont totali tal-kapital sottoskritt jew l-għanijiet tal-kumpanija;

(d) nuqqas ta' tħaris tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar l-ammont minimu ta' kapital li għandu jitħallas;

(e) l-inkapaċità tas-soċji fundaturi kollha;

(f) li, kontra l-liġi nazzjonali li tirregola l-kumpanija, in-numru ta' soċji fundaturi huwa inqas minn tnejn.

Barra mir-raġunijiet ta' nullità msemmijin qabel, kumpanija ma għandhiex tkun suġġetta għal xi kawża ta' nuqqas ta' eżistenza, nullità assoluta, nullità relattiva jew dikjarazzjoni ta' nullità.

Artikolu 12

1.  Il-kwistjoni jekk deċiżjoni ta' nullità dikjarata minn qorti tal-ġustizzja jistax wieħed joqgħod fuqha fil-konfront ta' terzi għandhiex tiġi regolata mill-Artikolu 3. Meta l-liġi nazzjonali tagħti s-setgħa lil parti terza li tikkontesta d-deċiżjoni, hija tista' tagħmel dan fi żmien sitt xhur minn notifika pubblika tad-deċiżjoni li tingħata mill-qorti.

2.  Nullità għandha tfisser l-istralċ tal-kumpanija, kif ukoll jista' jfisser xoljiment.

3.  Nullità ma tistax fiha nnifisha tolqot il-validità ta' xi obbligu li bih tkun intrabtet kumpanija jew li oħrajn jkunu ntrabtu magħha, bla ħsara għall-konsegwenzi ta' l-istralċjar tal-kumpanija.

4.  Il-liġijiet ta' kull Stat Membru jistgħu jiddisponu għall-konsegwenzi ta' nullità fejn jidħlu membri tal-kumpanija.

5.  Id-detenturi ta' azzjonijiet ta' kapital għandhom jibqgħu obbligati jħallsu l-kapital miftiehem li jkun sottoskritt minnhom iżda li jkun għadu ma ġiex imħallas, safejn obbligi li jsiru ma' kredituri hekk jeħtieġu.



TAQSIMA IV

Disposizzjonijiet ġenerali

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, fi żmien tmintax-il xahar wara n-notifika ta' din id-Direttiva, l-emendi kollha għall-liġijiet, regolamenti jew disposizzjonijet amministrattivi tagħhom meħtieġa sabiex jitħarsu d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva u għandhom minnufih jinfurmaw lil-Kummissjoni bihom.

L-obbligu ta' żvelar previst fl-Artikolu 2(1)(f) ma għandux jidħol fis-seħħ sa tletin xahar wara n-notifika ta' din id-Direttiva dwar naamloze vennootschappen taħt il-liġi ta' l-Olanda minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 42(ċ) preżenti tal-Kodiċi Kummerċjali ta' l-Olanda.

L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li żvelar inizjali tat-test sħiħ ta' l-istatuti kif emendat mill-formazzjoni tal-kumpanija ma għandux ikun meħtieġ sa meta l-istatuti jerġħu jiġu emendati jew sal-31 ta' Diċembru ta' l-1970, liema minn dawn jiġi l-ewwel.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li huma jgħaddu lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 14

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU C 2, tal-15.1.1962, p. 36/62.

( 2 ) ĠU C 96, tat-28.5.1966, p. 1519/66.

( 3 ) ĠU C 194, tas-27.11.1964, p. 3248/64.

( 4 ) ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, p. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/38/KE (ĠU L 120, tal-15.5.2003, p. 22).

( 5 ) ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 16).

( 6 ) ĠU L 372, tal-31.12.1986, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/51/KE.

( 7 ) ĠU L 374, tal-31.12.1991, p. 7.

( 8 ) ĠU L 13, tad-19.1.2000, p. 12.

Top